Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0656

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW Rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ integrat tal-Komunità biex tnaqqas l-emissjonijiet tad-CO2 mill-vetturi ħfief

/* KUMM/2010/0656 finali */

52010DC0656

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW Rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ integrat tal-Komunità biex tnaqqas l-emissjonijiet tad-CO2 mill-vetturi ħfief /* KUMM/2010/0656 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 10.11.2010

KUMM(2010) 656 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

Rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ integrat tal-Komunità biex tnaqqas l-emissjonijiet tad-CO 2 mill-vetturi ħfief

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

Rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ integrat tal-Komunità biex tnaqqas l-emissjonijiet tad-CO 2 mill-vetturi ħfief

DAĦLA

Fis-7 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni COM(2007)19 finali[1] li tispjega strateġija komprensiva ġdida sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju minn karozzi u vannijiet ġodda mibjugħa fl-Unjoni Ewropea. Sussegwentement, l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009[2] jirrikjedi li l-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-approċċ integrat tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-vetturi ħfief.

Ir-rapport preżenti jipprovdi evalwazzjoni finali tal-istrateġija ta' qabel l-2007 u jirrevedi l-progress li sar fir-rigward tal-elementi differenti tal-istrateġija tal-2007.

EVALWAZZJONI FINALI TAL-ISTRATEĠIJA TA' QABEL L-2007

Qabel l-2007, l-istrateġija tal-Komunità kienet ibbażata fuq tliet pilastri, kif spjegat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tal-1995[3] u appoġġata sussegwentement mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew[4]. Din l-istruttura ppermettiet il-ġabra flimkien ta' miżuri li jindirizzaw kemm il-provvista (impenji volontarji) u d-domanda (it-tikkettar u t-tassazzjoni).

L-istrateġija ta' qabel l-2007 iffukat fuq miri għall-2008 u l-2009 u d-dejta għal dawn is-snin bdiet issir disponibbli biss reċentement. L-istatistika u d-dejta ta' monitoraġġ deskritti fit-test segwaċi juru, kif mistenni fil-preparazzjoni tal-Istrateġija tal-2007, li l-għanijiet tal-istrateġija ta' qabel l-2007 intlaħqu biss parzjalment.

L-ewwel pilastru: impenji volontarji fl-industrija tal-karozzi

L-impenji volontarji li saru mill-assoċjazzjonijiet tal-manifattura tal-karozzi Ewropej (ACEA), Ġappuniżi (JAMA) u Koreani (KAMA) jirrelataw mal-medja tal-miri l-ġodda tal-emissjonijiet tal-karozzi ta' 140 gCO2/km sal-2008 (mira tal-ACEA) jew sal-2009 (mira tal-JAMA u l-KAMA). L-impenji jispeċifikaw li l-emissjonijiet tad-CO2 tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri se jitkejlu skont id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 93/116/KE[5], li hija l-bażi li fuqha ġew stabbiliti l-miri. Għandhom jitqiesu l-bidliet li saru fil-proċedura ta' ttestjar mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-Direttiva, meta jsir monitoraġġ tal-impenji billi ssir korrezzjoni tal-emissjonijiet tad-CO2 imkejla. Il-korrezzjoni li saret hija aġġustament l-isfel ta' 0.7 % u dan il-fattur ta' korrezzjoni kien ġie applikat fil-valutazzjoni tal-progress li sar mill-assoċjazzjonijiet tal-manufattura ACEA, JAMA u KAMA[6].

Grafika 1: L-evoluzzjoni tal-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri skont l-assoċjazzjoni(aġġustati għall-bidliet fil-proċedura taċ-ċiklu ta' ttestjar)

[pic]

Tabella 1: Medja tal-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri skont l-assoċjazzjoni (aġġustati għall-bidliet fil-proċedura taċ-ċiklu ta' ttestjar)

Jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ effiċjenza għal sistemi ta’ arja kkundizzjonata; | Qed jitwettaq |

Jitwaħħlu sistemi ta’ monitoraġġ preċiżi tal-pressjoni tat-tajers; | ( |

Limiti ta' reżistenza fid-dawran tat-tajers | ( |

Indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet | ( |

Ilħuq tal-mira ta' 175 (160) gCO2/km għall-vetturi kummerċjali ħfief il-ġodda | Qed jitwettaq |

Iżjed użu tal-bijofjuwils | ( |

Tassazzjoni | Sar progress limitat |

Informazzjoni għall-konsumatur | Sar progress limitat |

Sewqan ekoloġiku | Sar progress limitat |

IL-PASSI LI JMISS

AZZJONI F'NOFS IŻ-ŻMIEN

- L-Istrateġija ta' Vetturi Nodfa u Effiċjenti fl-Enerġija[31] tistipula strateġija biex tħeġġeġ l-iżvilupp u l-użu ta' vetturi nodfa u effiċjenti fl-enerġija ("ekoloġiċi"). Il-proposti leġiżlattivi kollha fil-ġejjieni li jimmiraw li jnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi ġodda tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief, għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji li t-tnaqqis kollu jrid ikun jista' jiġi mkejjel, jista' jsir monitoraġġ tiegħu u jkun affidabbli.

