EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0183

Green Paper - L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi

/* KUMM/2010/0183 finali */

52010DC0183




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 27.4.2010

KUMM(2010) 183 finali

GREEN PAPER

L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi

GREEN PAPER

L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi

Fid-deċenji reċenti d-dinja mxiet b'pass aktar mgħaġġel. Għall-Ewropa u partijiet oħra tad-dinja, l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġiji l-ġodda u l-globalizzazzjoni li qiegħda tikber fissret bidla qawwija mill-manifattura tradizzjonali għas-servizzi u l-innovazzjoni. L-ispazji tal-fabbriki qegħdin progressivament jinbidlu b'komunitajiet kreattivi li l-materja prima tagħhom hija l-abilità li jimmaġinaw, jikkreaw u jinnovaw.

F'din l-ekonomija diġitali ġdida, valur immaterjali qed ikompli aktar jiddetermina l-valur materjali peress il-konsumaturi qed ifittxu għal "esperjenzi" ġodda u ta' arrikkiment. L-abilità li toħloq esperjenzi soċjali u networking hija issa fattur tal-kompetittività.

Jekk l-Ewropa trid tibqa' kompetittiva f'dan l-ambjent globali ta' bidla, għandha bżonn li ssejjes il--kundizzjonijiet ġusti għall-kreattività u l-innovazzjoni biex jiffjorixxu f'kultura imprenditorjali ġdida.[1]

Hemm ħafna potenzjal mhux sfruttat fl-industriji kulturali u kreattivi li joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi. Biex tagħmel dan, l-Ewropa għandha tidentifika u tinvesti f'sorsi ġodda ta' tkabbir serju, sostenibbli u inklussiv biex tieħu t-tmexxija[2]. Ħafna mill-prosperità tagħna tal-ġejjieni se tiddependi fuq kif aħna nużaw ir-riżorsi tagħna, l-għarfien u t-talent kreattiv biex nixprunaw l-innovazzjoni. Filwaqt li tibni fuq il-kulturi għonja u diversi, l-Ewropa għandha tkun il-pijuniera ta' modi ġodda ta' diversità b'valur miżjud kif ukoll li ngħixuha flimkien, naqsmu r-riżorsi u ngawduha.

L-industriji kulturali u kreattivi tal-Ewropa joffru potenzjal reali li jwieġeb dawn l-isfidi li b'hekk jikkontribwixxu lejn l-istrateġija tal-Ewropa 2020 u x'uħud mill-inizjattivi tipiċi tagħha bħalma huma l-Unjoni tal-Innovazzjoni, l-Aġenda Diġitali, it-trattament tal-bidla fil-klima, l-Aġenda għal ħiliet ġodda u impjiegi ġodda jew politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni[3].

Ħafna studji reċenti[4] urew li l-industriji kulturali u kreattivi (minn hawn 'il quddiem "CCIs") jirrapreżentaw kumpaniji innovattivi ħafna b'potenzjal ekonomiku kbir u huma wieħed mis-setturi l-aktar dinamiċi li jikkontribwixxu xi 2,6 % lill-PGD tal-UE b'rata ta' tkabbir ogħla mill-bqija tal-ekonomija u li jipprovdu impjiegi lil xi ħames miljun ruħ fl-UE-27 kollha[5].

Barra minn hekk, kontenuti kulturali għandhom sehem kruċjali fit-tħaddim tas-soċjetà tal-informazzjoni billi jkabbru investimenti f'infrastrutturi u servizzi broadband, fit-teknoloġiji diġitali, kif ukoll fl-elettronika għall-konsumatur u strumenti tat-telekomunikazzjoni.

Lil hinn mill-kontribuzzjoni diretta tagħhom lill-PGD, is-CCIs huma wkoll katalisti importanti tal-innovazzjoni ekonomika u soċjali f'ħafna setturi oħrajn.

Soluzzjonijiet immaġinattivi f'ħafna setturi differenti jinbtu minn ħsieb kreattiv f'dawn l-industriji li jvarjaw mir-riġenerazzjoni jew "branding" ta' pajjiżi, reġjuni jew bliet għall-iżvilupp ta' ħiliet tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) (ħiliet elettroniċi[6]) u t-tagħlim tul il-ħajja, mir-riċerka stimulanti għal valuri ta' komunikazzjoni b'mod aċċessibbli, mill-innovazzjoni ta' prodott u servizz u għall-promozzjoni ta' ambjenti ekonomiċi sostenibbli, mid-djalogu intergovernattiv għad-djalogu interkulturali u l-bini ta' komunità[7].

