Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0282

    Rapport mill-Kummissjoni - Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2009 SEG(2010)666

    /* KUMM/2010/0282 finali */

    52010DC0282

    Rapport mill-Kummissjoni - Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2009 SEG(2010)666 /* KUMM/2010/0282 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 3.6.2010

    KUMM(2010)282 finali

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

    Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2009

    SEG(2010)666

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

    Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2009

    Introduzzjoni

    1. L-ewwel taqsima ta’ dan ir-rapport tagħti ħarsa ġenerali lejn kif l-istrumenti tal-politika dwar il-kompetizzjoni, jiġifieri r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, tal-antitrust u għall-kontroll tal-amalgamazzjonijiet tal-kumpaniji, komplew jiġu żviluppati u applikati. It-tieni taqsima tiddiskuti kif dawn u strumenti oħra ntużaw fis-setturi magħżula. It-tielet taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet relatati mal-konsumatur li ġew żviluppati s-sena l-oħra. Ir-raba’ taqsima tiffoka fuq il-kooperazzjoni fi ħdan in-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni (ECN) u mal-qrati nazzjonali waqt li l-ħames taqsima tittratta l-attivitajiet internazzjonali. Fis-sitt taqsima, tingħata deskrizzjoni fil-qosor tal-kooperazzjoni interistituzzjonali.

    2. Bħalma kien il-każ is-sena l-oħra, ir-Rapport Annwali fuq il-Kompetizzjoni fih kapitolu li jiffoka fuq suġġett li huwa meqjus ta’ importanza partikolari fil-qasam tal-politika dwar il-kompetizzjoni. Is-suġġett magħżul għal din is-sena huwa "Il-Politika dwar il-kompetizzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika".

    3. Fuq din il-bażi, fir-Rapport ta' din is-sena qed tingħata attenzjoni speċjali lill-valutazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-miżuri nazzjonali adottati bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u ekonomika, sew jekk huma skemi nazzjonali jew miżuri li jimmiraw lejn kumpaniji individwali tas-settur finanzjarju. B’mod simili, tingħata wkoll attenzjoni partikolari lill-miżuri implimentati fil-Qafas Temporanju, sabiex jitnaqqsu l-effetti tal-kriżi fuq l-ekonomija reali. Saret talba għal dan il-għan mill-Parlament Ewropew fl-abbozz tar-riżoluzzjoni tiegħu fuq ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni għall-2008, li kien qed jiġi diskuss waqt li kienet qed tiġi finalizzata din l-edizzjoni tar-Rapport Annwali dwar il-Kompetizzjoni[1].

    4. Aktar informazzjoni tista’ tinsab fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Personal tal-Kummissjoni[2] dettaljat u fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali tal-Kompetizzjoni[3].

    5. It-Trattat ta’ Lisbona daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009. Minn dak iż-żmien, in-numerar tal-artikoli nbidel. Għall-antitrust, l-Artikoli 81, 82 u 86 KE saru l-Artikoli 101, 102 u 106 TFEU rispettivament u d-dispożizzjonijiet huma fis-sustanza identiċi. Madankollu, matul id-dokument, inżammu referenzi għan-numerar qadim meta jirrelataw għall-proċeduri meħuda qabel l-1 ta’ Diċembru 2009. Bl-istess mod, ir-referenzi qodma għall-artikoli tat-Trattat tal-KE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (l-Artikoli 87 sa 89 KE) inżammu meta l-passi proċedurali msemmija seħħu qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

    6. Ukoll, mill-1 ta’ Diċembru 2009, il-Qorti tal-Prim' Istanza (CFI) tissejjaħ il-Qorti Ġenerali. Madankollu, it-terminu CFI inżamm f'din il-Komunikazzjoni għal dawk is-sentenzi li ngħataw qabel dik id-data.

    KAPITOLU TA’ APPROFONDIMENT: IL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI U L-KRIżI FINANZJARJA U EKONOMIKA

    X’kien l-irwol tal-Politika tal-Kompetizzjoni fil-kuntest tal-kriżi?

    7. Matul l-2009 l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-bqija tad-dinja, iffaċċjat kriżi finanzjarja u ekonomika li kienet eċċezzjonalment severa. Din kienet sena diffiċli għall-ekonomija u għan-negozju, u għal dawk li jfasslu l-politika. Il-gvernijiet, il-banek ċentrali u r-regolaturi finanzjarji, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, ħadmu sew biex jistabbilizzaw is-sistema finanzjarja u biex jiżguraw li kriżi ta’ dan it-tip ma terġax isseħħ fil-futur. Dawk li jfasslu l-politika fittxew ukoll li jfasslu politiki li jimminimizzaw l-impatt tal-kriżi fuq l-ekonomija reali.

    8. Sa mill-bidu tal-kriżi, l-għanijiet tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni kienu tnejn. L-ewwel, li tappoġġja l-istabbiltà finanzjarja billi tagħti, kemm jista’ jkun malajr, ċertezza legali lill-miżuri ta’ salvataġġ meħuda mill-Istati Membri tal-UE. It-tieni, li żżomm kondizzjonijiet ugwali fl-Ewropa u tiżgura li l-miżuri nazzjonali ma jesportawx problemi lil Stati Membri oħra.

    9. Fil-fatt, fil-bidu tal-kriżi, l-Istat Membri ddeċidew li jinjettaw ammonti kbar ta’ għajnuna mill-Istat fis-settur finanzjarju. Il-Kummissjoni Ewropea involviet ruħha, permezz tas-setgħat tagħha li teżamina bir-reqqa l-għajnuna mill-Istat taħt id-dispożizzjoni tat-Trattat fuq il-kompetizzjoni. Mill-bidu tal-kriżi, il-politika tal-kompetizzjoni u l-avukatura kellhom rwol essenzjali fil-preservazzjoni ta' wieħed mill-akbar assi tal-UE: is-Suq Intern.

    X’kienet ir-reazzjoni politika tal-Kummissjoni?

    10. Bejn Ottubru tal-2008 u Awwissu tal-2009 il-Kummissjoni adottat erba’ Komunikazzjonijiet li jindikaw kif għandha tapplika r-regoli tal-għajnuna mill-Istat lill-miżuri tal-gvern li jappoġġjaw is-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi kurrenti. Fit-13 t’Ottubru 2008 l-Kummissjoni adottat gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli għall-għajnuna mill-Istat lil skemi ta' appoġġ tal-Istat u assistenza individwali għal istituzzjonijiet finanzjarji (il-Komunikazzjoni Bankarja)[4]. Din il-gwida nħarġet wara l-kollass ta’ Lehman Brothers fil-15 ta’ Settembru 2008, il-bżonnijiet ta’ salvataġġ ta’ partijiet tas-suq importanti bħal Fortis, Dexia, Bradford & Bingley u Hypo Reali Estate, u d-dikjarazzjoni tas-salvataġġ finanzjarju tal-banek jew l-iskemi ta' garanzija minn Stati Membri bħad-Danimarka u l-Irlanda.

    11. Il-Kummissjoni kellha tittratta ma’ numru kbir ta' notifiki ta' miżuri ta' għajnuna ta' emerġenza mill-Istati Membri. Din irreaġġixxiet f’perjodi ta’ żmien qosra ħafna, allokat mill-ġdid personal impenjat ħafna u rreklutat temporanjament riżorsi ġodda.

    Rikapitalizzazzjoni tal-banek

    12. Sabiex jiffaċċjaw il-kriżi, l-Istati Membri identifikaw diversi tipi ta’ soluzzjonijiet, minn skemi bbażati fuq garanziji sa rikapitalizzazzjonijiet. Saru diskussjonijiet fil-fond mal-Bank Ċentrali Ewropew u mal-Istati Membri u fil-5 ta’ Diċembru 2008 il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni[5].

    13. Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tiddifferenzja bejn banek li huma fundamentalment stabbli u banek fi kriżi. Hija tistabbilixxi linji gwida għall-evalwazzjoni tal-injezzjonijiet kapitali li jikkostitwixxu għajnuna. Loġikament, il-banek fi kriżi li jirriskjaw l-insolvenza għandhom ikunu mitluba jħallsu rati ta’ interess ogħla għall-appoġġ tal-Istat li jirċievu u għandhom ikunu soġġetti għal skrutinju iktar mill-qrib. Il-banek fi kriżi li rċevew l-għajnuna għandhom jirristrutturaw sabiex jirkupraw il-vijabbiltà għat-tul.

    14. Kemm il-Komunikazzjoni dwar il-Banek kif ukoll dik dwar ir-Rikapitalizzazzjoni għamluha possibbli li tiġi preservata l-istabbiltà finanzjarja u li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà tal-kreditu waqt li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni nżammew għal minimu. B’mod partikolari, il-miżuri tar-rikapitalizzazzjoni kienu essenzjali biex jipprovdu lill-banek b’bażi kapitali suffiċjenti, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jissodisfaw l-irwol ta’ finanzjaturi tal-ekonomija reali. Fl-istess ħin il-livell ta’ rimunerazzjoni previst għall-kapital tal-Istat, flimkien ma’ mekkaniżmi progressivi fi skemi u miżuri individwali, jiżgura li dan il-kapital jitħallas lura malli jkunu jippermettu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi.

    15. Bejn Ottubru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni approvat skemi ta’ garanzija għal 12-il Stat Membru[6]. Seba’ Stati Membri implimentaw skemi purament ta’ rikapitalizzazzjoni[7], filwaqt li seba’ Stati Membri fasslu skemi mħallta/olistiċi[8]. Spanja, is-Slovenja, ir-Renju Unit, l-Ungerija u l-Ġermanja implimentaw ukoll forom oħra ta’ skemi ta’ appoġġ.

    16. Għal dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna lil entitajiet individwali, fl-2009 l-Kummissjoni approvat miżuri ta' rikapitalizzazzjoni u miżuri oħra ta' appoġġ lil 29 entità[9].

    Fil-każ tar-rikapitalizzazzjoni tal-Commerzbank (CoBa)[10], il-Kummissjoni approvat għajnuna ġdida ta’ kapital ta’ EUR 18-il biljun mill-Gvern Ġermaniż, abbażi ta’ pjan ta’ ristrutturar tan-negozju serju. Il-pjan tan-negozju ppreżentat jiffoka fuq in-negozju ewlieni ta’ Coba, jiġifieri servizzi bankarji bl-imnut u korporattivi, inkluż fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Is-servizzi bankarji ta’ investiment volatili tal-bank se jitnaqqsu u l-attivitajiet tal-proprjetà immobbli kummerċjali se jiġu divestiti. Il-pjan jipprevedi divestimenti fuq skala kbira (li jammontaw għal 45% tat-total tal-karta tal-bilanċ attwali ta’ CoBa) u t-twaqqif tal-pagamenti tad-dividends u tal-interessi. Sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, CoBa se jkun soġġett għal projbizzjoni ġenerali għal 3 snin fuq akkwisti ta' istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' negozji oħra f'kompetizzjoni potenzjali. Barra minn hekk, il-pjan jimponi projbizzjoni fuq price leadership, b'rabta mal-ikbar tliet kompetituri ta’ CoBa fis-swieq/fil-prodotti fejn is-sehem tas-suq tiegħu huwa iżjed minn 5%. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pjan ta’ negozju preżentat probabbli jirkupra l-vijabbiltà għat-tul tal-bank.

    Assi indeboliti

    17. Minkejja l-fatt li ġew stabbiliti skemi ta’ rikapitalizzazzjoni f’ħafna Stati Membri, fil-bidu tal-2009 l-investituri ma kinux qed juru sinjali ta’ fiduċja fis-sistema. Garanziji u rikapitalizzazzjonijiet tal-banek ma wasslux għal krediti deħlin fl-ekonomija, u baqgħet l-inċertezza dwar in-nuqqas ta’ żvelar tat-telf fuq l-assi li jkunu tilfu l-valur tagħhom. Meta ffaċċjaw din is-sitwazzjoni wħud mill-Istati Membri pproponew "skemi ta' protezzjoni tal-assi". Il-gvern tar-Renju Unit ħareġ bi proposta għal skema ta’ protezzjoni ta’ GBP 500 biljun, waqt li l-Olandiżi ħabbru protezzjoni tal-assi ta’ USD 40 biljun għal ING.

    18. Fil-25 ta’ Frar 2009, wara diskussjonijiet dettaljati mal-Istati Membri, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar it-Trattament ta' Assi Indeboliti fis-settur bankarju tal-Komunità ("Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti")[11]. Il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti wieġbet għal konsensus dejjem jikber fuq il-bżonn li l-kawżi tal-kriżi jiġu ttrattati mill-bażi fil-forma ta' assi tossiċi fil-karti tal-bilanċ tal-banek. F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet kif se tivvaluta l-miżuri ta' salvataġġ tal-assi għall-istituzzjonijiet finanzjarji taħt ir-regoli għall-għajnuna mill-Istat. Sal-lum, il-Ġermanja biss għandha skema nazzjonali ta’ salvataġġ tal-assi indeboliti approvata mill-Kummissjoni.

    19. Il-Komunikazzjoni hija bbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u żvelar, il-qsim xieraq tal-piżijiet bejn l-Istat u l-benefiċjarju, u valutazzjoni prudenti tal-assi abbażi tal-valur ekonomiku reali tagħhom. Minħabba l-kumplessità tal-valutazzjoni xierqa tal-assi, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssejjaħ esperti tekniċi biex jagħmlu valutazzjoni b’mod indipendenti. It-tali esperti ntgħażlu taħt kuntratt qafas wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti.

    Fit-12 ta’ Mejju, il-Kummissjoni approvat miżuri ta’ għajnuna addizzjonali lil Fortis Bank u Fortis Holding[12]. L-għajnuna addizzjonali mill-Istati tal-Belġju u tal-Lussemburgu rriżultat minn emendi li saru lill-ftehim bejn Fortis Holding, BNP Paribas, Fortis Bank u l-awtoritajiet Belġjani u tal-Lussemburgu. Il-pakkett ta’ miżuri inkluda s-solliev ta' Fortis Bank minn ċerti assi indeboliti. B'konformità mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, Fortis Bank jappoġġja parti sinifikanti tat-telf, minħabba li l-prezz imħallas mill-Istat Belġjan għax-xiri jew il-garanzija tal-krediti strutturati huwa konsiderevolment aktar baxx mill-valur ekonomiku reali tagħhom. Barra minn hekk, bħala prevenzjoni tad-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, Fortis impenja ruħu li jespandi permezz tal-akkwiżizzjonijiet fis-settur bankarju fil-Belġju u l-Lussemburgu.

    Approċċ ta’ ristrutturar li jħares 'il quddiem

    20. Kif beda jgħaddi ż-żmien, il-Kummissjoni bdiet tħares fuq il-perjodu medju ta’ żmien, lejn il-mod kif il-benefiċjarji tal-għajnuna setgħu jibdew iħallsu lura l-flus mislufa u jsiru aktar indipendenti. Għaldaqstant, fl-14 t’Awwissu, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta' miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat ("Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar ")[13].

    21. Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tirrifletti l-ħsieb tal-Kummissjoni għal futur lil hinn mill-kriżi attwali, b’settur bankarju vijabbli. Din tistabbilixxi l-prinċipji applikabbli għal dawk il-benefiċjarji li mhux biss kellhom bżonn ta’ għajnuna ta’ salvataġġ fuq perjodu qasir ta’ żmien, iżda li kienu jeħtieġu għajnuna biex jimplimentaw bidliet strutturali fil-mudell tan-negozju tagħhom.

    22. Il-Komunikazzjoni żżomm il-prinċipji ewlenin tal-Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà finanzjarja, iżda ġiet adattata għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi straordinarji tal-kriżi finanzjarja. L-approċċ tal-Kummissjoni għar-ristrutturar jimplika konformità ma’ ħafna kondizzjonijiet. L-ewwel, il-banek li huma obbligati jirristrutturaw iridu juru l-kapaċità tagħhom ta' ritorn għal vijabbiltà għat-tul mingħajr appoġġ mill-Istat. It-tieni, dawn iridu jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta’ ristrutturar (qsim ta’ piżijiet). It-tielet, dawn iridu jadottaw miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, permezz ta’ divestimenti fis-swieq ewlenin u/jew tnaqqis fil-karta tal-bilanċ.

    23. Il-prinċipji msemmija jikkontribwixxu biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ periklu morali. Sabiex ma jiġix inkoraġġit l-aġir riskjuż li seħħ fil-passat, il-Komunikazzjoni tikkjarifika li tkun meħtieġa rimunerazzjoni xierqa tal-għajnuna, u timponi restrizzjonijiet temporanji fuq ħlasijiet ta' kupuni u dividends lid-detenturi tal-bonds u l-azzjonisti. Miżuri magħmulin skont il-każ, u li jkunu speċifiċi għalih, sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-għajnuna, li huma l-aktar determinati mid-daqs relattiv/assolut tal-għajnuna u l-pożizzjoni tal-benefiċjarju fis-swieq rilevanti, huma neċessarji wkoll biex kwalunkwe għajnuna tkun kompatibbli mat-Trattat. Ġew approvati pjanijiet ta’ ristrutturar, fost oħrajn, għal Commerzbank, ING, RBS, Lloyds’ Banking Group u KBC, filwaqt li ħafna oħrajn qed jiġu valutati attwalment, fil-proċeduri ta’ investigazzjoni formali.

    Fit-18 ta’ Novembru, il-Kummissjoni approvat il-pjan ta' ristrutturar u l-faċilità ta' sostenn ta’ assi nonlikwidi tal-bank Olandiż ING[14]. Abbażi tal-pjan ta’ ristrutturar notifikat, ING għandu jħallas proporzjon sinifikanti tal-ispejjeż tar-ristrutturar, il-vijabbiltà kummerċjali għat-tul ta’ ING għandha tiġi rkuprata, u l-għajnuna m’għandhiex twassal għal distorsjonijiet mhux dovuti tal-kompetizzjoni. Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi li ING inaqqas il-profil tar-riskju u l-kumplessità tal-operazzjonijiet tiegħu u għandu jbigħ l-attivitajiet tal-assigurazzjoni tiegħu maż-żmien. ING għandu jistabbilixxi, skont skeda taż-żmien dettaljata sorveljata minn fiduċjarju, unità tan-negozju (Westland Utrecht Hypotheekbank (WUH) / Interadvies), biex isaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq bankarju bl-imnut Olandiż.

    Iżda l-kriżi finanzjarja ma kinitx biss dwar l-għajnuna mill-Istat

    24. Il-kriżi finanzjarja u ekonomika qajmet ukoll sfidi taħt ir-regoli tal-amalgamazzjonijiet u tal- antitrust tal-UE. Minn fehma sostantiva kien importanti li jinżamm infurzar rigoruż tar-regoli tal-amalgamazzjonijiet u tal-antitrust sabiex tiġi preservata l-kompetittività tan-negozju Ewropew u jiġi faċilitat il-ħruġ tiegħu mill-kriżi.