L-azzjonijiet speċifiċi marbuta mal-ambitu tal-Istrateġija previsti mill-Kummissjoni fil-perjodu taż-żmien 2010-2020 jinkludu reviżjoni tal-modalitajiet tal-ilħuq tal-mira tal-2020 ta' 95 gCO2/km stipulata fil-leġiżlazzjoni tal-karozzi, u possibbilment modalitajiet tal-mira għal żmien twil kif propost fl-abbozz tar-regolament dwar id-CO2 mill-vetturi kummerċjali ħfief. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija impenjata li tipproponi ċiklu ta' ttestjar ġdid biex jirrifletti b'mod aktar korrett id-dinja reali tal-kundizzjonijiet tas-sewqan kif ukoll l-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 u l-konsum tal-fjuwil marbut magħhom.

Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tikkunsidra l-possibbiltà li tkejjel u tiċċertifika l-emissjonijiet tad-CO2 minn vetturi tqal. Jekk jintlaħaq ftehim dwar dawn il-metodi u jiġu approvati, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-implimentazzjoni tal-istandards tal-effiċjenza għall-vetturi ġodda tqal.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tkompli tiżviluppa l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-użu tal-enerġija fil-vetturi. Għandha tikkunsidra jekk dan l-approċċ ta' mill-bir taż-żejt għar-rota jistgħax jiġi integrat fil-miri ta' żmien twil għall-vetturi.

VIŻJONI FIT-TUL

Il-ħidma preliminarja tal-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet tad-dekarbonizzazzjoni fuq żmien aktar twil tindika li, jekk iridu jkunu kompatibbli mal-għan ta' 2 C sal-2050, il-firxa tat-tnaqqis tad-CO2 domestiku meħtieġ mill-ekonomija tal-UE jrid ikun jammonta bejn wieħed u ieħor għal 70 %[32] meta mqabbel mal-livelli tal-1990. Is-settur tat-trasport se jkollu jagħmel kontribuzzjoni sinifikanti għall-isforz tat-tnaqqis. Iżda b'kuntrarju għal dan, l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-trasport bit-triq żdiedu b'26 % mill-1990.

L-UE trid ittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi u s-sigurtà fl-enerġija tagħha, tnaqqas it-tniġġis fl-arja u żżomm ir-rwol tagħha ta' tmexxija fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Bl-emissjonijiet tad-CO2 relatati mat-trasport aggregat dejjem jiżdiedu b'mod kostanti minkejja l-avvanzi teknoloġiċi, is-settur tat-trasport bit-triq jistħoqqlu attenzjoni partikolari. Se jkunu meħtieġa sforzi ikbar biex il-mobbiltà sostenibbli ssir realta. L-istrateġija diskussa f'dan ir-rapport primarjament tiffoka fuq vetturi li qed jitqiegħdu fis-suq, filwaqt li aspett importanti huwa l-mod kif dawn sussegwentement jintużaw.

Il-miżuri tal-implimentazzjoni leġiżlattiva tal-Istrateġija estendew il-perjodu taż-żmien tagħha billi inkludew mira fuq żmien twil għall-2020. Hija meħtieġa viżjoni daqshekk fit-tul minħabba l-iskala tat-tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġa u l-perjodi tal-ippjanar għall-industrija. Dan jgħin lill-industrija biex tipprepara għall-passi li jmiss fit-tnaqqis tad-CO2 u mira simili ġiet għalhekk inkluża fil-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jissettja l-istandards tal-emissjonijiet tad-CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief.

Biex titjieb iċ-ċertezza tal-ippjanar għas-settur tal-vetturi filwaqt li jkun żgurat li t-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-vetturi ħfief ikompli jseħħ, il-Kummissjoni qiegħda tikkunsidra, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt fid-dettall, li tipproponi wkoll mira għall-emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri li għandha tinlaħaq sal-2025. Fost għażliet oħrajn, il-Kummissjoni se tivvaluta l-fattibbiltà li tintlaħaq il-mira ta' 70 gCO2/km sal-2025 suġġerita mill-Parlament Ewropew fir-Reżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2007 dwar l-Istrateġija tal-Komunità biex tnaqqas l-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief (P6-TA(2007)0469)[33]. Se jiġu kkunsidrati wkoll aktar passi għall-vetturi kummerċjali ħfief. Il-konsiderazzjoni ta' miri fuq żmien twil lil hinn mill-2020 se jkollhom iqisu l-possibbiltà ta' penetrazzjoni fis-suq tal-enerġija alternattiva, speċjalment fl-elettriku.