B'sħubijiet mal-edukazzjoni, is-CCIs jistgħu jkollhom sehem ewlieni bl-għoti liċ-ċittadini Ewropej ta' ħiliet kreattivi, imprenditorjali u interkulturali li għandhom bżonn. F'dan is-sens, is-CCIs jistgħu jsostnu dwal ta' eċċellenza Ewropej u jgħinuna nsiru soċjetà bbażata fuq l-għarfien. Fl-istess ħin, dawn il-ħiliet jistimula domanda għal kontenuti u prodotti aktar diversi u sofistikati. Dan jista' jagħti forma lis-swieq t'għada b'mod li jaddatta aħjar l-assi Ewropej.

Permezz ta' dawn l-effetti laterali pożittivi, is-CCIs tal-Ewropa joffru triq lejn futur aktar immaġinattiv, aktar koeżiv, aktar aħdar u aktar prosperu.

Biex is-CCIs jkunu jistgħu jgawdu l-aħjar opportunitajiet offerti mid-diversità kulturali, il-globalizzazzjoni u d-diġilizzazzjoni, li huma l-muturi ewlenin għal aktar żvilupp ta' dawn l-industriji, l-isfida hija:

- Li jistabbilixxu dawk li huma l-aktar kapaċi billi jżidu l-kapaċità biex jesperimentaw, jinnovaw u jirnexxu bħala intraprendituri u jipprovdu aċċess aktar faċli biex jiffinanzjaw it-taħlita l-ġusta tal-ħiliet;

- Li jgħinu s-CCIs jiżviluppaw fl- ambjent lokali u reġjonali tagħhom bħala pjattaforma għal preżenza globali aktar b'saħħitha, inkluż permezz ta' skambji u mobilità akbar; u

- Li jimxu lejn ekonomija kreattiva billi jikkatalizzaw l-effetti laterali pożittivi tas-CCIs fuq firxa wiesgħa ta' kuntesti ekonomiċi u soċjali.

Fi żmien meta xi wħud mis-sħab internazzjonali tagħna diġà qegħdin jisfruttaw b'mod qawwi r-riżorsi b'ħafna faċċati tas-CCIs[8], l-UE għadha trid tiżviluppa approċċ strateġiku biex tagħmel l-assi kulturali sodi u attraenti tagħha l-bażi ta' ekonomija kreattiva b'saħħitha u soċjetà koeża.

1. IL-KUNTEST POLITIKU, L-GĦANIJIET U L-AMBITU TAL-GREEN PAPER

Dawn id-dimensjonijiet kollha huma l-qalba tat-tieni għan tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura[9] li tistieden l-UE tħaddan il-potenzjal tal-kultura bħala katalist ta' kreattività u innovazzjoni fil-qafas tal-Istrateġija ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi.

L-Aġenda kienet approvata b'Reżoluzzjoni tal-Kunsill f'Novembru 2007 u mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2007. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2007, il-Kunsill Ewropew jirrikonoxxi l-importanza tas-setturi kulturali u kreattivi fil-qafas tal-Aġenda ta' Lisbona, kif ukoll il-bżonn li jissaħħaħ il-potenzjali tagħhom, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam l-SMEs.

Aktar konklużjonijiet tal-Kunsill enfasizzaw il-bżonn li tissaħħaħ l-konnessjoni bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-CCIs kif ukoll li jkun immassimizzat l-potenzjal tal-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi[10] u sejħu għal sinerġiji aħjar bejn is-settur kulturali u s-setturi l-oħra tal-ekonomija u konnessjonijiet isħaħ bejn il-politika kulturali u politiki oħra relevanti.[11]

B'mod simili, il-Parlament Ewropew sejjaħ lil, fost oħrajn, il-Kummissjoni "biex tgħidu b'mod ċar x'inhi l-viżjoni Ewropea tal-kultura, tal-kreattività u tal-innovazzjoni u biex telabora miżuri politiċi (...) sabiex ikunu żviluppati l-industriji kreattivi Ewropej u jinkorporaw dawn f'strateġija ġenwina Ewropea għall-kultura"[12];