    25. Bħala riżultat tal-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni kienet konfrontata bi kwistjonijiet ġurisdizzjonali kumplessi taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Fil-fatt, qamu kwistjonijiet dwar jekk in-nazzjonalizzazzjonijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji kellhomx bżonn jiġu notifikati lill-Kummissjoni taħt ir-Regolament dwar l-Għaqdiet. Dan kien jiddependi fuq jekk l-entità nazzjonali tibqax unità ekonomika jew le b'setgħa tad-deċiżjoni indipendenti, jew jekk it-tali entità nazzjonalizzata setgħetx tkun meqjusa bħala parti minn entità ekonomika waħdanija b’impriżi oħra kkontrollati mill-Istat.

    26. Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-arranġamenti tal-parteċipazzjoni żguraw l-indipendenza u b’hekk ma seħħet l-ebda konċentrazzjoni. Madankollu, fil-każ tal-bank Ġermaniż Hypo Real Estate[15] kellha tiġi notifikata konċentrazzjoni.

    27. Il-kriżi ekonomika ma kellha l-ebda impatt sostanzjali fuq il-politika u l-prassi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-impenji fil-każijiet tal-amalgamazzjonijiet tal-kumpaniji. L-impenji strutturali, u notevolment id-divestimenti, jibqgħu l-aktar tip xieraq ta' rimedju sabiex jiġi evitat, għal żmien twil, it-tħassib dwar il-kompetizzjoni li kieku kien iqum mill-amalgamazzjonijiet tal-kumpaniji. F’ċerti każijiet, il-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni ta' talba għall-estensjoni tad-data tal-għeluq għall-implimentazzjoni ta' rimedju, ikkunsidrat id-diffikultà li jinstabu xerrejja fil-klima ekonomika prevalenti. Bl-istess mod, il-proċeduri tal-Kummissjoni dwar l-amalgamazzjonijiet dehru li huma adatti sew għal dan il-għan, anki taħt kondizzjonijiet ekonomiċi diffiċli. Notevolment, il-Kummissjoni tat sitt derogi mill-obbligu ta' waqfien f'numru ta' każijiet urġenti b'kunsiderazzjoni tal-klima ekonomika prevalenti, għalkemm b'konformità sħiħa ma' prassi stabbilita sew u stretta.

    28. Fl-antitrust, il-Kummissjoni ntalbet tikkunsidra argumenti relatati mad-diffikultajiet iffaċċjati minn kumpaniji fil-ħlas tal-multi imposti mill-Kummissjoni taħt ir-regoli tal-antitrust. Il-Kummissjoni rrevediet bir-reqqa l-kondizzjonijiet għall-"inkapaċità għall-ħlas". Dawn il-kondizzjonijiet jiġu ssodisfati biss jekk il-ħlas tal-ammont sħiħ tal-multa kien jipperikola mingħajr irkupru l-vijabbiltà ekonomika tal-impriża konċernata u jikkawża li l-assi tagħha jitilfu l-valur kollu tagħhom. Skont dan il-prinċipju l-Kummissjoni vvalutat it-talbiet każ b'każ. Il-klejm ta' inkapaċità għall-ħlas ġiet aċċettata fil-każ ta' Heat Stabilisers, u dan wassal għal tnaqqis sostanzjali tal-multa.

    U l-kriżi laqtet ukoll lill-ekonomija reali

    29. Hekk kif il-banek għamlu deleveraging u saru aktar avversi għar-riskju milli kienu fis-snin preċedenti, il-kumpaniji bdew jesperjenzaw diffikultajiet bl-aċċess għar-riskju. Bħala parti mir-reazzjoni tagħha, il-Kummissjoni adottat f'Jannar 2009 il-"Qafas Temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali"[16]. Dan il-Qafas Temporanju (applikabbli sa tmiem l-2010) jagħti lill-Istati Membri possibbiltajiet addizzjonali biex jittrattaw l-effetti tar-restrizzjoni tal-kreditu fuq l-ekonomija reali.

    30. Il-Qafas Temporanju fforma parti minn reazzjoni aktar wiesgħa tal-Kummissjoni għall-kriżi ekonomika: il-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku adottat f’Novembru 2008, li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew. Fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni emendat il-qafas temporanju fi Frar tal-2009[17] biex tipprovdi lill-Istati Membri b'possibbiltajiet addizzjonali biex jittrattaw l-effetti tar-restrizzjoni tal-kreditu fuq l-ekonomija reali. Il-qafas emendat jikkunsidra livell differenti ta’ kollateralizzazzjoni (b’mod partikolari għal kategoriji bi klassifikazzjoni baxxa) meta jiġi kkalkulat il-primjum ta' garanzija permissibbli. F’Ottubru, il-Kummissjoni adottat emenda għall-qafas, sabiex tippermetti ammont limitat ta’ għajnuna kompatibbli u separat ta' EUR 15.000 għall-bdiewa[18]. Fl-aħħar nett, f’Diċembru, il-qafas ġie modifikat sabiex jiffaċilita aktar l-aċċess għall-finanzi speċjalment fi Stati Membri bi spejjeż tax-xogħol baxxi[19].

    31. Il-Qafas Temporanju jiffoka fuq żewġ għanijiet: l-ewwel, li jżomm il-kontinwità fl-aċċess għall-finanzi tal-kumpaniji (eż. billi jippermetti lill-Istati Membri jagħtu garanziji tal-Istat għal self bi primjums imnaqqsa jew rati tal-imgħax sussidjati għas-self u l-għoti ta' sa EUR 500 000 għal kull kumpanija); u t-tieni, li jinkorraġġixxi l-kumpaniji jkomplu jinvestu f'futur sostenibbli (eż. billi jippermettu self sussidjat għall-iżvilupp ta' prodotti ekoloġiċi). Minbarra l-miżuri ta’ għajnuna ġodda msemmija, il-Qafas Temporanju jinkludi adattamenti temporanji ta’ linji gwida eżistenti bħala simplifikazzjoni tar-regoli fuq assigurazzjoni tal-kreditu tal-esportazzjoni għal żmien qasir u żieda fil-livelli massimi għall-investimenti kapitali tar-riskju.

    32. Sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni approvat 79 miżura f’25 Stat Membru li għandhom l-għan li jistabbilizzaw il-kumpaniji u x-xogħol fl-ekonomija reali[20].

    33. Il-qafas temporanju huwa strument orizzontali, li ppermetta lill-Istati Membri jappoġġjaw is-setturi kollha tal-ekonomija milquta mill-kriżi, inkluża l-industrija tal-karozzi. Il-Qafas Temporanju ntuża b’mod estensiv biex jappoġġja l-industrija tal-karozzi. Bħal kwalunkwe settur ieħor, l-industrija tal-karozzi tista’ tibbenefika minn għajnuna ta’ EUR 500 000 għal kull kumpanija għas-sentejn li jmiss (ammonti żgħar tal-għajnuna), garanziji tal-Istat fuq is-self, self sussidjat (inkluż dak speċifikament għall-karozzi ekoloġiċi) u kapital tar-riskju b’aċċess faċilitat għall-SMEs. Uħud mill-miżuri li l-qafas temporanju jipprovdi għalihom, huma ta’ rilevanza b’mod partikolari għall-industrija tal-karozzi għaliex jippermettu l-finanzjament ta’ proġetti għall-iżvilupp ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi.

    34. Il-Kummissjoni approvat għajnuna għall-prodotti ekoloġiċi, notifikati minn Franza, ir-Renju Unit, Spanja, il-Ġermanja u l-Italja[21]. Barra minn hekk, numru ta’ Stati Membri, inklużi Franza, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, il-Belġju (ir-reġjun Fjamming), u r-Rumanija waqqfu skemi ta’ garanzija u/jew self sussidjat li minnhom tista’ tibbenefika l-industrija tal-karozzi (kif ukoll industriji oħra)[22]. Pereżempju, self sussidjat ta’ EUR 1.5 biljun ingħata mill-Ġermanja lil Opel wara l-proċeduri ta’ falliment tal-kumpanija prinċipali tagħha General Motors[23], filwaqt li Franza tat self sussidjat ta’ EUR 3 biljun kemm lil Renault kif ukoll lil PSA[24]. Barra minn hekk, f’Ġunju, il-Kummissjoni approvat garanzija tal-Istat fuq self mill-BEI notifikat mill-Isvezja għal Volvo Cars[25].

    35. Fl-aħħar nett, skont il-qafas temporanju, l-Istati Membri kellhom, sal-31 ta’ Ottubru, jagħtu l-fehmiet tagħhom lill-Kummissjoni fuq l-implimentazzjoni u l-effettività tagħha fir-rijattivazzjoni tas-self tal-banek u fl-appoġġ tagħha lill-kumpaniji[26]. Il-Kummissjoni ppreparat kwestjonarju li ġie ppubblikat fil-websajt tad-DĠ tal-Kompetizzjoni, sabiex tikseb il-kummenti tal-partijiet interessati. Ġeneralment, l-Istati Membri kkunsidraw il-Qafas Temporanju bħala għodda utli li tat appoġġ importanti lill-kumpaniji. Dawn ikkonfermaw li l-kumpaniji kienu għadhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet ta’ aċċess għall-finanzi u, għalhekk, il-kontinwità tal-Qafas Temporanju matul l-2010 kienet ġustifikata. L-Istati Membri implimentaw l-iżjed il-miżura 500k (l-għoti ta’ EUR 500 000 għal kull kumpanija) u l-garanziji sussidjati.

    Riżultati u spejjeż involuti

    36. Bejn Ottubru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni adottat 73 deċiżjoni relatati ma' 33 skema u 68 deċiżjoni fuq miżuri individwali lil 38 bank. Dawn il-141 deċiżjoni jkopru 21 Stat Membru. Minħabba l-urġenza, uħud minn dawk id-deċiżjonijiet ittieħdu f’daqqa waħda, sabiex jiġi evitat effett domino u l-kollass maġġuri tas-sistema finanzjarja tal-UE.

    37. Bejn Ottubru 2008 u t-tmiem tal-2009, il-Kummissjoni approvat madwar EUR 3.63 triljun (ekwivalenti għal 29% tal-PDG tal-UE-27) ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat lil istituzzjonijiet finanzjarji.

    38. Safejn hi konċernata l-ekonomija reali, sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni kienet approvat 79 miżura ta’ għajnuna mill-Istat f’25 Stat Membru. Minn dawn il-miżuri, 18 kienu relatati ma’ garanziji, 11 ma’ miżuri ta’ kreditu tal-esportazzjoni għal żmien qasir, disa’ ma’ self b’rata tal-imgħax imnaqqsa, sitta ma' miżuri ta' kapital tar-riskju u ħamsa ma' self b'rata tal-imgħax imnaqqsa għal prodotti ekoloġiċi. Numru kbir tal-miżuri approvati (30) kienu relatati mal-għoti ta’ sa EUR 500 000 għal kull impriża.

    39. L-Iskeda ta’ Punteġġi tal-għajnuna mill-Istat tal-Ħarifa tal-2009 turi li l-volum totali tal-għajnuna tela' fl-2008 minn madwar 0.5% ta' PDG sa 2.2% ta' PDG jew EUR 279.6 biljun minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika. L-għajnuna relatata mal-kriżi kienet tirrappreżenta madwar 1.7% jew EUR 212.2 biljun u kienet relatata ma’ għajnuna lil istituzzjonijiet finanzjarji biss[27]. L-għajnuna lill-ekonomija reali taħt il-Qafas Temporanju bdiet tiġi implimentata mill-Istati Membri biss fl-2009. Minkejja l-miżuri tal-kriżi, l-għajnuna totali ammontat fl-2008 għal 0.5% tal-PDG jew EUR 67.4 biljun, livell simili għall-2007 u s-snin ta’ qabel. L-għajnuna kienet l-aktar immirata lejn għanijiet orizzontali ta’ interess komuni (fuq medja ta’ 88%), li minnhom l-għajnuna reġjonali, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-għajnuna ambjentali rrappreżentaw madwar żewġ terzi filwaqt li l-għajnuna ta' salvataġġ u ristrutturar naqset. Għalkemm il-figuri għall-2009 għadhom mhux disponibbli, il-volum u s-sehem tal-għajnuna mhux finanzjarja fl-2009 mhumiex mistennija li jinbidlu drammatikament.

    Konklużjoni

    40. Ma hemm l-ebda dubju dwar il-benefiċċji tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni. Il-likwidità injettata evitat il-kollass tas-sistema finanzjarja u kkontribwiet għall-ftuħ mill-ġdid tas-swieq, ipprovdiet iżjed fondi lill-ekonomija reali u kienet ta' għajnuna lis-swieq finanzjarji biex jilħqu funzjonament tas-suq aktar normali. Fil-kuntest ta’ din il-kriżi, il-politika tal-kompetizzjoni kienet ta’ appoġġ għall-istabbiltà finanzjarja u ħolqot il-kondizzjonijiet ġusti għal swieq finanzjarji stabbli fuq żmien qasir u għat-tul. L-intervent fil-ħin opportun tal-Kummissjoni llimita wkoll il-konsegwenzi tar-restrizzjoni tal-kreditu għall-ekonomija reali. Ugwalment importanti, l-użu tar-regoli tal-kompetizzjoni ipproteġa l-flus tal-kontribwenti tat-taxxa.

    41. Il-politika tal-kompetizzjoni mhijiex politika statika u riġida; din tikkunsidra r-realtajiet ekonomiċi li qed jinbidlu. Din il-kombinazzjoni ta’ prinċipji stretti bi proċessi flessibbli ppermettiet li l-politika dwar il-kompetizzjoni, u l-għajnuna mill-Istat b’mod partikolari, ikollhom rwol kostruttiv u stabbilizzanti fis-sistema finanzjarja tal-UE u l-ekonomija reali.

    1 STRUMENTI

    1.1 Kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

    1.1.1. Tfassil u applikazzjoni tar-regoli

    42. L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Għajnuna mill-Istat (PAGħS)[28] kompla fl-2009, bl-adozzjoni tad-dokumenti ta’ gwida dwar l-għajnuna għat-taħriġ[29] u għajnuna lil ħaddiema b’diżabilità u żvantaġġati[30]. Il-gwida dwar il-valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna reġjonali għal proġetti ta’ investiment kbar[31] ġiet adottata wkoll. Il-prinċipji dettaljati f’dawn il-linji gwida ġew applikati għall-ewwel darba fil-każ ta’ Dell Poland[32], fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li l-proġett ta’ investiment ta' Dell biex tistabbilixxi impjant ta' manifattura f'Łódź kien jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-iżvilupp reġjonali u li dawn il-benefiċċji kienu jissuperaw kwalunkwe effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni.

    43. Il-Kummissjoni kkjarifikat ukoll diversi aspetti tal-applikazzjoni tal-Pakkett tas-SIEĠ (Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali) permezz ta’ tweġibiet għal 16-il mistoqsija li saru fil-qafas tas-Servizz ta' Informazzjoni Interattiv[33].

    44. Il-Kummissjoni estendiet il-validità tal-kriterji ta’ valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-Komunikazzjoni tal-2001 dwar iċ-Ċinema[34] sal-31 ta’ Diċembru 2012[35].

    45. Il-Kummissjoni estendiet sa’ Ottubru 2012 il-validità tal-Linji Gwida attwali tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà[36]. Taħt dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni awtorizzat l-għajnuna mogħtija u pjanata mill-Polonja lil Gdansk Shipyard u ffinalizzat l-investigazzjoni fil-fond li bdiet f’Ġunju 2005.

    46. F’Lulju wkoll, ġiet adottata Komunikazzjoni dwar ix-Xandir riveduta, sabiex ikun hemm aktar kjarifikazzjoni dwar il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tas-servizzi tal-midja ġodda finanzjati pubblikament[37].

    47. F’Settembru, il-Kummissjoni adottat Linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mat-tusigħ rapidu tan-netwerks tal-faxx wiesa', u indirizzat ukoll il-finanzjament pubbliku għat-tusigħ tal-hekk imsejħa netwerks tal-faxx wiesa' b'aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss[38]. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jipprovdu kopertura ġusta tal-faxx wiesa' bi prezzijiet affordabbli għaċ-ċittadini Ewropej.

    1.1.2. Kontroll tal-għajnuna mill-Istat – il-Pakkett tas-Simplifikazzjoni

    48. Il-Pakkett tas-Simplifikazzjoni daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru. Il-Pakkett huwa magħmul minn Kodiċi tal-Aħjar Prattika[39] u minn Avviż dwar Proċedura Simplifikata[40], li t-tnejn għandhom l-għan li jtejbu l-effettività, it-trasparenza u l-prevedibilità tal-proċeduri tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

    1.1.3. Politika ta’ rkupru

    49. L-irkupru ta’ għajnuna mhux legali mill-Istat ma ġietx konċepita bħala piena, iżda bħala mezz ta’ rkupru tas-sitwazzjoni li kienet tippreċiedi l-għoti tal-għajnuna illegali u mhux legali. Sal-31 ta’ Diċembru, l-ammont ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli rkuprata żdied minn EUR 2.3 biljun f'Diċembru 2004 għal EUR 10.4 biljun. Il-persentaġġ ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli li għad irid jiġi rkuprat evolva b’dan il-mod ukoll (minn 75% fl-aħħar tal-2004 għal 12% fil-31 ta’ Diċembru 2009). Is-sehem tal-ammont totali rkuprat madankollu naqas ftit bejn l-2008 u l-2009 (minn 90.9% għal 88%), minħabba seba’ deċiżjonijiet ta’ rkupru ġodda adottati fl-2009 u ammonti għolja ta’ għajnuna identifikata[41] f’diversi deċiżjonijiet tal-2008.

    1.1.4. Infurzar tal-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali

    50. F’April, il-Kummissjoni ħarġet Avviż ġdid dwar l-Infurzar tal-għajnuna mill-Istat mill-Qrati Nazzjonali[42]. Dan l-Avviż ifittex li jipprovdi gwida aktar dettaljata dwar l-aspetti kollha tal-infurzar privat tal-għajnuna mill-Istat. Dan joffri lill-qrati nazzjonali appoġġ mill-Kummissjoni iżjed prattiku u faċli biex jintuża fix-xogħol ta’ kuljum tagħhom, minħabba li l-imħallfin Nazzjonali jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal informazzjoni fil-pussess tagħha u/jew għall-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    1. 1.5. Monitoraġġ tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat

    51. Mill-2006 'l hawn, il-Kummissjoni żiedet il-"monitoraġġ ex post" tat-tipi ewlenin ta' għajnuna koperti mir-Regolamenti għal Eżenzjoni Sħiħa (BER) u għalhekk mhux iżjed soġġetti għall-obbligu ta' notifika. L-analiżi tar-riżultati tal-ewwel tliet snin tal-eżerċizzji ta' monitoraġġ turi li, inġenerali, il-parti tal-arkitettura (skemi u BERs) tal-għajnuna mill-Istat eżistenti tiffunzjona b’mod sodisfaċenti. L-Istati Membri kollha qed jikkoperaw mal-Kummissjoni, minkejja ħafna minnhom issottomettew l-informazzjoni meħtieġa b’dewmien konsiderevoli. Il-Qorti tal-Prim' Istanza wkoll tat sentenza[43] li kkonfermat il-legalità tal-eżerċizzji ta’ monitoraġġ.