[1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0019:MT:NOT

[2] Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri, ĠU L 140, 5.6.2009

[3] COM(95) 689 Strateġija tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u tittejjeb l-ekonomija tal-fjuwil [traduzzjoni mhux uffiċjali].

[4] Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25.6.1996, Reżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-22.9.1997

[5] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:31993L0116:mt:NOT

[6] Aktar informazzjoni relatata mal-korrezzjoni ta' 0.7 % tinsab fil-COM(2002) 693 finali u fil-COM(2004) 78 finali.

[7] Sistema ta' monitoraġġ – ir-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri: http://ec.europa.eu/environment/co2/co2_monitoring.htm

[8] Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief;

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32009R0443:MT:NOT

[9] Il-mira ta' 130 gCO2/km se tidħol f'fażijiet differenti bejn l-2012 u l-2015 fejn 65 % biss tal-flotta l-ġdida għandhom ikunu konformi mal-mira tal-2012, 75 % fl-2013, 80 % fl-2014, u 100 % sa mill-2015.

[10] L-emissjonijiet speċifiċi tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri f'din it-tabella mhumiex aġġustati bħal fit-Tabella 1 u l-Grafika 1 għaliex ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 jirrikjedi l-użu ta' ċifri skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007.

[11] http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/automotive/files/projects/report_scrapping_schemes_en.pdf It-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri ntlaħaq bi spejjeż għoljin ħafna matul il-kriżi. L-istudju mill-IHS Global Insight Assessment of the Effectiveness of Scrapping Schemes for Vehicles: Economic, Environmental and Safety Impacts ikkonkluda li: In general, if the sole reason for scrapping schemes was emissions reduction then we would have to conclude (as do most other studies) that they are an expensive mechanism for emissions abatement – at least in terms of the general 2009 scheme design parameters. (Ġeneralment, jekk l-unika raġuni għall-iskemi tal-iskrapp kienet it-tnaqqis tal-emissjonijiet allura jkollna nikkonkludu (bħal ma jikkonkludu ħafna studji oħrajn) li huma mekkaniżmu li jiswa ħafna flus sabiex ibattu l-emissjonijiet - tal-anqas f'termini tal-parametri tad-diżinn tal-iskema ġenerali tas-sena elfejn u disgħa.) … allocating the entire net financial cost of the scrapping schemes purely to CO 2 reduction leads to a cost estimate of € 1100 per tonne CO 2 saved . (... l-allokazzjoni tal-kost finanzjarju nett kollu tal-iskemi tal-iskrapp purament biex jonqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju twassal għal stima tal-kost ta' Elf u Mitt Euro għal kull tunnelata ta' dijossidu tal-karbonju ffrankata.)

[12] http://ec.europa.eu/environment/air/transport/co2/co2_monitoring.htm

[13] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32006L0040:mt:NOT

[14] http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/automotive/documents/consultations/2008-future-regulation/index_en.htm

[15] Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom;

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32009R0661:MT:NOT

[16] Stima minn TNO, ikkwotata f'pożizzjoni tal-ACEA waqt konsultazzjoni pubblika dwar l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet.

[17] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52009PC0593:MT:NOT

[18] Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE;

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32009L0028:MT:NOT

[19] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:31998L0070:MT:NOT

[20] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:01998L0070-20090625:MT:NOT

[21] COM(2009) 192 finali

[22] Il-konsultazzjoni pubblika tinsab fuq: http://ec.europa.eu/energy/renewables/consultations/2010_10_31_iluc_and_biofuels_en.htm

[23] http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/studies/download.do?language=fr&file=31259

[24] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32009R1222:MT:NOT

[25] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52005PC0261:MT:NOT

[26] ara Taxation trends in the European Union (Xejriet tat-Tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea) fuq http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/taxation/gen_info/economic_analysis/tax_structures/2010/2010_full_text_en.pdf u l-ACEA Tax Guide (Gwida tat-Taxxa tal-ACEA) fuq http://www.acea.be/index.php/news/news_detail/acea_tax_guide_2010/

[27] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007PC0052:MT:NOT

[28] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32003L0096:MT:NOT

[29] COMPANY CAR TAXATION: Subsidies, Welfare and Environment (Sussidji, Għajnuna mill-Istat u l-Ambjent) http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/taxation/gen_info/economic_analysis/tax_papers/taxation_paper_22_en.pdf

[30] http://ec.europa.eu/information_society/activities/esafety/doc/studies/energy/energy_eff_study_final.pdf

[31] http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/automotive/competitiveness-cars21/energy-efficient/index_en.htm

[32] COM(2010)265finali http://ec.europa.eu/environment/climat/pdf/2010-05-26communication.pdf

[33] http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P6-TA-2007-0469+0+DOC+XML+V0//MT

Top