Il-Green Paper tibni fuq rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiċi identifikati minn żewġ gruppi ta' ħidma esperti nazzjonali - dwar is-CCIs u s-sinerġiji bejn il-kultura u l-edukazzjoni - u minn żewġ pjattaformi tas-soċjetà ċivili - dwar is-CCIs u l-aċċess għall-kultura[13] - li twaqqfu bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura. Din tibbaża ruħha wkoll fuq diversi studji indipendenti u rapporti li saru reċentement għall-Kummissjoni Ewropea u ssib l-ispirazzjoni fl-istrateġiji żviluppati f'Stati Membri varji bil-ħsieb li joħroġ l-potenzjal tas-CCIs tagħhom[14]. Fl-aħħar nett, dwiet uħud mill-messaġġi li ntbagħtu matul l-2009 is-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-bżonn li jibnew pontijiet ġodda bejn l-arti, il-filosofija, ix-xjenza u n-negozju[15].

Il-Green Paper għandha l-għan li tqajjem dibattitu dwar il-ħtiġijiet ta' ambjent kreattiv verament stimulanti għas-CCIs tal-UE. Din tinkludi perspettivi multipli, minn dak tal-ambjent tan-negozju għall-bżonn li jinfetaħ spazju komuni Ewropew għall-kultura, mill-kapaċità li jinbena żvilupp tal-ħiliet għall-promozzjoni tal-kreatturi Ewropej fuq ix-xena dinjija.

Din m'għandhiex l-għan li tkopri l-kwistjonijiet kollha li jista' jkollhom l-impatt fuq dawn l-industriji, imma tindirizza oqsma ewlenin fejn l-użu sħiħ tal-politiki u l-istrumenti fuq il-livelli kollha tal-governanza u l-kisba ta' koerenza akbar u koordinazzjoni fosthom jistgħu effettivament iħollu l-potenzjal tas-CCIs fl-Ewropa.

Il-kwistjonijiet imqajma huma tipikament relevanti għal dawk li jfasslu l-politika, is-CCIs u msieħba oħra f'diversi livelli: Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali. Għal kull waħda mill-kwistjonijiet koperti, il-Kummissjoni tilqa' b'mod partikolari kontribuzzjonijiet dwar il-prijoritajiet fuq il-livell Ewropew .

Il-Green Paper, meta tirreferi għas-CCIs, għandha l-għan li taħfen il-konnotazzjonijiet varji attribwiti lit-termini "kulturali" u "kreattivi" fl-UE kollha u tirrifletti d-diversità kulturali tal-Ewropa.

Fuq il-livell Ewropew, il-qafas tal-istatistika kulturali mwaqqaf fl-2000 identifika tmien oqsma (wirt artistiku u monumentali, l-arkivji, il-libreriji, il-kotba u l-istampa, l-arti viżwali, l-arkitettura, l-arti tal-ispettaklu, il-midja/il-multimidja awdjo u awdjoviżiva) u sitt funzjonijiet (preservazzjoni, kreazzjoni, produzzjoni, disseminazzjoni, kummerċ/bejgħ u edukazzjoni) li jikkonstitwixxu s-"settur kulturali" min-naħa tal-istatistika. Bħalissa għaddej ix-xogħol biex jiġi aġġornat dan il-qafas u jkun definit l-ambitu tas-CCIs[16].

F'din il-Green Paper qed naddottaw approċċ kemmxejn wiesa' fuq id-definizzjonijiet ta' ħidma li ġejjin:

"L-industriji kulturali" huma dawk l-industriji li jipproduċu u jqassmu oġġetti jew servizzi li fiż-żmien meta jkunu żviluppati jitqiesu li għandhom attribut, użu jew skop speċjali li jiġbor jew iwassal espressjonijiet kulturali, irrispettivament mill-valur kummerċjali li jista' jkollhom. Barra mis-setturi tradizzjonali tal-arti (l-arti tal-ispettaklu, l-arti viżwali, il-wirt kulturali – inkluż is-settur pubbliku), dawn jinkludu wkoll il-film, id-DVDs u l-vidjo, it-televixin u r-radju, il-logħob tal-video, il-midja l-ġdida, il-mużika, il-kotba u l-istampa. Il-kunċett huwa ddefinit f'relazzjoni mal-espresjsonijiet kulturali fil-kuntest tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali[17].

"L-industriji kreattivi" huma dawk l-industriji li jużaw il-kultura bħala sors u għandhom dimensjoni kulturali, minkejja li l-prodotti tagħhom huma prinċipalment funzjonali. Dawn jinkludu l-arkitettura u d-disinn, li jintegraw elementi kreattivi fi proċessi usa', kif ukoll bħala sottosetturi bħalma huma d-disinn grafiku, il-moda jew ir-reklamar.