    1.1.6. Għajnuna orizzontali mill-Istat

    52. Fl-2009, il-Kummissjoni approvat 29 skema ta’ għajnuna u adottat erba’ deċiżjonijiet mhux ta’ għajnuna abbażi tal-Qafas tal-Komunità għar-riċerka u żvilupp u innovazzjoni[44]; 19 minn dawn il-miżuri kienu skemi purament ta’ riċerka u żvilupp, tnejn kienu skemi orjentati lejn l-innovazzjoni u 12 kienu mħallta, li jsegwu kemm għanijiet ta’ riċerka u żvilupp kif ukoll ta’ innovazzjoni. Barra minn hekk, u wara valutazzjoni ekonomika fil-fond, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fuq disa’ għajnuniet notifikabbli individwalment għal proġetti kbar ta’ riċerka u żvilupp. Barra minn hekk, din issorveljat l-informazzjoni sottomessa fuq l-għajnuna lil 73 proġett ieħor ta’ riċerka u żvilupp, li qabżu t-EUR 3 miljun għalkemm ma kinux jaqgħu taħt id-dover għal notifika individwali.

    53. Fil-każ tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lil proġetti ta’ riċerka u żvilupp taħt il-GBER[45], kien hemm 51 skema li jipprovdu għajnuna għal riċerka fundamentali, 186 għal riċerka industrijali u 181 għal żvilupp esperimentali. Fl-istess ħin, il-GBER intuża wkoll mill-Istati Membri għal miżuri relatati mal-innovazzjoni, 57 minnhom kellhom x'jaqsmu mad-drittijiet tal-proprjetà industrijali għall-SMEs, 26 mal-intrapriżi żgħar innovattivi, 47 mas-servizzi ta' pariri u appoġġ dwar l-innovazzjoni, u 23 mas-self ta’ personal kwalifikat ħafna.

    54. Safejn hija konċernata l-għajnuna ambjentali, il-Kummissjoni approvat 34 skema ta’ għajnuna u erba’ applikazzjonijiet individwali, il-maġġoranza tagħhom taħt il-Linji gwida dwar l-Għajnuna għall-Ħarsien tal-Ambjent[46]. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li każ minnhom ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, wara proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ħadet żewġ deċiżjonijiet negattivi, deċiżjoni waħda kondizzjonali kif ukoll deċiżjoni pożittiva. Fl-istess ħin il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ investigazzjonijiet formali f’erba’ każijiet oħra relatati mal-għajnuna għall-ambjent.

    55. Fil-qasam tal-finanzjament ta’ kapital tar-riskju għall-SMEs, u minbarra s-sitt skemi ta’ għajnuna awtorizzati taħt il-Qafas Temporanju, il-Kummissjoni approvat 25 miżura taħt il-Linji gwida dwar il-kapital tar-riskju[47]; li 16 minnhom ikkonformaw mad-dispożizzjonijiet safe harbour li jippermettu valutazzjoni ħafifa. Il-Kummissjoni mexxiet ukoll valutazzjoni dettaljata tal-kompatibilità tal-miżuri f’seba’ każijiet oħra, u kkunsidrat li dawn ma kinux jinvolvu għajnuna mill-Istat fiż-żewġ każijiet li kien baqa’. Barra minn hekk, 13-il skema ta' għajnuna addizzjonali ġew implimentati fl-2009 taħt il-GBER, li beda jintuża wkoll mill-Istati Membri għal skopijiet ta' kapital tar-riskju.

    56. Bħala total il-Kummissjoni ġiet informata dwar 971 miżura ta’ għajnuna li ġew implimentati fl-2009 taħt il-GBER. Minbarra l-għanijiet imsemmija hawn fuq, dawk l-iskemi ta’ għajnuna eżentati kienu jkopru wkoll l-oqsma tal-għajnuna għall-impjieg, għajnuna għat-taħriġ, għajnuna għal skopijiet ambjentali[48] u għajnuna reġjonali.

    57. Fil-qasam tal-għajnuna reġjonali, fl-2009 l-Kummissjoni approvat 45 skema, l-aktar abbażi tal-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013[49]. Approvat ukoll 12-il miżura ta’ għajnuna ad hoc favur intrapriżi waħdiena għall-investiment f’żoni taħt il-mapep ta’ Għajnuna Reġjonali tal-2007-2013[50].. Abbażi tal-istess Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013, ġiet approvata l-għajnuna mill-Istat għal disa’ proġetti ta’ investiment kbar[51] u bdiet proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar żewġ proġetti oħra bħal dawn[52] kif ukoll każ wieħed ta’ għajnuna reġjonali ad hoc[53]. Il-Kummissjoni fl-aħħar għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għal żewġ proġetti oħra ta’ investiment kbar b’deċiżjoni pożittiva[54].

    58. Taħt il-Qafas Temporanju, fl-2009 l-Kummissjoni adottat 30 deċiżjoni fejn approvat ammonti limitati ta’ skemi ta’ għajnuna kompatibbli, 15-il deċiżjoni fejn approvat miżuri għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanzija u disa’ deċiżjonijiet fejn approvat miżuri fil-forma ta’ rati ta’ interessi sussidjati.

    1.1.7. Għajnuna mill-Istat għall-Faħam

    59. Matul l-2009 l-Kummissjoni approvat għajnuna lis-settur tal-faħam fil-Ġermanja[55], is-Slovakkja[56] u Spanja[57]. Dawn l-iskemi ta’ għajnuna kienu maħsuba biex jappoġġjaw l-aċċess għar-riservi tal-faħam u għar-ristrutturar tas-settur tal-faħam f’dawn il-pajjiżi.

    60. Minħabba l-iskadenza fil-futur qrib tar-Regolament 1407/2002[58] (fil-31 ta’ Diċembru 2010), il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni pubblika fuq l-għażliet tal-politika futura fir-rigward tal-għajnuna lill-industrija tal-faħam[59].

    1.1.8. Għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu

    61. Il-Kummissjoni tivvaluta l-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija abbażi tal-Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija 2007 sa 2013[60]. Fl-2009, il-Kummissjoni rreġistrat 139 każ ġdid ta’ għajnuna mill-Istat u adottat 146 deċiżjoni.

    62. Fil-kuntest tal-emenda tal-Qafas Temporanju, l-ammont massimu ta' għajnuna lill-impriżi agrikoli jista' jingħata darba biss sal-31 ta' Diċembru 2010. Kwalunkwe għajnuna agrikola de-minimis irċevuta mill-bidu tal-2008 'l hawn minn impriżi individwali b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007[61] għandha titnaqqas minn dan l-ammont.

    1.2 Antitrust – Artikoli 101, 102 u 106 TFEU

    1.2.1. Tfassil u applikazzjoni tar-regoli

    Rapport dwar il-funzjonament tar-Regolament 1/2003

    63. Fid-29 ta’ April, il-Kummissjoni adottat ir-Rapport tagħha dwar il-funzjonament tar-Regolament tal-Kunsill 1/2003[62]. Ir-rapport jikkunsidra wkoll kif il-modernizzazzjoni tar-regoli ta’ nfurzar tal-antitrust tal-UE ħadmet mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament fl-1 ta’ Mejju 2004 'l hawn. Dan jiddeskrivi l-esperjenza fl-oqsma ewlenin kollha koperti mir-Regolament u jevalwa l-progress li sar permezz tal-introduzzjoni ta’ strumenti u metodi ta’ ħidma ġodda. Ir-rapport jenfasizza wkoll numru ta’ aspetti li ħaqqhom aktar evalwazzjoni.

    Infurzar privat tar-regoli antitrust tal-UE

    64. Ir-regoli antitrust tal-UE għandhom effett dirett; dawn jikkonferixxu drittijiet lill-individwi, inkluż id-dritt għad-danni, li jistgħu jiġu nfurzati quddiem il-qrati nazzjonali (infurzar privat). Il-Kummissjoni nediet proġett ta’ politika li għandu l-għan li jiżgura l-effettività tal-azzjonijiet ta’ danni antitrust tal-UE u fl-2008 adottat White Paper fuq azzjonijiet ta’ danni għall-ksur tar-regoli antitrust tal-KE[63] b’suġġerimenti konkreti. Is-suġġerimenti tal-White Paper jinkludu: (i) kjarifikazzjoni tat-tip ta’ danni li jistgħu jintalbu u minn min; (ii) faċilitazzjoni tal-pożizzjoni tal-konsumaturi u vittmi oħra indiretti f'sitwazzjonijiet fejn overcharge illegali tkun ġiet mgħoddija lilhom; (iii) titjib tal-effiċjenza ta’ azzjonijiet ta’ segwitu għad-danni permezz tal-provvista ta’ deċiżjonijiet ta’ ksur finali tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali jikkostitwixxu evidenza suffiċjenti ta' ksur; (iv) żgurar li r-rikorrenti jistgħu jiksbu aċċess ġust għal evidenza permezz tal-iżvelar fil-qorti; (v) li ikun hemm rimedju kollettiv effettiv; u (vii) suġġeriment ta' regoli li jiżguraw interazzjoni mingħajr problemi bejn l-infurzar privat u dak pubbliku, inlkuża l-protezzjoni ta' programmi ta' klemenza.

    65. F’Marzu 2009, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adottaw opinjonijiet li jappoġġjaw l-approċċ tal-White Paper. Is-servizzi tal-Kummissjoni bdew jaħdmu fuq l-istrumenti tekniċi maħsuba biex jiksbu l-għanijiet tal-White Paper, waqt li jikkunsidraw l-opinjonijiet u l-kummenti rċevuti fil-konsultazzjoni pubblika. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni bdew ix-xogħol fuq gwida li ma torbotx dwar il-kwantifikazzjoni tad-danni.

    Kartelli

    66. Fl-2009, il-Kummissjoni adottat sitt deċiżjonijiet dwar kartelli[64] li jimponu multi li jammontaw għal EUR 1.62 biljun fuq 43 impriża[65]. Baqgħet tagħti prijorità kbira lis-sejbien, l-investigazzjoni u s-sanzjonar tal-kartelli. Għall-ewwel darba ħarġet deċiżjonijiet dwar kartelli lil impriżi fis-Slovakkja u fis-Slovenja (il-każ Calcium Carbide – dwar it-trab tal-karbur tal-kalċju u granulati għall-industrija tal-gass u metallurġika). Fil-ġlieda kontra l-kartelli b’dimensjoni internazzjonali kellha suċċess kbir, epitomizzat bid-deċiżjonijiet fil- Marine Hoses [66] ( kartell ta’ qsim tas-suq u ffissar tal-prezzijiet li jikkonċerna l-manek tal-baħar, użati għat-tagħbija taż-żejt u prodotti oħra tal-pitrolju minn faċilitajiet offshore għal fuq bastimenti u l-ħatt tagħhom lill-faċilitajiet offshore, li dwarhom l-UE kkoperat mal-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Ġappun), Power Transformers[67] (ftehim ta’ qsim tas-suq bejn produtturi Ewropej u Ġappuniżi relatat mat-transformers tal-karozzi u r-reatturi shunt b’firxa tal-vultaġġ ta’ 380 kV u 'l fuq) u Heat Stabilisers (kartell għall-qsim tas-suq u ffissar tal-prezzijiet relatat mal-addittivi tal-plastik, li jinvolvi kumpaniji tal-UE, tal-Istati Uniti u Svizzeri).

    67. Wara t-tħassir mill-Qorti tal-Prim' Istanza tad-Deċiżjoni dwar Concrete Reinforcing Bars fl-2007[68], fit-30 ta’ Settembru l-Kummissjoni adottat mill-ġdid id-deċiżjoni inizjali tagħha mill-2002 u żammet it-tmien impriżi kollha, u kkonfermat multa kważi identika fuqhom[69].

    Ftehim u prattiki miftiehma oħra

    68. Dwar l-applikazzjoni tar-regoli antitrust għal każijiet mhux ta' kartell, fl-14 ta’ Ottubru l-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ impenn[70] li trendi legalment jorbtu l-impenji offruti mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet ta’ Klassifikazzjoni (IACS) li jindirizzaw it-tħassib li jqum matul investigazzjoni skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fis-suq tal-klassifikazzjoni dinjija tal-vapuri.

    69. Numru ta’ BERs u, fejn rilevanti, il-linji gwida li jakkompanjawhom relatati mal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFEU, li waslu biex jiskadu fil-futur qrib, ġew riveduti fl-2009. Dawn ir-reviżjonijiet jikkonċernaw b’mod partikolari l-BERs għal Ftehimiet Vertikali u Orizzontali, il-BER tal-"Assigurazzjoni"[71] (ara t-Taqsima 2.1) u l-BER tal-"Vetturi bil-mutur" (ara t-Taqsima 2.9).

    70. Il-Kummissjoni ħarġet abbozz ta’ BER u Linji gwida għal konsultazzjoni pubblika dwar il-Ftehimiet Vertikali f’Lulju. Qed jiġi propost li jinżammu, għaldaqstant, ir-regoli attwali, waqt li fl-istess ħin jiġu adattati u rfinuti biex jikkunsidraw l-iżvilupp fis-suq, b’mod partikolari s-setgħa tax-xerrejja fis-suq, u ż-żieda kontinwa tal-bejgħ onlajn.

    71. Fir-rigward tal-Ftehimiet Orizzontali, ir-reviżjoni tal-linji gwida[72] hija konnessa mar-reviżjoni tal-"BER tal-ftehimiet ta’ Speċjalizzazzjoni "[73] u l-"BER tal-ftehimiet ta’ Riċerka u Żvilupp"[74]. Il-linji gwida orizzontali mhux biss ikopru l-ftehimiet ta’ speċjalizzazzjoni u ta’ riċerka u żvilupp iżda wkoll tipi oħra ta’ ftehimiet bħal ftehimiet ta’ produzzjoni, ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ xiri konġunt.

    72. Ġie adottat ukoll ir-Regolament (KE) Nru 906/2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) KE lil ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma bejn il-kumpaniji marittimi tal-linja (konsorzji)[75]. Dan ir-Regolament jippermetti wkoll kooperazzjoni operattiva għal provvista ta’ servizz ta’ tbaħħir tal-linja konġunt bejn bastimenti tal-linja soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet. Din it-tip ta’ kooperazzjoni ġiet eżentata mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE sa mill-1995. Ir-Regolament il-ġdid jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ April 2010 għal ħames snin.

    Abbuż ta' pożizzjonijiet dominanti (l-Artikolu 102 TFEU)

    73. Il-Gwida tal-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet tagħha ta’ infurzar fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE fejn tidħol imġiba abbużiva ta' esklussività minn impriżi dominanti ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU) fl-24 ta' Frar[76].

    74. Il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet finali fis-setturi tal-enerġija (RWE u GdF) u tal-IT (Intel, Microsoft u Rambus). Iddeċidiet ukoll li tiftaħ proċeduri fis-setturi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi (il-kumpaniji Pollakki u Slovakki diġà stabbiliti fis-suq tal-faxx wiesa') u s-setturi finanzjarji (Standard & Poor’s u Thomson Reuters). Informazzjoni aktar dettaljata tinsab fit-taqsimiet dwar is-setturi rispettivi ta’ dan ir-Rapport.

    1 3. Miżuri tal-Istat (Impriżi pubbliċi/impriżi bi drittijiet esklussivi u speċjali – l-Artikolu 106 TFEU)

    75. Fit-2 ta’ Frar, il-Kummissjoni bagħtet Opinjoni Raġunata[77] (RO) lir-Repubblika Slovakka fejn titlobha biex iġġib l-Att dwar il-Kompetizzjoni tagħha konformi mal-liġi tal-UE. Fil-25 ta’ Ġunju għalqet il-proċedura ta’ ksur[78], wara revoka fis-sħiħ tad-dispożizzjoni kontestata b'effett mill-1 ta’ Ġunju. Proċedura ta’ ksur kontra r-Repubblika Slovakka għadha għaddejja għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2008 dwar il-Liġi postali Slovakka[79].

    76. F’Awwissu, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fejn taċċetta l-impenji li saru mill-Greċja biex tiżgura aċċess ġust għad-depożiti tal-lignite Griegi[80].

    77. F’Ottubru, wara l-ftuħ tad-distribuzzjoni ta’ “Livret A” mill-banek, il-proċedura tal-ksur li kienet infetħet kontra Franza fl-2007, ingħalqet.

    1.4 Kontroll tal-amalgamazzjonijiet

    1.4.1. Tfassil u applikazzjoni tar-regoli

    78. Fl-2009 n-numru ta’ amalgamazzjonijiet notifikati kien taħt il-livelli rekord tas-snin ta’ qabel. Bħala total, 259 tranżazzjoni ġew notifikati lill-Kummissjoni u ġew adotatti 243 deċiżjoni finali. Minn dawn id-deċiżjonijiet finali, 225 tranżazzjoni ġew approvati mingħajr kondizzjonijiet matul l-Istadju I, 82 deċiżjoni ġew approvati mingħajr kondizzjonijiet taħt il-proċedura normali u 143 (jew 63.6%) ġew awtorizzati bl-użu tal-proċedura simplifikata. 13-il tranżazzjoni ġew approvati fl-Istadju I soġġetti għal kondizzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bdiet ħames proċeduri tal-Istadju II, bi tliet deċiżjonijiet adottati soġġetti għal kondizzjonijiet. Żewġ każijiet ġew irtirati fl-Istadju II u sitt każijiet fl-Istadju I. L-ebda deċiżjoni ta’ projbizzjoni ma ttieħdet matul is-sena.

    1.4.2. L-Artikolu 21

    79. Is-setgħat legali stipulati fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet jippermettu lill-Kummissjoni tintervjeni sabiex tiskoraġġixxi u fl-aħħar mill-aħħar tipprevjeni lill-Istati Membri milli jipprevjenu jew jirrestrinġu x-xiri ta’ kumpaniji domestiċi minn kumpaniji minn Stati Membri oħra għal raġunijiet mhux ġustifikati. Din id-dispożizzjoni tipprovdi wkoll qafas proċedurali għall-iskambju tal-fehmiet fiż-żmien opportun ma’ Stati Membri għad-distinzjoni tal-interventi b’motivazzjoni protezzjonista minn insegwiment ġenwin ta’ interessi pubbliċi leġittimi (minbarra l-kompetizzjoni). Mill-bidu tiegħu, kien hemm anqas minn 20 każ fejn ġie applikat l-Artikolu 21. Wara perjodu ta’ applikazzjoni aktar frekwenti tal-Artikolu 21, fl-2009 l-ebda proċeduri ġodda ma nfetħu taħt din id-dispożizzjoni

    1.4.3 Ir-Rapport dwar l-Amalgamazzjonijiet

    80. Il-Kummissjoni ppreżentat rapport lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet[81] (ECMR), ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-rapport jikkonkludi li, b'mod ġenerali, il-limiti ġurisdizzjonali u l-mekkaniżmi ta’ referenza pprovdew il-qafas legali xieraq għal allokazzjoni u rijallokazzjoni flessibbli tal-każijiet bejn il-Kummissjoni u l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni (ANK). Ir-rapport jgħid ukoll li l-mekkaniżmi ta’ wara n-notifika wrew li baqgħu utli fir-rijallokazzjoni tal-każijiet minkejja l-introduzzjoni tal-mekkaniżmi ta' referenza ta' qabel in-notifika.

    81. Fl-aħħar nett, ir-rapport jenfasizza oqsma fejn jista’ jkun hemm lok potenzjali għal titjib, bħall-operat tar-“regola taż-żewġ terzi”, il-mod kif jiġu trattati l-każijiet li jiġu notifikati lil tliet ANK jew iżjed (il-kunċett ta' “one stop shop”) u l-kwistjoni ta’ aktar konverġenza tar-regoli nazzjonali applikabbli fir-relazzjoni tagħhom mar-regoli tal-Komunità.

    2 Żviluppi fis-Settur

    2.1. Servizzi finanzjarji

    82. Is-swieq finanzjarji huma kruċjali għall-funzjonament tal-ekonomiji moderni. Is-sena kienet estremament diffiċli għas-settur finanzjarju u l-Kummissjoni kellha rwol importanti billi pprovdiet ċertezza legali fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u tal-amalgamazzjonijiet[82].

    83. Fil-qasam tad-distribuzzjoni tad-dejta tas-suq finanzjarju, infetħu proċeduri formali kontra Standard & Poor's talli allegatament abbużaw mill-pożizzjoni dominanti tagħhom relatata mal-ħruġ u l-liċenzjar ta’ kodiċi tal-identifikatur tat-titoli msejħa ISINs[83]. Il-Kummissjoni fetħet ukoll proċeduri formali kontra Thomson Reuters fir-rigward tal-użu ta’ RICs[84].

    84. Minbarra l-ftuħ mill-Kummissjoni tal-investigazzjonijiet fl-2008 fir-rigward tal-MIFs transkonfinali ta’ VISA Europe, intbagħat SO f'April. F’Mejju l-Kummissjoni kkummissjonat studju estern li jipparaguna l-ispejjeż tal-pagamenti bil-flus kontanti u bil-kards.

    85. Il-Kummissjoni kompliet tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-projbizzjoni tal-2007 fuq Tariffi ta' Skambju Multilaterali (MIFs) transkonfinali tal-MasterCard. F’April MasterCard ikkommettiet ruħha li terġa' tintroduċi MIFs transkonfinali sostanzjalment iżjed baxxi[85] sabiex tirrevoka żidiet fit-tariffi tal-iskema, u li tbiddel ir-regoli tas-sistema tagħha sabiex iżżid it-trasparenza u l-kompetizzjoni fis-suq tal-kards tal-ħlas[86]. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-impriżi hija sorveljata mill-viċin minn fiduċjarju indipendenti.

    86. Il-Kummissjoni wettqet reviżjoni tal-funzjonament tal-BER tal-Assigurazzjoni kurrenti[87] qabel jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2010. Abbażi tal-evidenza li nstabet matul ir-Reviżjoni, l-abbozz tal-BER iġedded l-eżenzjoni għal żewġ kategoriji ta’ ftehim: kumpilazzjonijiet, tabelli u studji konġunti; u ftehimet dwar il-pools tal-koassigurazzjoni u l-korijassigurazzjoni. L-abbozz ġie ppubblikat għall-konsultazzjoni fil-5 ta’ Ottubru għal tmien ġimgħat.

    87. Is-SEPA (Żona Waħda tal-Ħlasijiet bl-Euro) kienet fokus importanti tal-avukatura antitrust fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Is-SEPA hija inizjattiva awtoregolatorja mnidija mill-Industrija Bankarja Ewropea u mmexxija mill-Kunsill tal-Ħlasijiet Ewropew (EPC) biex tidħol fil-qasam tal-ħlasijiet integrati bl-Euro, li jiżgura li l-ħlasijiet transkonfinali jsiru iżjed faċli u effiċjenti daqs il-ħlasijiet domestiċi.

    88. Matul l-2009, saru diskussjonijiet informali ma’ entranti ġodda potenzjali – b’mod partikolari Payfair u Monnet – notevolment għall-kjarifikazzjoni tal-kompatibilità tal-mekkaniżmi tal-finanzjament previsti tagħhom mar-regoli tal-kompetizzjoni u għall-inkoraġġament ta’ kompetizzjoni konformi mas-SEPA effettiva fis-suq tal-kards tal-ħlas.

    89. Id-djalogu mniedi mill-EPC fl-2007 kompla fl-2009, b’fokus fuq it-tariffi tal-interkambju għal SEPA Direct Debit (SDD), il-kontroll tal-EPC u tal-iskemi kif ukoll l-istandardizzazzjoni. F’Marzu, il-Kummissjoni u l-ECB ħarġu dikjarazzjoni konġunta li tikkjarifika l-prinċipji tal-finanzjament għall-SDD, inkluża l-possibbiltà li jiġu ċċarġjati tariffi ta’ interkambju multilaterali f’ċerti Stati Membri fuq bażi tranżitorja[88]. Fit-2 ta’ Novembru, ir-Regolament 924/2009[89] dwar il-ħlas transkonfinali daħal fis-seħħ u l-Kummissjoni u l-BĊE ippubblikaw gwida dwar il-finanzjament fit-tul tal-SDD[90]. Il-gwida tikkonċerna l-perjodu meta l-arranġamenti tranżitorji tal-MIF ma jibqgħux japplikaw.

    90. Bejn it-3 ta’ Novembru u l-14 ta’ Diċembru il-Kummissjoni nidiet konsultazzjoni pubblika dwar iżjed gwida għall-parteċipanti fl-iskema tal-SDD fir-rigward tal-valutazzjoni tal-mekkaniżmi ta' finanzjament kollettivi taħt ir-regoli tal-Kompetizzjoni Ewropej. Wara l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tista’, jekk xieraq, tiddeċiedi li tadotta gwida li tipprovdi iżjed ċarezza u prevedibilità fuq il-qafas ġenerali tal-analiżi.

    2.2. L-Enerġija u l-Ambjent

    91. Fis-6 ta’ April il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw il-pakkett leġiżlattiv klima-enerġija li fih miżuri għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli li kien ġie propost mill-Kummissjoni f’Jannar 2008. Il-pakkett fih direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli li tistabbilixxi kriterji ta’ sostenibilità għall-bijofjuwils u l-bijolikwidi[91] li huma rilevanti wkoll għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat f’dak il-qasam. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Direttiva li tirrevedi s-Sistema ta’ Tpartit ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet tal-UE (ETS) għall-gassijiet serra[92].

    92. Fit-13 ta’ Lulju l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw il-Pakkett tas-Suq Intern tal-Enerġija[93] u fis-16 ta’ Lulju l-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament li jikkonċerna miżuri għall-protezzjoni tas-sigurtà tal-provvisa tal-gass.

    93. Il-Kummissjoni kienet attiva ħafna fl-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni fis-settur tal-enerġija, abbażi tal-għarfien miksub permezz tal-Inkjesta dwar is-Settur tal-Enerġija[94]. L-iżvilupp ta’ kompetizzjoni effettiva f’dawn is-swieq għandu jirriżulta f'żieda fis-sigurezza tal-provvista, tnaqqis fl-impatt ambjentali, aktar innovazzjoni u l-provvista ta' enerġija għal prezzijiet kompetittivi lid-djar u n-negozji tal-UE.

    94. Fit-18 ta’ Marzu, ġiet adottata deċiżjoni[95] fil-każ tal-Preklużjoni tal-Gass tal-RWE li għamlet l-impenji ta’ divestiment proposti preċedentement minn RWE jorbtu legalment u għalqet l-investigazzjoni tagħha. Bl-istess mod, l-impenji offruti minn GDF Suez[96] saru jorbtu legalment permezz tal-adozzjoni fit-2 ta’ Diċembru ta’ deċiżjoni taħt l-Artikolu 9 tar-Regolement 1/2003. L-impenji għandhom irendu d-dħul għall-kompetituri fis-suq tal-gass Franċiż iżjed faċli. Barra minn hekk, fl-4 ta’ Novembru, il-Kummissjoni nidiet test tas-suq fuq l-impenji offruti mill-kumpanija tal-enerġija Franċiża EDF, fil-qafas tal-każ EDF Customer Foreclosure [97]. Flimkien mar-riforma tas-suq tal-elettriku regolat li ġiet implimentata mill-gvern Franċiż[98], l-impenji f’dan il-każ għandhom il-potenzjal li jikkostitwixxu pass importanti lejn suq tal-elettriku kompletament kompetittiv fi Franza. Fit-22 ta’ Diċembru 2009, intbagħtet valutazzjoni preliminari skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament 1/2003 lil E.ON AG u s-sussidjarji tagħha, inklużi E.ON Ruhrgas AG u E.ON Gastransport GmbH, fejn ġie espress tħassib dwar vjolazzjoni tal-Artikolu 102 TFEU (eks-Artikolu 82 KE). B’mod parallel, il-Kummissjoni ppreparat avviż ta’ test tas-suq skont it-tifsira tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament 1/2003.

    95. Safejn huma konċernati każijiet oħra tal-enerġija, fit-8 ta’ Lulju l-Kummissjoni adottat deċiżjoni taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament 1/2003, li timponi multi totali ta’ EUR 1 106 miljun fuq E.ON u GDF Suezsharing għall-qsim tas-suq[99]. Dawn huma l-ewwel multi li l-Kummissjoni imponiet għal ksur ta’ antitrust fis-settur tal-enerġija u jirrappreżentaw l-ogħla multa imposta fl-2009. Fis-6 ta’ Marzi ġiet indirizzata SO lil ENI S.p.A. [100] b'rabta mal-ġestjoni tal-kumpanija u l-operat ta’ sistemi ta’ pajpijiet tat-trażmissjoni tal-gass naturali. Fit-23 ta’ April, infetħu l-proċeduri fil-każ Svenska Kraftnät[101] . Fis-6 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni nidiet test tas-suq[102] u għamlet sejħa għal kummenti minn partijiet interessati dwar l-impenji offruti minn Svenska Kraftnät (SvK), l-operatur tas-sistemi tat-trażmissjoni Svediż.

    96. Fil-qasam tal-amalgamazzjonijiet, il-Kummissjoni kjarifikat b'rimedji tliet tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-provvista tal-gass u tal-elettriku. L-akkwiżizzjoni minn Vattenfall ta’ Nuon Energy[103], ix-xiri minn RWE ta’ Essent[104] u l-akkwiżizzjoni minn Segebel ta’ EDF[105]. Żewġ każijiet[106] li jqumu mir-rimedji mogħtija mill-proċeduri antitrust tal-E.ON[107] ġew iddikjarati approvati mingħajr kondizzjonijiet.

    97. Fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat sar progress fir-rigward tat-tariffi tal-elettriku regolati Franċiżi[108]. Fid-19 ta’ Settembru, il-gvern Franċiż ħabbar pjan ta’ riforma li jipprovdi għal tneħħija gradwali tat-tariffi u mekkaniżmu li għandu l-għan li jistimula l-kompetizzjoni fis-suq tal-elettriku billi jiżgura aċċess lill-kompetituri għal ċertu perċentwal tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari tal-EDF għal prezz regolat. L-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni Franċiża hija meħtieġa qabel il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali[109].

    98. Fit-18 ta’ Novembru, ġiet adottata deċiżjoni negattiva b’irkupru fil-każ tat-tariffi preferenzjali għall-impjanti ta’ Alcoa fil-Veneto u Sardinja[110].

    99. Fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli l-Kummissjoni awtorizzat skema Ċiprijotta[111], tliet skemi Daniżi[112] u skema Awstrijaka li jissussidjaw tariffi ta’ rijakkwist favur il-produtturi tal-enerġiji rinnovabbli[113]. Fl-istess ħin bdiet investigazzjoni fil-fond rigward ċerti dispożizzjonijiet tal-iskema Awstrijaka li jidher li jiffavorixxu konsumaturi tal-enerġija kbar[114].

    100. Proġett Daniż li jagħti eżenzjonijiet tat-taxxa fuq is-CO2 lil kumpaniji koperti mill-ETS tal-UE[115] ġie awtorizzat, soġġett għal kondizzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni approvat tnaqqis fit-taxxa għall-industrija tas-siment Daniża, l-ewwel każ bħal dan li ġie approvat taħt ir-regoli ġodda fil-forma ta’ tnaqqis tat-taxxi ambjentali fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali[116]. Mill-banda l-oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet li eżenzjoni mit-taxxa simili li tirrigwardja l-industrija taċ-ċeramika Olandiża mhijiex kompatibbli[117], għax l-eżenzjoni mit-taxxa ma nstabx li hija neċessarja u proporzjonali.

    101. Il-Kummissjoni awtorizzat skema tar-Renju Unit li tintroduċi sistema ta’ tpartit għall-emissjonijiet ta’ CO2 relatata mal-konsum enerġetiku[118]. Barra minn hekk, ġew adottati wkoll skemi Pollakki[119], Litwani[120] u Bulgari[121] li jipprovdu għal tnaqqis fit-taxxa li jistimula l-produzzjoni ta’ ċerti forom ta' bijofjuwils.

    102. Il-Kummissjoni ttrattat numru ta’ miżuri Awtrijaċi li jippromwovi l-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana[122] u infrastruttura tad-distribuzzjoni[123]; din awtorizzat tliet skemi Pollakki fuq in-netwerks tad-distribuzzjoni tat-tisħin[124], fuq netwerks tal-konnessjoni tal-elettriku għal enerġiji rinovabbli[125] u fuq il-modernizzazzjoni tan-netwerks tad-distribuzzjoni tal-elettriku[126]. Il-Kummissjoni approvat ukoll skema għal sejħa għall-offerti biex jitmexxew żewġ studji inizjali tal-inġinerija u tal-fattibilità (studji FEED) dwar żewġ proġetti ta’ dimostrazzjoni ta' ġbir u ħżin tal-karbonju fuq skala industrijali (CCS) fir-Renju Unit[127].

    103. Fl-aħħar nett, abbażi tal-Qafas Temporanju[128] l-Kummissjoni approvat skemi ta’ għajnuna nazzjonali minn Franza[129], il-Ġermanja[130], Spanja[131], l-Italja[132] u r-Renju Unit[133], għall-preservazzjoni ta' investimenti fi prodotti b’benefiċċju ambjentali (jiġifieri prodotti ekoloġiċi). L-iskemi ġew ittrattati bi proċedura aċċellerata.

    2.3. Komunikazzjonijiet elettroniċi

    104. Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi komplew joperaw fil-konfini tal-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi[134]. Ir-regolament ex ante taħt il-Qafas Regolatorju jibni fuq il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. Dan l-approċċ ġie adottat mill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (ARN) fil-valutazzjoni tagħhom tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika.

    105. Fl-2009 il-Kummissjoni rċeviet 161 notifika mill-ARN u adottat 87 ittra b’kummenti u 59 ittra mingħajr kummenti fi ħdan il-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni tal-Komunità taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva Kwadru filwaqt li 9 każijiet kienu għadhom miftuħin fl-aħħar tas-sena. F’każ wieħed[135], il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibilità tal-miżuri notifikati mal-liġi tal-UE u fetħet investigazzjoni tat-tieni stadju.

    106. Fis-7 ta’ Mejju l-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni dwar ir-rati tat-terminazzjoni[136] li tistabbilixxi metodoloġija għar-regolazzjoni tar-rati tat-terminazzjoni, bil-għan li tiġi żgurata konsistenza tal-approċċi regolatorji. Fl-1 ta’ Lulju sar applikabbli Regolament ġdid tal-UE dwar roaming intrakomunitarju. Ir-regoli ġodda għandhom japplikaw sas-Sajf tal-2012 u, sas-Sajf tal-2010, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-funzjonament tagħhom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

    107. Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi miżuri ta’ għajnuna li għandhom l-għan li jipprovdu kopertura tal-faxx wiesa' xierqa għal prezzijiet affordabbli liċ-ċittadini kollha Ewropej. Sal-2009, il-Kummissjoni vvalutat u approvat l-użu tal-għajnuna mill-Istat u tipi oħra ta’ finanzjament pubbliku ta’ madwar EUR 2 biljun[137] fl-Ewropa li ġġeneraw investimenti lin-netwerks tal-faxx wiesa' ta’ iżjed minn EUR 3 biljun.

    108. Il-Linji Gwida dwar il-Faxx Wiesa' adottati f’Settembru jindirizzaw mhux biss l-għajnuna lil netwerks ta ’ faxx wiesa' bażiċi (servizzi tal-faxx wiesa' tal-ADSL, kejbil, ċellulari, mingħajr fili jew bis-satellita) iżda jappoġġjaw ukoll netwerks tal-NGA ta’ veloċità għolja ħafna (netwerks ibbażati fuq il-fibra jew tal-kejbil aġġornat avvanzat fl-istadju attwali). Il-linji gwida jipprovdu wkoll spjegazzjoni addizzjonali dwar il-mod kif tapplika l-każistika fis-settur tal-faxx wiesa', għal dawk il-każijiet li fihom Stat Membru jikkwalifika l-operat ta’ netwerk tal-faxx wiesa' bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ). F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni approvat finanzjament pubbliku ta’ EUR 59 miljun għal proġett tal-NGA fid-dipartiment Franċiż ta’ Hauts-de-Seine[138].

    109. Fil-qasam tal-antitrust, il-Kummissjoni nidiet proċeduri kontra l-inkumbenti Pollakki u Slovakki fis-suq tal-faxx wiesa'[139].