F'livell aktar periferali, ħafna industriji oħrajn jistrieħu fuq l-produzzjoni tal-kontenut għall-iżvilupp tagħhom stess u għalhekk huma, sa ċertu punt, interdipendenti mas-CCIs. Dawn jinkludu, fost oħrajn, it-turiżmu u s-settur tat-teknoloġiji l-ġodda. Madankollu, dawn l-industriji mhumiex koperti espliċitament mill-kunċett tas-CCIs użat f'din il-Green Paper.

2. Diversità kulturali, il-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni: il-muturi ewlenin għal aktar żvilupp tas-CCIs

Is-CCIs huma ffaċċjati minn kuntest li qed jinbidel malajr ikkaratterizzat b'mod partikolari mill-ispid tal-iżvilupp u t-tħaddim tal-ICT diġitali fuq skala gloabli. Dan il-mutur għandu impatt kbir fis-settui kollha fuq il-katina kollha ta' valur, mill-kreazzjoni għal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-oġġetti u servizzi kulturali.

It-teknoloġija u d-disponibilità tal-infrastruttura broadband fiż-żoni urbani u rurali jiftħu opportunitajiet ġodda għall-kreaturi biex jipproduċu u jqassmu x-xogħlijiet tagħhom lil pubbliku usa' bi spiża aktar baxxa, indipendentement mill-ostakli fiżiċi u ġeografiċi. Minħabba li l-ICTs jintużaw bis-sħiħ mill-fornituri tal-kontenut kulturali u x-xejriet tradizzjonali tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni jiġu riveduti, dan joffri udjenzi potenzjalment akbar u swieq għall-kreaturi u offerta aktar diversa għaċ-ċittadini. Fl-istess ħin, it-tħaddim tal-ICT jiddependi mid-disponibilità ta' kwalità għolja u kontenut kulturalment diversifikat. Għalhekk il-kontenut kulturali jilgħab sehem ewlieni fl-aċċettazzjoni ta' dawn it-teknoloġiji l-ġodda minn pubbliku akbar u għall-iżvilupp tal-ħiliet elettroniċi u l-livelli tal-litteriżmu tal-midja taċ-ċittadini tal-Ewropa.

Madankollu, dan l-ambjent ġdid sostanzjalment ibiddel l-produzzjoni tradizzjonali u l-mudelli tal-konsum filwaqt li jisfida s-sistema li permezz tagħha l-komunità kreattiva s'issa kisbet il-valur mill-kontenut. Dan l-impatt huwa differenti ħafna min-negozju għan-negozju u huwa influwenzat mill-post fejn negozju magħruf jinsab fil-katina tal-valur. Il-valur ekonomiku qed ikun spostjat lejn it-tarf tal-katina li f'ċerti setturi taffettwa l-ħlas effettiv għall-kreazzjoni[18]. Barra minn hekk, partijiet tal-industriji tal-kontenut, partikolarment l-industriji tal-kontenut reġistrat, intlaqtu b'mod ħażin mill-piraterija u telf fil-bejgħ tal-appoġġi fiżiċi (e.g. CD, DVD), li għamlu dannu għall-iżvilupp tagħhom, ċekknu l-bażi tad-dħul tagħhom u konsegwentement illimitaw l-potenjzal li jiġġeneraw l-impjiegi u l-investiment. Għaldaqstant l-industrija għandha bżonn ukoll li tiżviluppa mudelli ġodda u innovattivi ta' negozju.