    2.4. Teknoloġija tal-informazzjoni

    110. Is-settur tal-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huwa ta’ importanza partikolari għall-innovazzjoni u r-realizzazzjoni tal-potenzjal tal-ekonomija diġitali. Is-swieq tat-teknoloġija tal-informazzjoni huma soġġetti frekwentement għal effetti tan-netwerk, kif muri bil-każ Microsoft tal-Kummissjoni tal-2004. [140] Dawn l-effetti jistgħu jirriżultaw f’lock-in tal-klijenti kif ukoll fil-ħruġ ta' pożizzjonijiet dominanti fis-suq, li mhumiex fihom infushom problematiċi, iżda jeħtieġu infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni fil-ħin opportun biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni fuq il-meriti fis-swieq konċernati jew fis-swieq relatati. F’dan il-kuntest, l-interoperabilità u l-istandards huma kwistjonijiet rikorrenti ewlenin f’dinja dejjem iżjed interkonnessa.

    111. Fil-każ ta' Intel [141] inħarġet deċiżjoni ta’ projbizzjoni fit-13 ta’ Mejju, li sabet li Intel kienet kisret l-Artikolu 82 KE għaliex kienet impenjat ruħha fi prattiki antikompetittivi bil-għan li jiġu esklużi l-kompetituri mis-suq għal Unitajiet tal-Ipproċessar Ċentrali x86 (CPU). Dawn il-prattiki kienu ta’ dannu għall-konsumaturi fiż-ŻEE. Billi llimitaw il-kapaċità tal-kompetituri li jikkompetu fuq il-merti tal-prodotti tagħhom, l-azzjonijiet ta’ Intel illimitaw il-kompetizzjoni, naqqsu l-għażla tal-konsumaturi u fixklu l-innovazzjoni. Id-deċiżjoni timponi multa ta’ EUR 1.06 biljun fuq Intel, li hija l-ogħla multa li qatt ġiet imposta fuq kumpanija waħda mill-Kummissjoni. Intel appellaw kontra d-deċiżjoni mal-Qorti tal-Prim' Istanza fit-22 ta’ Lulju[142].

    112. Fis-16 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni obbligat legalment lill- Microsoft b’impenji li kienet offriet biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar il-kompetizzjoni li qajmet il-Kummissjoni f’Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet f’Jannar 2009 relatati mar-rabta tal-brawżer tal-web ta’ Microsoft, Internet Explorer, mas-sistema operattiva tal-PC tal-klijent dominanti tagħha, Windows. Dawn l-impenji għandhom jirriżultaw f’għażla ikbar u iżjed informata ta’ brawżers tal-web għall-konsumaturi fiż-ŻEE, u f’aktar libertà għall-manifattura tal-kompjuters. Microsoft impenjat ruħha (a) biex tiddistribwixxi aġġornament tas-softwer Choice Screen lill-utenti tas-sistemi operattivi tal-PC tal-klijent Windows fi ħdan iż-ŻEE permezz ta’ Windows Update li għandu joffri lill-utenti għażla imparzjali bejn il-brawżers tal-web l-aktar użati fiż-ŻEE u (b) biex tagħmel disponibbli mekkaniżmu fil-Windows 7 u verżjonijiet sussegwenti ta' Windows fiż-ŻEE li jippermettu lill-manifatturi tal-PCs u l-utenti aħħarin biex jixegħlu u jitfu l-Internet Explorer. [143]

    113. Fil-każ ta’ Rambus , il-Kummissjoni esprimiet tħassib li Rambus kienet qed timponi royalties mhux raġonevoli għall-użu ta’ ċerti brevetti għaċ-ċipep DRAM użati fi kważi kull PC. Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fid-9 ta’ Diċembru 2009 li trendi legalment jorbtu l-impenji offruti minn Rambus li b’mod partikolari jpoġġu limitu massimu fuq it-tariffi tar-royalties tagħha. [144] Fl-2008, il-bejgħ dinji ta’ DRAM qabeż l-US$ 34 biljun (iżjed minn EUR 23 biljun). Rambus impenjat ruħha li tpoġġi limitu massimu dinji fuq it-tariffi tar-royalties tagħha għal ħames snin. Rambus qablet li żżomm royalties ta’ żero għall-ġenerazzjonijiet iżjed bikrin taċ-ċipep konċernati flimkien ma’ tariffa tar-royalty massima ta’ 1.5% għall-ġenerazzjoni ta’ wara taċ-ċipep konċernati. Din hija sostanzjalment iżjed baxxa mit-3.5% li Rambus kienet qed iżżomm qabel.

    114. Il-każ juri għal darb’oħra li proċess effettiv ta' twaqqif ta' standards għandu jsir b'mod indiskriminatorju, miftuħ u trasparenti sabiex jiżgura l-kompetizzjoni fuq il-merti u jippermetti lill-konsumaturi jibbenefikaw mill-iżvilupp tekniku u l-innovazzjoni[145]. Il-Kummissjoni attwalment qed tirrevedi l-linji gwida dwar l-antitrust għal ftehimiet orizzontali u għandha l-intenzjoni li tikkonsolida l-kapitolu eżistenti dwar l-istandardizzazzjoni biex tipprovdi iżjed gwida dwar it-twaqqif tal-istandards. L-abbozz għandu jkun lest għall-konsultazzjoni pubblika fil-bidu tal-2010. Il-Kummissjoni għandha tkompli tinvestiga u tintervjeni kif xieraq fil-każijiet speċifiċi fejn hemm tħassib dwar il-kompetizzjoni.

    2.5. Midja

    115. Il-Kummissjoni kompliet tiddiskuti ma’ rappreżentanti anzjani tal-konsumatur u tal-industrija dwar l-opportunitajiet tan-negozju maħluqa mill-internet u x-xkiel eżistenti għaż-żieda fil-bejgħ bl-imnut onlajn tal-mużika u l-prodotti fl-Ewropa, permezz tal-Mejda Tonda dwar il-Kummerċ Onlajn. Ġie pubblikat rapport dwar opportunitajiet u xkiel għall-bejgħ bl-imnut onlajn f’Mejju 2009 u saru żewġ laqgħat tal-Mejda Tonda taħt il-patronaġġ tal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni f’Settembru u Ottubru 2009, li ffukaw fuq il-mużika onlajn. L-inizjattiva tal-Mejda Tonda rriżultat f’żewġ dikjarazzjonijiet konġunti: fuq id-distribuzzjoni onlajn tal-mużika u fuq l-informazzjoni dwar is-sjieda tad-drittijiet. Numru ta’ parteċipanti tal-Mejda Tonda ddikjaraw ukoll passi u impenji konkreti li għandhom jirriżultaw f'aċċess imtejjeb tal-konsumaturi Ewropej għall-mużika onlajn[146].

    116. Fl-2009, il-Kummissjoni kompliet tissorvelja mill-viċin it-tranżizzjoni minn xandir terrestri analoġiku għal diġitali fl-Italja fil-kuntest tal-proċedura tal-ksur li nidiet fl-2006 dwar il-leġiżlazzjoni tax-xandir Taljana. Wara kuntatti mill-qrib mal-Kummissarji għall-Kompetizzjoni u għas-Soċjetà tal-Informazzjoni, l-awtoritajiet Taljani adottaw kriterji ġodda għad-“diġitizzazzjoni” tan-netwerks tat-televiżjoni terrestri fl-Italja bil-għan li jiġi żgurat li jkun hemm iżjed frekwenzi disponibbli għax-xandara ġodda u għax-xandara żgħar eżistenti. Is-sejħa għall-offerti għall-allokazzjoni tal-frekwenzi hi mistennija li tiġi mnidija fil-bidu tal-2010[147].

    117. Fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tkompli tissorvelja t-tranżizzjoni (qalba) tax-xandir terrestri mill-analoġiku għal diġitali fl-Istati Membri tal-UE. Is-l-Qorti tal-Prim' Istanza fis-6 ta’ Ottubru kkonfermat deċiżjoni negattiva fir-rigward tal-Ġermanja[148], ukoll abbażi tan-nuqqas ta’ newtralità tat-teknoloġija tal-iskema[149].

    118. Fit-2 ta’ Lulju, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar ix-Xandir bil-għan li tipprovdi aktar ċarezza dwar l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tas-servizzi tal-midja ġodda finanzjati pubblikament[150]. Matul is-sena, il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet individwali pożittivi li jikkonċernaw il-finanzjament ta’ sistemi tax-xandir tas-servizz pubbliku fi Franza, Spanja, l-Awstrija u d-Danimarka. F’Ġunju, adottat proposta li trendi l-għajnuna għall-midja Svediża lil gazzetti metropolitani b’ċirkolazzjoni għolja kompatibbli mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat[151].

    2.6. L-industrija Farmaċewtika u tas-Saħħa

    L-Industrija Farmaċewtika

    119. Fl-2009 l-Kummissjoni kkonkludiet l-inkjesta tagħha dwar is-suq farmaċewtiku tal-UE. L-inkjesta fittxet li teżamina r-raġunijiet għad-dħul ittardjat ta’ mediċini ġeneriċi fis-suq u t-tnaqqis fl-innovazzjoni kif imkejla min-numru ta’ mediċini b’formulazzjonijiet ġodda li jilħqu s-suq. L-inkjesta ttrattat ir-relazzjoni kompetittiva (i) bejn kumpaniji li jipproduċu l-formulazzjonijiet ġodda u l-kumpaniji ġeneriċi u (ii) fost il-kumpaniji li jipproduċu l-formulazzjonijiet ġodda u għamlet rakkomandazzjonijiet politiċi importanti dwar kif jista' jitjieb il-funzjonament tas-settur. Il-Kummissjoni ppubblikat ir-Rapport Finali tagħha fit-8 ta’ Lulju[152].

    120. Fir-rapport finali tal-inkjesta fis-settur, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jippreżentaw it-tħassib potenzjali dwar il-kompetizzjoni lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni.

    121. Il-Kummissjoni fetħet ukoll proċeduri kontra Servier, fejn investigat fost affarijiet oħra ftehimiet ta’ approvazzjoni ta’ brevetti, konklużi bejn Servier u numru ta’ operaturi ġeneriċi, li jistgħu jkunu antikompetittivi. L-investigazzjoni ma tifformax parti mill-inkjesta fis-settur, iżda l-għarfien miksub matul l-inkjesta fis-settur ippermetta lill-Kummissjoni tasal għal konklużjonijiet dwar l-oqsma fejn l-azzjoni tal-Kummissjoni abbażi tal-liġi tal-kompetizzjoni tista’ tkun xierqa u effettiva.

    122. Fir-rigward tal-qafas regolatorju, ir-Rapport Finali jenfasizza tliet oqsma ewlenin ta’ tħassib: il-brevetti, l-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u l-ipprezzar u r-rimborż. Fir-rigward tal-brevetti l-Kummissjoni reġgħet affermat il-bżonn urġenti għall-istabbiliment ta' brevett tal-Komunità u għal sistema ta' litigazzjoni tal-brevetti unifikata u speċjalizzata fl-Ewropa.

    123. B'relazzjoni mal-kwistjoni tal-kummerċ parallel fil-mediċini s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (QEĠ) tas-6 ta’ Ottubru tat kjarifikazzjonijiet importanti fuq ir-restrizzjonijiet tal-kummerċ parallel fis-settur farmaċewtiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-hekk imsejħa sistemi ta’ prezzar doppju[153].

    124. Fil-qasam tal-kontroll tal-amalgamazzjonijiet, diversi amalgamazzjonijiet kbar ta’ kumpaniji farmaċewtiċi seħħew fl-2009, li jikkonferma t-tendenza tal-konsolidazzjoni fl-industrija. Il-każijiet kollha ġew approvati fl-ewwel fażi b’impenji jew mingħajrhom. Il-valutazzjoni tal-amalgamazzjonijiet farmaċewtiċi wriet li s-swieq tas-saħħa tal-annimali saru ġeneralment pjuttost konċentrati. Sabiex jiġi permess id-dħul ta’ xerrej ġdid fil-qasam tal-vaċċini tas-saħħa tal-annimali, il-pakkett tad-divestiment fil-każ Pfizer/Wyeth[154] kien jinkludi għall-ewwel darba faċilità tal-produzzjoni.

    Is-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa

    125. L-azzjonijiet tal-Kummissjoni f’dan il-qasam immiraw lejn l-għajnuna mill-Istat, fejn irċeviet numru ta’ lmenti minn sptarijiet privati kontra l-allegat trattament inġust jew kumpens eċċessiv lil sptarijiet pubbliċi f’diversi Stati Membri, dawn tal-aħħar soġġetti ħafna drabi għal allegazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali b’sussidju inkroċjati minn finanzjament pubbliku. Ħafna mill-ilmenti ġew minn Stati Membri li diġà fetħu s-swieq tagħhom għall-kompetizzjoni (pereżempju l-Ġermanja u l-Belġju).

    126. Fit-28 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni pożittiva fejn sabet li l-finanzjament pubbliku li ngħata mill-awtoritajiet Belġjani favur l-isptarijiet pubbliċi fir-reġjun ta’ Brussell kien konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Trattat[155]. Approvat ukoll, f’Ġunju, l-iskema Irlandiża ġdida ta’ taxxi u tnaqqis tat-taxxa fis-settur tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa[156].

    127. Fil-qasam tal-antitrust, f’Ottubru l-Kummissjoni adottat SO għal ksur suspettat tal-Artikolu 81 KE mill-Assoċjazzjoni Franċiża tal-Ispiżjara (jiġifieri, Ordre National des Pharmaciens, Conseil National de l'Ordre des Pharmaciens, Section G de l'Ordre National des Pharmaciens u Conseil Central de la Section G de l'Ordre des Pharmaciens)[157]. Il-Kummissjoni kienet ikkonċernata li jista’ jkun li l-ONP qed timponi prezzijiet minimi għall-analiżi kliniċi u tirrestrinġi l-iżvilupp ta’ ċerti atturi tas-suq bil-għan li tipproteġi l-interessi ekonomiċi tal-membri tagħha, l-ispiżjara Franċiżi.

    2.7. Trasport

    128. Il-politika dwar il-kompetizzjoni fis-settur tat-trasport għandha l-għan li tiżgura l-funzjonament effiċjenti tas-swieq li riċentement ġew liberalizzati jew li huma fil-proċess tal-liberalizzazzjoni. Għal dan il-għan, il-qafas regolatorju baqa’ jiġi modernizzat, u ġab is-settur tat-trasport konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni ġeneralment applikabbli. Il-ħidma regolatorja kienet kumplimentata minn azzjonijiet ta' investigazzjoni u nfurzar.

    129. Fis-settur tat-trasport bit-triq, ir-Regolament il-ġdid dwar is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri pubbliċi[158] daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru. Ir-regolament jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-kumpens tal-obbligi tas-servizzi pubbliċi fil-qasam tat-traffiku fuq l-art.

    130. Il-Kummissjoni eżaminat numru ta’ każijiet ta’ għajnuna mill-Istat relatati mas-servizzi tax-xarabank fid-Danimarka u l-Ġermanja. Fil-qasam tat-trasport urban, ingħalqet proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tar-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall–iskema tal-pensjonijiet speċjali għall-personal ta’ RATP, il-kumpanija tat-trasport pubbliku Franċiża[159].

    131. B'konformità mal-għanijiet aktar wiesgħa tal-Komunità tal-politika komuni dwar it-trasport u l-protezzjoni ambjentali, il-Kummissjoni awtorizzat reġim ta’ promozzjoni tax-xiri ta’ vetturi tal-merkanzija tqal li jagħmlu inqas ħsara għall-ambjent fis-Slovenja[160]. Il-Kummissjoni awtorizzat ukoll skema ta’ għajnuna Ġermaniża li għandha l-għan li tappoġġja l-aċċettazzjoni fis-suq tat-teknoloġiji ta’ vetturi effiċjenti ħafna disponibbli[161] u skema ta’ għajnuna li tappoġġja x-xiri ta’ xarabanks b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju fl-Ingilterra[162].

    132. Fir-rigward tat-titjib tal-infrastruttura tat-trasport pubbliku, ġew awtorizzati ħafna proġetti kbar, fosthom il-bini u l-manutenzjoni tal-awtostradi A1[163] u A2[164] fil-Polonja.

    133. Fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, il-Kummissjoni approvat l-akkwiżizzjoni tal-kumpanija ferrovjarja Pollakka PCC Logistics minn Deutsche Bahn AG[165] fit-12 ta’ Ġunju. F’Ottubru, il-Kummissjoni rreferiet lil Franza konċentrazzjoni li biha SNCF kien se jkollha kontroll konġunt ta’ Keolis, impriża attiva fit-trasport pubbliku tal-passiġġieri[166].

    134. Bħal fi snin preċedenti, il-Kummissjoni adottat ħafna deċiżjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tat-trasport bil-ferrovija u tat-trasport kombinat f’ħafna Stati Membri, inklużi l-Bulgarija[167], ir-Repubblika Ċeka[168], il-Ġermanja[169] u r-Renju Unit (ristrutturar tal-Eurostar)[170].

    135. Fil-qasam tat-trasport marittimu, f’Ġunju, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat lil kumpaniji tal-ġestjoni tal-vapuri[171]. Il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet pożittivi fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat lill-baħħara fl-Italja[172] u l-Finlandja[173]. Din ikkonkludiet ukoll il-proċedura formali li nfetħet fl-2007 fir-rigward tar-reġim DIS fid-Danimarka. Aċċettat l-estensjoni tar-reġim tad-DIS lil bastimenti tat-tqegħid tal-kejbils billi applikat b’analoġija l-Linji Gwida Marittimi[174]. Barra minn hekk, ikkonkludiet il-proċeduri ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-iskemi tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ fl-Irlanda[175] u fid-Danimarka[176], approvat emenda għall-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ Olandiża[177] u l-introduzzjoni ta’ skema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ fis-Slovenja[178] u l-Polonja[179].

    136. Il-Kummissjoni awtorizzat parzjalment proġett ta’ żvilupp ta’ infrastruttura tal-portijiet Grieg[180] u Latvijan[181] u bdiet proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ ċerti miżuri fiskali favur is-settur tal-portijiet fi Franza[182]. Barra minn hekk, ikkonkludiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali li bdiet fl-2008 fir-rigward tal-finanzjament pubbliku tas-servizzi ta’ tbaħħir bil-laneċ bejn il-pajjiż tal-Iskozja u l-gżejjer ħdejn il-kosti tal-Punent u tat-Tramuntana tal-Iskozja[183]. Bl-eċċezzjoni ta’ rotta waħda, il-Kummissjoni kkonfermat li l-obbligi tas-servizzi pubbliċi għall-gżejjer tal-Punent u tat-Tramuntana kienu leġittimament definiti u mogħtija lill-operaturi. Fil-qasam tal-amalgamazzjonijiet, Maersk, l-akbar konglomerat tat-tbaħħir tad-dinja, akkwista lil Broström[184].

    137. Fil-qasam tal-avjazzjoni, ir-Regolament dwar is-sistemi ta’ riservazzjoni informatiċi (CRS)[185] daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu. Id-Direttiva l-ġdida dwar it-tariffi tal-ajruport daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ Marzu[186].

    138. Fit-18 ta’ Ġunju l-Kunsill u l-Parlament Ewropew approvaw emenda tar-regoli eżistenti[187], bil-għan li jġibu iżjed flessibilità fl-allokazzjoni tas-slottijiet sabiex jikkontrabattu l-impatt tal-kriżi fuq it-trasport bl-ajru. Il-miżura tiffriża temporanjament ir-regola “użah jew titilfu” matul l-istaġun tas-Sajf tal-2009 u tippermetti l-linji tal-ajru jżommu d-drittijiet tagħhom fuq is-slottijiet.

    139. L-industrija tal-linji tal-ajru ffaċċjat turbulenza sinifikanti fl-2009, bi tnaqqis fid-domanda tal-passiġġieri u tal-merkanzija li rriżulta f’telf sinifikanti għal ħafna ġarriera u r-ristrutturar tas-settur. Ir-ristrutturar ħa l-forma ta’ kooperazzjoni intensifikata fi ħdan l-alleanzi tal-linji tal-ajru globali li rriżultaw fi ftehimiet ta’ impriżi konġunti li jkopru r-rotot transatlantiċi. L-industrija tal-linji tal-ajru Ewropea għaddiet minn proċess ta’ konsolidazzjoni b’amalgamazzjonijiet kemm ta’ ġarriera tan-netwerk u bi prezzijiet baxxi[188]. Uħud mill-ġarriera ta' netwerks kbar, b'mod partikolari Lufthansa, ħadu l-opportunità biex jespandu l-akkwiżizzjonijiet ta' ġarriera reġjonali iżgħar, jiġifieri Brussels Airlines[189], Bmi[190] u Austrian Airlines[191].

    140. Fit-8 ta’ April il-Kummissjoni fetħet proċeduri formali fl-investigazzjonijiet tagħha tal-kooperazzjoni tal-linji tal-ajru fuq titjiriet transatlantiċi[192], l-alleanza tal-linji tal-ajru Oneworld (British Airways, American Airlines u Iberia) u Star Alliance (Lufthansa, United, Continental u Air Canada). Fit-30 ta’ Settembru, il-Kummissjoni bagħtet SO fil-każ Oneworld[193].

    141. Matul is-sena, il-Kummissjoni awtorizzat l-għajnuna ta’ salvataġġ mogħtija lill-Austrian Airlines Group fil-forma ta’ garanzija ta’ self[194]. Din sabet ukoll il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Austrian Airlines kompatibbli mas-suq komuni[195]. Barra minn hekk, soġġett għall-osservanza ta' diversi kundizzjonijiet[196], il-Kummissjoni ddeċidiet fuq ċerti bidliet li l-awtoritajiet Griegi kellhom l-intenzjoni li jintroduċu fil-proċessi tal-bejgħ ta’ Olympic Airlines. Barra minn hekk, il-Kummissjoni approvat l-intenzjoni tal-awtoritajiet Griegi li jkopru parti mill-ispejjeż tal-iskema ta’ tluq volontarju ta' ħaddiema żejda li trid tiġi implimentata minn Olympic Catering SA b’rispett ta’ wħud mill-persunal tagħha[197].

    142. Il-Kummissjoni taċċetta l-miżuri meħuda minn Franza bil-għan li ttemm id-differenzjazzjoni fit-tariffi tal-passiġġieri fost it-titjiriet nazzjonali u tal-UE, li fil-fatt kienu ta’ vantaġġ għal-linji tal-ajru li joperaw titjiriet domestiċi[198].

    2.8. Is-servizzi postali

    143. Fir-rigward tal- applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għas-settur postali fl-2009, il-Kummissjoni adottat diversi deċiżjonijiet bil-għan li jiġi żgurat li l-operatur postali fdati b’servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u s-sussidjarji tagħhom ma jgawdux minn vantaġġi mogħtija mhux dovuti. Matul is-sena, il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni tagħha fl-allegat kumpens żejjed ta’ Deutsche Post AG [199] għat-twettiq tal-obbligi tagħha ta' servizz universali mill-1989 sal-2007. Fit-13 ta’ Lulju, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali biex teżamina l-miżuri favur Belgian La Poste[200]. Fil-każ ta’ Royal Mail tar-Renju Unit, il-Kummissjoni ddeċidiet li erba’ miżuri tal-Istat mogħtija bejn l-2001 u l-2007 kienu konformi mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-UE[201]. Fir-rigward tal-każ Franċiż ta’ La Poste[202] il-gvern Franċiż adotta liġi li tipprovdi għall-inkorporazzjoni ta’ La Poste f’"société anonyme" sal-1 ta’ Jannar 2010, li għandha twassal għat-tmiem tal-garanzija. B’kunsiderazzjoni ta’ dak imsemmi, il-Kummissjoni attwalment qed tiffinalizza d-deċiżjoni tagħha.

    144. Fir-rigward tal-amalgamazzjonijiet, fil-21 ta’ April, il-Kummissjoni approvat, soġġett għal kondizzjonijiet, l-ewwel amalgamazzjoni bejn operaturi postali diġà stabbiliti, Posten (tal-Isvezja) u Post Danmark[203].

    2.9. L-industrija awtomottiva

    145. Is-settur tal-vettur bil-mutur intlaqat f’mod sinifikanti mill-kriżi ekonomika. Għalkemm id-domanda dinjija għall-karozzi fl-2009 waqgħet biss bi 2.4% meta paragunata mal-2008, grazzi għad-domanda qawwija fiċ-Ċina[204], il-bejgħ tal-karozzi (karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief sa 3.5%) fl-UE naqqas b’4.6% meta paragunat mal-2008 u 12.5% meta paragunat mal-2007[205]. L-iskemi tal-iskrappjar introdotti f’diversi swieq nazzjonali, b’mod partikolari l-iskema Ġermaniża, kellhom impatt pożittiv fuq il-bejgħ fuq perjodu taż-żmien qasir. Abbażi tal-mekkaniżmu tal-informazzjoni stabbilit mid-Direttiva 98/34/KE, l-iskemi nazzjonali tal-iskrappjar li fihom ukoll regolamenti tekniċi ġew notifikati qabel l-adozzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, li ggarantit trasparenza, skambju ta’ informazzjoni u l-prevenzjoni ta’ ostakli fis-suq waħdieni.

    146. It-tnaqqis fid-domanda u l-kapaċità żejda dinjija li kkaratterizzaw is-settur għal xi snin irriżultaw fi proċeduri ta’ falliment ta’ ħafna fornituri awtomottivi kbar, notevolment iż-żewġ fornituri tal-Istati Uniti General Motors u Chrysler. Bħala konsegwenza, tnejn mill-operazzjonijiet Ewropej ta’ GM, Opel/Vauxhall u Saab, tpoġġew għall-bejgħ u, fil-każ tal-Opel, kien jeħtieġ self mill-Istat biex ikompli l-operat tiegħu.

    147. It-tieni sfida li s-settur qed jiffaċċja attwalment hija t-tranżizzjoni lejn karozzi ekoloġiċi. Id-domanda dejjem tiżdied mill-klijenti għal karozzi b’emissjonijiet baxxi u ambjent regolatorju aktar ristrett jeħtieġu investimenti fuq skala kbira għall-iżvilupp ta’ vetturi li jissodisfaw l-istandards tal-futur. Il-Kummissjoni awtorizzat diversi skemi ta’ għajnuna mill-Istat f’dan ir-rigward[206]. Fl-istess ħin, is-settur ibbenefika minn aċċess iżjed faċli għall-finanzi permezz ta' self u garanziji.

    148. Fil-każijiet kollha tal-għajnuna mill-Istat lis-settur tal-karozzi, il-Kummissjoni kompliet tinforza linja politika stretta. B’mod partikolari, il-Kummissjoni konsistentement indikat li ma kenitx se taċċetta li l-għajnuna mill-Istat mogħtija taħt skemi approvati abbażi tal-Qafas Temporanju tkun soġġetta – de jure jew de facto – għal kondizzjonijiet protezzjonisti, bħal kondizzjonijiet mhux kummerċjali u mhux ġustifikati fir-rigward tal-lokazzjoni ġeografika tal-investimenti. Il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa’ kull każ li qajjem dan it-tip ta’ tħassib protezzjonist, u żgurat li l-għajnuna ma kenitx preġudikata minn kunsiderazzjonijiet mhux kummerċjali u li din ikkontribwixxit għall-vijabbiltà fil-futur tal-industrija tal-karozzi.

    149. Fit-13 ta’ Mejju, il-Kummissjoni awtorizzat għajnuna għat-taħriġ ta’ EUR 11 miljun għall-personal tal-impjanti tal-fabbrikant tat-trakkijiet Scania fl-Isvezja[207]. Għajnuna għat-taħriġ ta’ EUR 57 miljun ġiet awtorizzata wkoll fit-2 ta’ Diċembru, lil Ford Romania SA, b’hekk għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni dwar dan il-każ[208]. Fil-5 ta’ Ġunju l-Kummissjoni awtorizzat garanziji tal-Istat mill-Istat Svediż lil Volvo Personvagnar (Volvo PV)[209] u fit-13 ta’ Novembru, mill-Istat Rumen lil Ford Romania SA[210]. Din awtorizzat ukoll għajnuna għall-investiment lil Mercedes-Benz Hungary[211] u Ford España[212].

    150. Fir-rigward tal-għajnuna reġjonali, fid-29 ta’ April ġiet awtorizzata għajnuna għall-investiment ta’ EUR 46 miljun lil Fiat Group għal proġett ta’ investiment kbir għall-produzzjoni ta’ mudell ġdid ta’ karozza fi Sqallija (Italja)[213]. Madankollu, fid-29 ta’ Ottubru fetħet investigazzjoni formali kontra l-għajnuna reġjonali Ungeriża ta’ madwar EUR 50 miljun għal proġett ta’ investiment kbir ta’ Audi Hungaria Motor Kft. fl-impjant eżistenti tagħha fi Györ[214].

    151. Fil-qasam tal-antitrust, abbozz preliminari ta’ BER tal-Vetturi bil-Mutur u l-linji gwida li jakkompanjawh ġew adottati fit-28 ta' Ottubru. It-testi ġew ippubblikati għall-konsultazzjoni pubblika fil-21 ta’ Diċembru u jsegwu dak stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju[215]. Abbażi tal-evidenza attwali, u soġġett għar-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni temmen li l-ftehimiet dwar id-distribuzzjoni tal-karozzi m'għandhomx jiġu trattati b'mod differenti minn kwalunkwe ftehim simili f'setturi oħra. Għaldaqstant, l-abbozz tal-BER għalhekk jistipula li l-Eżenzjoni Sħiħa ġenerali futura għal restrizzjonijiet vertikali għandha tissostitwixxi r-regoli speċifiċi attwali għat-tali ftehim. Madankollu, sabiex jiġu protetti l-investimenti li saru min-negozjanti tal-karozzi taħt ir-regoli qodma, pereżempju f’postijiet b’ditti multipli, qed jiġi propost li din il-bidla ma sseħħx sal-31 ta' Mejju 2013.

    152. Fir-rigward tas-swieq ta' wara l-bejgħ (tiswija u manutenzjoni u partijiet tal-bdil), l-analiżi li saret turi li l-kompetizzjoni hija iżjed limitata minħabba n-natura speċifika għad-ditta tagħhom u li d-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur kienu meħtieġa f’numru ta’ oqsma. Fir-rigward tas-suq ta’ wara l-bejgħ, l-abbozz tal-BER flimkien mal-linji gwida li jakkompanjawh għalhekk huma maħsuba biex jissostitwixxu l-BER eżistenti[216] mill-1 ta’ Ġunju 2010. Dan għandu jikkomplimenta r-regoli speċifiċi għas-settur dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għal vetturi ġodda.

    2.10. L-industrija tal-ikel

    153. Il-Kummissjoni kompliet tinforza r-regoli tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-ikel permezz tal-monitoraġġ attiv ta' deċiżjonijiet ta' impenn eżistenti u kompliet l-evalwazzjoni tal-każijiet li fihom kienu twettqu l-ispezzjonijiet fl-2008. Ix-xogħol tat-Task Force tal-Kummissjoni fuq il-funzjonament tal-Katina tal-Forniment tal-Ikel kompla fl-2009. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni wettqet eżerċizzju ffukat ta’ sejba ta’ fatti sabiex tidentifika t-tħassib potenzjali relatat mal-kompetizzjoni li jista’ jaffettwa l-funzjonament tas-settur tal-ikel. Ir-riżultati tal-ewwel eżerċizzju ta’ sejba ta’ fatti nqassmu mal-ANKs u ġew inkorporati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Funzjonament aħjar tal-katina tal-forniment tal-ikel", adottata fit-28 ta’ Ottubru[217].

    154. Is-Sottogrupp għall-Ikel tal-ECN iltaqa’ fl-Lulju u Novembru biex jiddiskutti u jiskambja l-aħjar prassi dwar kwistjonijiet relatati mas-swieq tal-ikel. .

    155. Is-settur tal-prodotti tal-ħalib huwa wieħed mis-settur li ffaċċja l-akbar diffikultajiet fl-2009. Minħabba dawn id-diffikultajiet, il-Kummissjoni adottat "Rapport dwar is-sitwazzjoni fis-suq tal-prodotti tal-ħalib" f’Lulju[218]. Ġie mwaqqaf Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Ħalib li jgħaqqad flimkien esperti agrikoli nazzjonali u x-xogħol tiegħu huwa kontinwu. Id-djalogu tal-Kummissjoni mal-AKNs dwar is-settur tal-ħalib ġie intensifikat ukoll permezz tal-ħolqien ta’ Tim ta’ Ħidma Konġunt tal-ECN dwar il-Ħalib li x-xogħol tiegħu għandu jkompli matul l-2010.

    3. ATTIVITAJIET TAL-KONSUMATUR

    156. L-Unità għall-Kuntatt mal-Konsumatur ilha mwaqqfa u operattiva għal iżjed minn sena, u ssegwi l-għanijiet li tapprofondixxi l-impenn tad-DĠ tal-Kompetizzjoni mar-rappreżentanti tal-konsumatur u tiżviluppa modi ġodda ta' komunikazzjoni diretta mal-pubbliku inġenerali.

    157. Fl-2003 l-Kummissjoni ħolqot Grupp Konsultattiv Ewropew tal-Konsumaturi (ECCG) bħala l-forum ewlieni għall-involviment mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi[219]. L-ECCG waqqaf Sottogrupp dwar il-kompetizzjoni li jiltaqa’ darbtejn fis-sena fi Brussell[220]. Matul is-sena, is-Sottogrupp għall-Kompetizzjoni tal-ECCG kellu diskussjonijiet dwar kwistjonijiet bħall-kriżi finanzjarja u l-miżuri relatati ta’ għajnuna mill-Istat, iċ-ċinema diġitali, id-deċiżjoni dwar l-Intel u l-Inkjesta fis-Settur Farmaċewtiku.

    158. Fil-21 ta’ Ottubru id-DĠ tal-Kompetizzjoni laqa’ avveniment pubbliku dwar "Il-Kompetizzjoni u l-Konsumaturi fis-seklu 21". Sabiex tittejjeb il-kompetizzjoni, il-paġni tal-konsumatur tal-websajt tal-kompetizzjoni ġew aġġornati biex jinkludu informazzjoni aktar faċli għall-utent.

    4. IN-NETWERK EWROPEW TAL-KOMPETIZZJONI U L-KOOPERAZZJONI MAL-QRATI NAZZJONALI

    159. Fl-2009, in-NEK kompla jkun pjattaforma attiva għad-diskussjoni u l-iskambju ta’ prassi tajba bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Kompetizzjoni fis-27 Stat Membru.

    160. Id-Direttur Ġenerali tad-DĠ tal-Kompetizzjoni u l-kapijiet tal-ANK kollha ltaqgħu fit-13 ta’ Ottubru. Id-diskussjoni ffukat fuq: l-issettjar tal-prijoritajiet, il-konverġenza/it-trasparenza tal-proċeduri, is-sanzjonijiet u l-kriminalizzazzjoni, il-kooperazzjoni fl-amalgamazzjonijiet. Il-laqgħa indirizzat ukoll l-azzjonijiet tal-Kummissjoni fil-kriżi finanzjarja u approvat unanimament ir-rapport dwar il-konverġenza tal-klemenza taħt il-Mudell tal-Programm ta' Klemenza tal-NEK[221].

    161. Il-Kummissjoni ġiet informata taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar 129 investigazzjoni ġdida ta’ każijiet mnidija mill-ANK fl-2009. Numru kbir tal-każijiet ġew osservati inter alia fis-setturi tal-enerġija, tal-midja, tat-telekomunikazzjoni, tat-trasport u tas-servizzi finanzjarji. Il-Kummissjoni ġiet informata wkoll dwar 69 deċiżjoni prevista taħt l-Artikolu 11(4) tar-Regolament 1/2003 (li jirrappreżentaw żieda ta’ 15% paragunat mal-2008).

    162. Fl-2009, il-Kummissjoni ħarġet ħames opinjonijiet taħt l-Artikolu 15(1) tar-Regolament dwar mistoqsijiet minn imħallfin nazzjonali dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE: waħda lil qorti Belġjana, waħda lil qorti Litwana u tlieta lil qrati Spanjoli. Fir-rigward tal-interventi amicus curiae taħt l-Artikolu 15(3) tar-Regolament, il-Kummissjoni ssottomettiet osservazzjonijiet bil-miktub f’każ wieħed quddiem il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi, relatati ma’ restrizzjoni tal-bejgħ onlajn fi ftehimiet tad-distribuzzjoni selettivi[222] b'segwitu tas-sentenza tal-QEĠ fil-Każ C-429/07, il-Kummissjoni ssottomettiet osservazzjonijiet bil-miktub lil Gerechtshof Amsterdam dwar it-tnaqqis mit-taxxa tal-multi tal-Kummissjoni.

    163. Matul is-sena, 10 ftehimiet ta’ għotjiet ġew konklużi għal programmi ta’ taħriġ għall-imħallfin f’diversi Stati Membri.

    5. ATTIVITAJIET INTERNAZZJONALI

    164. F’ekonomija dinjija li kulma jmur qiegħda ssir globalizzata, anki l-politika tal-kompetizzjoni trid tħares lejn l-affarijiet b'mod globali. Id-DĠ tal-Kompetizzjoni kompla jilgħab rwol ewlieni fin-Netwerk Internazzjonali tal-Kompetizzjoni (ICN). Fit-22 u t-23 ta’ Jannar, id-DĠ tal-Kompetizzjoni laqa’ fi Brussell “Seminar dwar l-Effettività tal-Aġenzija tal-Kompetizzjoni", li kien l-ewwel avveniment ta' dan it-tip.

    165. Bħal fil-passat, id-DĠ tal-Kompetizzjoni kkontribwixxa attivament għax-xogħol tal-Kumitat tal-OECD dwar il-Kompetizzjoni u pparteċipa fil-konferenza annwali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti (IGE) dwar il-Liġi u l-Politika tal-Kompetizzjoni tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (l-UNCTAD), u ssottometta kontribuzzjonijiet lill-maġġoranza tad-diskussjonijiet madwar il-mejda.

    166. Il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti tal-Amerika kienet intensa, kemm fir-rigward ta’ każijiet individwali kif ukoll ta’ kwistjonijiet iżjed ġenerali relatati mal-politika dwar il-kompetizzjoni. L-istess japplika għall-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Kanadiż u l-Kummissjoni tal-Kummerċ Ġust tal-Ġappun.

    167. Fit-23 ta’ Mejju, il-Komunità Ewropea u l-Korea t’Isfel iffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali fil-qasam tal-kompetizzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju[223]. Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (FTA) mal-Korea t’Isfel beda fil-15 ta’ Ottubru 2009 u huwa mistenni li jiġi ffirmat u li jidħol fis-seħħ matul l-2010. Hija l-ewwel darba li FTA fih projbizzjoni fuq ċerti tipi ta' sussidji.

    168. Fit-8 ta’ Ottubru l-Kummissarju Kroes iffirma Memorandum ta’ Ftehim (MoU) mal-Ministeru tal-Ġustizzja Brażiljan u l-kapijiet tal-Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni Brażiljani sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni iżjed fil-qrib bejn id-DĠ tal-Kompetizzjoni u l-kontrapartijiet Brażiljani tiegħu.

    169. Id-djalogu annwali dwar il-kompetizzjoni maċ-Ċina sar fi Brussell fit-22-23 ta’ Ġunju. Il-kooperazzjoni mal-Indja intensifikat matul l-2009 meta l-Indja appuntat seba' Kummissarji biex jikkostitwixxu l-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni tal-Indja (CCI) li għandha r-responsabbiltà għall-infurzar tal-Att dwar il-Kompetizzjoni tal-2002.

    170. Fil-kuntest tat-tkabbir, kien hemm kooperazzjoni mill-qrib b’mod partikolari mal-Kroazja u t-Turkija. Dawn iż-żewġ pajjiżi kandidati jridu jissodisfaw “livelli ta’ referenza tal-ftuħ” qabel in-negozjati tal-adeżjoni fuq il-kapitolu tal-kompetizzjoni jistgħu jibdew. Barra minn hekk, id-DĠ tal-Kompetizzjoni assista iżjed lill-pajjiżi Balkani tal-Lvant biex iġibu r-regoli tal-kompetizzjoni tagħhom konformi mal-liġi tal-UE u ħa parti fid-diskussjonijiet preliminari dwar il-prospett tas-sħubija mal-UE tal-Islanda.

    6. KOOPERAZZJONI BEJN L-ISTITUZZJONIJIET

    171. Fl-2009, il-Kummissjoni kompliet bil-kooperazzjoni tagħha mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea skont il-ftehimiet jew protokolli rispettivi li daħlu għalihom l-istituzzjonijiet rilevanti[224].

    172. Fl-2009, il-Parlament Ewropew (PE) adotta riżoluzzjoni fuq White Paper dwar l-Azzjonijiet għad-Danni għall-ksur tar-regoli antitrust tal-KE u r-Rapporti Annwali dwar il-Kompetizzjoni għall-2006 u l-2007. Minbarra d-djalogu regolari bejn il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni u l-kumitat tal-ECON, il-Kummissjoni pparteċipat fid-diskussjonijiet li saru f'kumitati oħra Parlamentari u dwar firxa ta' suġġetti inklużi r-Rapport Annwali dwar il-Kompetizzjoni, il-White Paper dwar l-Azzjonijiet għad-Danni, il-Komunikazzjoni dwar ix-Xandir, l-għajnuna mill-Istat u l-kriżi finanzjarja, l-Inkjesta fis-Settur Farmaċewtiku u r-Regolament ta' Eżenzjoni Sħiħa tal-Vetturi bil-Mutur. Saru laqgħat bilaterali mal-MPE dwar dawn u dwar firxa ta’ kwistjonijiet oħra.

    173. Il-Kummissjoni tikkopera mill-qrib mal-Kunsill billi tinfurmah dwar inizjattivi politiċi importanti fil-qasam tal-kompetizzjoni, bħal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat u linji gwida għall-industrija bankarja u miżuri addizzjonali oħrajn ta' għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-krizi finanzjarja u ekonomika Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC)[225], ġie konsultat dwar il-Komunikazzjoni Bankarja, tar-Rikapitalizzazzjoni, tal-Assi Indeboliti u tar-Ristrutturar, u dwar reviżjoni tal-iskemi ta' garanzija u rikapitalizzazzjoni. Il-Kummissjoni għamlet kontributi fuq il-politika dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-konklużjonijiet adottati f'formazzjonijiet differenti tal-Kunsill bħall-ECOFIN, il-Kompetittività, it-Trasport, it-Telekomunikazzjoni u l-Enerġija u l-Kunsill Ewropew.

    174. Il-Kummissjoni tinforma lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-KESE) u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-inizjattivi tal-politika ewlenin, u tipparteċipa f’dibattiti li jistgħu jsiru fil-Kumitat rispettiv dwar dawk l-inizjattivi. Matul l-2009, il-KESE ippubblikat rapporti dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Kompetizzjoni tal-2007 u l-White Paper dwar l-azzjonijiet għad-danni. Is-servizzi tad-DĠ tal-Kompetizzjoni attendew ukoll laqgħat ta’ grupp ta’ ħidma u kellhom laqgħat bilaterali mar-relaturi tal-KESE fuq numru ta’ suġġetti inklużi l-SMEs li qed jadattaw għal bidliet fis-suq globali, il-bini ta’ vapuri u l-għajnuna mill-Istat. [pic][pic][pic]

    [1] Abbozz ta’ rapport dwar ir-Rapport dwar il-politika tal-kompetizzjoni 2008 (2009/2173(INI)), Is-Sinjura Sophia in 't Veld (rapporteur - ALDE Group - NL) .

    [2] SEC (2010) 666.

    [3] http://ec.europa.eu/competition/index_en.html

    [4] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – L-applikazzjoni tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat meħuda relatati mal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali attwali. (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8).

    [5] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta' kompetizzjoni mhux mistħoqqa. (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2).

    [6] Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvija, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja u l-Isveżja.

    [7] Id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Polonja, il-Portugal u l-Isvezja

    [8] Il-Ġermanja, ir-Renju Unit, il-Greċja, l-Awstrija, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja.

    [9] ING, KBC, Parex Banka, Anglo Irish Bank, Bank of Ireland, Allied Irish BankFortis, Dexia, Nord LB, IKB, Kaupthing Bank Finland, Ethias, SdB, Banco Privado Portugues, Hypo Real Estate, WestLB, Fionia, HSH Nordbank, Hypo Tirol, LBBW, Kaupthing Luxemburg, Caisse d'Epargne/Banque Populaire, Mortgage Bank of Latvia, Northern Rock, Commerzbank, Lloyds Banking Group, BAWAG, Hypo Group Alpe Adria u RBS.

    [10] IP/09/711 .

    [11] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Trattament ta' Assi indeboliti fis-Settur Bankarju tal-Komunità (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1).

    [12] IP/09/743 .

    [13] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat" (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).

    [14] IP/09/1729 .

    [15] Il-Każ COMP/M.5508 SOFFIN/Hypo Real Estate.

    [16] ĠU C 83, 7.4.2009, p. 1. Il-Kummissjoni tibda tapplika l-Qafas Temporanju mis-17 ta’ Diċembru 2008, id-data li fiha qablet fil-prinċipju fuq il-kontenut tiegħu.

    [17] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Emenda tal-Qafas Temporanju tal-Komunità għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzi fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali – adottata fil-25 ta’ Frar 2009.

    [18] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Qafas Temporanju tal-Komunità għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzi fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (ĠU C 261, 31.10.2009, p. 2).

    [19] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Qafas Temporanju tal-Komunità għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzi fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (ĠU C 303, 15.12.2009, p. 6).

    [20] Bl-esklużjoni ta’ miżuri temporanji fis-settur agrikolu.

    [21] N11/2009 (Franza), N72/2009 (ir-Renju Unit), N140/2009 (Spanja), N426/2009 (il-Ġermanja), N542/2009 (l-Italja).

    [22] Ara pereżempju N23/2009 (Franza), N71/2009 (ir-Renju Unit), N27/2009 (il-Ġermanja), N117/2009 (ir-Reġun Fjamming/Belġju), N286/2009 (ir-Rumanija) għall-iskemi ta’ garanzija, N38/2009 (il-Ġermanja), N15/2009 (Franza), N257/2009 (ir-Renju Unit) għall-iskemi ta’ self sussidjat.

    [23] Ara http://www.bundesregierung.de/nn_774/Content/DE/Artikel/2009/11/2009-11-26-opel.html

    [24] Ara http://www.gouvernement.fr/gouvernement/automobile-le-plan-d-aide-en-chiffres

    [25] Il-Każ N 80/2009 Volvo Cars, sussidjarja ta’ Ford, applikat għal self ta’ EUR 200 miljun mill-BEI għal proġett ta’ EUR 2 biljun għar-riċerka u żvilupp f’teknoloġiji ekoloġiċi. L-approvazzjoni tal-BEI kienet soġġetta għar-riċeviment ta’ garanzija mill-Istat fuq is-self. Fil-5 ta’ Ġunju 2009 l-Kummissjoni approvat il-garanzija notifikata, li minnha 90% sar taħt il-Qafas Temporanju u 10% bħala għajnuna b’xejn għaliex it-tariffa għaliha kienet tikkonforma mas-suq.

    [26] Ara l-punt 6 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas Temporanju tal-Komunità għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (ĠU C 16, 21.1.2009, p. 1).

    [27] Il-volum massimu tal-miżuri approvati mill-Kummissjoni stabbilit mill-Istati Membri fl-2008 biex jistabbilizzaw is-swieq finanzjarji ammonta għal € 3361 biljun. Skont ir-rapporti annwali sottomessi mill-Istati Membri, l-Istati Membri implimentaw miżuri li jammontaw għal valur nominali ta’ € 958 biljun. Skont l-ewwel stimi, l-element ta’ għajnuna tal-miżuri ta’ appoġġ stabbilit fl-2008 – bħala awtorizzazzjoni għall-benefiċċji li għadda l-Istat lill-istituzzjonijiet finanzjarji li qed jibbenefikaw – ammonta għal € 212.2 biljun.

    [28] Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mill-Istat imnaqqsa iżda mmirata aħjar: pjan direzzjonali għar-riforma tal-għajnuna mill-Istat 2005-2009 (COM(2005)107 finali, 7.6.2005)

    [29] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-istat għat-taħriġ soġġetta għal notifika individwali (ĠU C 188, 11.8.2009, p. 1).

    [30] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għall-impieg ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità soġġetta għal notifika individwali (ĠU C 188, 11.8.2009, p. 6).

    [31] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-kriterji għal valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment (ĠU C 223, 16.9.2009, p. 3).

    [32] C 46/2008.

    [33] http://ec.europa.eu/services_general_interest/registration/form_en.html

    [34] Komunikazzjoni dwar ċerti aspetti legali relatati max-xogħol ċinematografiku u awdjoviżwali ieħor, ĠU C 43, 16.2.2002, p. 6.

    [35] Komunikazzjoni dwar il-kriterji ta’ valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ċerti aspetti legali relatati ma' xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (il-komunikazzjoni dwar iċ-ċinema) tas-26 ta’ Settembru 2001, ĠU C 31, 7.2.2009, p. 1.

    [36] Prolongazzjoni tal-linji gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà (ĠU C 156, 9.7.2009, p. 3).

    [37] Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għax-xandir tas-servizz pubbliku tat-2 ta’ Lulju 2009, ĠU C 257, 27.10.2009.

    [38] Linji gwida Komunitarji dwar l-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mat-tusigħ rapidu tan-netwerks tal-faxx wiesa', ĠU C 235, 30.9.2009, p. 7.

    [39] Kodiċi tal-Aħjar Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 136, 16.6.2009, pp. 13-20).

    [40] Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat (ĠU C 136, 16.6.2009, pp. 3-12).

    [41] Dan huwa minħabba l-fatt li l-Kummissjoni mhux dejjem tista’ tikkwantifika l-ammont ta’ għajnuna li jrid jiġi rkuprat (f’każijiet bħal dawn, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jinkludu informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru jiddetermina l-ammont tal-għajnuna).

    [42] ĠU C 85, 9.4.2009, p. 1.

    [43] Sentenza fil-Każ T-376/07, Il-Ġermanja v. Il-Kummissjoni , 25.11.2009.

    [44] ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

    [45] ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

    [46] ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1.

    [47] ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2.

    [48] 124 miżura ta’ għajnuna: aktar informazzjoni ser tkun disponibbli fl-2010 abbażi tar-rapporti annwali nazzjonali għall-2009.

    [49] ĠU C 54, 4.3.2006.

    [50] Id-Deċiżjonijiet jinsabu fuq: http://ec.europa.eu/competition/state_aid/regional_aid/regional_aid.html

    [51] Fis-settur tal-enerġija: Il-Każ N538/2008 Ersol Thin Film, il-Każ N453/2008 Sunfilm AG, il-Każ N539/2008 ASI Industries/Ersol Solar Energy, il-Każ N180/2009 EnPlus Centrale Termoelettrica di San Severo. Fis-settur tal-karozzi: Il-Każ N473/2008 Ford España, il-Każ N671/2008 Għajnuna lil Mercedes Benz Manufacturing Hungary, il-Każ N635/2008 Fiat Sicily, il-Każ N674/2008 Volkswagen Slovakia. Fl-industrija tal-karta: il-Każ N203/2008 Hamburger Spremberg GmbH.

    [52] Il-Każ N113/2009 Għajnuna lil Audi Hungaria Motor Ltd, il-Każ N588/2008 Petróleos de Portugal – Petrogal S.A.

    [53] Il-Każ N357/2008 Fri-el Acerra s.r.l.

    [54] Il-Każ C21/2008 Sovello Ag (preċedendement EverQ) u l-Każ N46/2008 Għajnuna lil Dell Poland.

    [55] Il-Każ N563/2008 Għajnuna għall-faħam iebes Ġermaniż fl-2008 (ĠU C 199, 25.8.2009, p. 1).

    [56] Il-Każ N347/2009 – Slovak Republic, Baňa Dolina a.s.

    [57] Il-Każ NN20/2009, ex N647/2008 Għajnuna għas-settur tal-faħam fl-2008-2010 (ĠU C 234, 29.9.2009, p. 5).

    [58] ĠU L 205, 2.8.2002, p.1.

    [59] http://ec.europa.eu/energy/coal/consultations/2009_07_15_en.htm

    [60] Linji gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija 2007-2013 (ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1).

    [61] Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35).

    [62] COM(2009)206 finali, flimkien ma’ Dokument ta’ Ħidma tal-Personal, SEC(2009)574 finali.

    [63] COM(2008)165 finali, ara http://ec.europa.eu/competition/antitrust/actionsdamages/index.html

    [64] Il-Każijiet COMP/39406 Marine Hoses ; COMP/39401 E.on/GDF ; COMP/39396 Calcium Carbide ; COMP/37956 Concrete reinforcing bars (adozzjoni mill-ġdid) ; COMP/39129 Power Transformers u COMP/38589 Heat Stabilisers .

    [65] Tinkludi entitajiet mhux immultati bħala applikanti għall-immunità. Jekk iżjed minn entità waħda legali tal-istess grupp kienu soġġetti għad-deċiżjoni, dawn iridu jingħaddu bħala waħda.

    [66] Ara r-Rapport Annwali dwar il-Kompetizzjoni 2007, p. 43.

    [67] See IP/09/1432.

    [68] T–77/03 Feralpi Siderugica SpA/Commission [2007] ECR II-139 Summ.pub.

    [69] Bid-deċiżjoni tal-adozzjoni mill-ġdid il-Kummissjoni imponiet multa ta’ EUR 83 250 miljun, u naqqset il-multa għal waħda mill-impriżi minn EUR 16 140 miljun għal EUR 14 350 miljun minħabba ċaqliq fid-daqs relattiv ta’ din tal-aħħar. Ara IP/09/1389.

    [70] Il-Każ COMP/39416 Klassifikazzjoni tal-Vapuri .

    [71] Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2003 tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 8).

    [72] Notifika tal-Kummissjoni – Linji gwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 81 għal ftehim ta’ kooperazzjoni orizzontali, ĠU C 3, 6.1.2001, p. 2.

    [73] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2658/2000 tad-29 ta’ Novembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) għal kategoriji ta' ftehim ta' speċjalizzazzjoni, ĠU L 304, 5.12.2000, p. 3.

    [74] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2659/2000 tad-29 ta' Novembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) għal kategoriji ta' ftehim dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, ĠU L 304, 5.12.2000, p. 7.

    [75] ĠU L 256, 29.9.2009, p. 31.

    [76] ĠU C 45, 24.2.2009, p. 7.

    [77] Ara l-istqarrija għall-Istampa IP/09/200, 2.2.2009.

    [78] Ara l-Istqarrija għall-Istampa IP/09/1182, 23.7.2009. Ir-riżoluzzjoni b’suċċess ta’ dan il-każ issegwi proċedura ta’ ksur preċedenti kontra r-Repubblika Ċeka fejn ġiet revokata leġiżlazzjoni problematika b’mod simili fl-2007.

    [79] Il-Każ COMP/39562 Il-liġi postali Slovakka (ĠU C 322, 17.12.2008, p. 10). Ara wkoll l-Istqarrija għall-Istampa IP/08/1467, 7.10.2008.

    [80] ĠU C 243, 10.10.2009, p. 5.

    [81] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, Rapport dwar il-funzjonament tar-Regolament Nru 139/2004, u d-dokument ta’ ħidma tal-personal tal-Kummissjoni li jakkompanjah, 18 ta’ Ġunju 2009 (COM(2009)281 finali).

    [82] Għal aktar dettalji, ara l-Kapitolu ta’ Approfondiment f’dan ir-Rapport.

    [83] ISIN huma l-identifikaturi globali għat-titoli u huma kkontrollati mill-istandard 6166 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO). Dawn huma indispensabbli għal numru ta’ operazzjonijiet li jwettqu l-istituzzjonijiet finanzjarji (pereżempju, rapportaġġ lill-awtoritajiet jew klerjar u settiljar) u ma jistgħux jiġu sostitwiti minn identifikaturi oħra għat-titoli. Ara wkoll MEMO/09/508.

    [84] RICs huma kodiċi alfanumeriċi qosra li jidentifikaw it-titoli u l-pożizzjoni tal-kummerċ tagħhom. Dawn jintużaw għall-irkupru ta’ informazzjoni minn datafeeds fil-ħin reali ta’ Thomson Reuters, pereżempju informazzjoni fil-ħin reali dwar prezzijiet ta’ stokks f’borża partikolari. Ara wkoll IP/09/1692 tal-10.11.2009.

    [85] Permezz tal-metodoloġija l-ġdida, il-medja mkejla massima ta’ MIF għal kull tranżazzjoni issa qed titnaqqas għal 0.30% għall-karti tal-kreditu tal-konsumatur u għal 0.20% għall-karti tad-debitu tal-konsumatur.

    [86] Ara IP/09/515 u MEMO/09/143.

    [87] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2003 tas-27 ta' Frar 2003 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 8).

    [88] Dikjarazzjoni konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew li tikkjarifika ċerti prinċipji tal-mudell tan-negozju futur tas-SEPA direct debit (SDD), SEC(2009)397.

    [89] ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11.

    [90] Applikabilità tal-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE lil ħlasijiet interbankarji multilaterali fis-SEPA Direct Debit SEC (2009) 1472.

    [91] Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

    [92] Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63)

    [93] ĠU 211, 14.8.2009.

    [94] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Inkjesta skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fis-setturi Ewropej tal-gass u tal-elettriku (Rapport finali) (COM(2006)851 finali, 10.1.2007), u r-rapport tat-DĠ tal-Kompetizzjoni dwar l-inkjesta fis-settur tal-enerġija (SEC(2006)1724, 10.1.2007).

    [95] Ara IP/09/410, 18.3.2009.

    [96] Il-Każ COMP/39316.

    [97] Il-Każ COMP/39386 Kuntratti tal-elettriku għat-tul fi Franza .

    [98] Ara MEMO/09/394.

    [99] Il-Każ COMP/39401. Ara IP/09/1099, 8.7.2009.

    [100] Il-Każ COMP/39315. Ara MEMO/09/120, 19.3.2009.

    [101] Il-Każ COMP/39351. Ara MEMO/09/191, 23.4.2009.

    [102] Ara IP/09/1425, 6.10.2009.

    [103] Il-Każ COMP/M.5496 Id-deċiżjoni Vattenfall/Nuon .

    [104] Il-Każ COMP/M.5467 RWE/Essent.

    [105] Il-Każ COMP/M.5549 EDF/Segebel.

    [106] Il-Każ COMP/M.5512 Electrabel/E.ON (ċerti assi) u M.5519 Assi akkwistati ta’ E.ON/Electrabel .

    [107] Il-Każijiet COMP/39388 u COMP/39389 E.ON electricity.

    [108] Il-Każ C17/2007 (ex NN19/07) Tariffi tal-elettriku regolati fi Franza (ĠU C 96, 25.4.2009, p. 18).

    [109] MEMO/09/394, 15.9.2009.

    [110] Il-Każ C36b/2006 Tariffa tal-elettriku preferenzjali – Alcoa (għadu mhux ippubblikat).

    [111] Il-Każ N143/2009 Skema ta’ għajnuna li tinkoraġġixxi l-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sistemi kbar kummerċjali tar-riħ, solari u fotovoltajċi u l-bijomassa (ĠU C 247, 15.10.2009, p. 2).

    [112] Il-Każ N359/2008 Suppliment għal elettriku ġenerat bl-inċinerazzjoni tal-bijomassa (ĠU C 179, 1.8.2009, p. 1); il-Każ N354/2008 Suppliment għal elettriku minn turbini tar-riħ ġodda (ĠU C 143, 24.6.2009, p. 6); il-Każ N356/2008 Suppliment għal elettriku ġenerat mill-bijogass (ĠU C 151, 3.7.2009, p. 16).

    [113] Il-Każ N446/2008 It-tieni emenda għall-Att dwar l-Elettriku Ekoloġiku 2008 (ĠU C 217, 11.9.2009, p. 12).

    [114] C24/2009 (ex N446/2008) It-tieni emenda għall-Att dwar l-Elettriku Ekoloġiku 2008 (ĠU C 217, 11.9.2009, p. 12).

    [115] Il-Każ C41/2006 Modifika tat-taxxa fuq id-CO² għal konsum tal-fjuwil bil-kwota regolata fl-industrija (il-verżjoni pubblika għadha mhux disponibbli).

    [116] Il-Każ N327/2008 Tnaqqis tat-taxxa fuq NOx għal industriji u kumpaniji kbar li jniġġsu u li jnaqqsu t-tniġġis, u tnaqqis fit-taxxa għall-bijogass u l-bijomassa.

    [117] Il-Każ C5/2009 (ex N210/2008) Eżenzjoni mit-taxxi ambjentali għall-produtturi taċ-ċeramika .

    [118] Il-Każ N629/2008 Impenn ta’ Tnaqqis tal-Karbonju (CRC) .

    [119] Il-Każ N57/2008 Għajnuna għall-operat għall-bijofjuwils -Polonja (ĠU C 247, 15.10.2009, p. 1).

    [120] Il-Każ N372/2007 Appoġġ għall-bijofjuwil (ĠU C 106, 8.5.2009, p. 14).

    [121] Il-Każ N607/2008 Tnaqqis fit-taxxa għall-bijofjuwil (il-Bulgarija) .

    [122] Il-Każ N461/2008 Liġi fuq Impjanti Kombinati tas-Sħana u l-Enerġija (CHP) (ĠU C 109, 13.5.2009, p. 1).

    [123] Il-Każ N485/2008 Skema ta’ Għajnuna għall-Infrastruttura tat-Tisħin u t-Tkessiħ Distrettwali u Sistemi tat-Tkessiħ (AT) (ĠU C 191, 14.8.2009, p. 1).

    [124] Il-Każ N54/2009 Għajnuna għall-modernizzazzjoni tan-netwerks tad-distribuzzjoni tat-tisħin fil-Polonja (ĠU C 204, 29.8.2009, p. 2).

    [125] Il-Każ N55/2009 Għajnuna għall-bini u modernizzazzjoni tan-netwerks tal-konnessjoni tal-elettriku għall-enerġiji rinovabbli fil-Polonja (ĠU C 206, 1.9.2009, p. 3).

    [126] Il-Każ N56/2009 Għajnuna għall-modernizzazzjoni u s-sostituzzjoni ta’ netwerks tad-distribuzzjoni tal-elettriku fil-Polonja (ĠU C 206, 1.9.2008, p. 4).

    [127] Il-Każ N74/2009 CCS Demonstration Competition – FEED (ĠU C 203, 28.8.2009, p. 2).

    [128] Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (ĠU C 83, 7.4.2009, p. 1).

    [129] Il-Każ N11/2009 Régime temporaire de prêts bonifiés pour les entreprises fabriquant des produits verts (ĠU C 106, 8.5.2009, p. 22).

    [130] Il-Każ N426/2009 Qafas Federali għal self b’interess baxx għall-produzzjoni ta’ prodotti ekoloġiċi (ĠU C 225, 18.9.2009, p. 2).

    [131] Il-Każ N140/2009 Pjan ta’ kompetittività tas-settur awtomottiv – Realizzazzjoni ta’ investimenti mmirati lejn il-manifattura ta’ prodotti li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent (ĠU C 146, 26.6.2009, p. 2).

    [132] Il-Każ N542/2009 Għajnuna għall-produzzjoni ta’ prodotti ekoloġiċi.

    [133] Il-Każ N72/2009 Għajnuna Temporanja għall-produzzjoni ta’ prodotti ekoloġiċi (ĠU C 145, 25.6.2009, p. 7).

    [134] Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002 p. 21), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51), id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37). Dawn id-Direttivi ġew emendati riċentement bid-Direttivi 2009/140/KE u 2009/136/KE (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37 u 11).

    [135] Il-Każ AT/2009/970 dwar is-suq bl-Ingrossa Awstrijaku tal-aċċess għall-faxx wiesa'

    [136] Ir-rati ta’ terminazzjoni huma tariffi bl-ingrossa ċċarġjati mill-operatur ta’ parti li qed tirċievi s-sejħa lill-operatur tan-netwerk tal-parti li qed tagħmel is-sejħa. It-tariffi għandhom impatti konsiderevoli fuq il-kontijiet tat-telefown tal-konsumatur u għalhekk huma soġġetti għar-regolazzjoni tal-prezzijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/396/KE tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar it-trattament regolatorju tar-rati ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fissi u ċellulari fl-UE (ĠU L 124, 20.5.2009).

    [137] Li minnhom EUR 1.5 biljun jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFEU.

    [138] Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 dwar N331/2008 " Réseau à très haut débit en Hauts-de-Seine ". Għadha mhix ippubblikata.

    [139] MEMO/09/203, 27.4.2009.

    [140] Il-Każ COMP/37.792 Microsoft (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 23).

    [141] Il-Każ COMP/37990 Intel (ĠU C 227, 22.9.2009, p. 13).

    [142] T-286/09 Intel v Il-Kummissjoni (ĠU C 220, 12.9.2009, p. 41).

    [143] Id-Deċiżjoni hija ppubblikata fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni taħt “ Każijiet ta’ antitrust ”.

    [144] Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni u l-impenji hija disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/competition/antitrust/cases.

    [145] Id-Deċiżjoni u l-impenji huma ppublikati fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni taħt “ Każijiet ta’ antitrust ”.

    [146] Id-dokumenti kollha huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/sectors/media/online_commerce.html

    [147] Il-Kummissjoni kienet bagħtet lill-Italja Opinjoni Raġunata f’dan il-każ fit-18.7.2007.

    [148] Il-Każ C-25/2004 DVB-T Berlin Brandenburg . Din is-sentenza ġiet appellata mill-Ġermanja f’Diċembru. L-appell kien jikkonċerna wkoll il-kwistjoni tan-newralità tat-teknoloġija.

    [149] Il-Każijiet T-8/06, T-21/06, T-24/06.

    [150] Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għax-xandir tas-servizz pubbliku tat-2 ta’ Lulju 2009, ĠU C 257, 27.10.2009.

    [151] Il-Każ E4/2008.

    [152] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2009 dwar is-Sommarju Eżekuttiv tar-Rapport dwar l-Inkjesta fis-Settur Farmaċewtiku, stqarrija għall-istampa IP/09/1098.

    [153] Ara l-Każ C-501/06 GlaxoSmithKline v. Il-Kummissjoni (2009), disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu. F’Marzu 1998, GSK innotifikat lill-Kummissjoni dwar il-politika tal-ipprezzar tagħha għal 82 mediċina fi Spanja applikabbli għall-bejjiegħa bl-ingrossa Spanjoli. Skont il-politika notifikata GSK iċċarġjat prezz differenti lill-bejjiegħa bl-ingrossa skont id-destinazzjoni finali tal-prodott, jiġifieri jekk il-prodott kien maħsub għall-konsum fi Spanja japplika prezz iżjed baxx, u jekk jiġi esportat, jiġi ċċarġjat prezz ogħla. Numru ta’ bejjiegħa bl-ingrossa u assoċjazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-ingrossa ssottomettew l-ilmenti tagħhom kontra din il-politika lill-Kummissjoni, li f’Mejju 2001 adottat deċiżjoni fejn iddikjarat li GSK kienet kisret l-Artikolu 81(1) KE.

    [154] Ara l-Każ COMP/M.5476 Pfizer / Wyeth .

    [155] Il-Każ NN54/2009 Association bruxelloise des institutions des soins de santé privées asbl (ABISSP) vs. Il-Belġju. Il-verżjoni pubblika ta’ din id-deċiżjoni għadha mhux disponibbli. Din għandha tintwera malli titneħħa kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali.

    [156] Il-Każ N582/08 Health Insurance intergenerational solidarity relief (Irlanda). Deċiżjoni finali C(2009)3572 finali (ĠU C 186, 8.8.2009).

    [157] Il-Każ COMP/39510 LABCO/ONP .

    [158] Ir-Regolament (KE) Nru. 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u Nru. 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007).

    [159] Il-Każ C42/2007 (ĠU L 327, 12.12.2009).

    [160] Il-Każ N395/2008 (ĠU C 125, 5.6.2009).

    [161] N457/2009.

    [162] Il-Każ N517/2009.

    [163] Il-Każi N151/2009, N152/2009 (ĠU C 164, 16.7.2009).

    [164] Il-Każ N462/2009.

    [165] Il-Każ COMP/M.5480.

    [166] Il-Każ COMP/M.5557 SNCF / CDPQ / Keolis / Effia .

    [167] Il-Każ N175/2009 (ĠU C 246, 14.10.2009).

    [168] Il-Każijiet N409/2008, N410/2008 u N411/2008 (ĠU C 106, 8.5.2009).

    [169] Il-Każ N324/2009 (ĠU C 299, 9.12.2009).

    [170] Il-Każ N420/2008 (ĠU C 183, 5.8.2009).

    [171] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tipprovdi gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji tal-ġestjoni tal-vapuri (ĠU C 132, 11.6.2009).

    [172] Il-Każ N219/2009 (ĠU C 196, 20.8.2009).

    [173] Il-Każijiet N120/2009 (ĠU C 232, 26.9.2009), N67/2009 (ĠU C 232, 26.9.2009) u N300/2009 (ĠU C 299, 9.12.2009).

    [174] Il-Każ C22/2007 (ĠU L 119, 15.5.2009).

    [175] Il-Każ C2/2008 (ĠU L 228, 1.9.2009).

    [176] Il-Każ C5/2007 (ĠU L 315, 2.12.2009).

    [177] Il-Każ N457/2008 (ĠU C 106, 8.5.2009).

    [178] Il-Każ N325/2007 (ĠU C 53, 6.3.2009).

    [179] Il-Każ C34/2007.

    [180] Il-Każi N169/2008, N105/2008, N168/2008 u C21/2009.

    [181] Il-Każ N385/2009.

    [182] Il-Każ N614/2008 (ĠU C 122, 30.5.2009).

    [183] Il-Każ C16/2008, għadu mhux ippubblikat.

    [184] Il-Każ COMP/M.5346 APMM/Broström .

    [185] Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 (ĠU L 35, 4.2.2009).

    [186] Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 70, 14.3.2009).

    [187] Ir-Regolament (KE) Nru 545/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 24).

    [188] Il-Każ COMP/M.5364 Iberia/Vueling/Clickair .

    [189] Il-Każ COMP/M.5335 Lufthansa/Brussels Airlines.

    [190] Il-Każ COMP/M.5403 Lufthansa/bmi.

    [191] Il-Każ COMP/M.5440 Lufthansa/Austrian Airlines .

    [192] Ara l-Istqarrija Uffiċjali MEMO/09/168, 20.4.2009.

    [193] Ara l-Istqarrija Uffiċjali MEMO/09/430, 2.10.2009.

    [194] Il-Każ NN72/2008, għadu mhux ippubblikat.

    [195] Il-Każ C6/2009.

    [196] Il-Każ N83/2009, għadu mhux ippubblikat.

    [197] Il-Każ N487/2009.

    [198] Il-Każ E4/2007 (ĠU C 83, 7.4.2009).

    [199] Il-Każ C36/2007 Ilment kontra l-Istat Ġermaniż dwar l-għajnuna mhux legali mill-Istat lil Deutsche Post (ĠU C 245, 19.10.2007 p. 21).

    [200] Il-Każ C20/09 (ex N763/02) La Poste (ĠU C 176, 29.7.2009, p. 17).

    [201] Il-Każ C7/07 (ex NN82/06 u NN83/06) Għajnuna allegata favur Royal Mail (ĠU L 210, 14.8.2009, p. 16).

    [202] Il-Każ C56/2007 Garantie d'Etat illimitée - La Poste (Franza).

    [203] Il-Każ COMP/M.5152.

    [204] Global auto report, Scotia Bank, http://www.scotiacapital.com/English/bns_econ/bns_auto.pdf

    [205] ACEA, Reġistrazzjonijiet ġodda skont il-pajjiż http://www.acea.be/index.php/news/news_detail/new_vehicle_registrations_by_country/

    [206] Għal iżjed informazzjoni, ara l-Kapitolu ta’ Approfondiment f’dan ir-Rapport.

    [207] N98/2009 Għajnuna għat-taħriġ lil Scania , ĠU 147, 27.6.2009, p. 6.

    [208] Il-Każ C39/2008 (ex N148/2008) Għajnuna għat-taħriġ lil Ford Craiova, Rumanija .

    [209] N80/2009 Garanziji tal-Istat favur Volvo Cars , ĠU C 172, 24.7.2009, p. 2.

    [210] N478/2009 Garanzija Individwali tal-Istat għal Ford Romania S.A .

    [211] N671/2008. Ara IP/09/1147.

    [212] N473/2008. Ara IP/09/958.

    [213] Il-Każ N635/2008 FIAT Termini Imerese.

    [214] Il-Każ C31/2009 (ex N113/2009) Audi Hungaria Motor Kft.

    [215] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-Qafas Ġejjieni tal-Liġi tal-Kompetizzjoni applikabbli għas-settur tal-Vetturi bil-Mutur tat-22 ta’ Lulju 2009 (COM(2009) 388 finali)

    [216] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiki miftiehma fis-settur tal-vettur bil-mutur, ĠU L 203, 1.8.2002, pp 30-41.

    [217] http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/publication16061_en.pdf

    [218] http://ec.europa.eu/agriculture/markets/milk/report2009/index_en.htm

    [219] 2003/709/KE deċiżjoni tad-9 ta’ Ottubru 2003.

    [220] Is-Sottogrupp tal-Kompetizzjoni tal-ECCG jikkonsisti f’rappreżentant wieħed tal-organizzazzjoni nazzjonali tal-konsumatur għal kull Stat Membru tal-UE, flimkien ma’ rappreżentant wieħed tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (BEUC) u tnejn minn osservaturi taż-ŻEE (Islanda u Norveġja). Il-Kummissjoni tipprovdi s-segretarjat għas-Sottogrupp.

    [221] Ir-Rapport huwa disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/ecn/documents.html

    [222] Il-Każ fil-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi, Nru RG 2008/23812, Pierre Fabre Dermo-Cosmétique . Il-każ wassal għal talba għal sentenza preliminari skont l-Artikolu 267 TFEU; ara l-Każ C-439/09.

    [223] Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar kooperazzjoni fuq attivitajiet antikompetittivi (ĠU L 202, 4.8.2009, p. 36).

    [224] Ftehim ta’ Qafas tas-26 ta’ Mejju 2005 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni; Protokol ta’ Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta’ Novembru 2005; Protokol dwar l-Arranġamenti ta’ Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tar-Reġjuni tas-17 ta’ November 2005.

    [225] L-EFC jipprepara x-xogħol għall-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) u jinkludi rappreżentant tal-Bank Ċentrali Ewropew.

    Top