F'ħafna setturi, l-isfida hija li s-CCIs ikollhom ikopru l-ispejjeż tal-"introduzzjoni diġitali" (id-diġitizzazzjoni tal-kontenut, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-aġġornament tal-kwalifiki tal-istaff u kwistjonijiet kumplessi li jikkonċernaw il-ġestjoni adegwata tad-drittijiet diġitali eċċ) filwaqt li jsir l-investiment ukoll u jkunu ttestjati mudelli ġodda tan-negozju li jiġġeneraw "ħlas lura" biss wara xi żmien. Li n-negozju jkompli għaddej skont mudell tan-negozju tradizzjonali filwaqt li tkun ġestita t-tranżizzjoni għal mudelli ġodda tan-negozju li għandhom qed inkunu żviluppati tista' tkun diffiċli għal ħafna intrapriżi kreattivi. Il-ħila tan-negozju li jwieġeb għal dawn il-bidliet strutturali tiddepedni ħafna wkoll fuq id-daqs tal-kumpanija u s-saħħa tal-innegozjar fir-rigward imkejjen diġitali ġodda. Il-bidla diġitali globali ssaħħaħ l-pożizzjoni tal-imsieħba importanti bħalma huma l-kumpaniji tat-telecom jew l-manifatturi tal-elettronika tal-konsumaturi, u tikkoinċidi mal-wasla tal-atturi globali ġodda qawwija bħalma huma l-magni tat-tfittxija u l-pjattaformi soċjali bbażati fuq il-web li – filwaqt li jagħtu kontribut sinfikattiv lill-iżvilupp tas-suq – potenzjalment jistgħu jagħmluha ta' għassiesa ġodda. Fl-istess ħin, il-maġġoranza vasta tas-CCIs jikkonsistu f'firxa ta' intrapriżi ta' daqs mikro, żgħar u medji, kif ukoll freelancers li jikkoeżistu ma' kunmpaniji integrati vertikalment u orizzontalment.

Anke fis-setturi fejn kumpaniji internazzjonali ewlenin għandhom sehem ewlieni, intrapriżi żgħar u mikro jilagħbu sehem kruċjali fil-kreattività u l-innovazzjoni. Huma dawk li tipikament jieħdu r-riskju u jadottaw sa minn kmieni u jilagħbu sehem deċiżiv fejn hemm bżonn ta' tfittxija ta' talenti ġodda, jiżviluppaw xejriet ġodda u jfasslu estetika ġdida.

Firxa diversa ta' intraprendituri u ċ-ċaqliq ħieles tas-servizzi tagħhom huma pre-rekwiżit għal offerta kulturalment diversa lill-konsumaturi. Dan huwa possibbli biss jekk aċċess ġust lis-suq huwa garantit. Il-ħolqien u ż-żamma ta' bażi komuni li tiżgura li m'hemmx ostakli mhux ġustifikati għad-dħul se jeħtieġu sforzi magħquda f'oqsma differenti ta' politika, speċjalment il-politika tal-kompetizzjoni.

L-interopoerabilità tista' tilgħab sehem ewlieni fil-ħolqien ta' kondizzjonijiet ġusti ta' aċċess għal pjattaformi ġodda u tagħmir. L-istandards jgħinu jiżguraw l-interoperabilità bejn il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi, is-sistemi, l-applikazzjonijiet u n-networks il-ġodda u l-eżistenti. L-interoperabilità hija importanti mhux biss għall-produtturi (b'mod partikolari l-SMEs), iżda wkoll għall-utenti. L-interoperabilità ssaħħaħ l-għażla tal-utenti, speċjalment l-għażla tagħhom tal-prodotti u s-servizzi tas-CCIs ibbażati fuq l-ICT[19]. L-istandards jgħinu wkoll biex jinħoloq suq ħabib tal-innovazzjoni li jħeġġeġ l-innovazzjoni filwaqt li jkunu evitati sistemi li jistgħu jdejqu l-aċċess għal kontenut divers. Il-promozzjoni tal-interoperabilità bejn il-pjattaformi u t-tagħmir hija għalhekk essenzjali.

Lil hinn mill-istandardizzazzjoni u l-aspett tal-prezz, id-diversità tal-għażla hija interess fundamentali tal-konsumaturi. Skont l-Artikolu 167 (ex-Artikolu 151 KE) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti kulturali għandhom jitqiesu fl-implimentazzjoni tal-liġi Ewropea.

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni se tkun qiegħda taħdem fuq tliet oqsfa tal-politika ewlenija li jkollhom impatt sinifikattiv fuq il-kondizzjonijiet tal-qafas għas-CCIs fl-ambjent diġitali u li kienu bbażati fuq proċessi ta' konsultazzjoni bikrija.

L-ewwel nett, l-Agenda Diġitali għall-Ewropa hija waħda mis-seba' inizjattivi tipiċi tal-Ewropa 2020. Fil-qafas li se jinħoloq bl-Aġenda Diġitali, il-Kummissjoni se taħdem, fost oħrajn, biex toħloq suq verament uniku għall-kontenut u servizzi onlajn (jiġifieri mingħajr fruntieri u servizzi sikuri tal-web fl-UE u swieq tal-kontenut diġitali b'livelli għoljin ta' fiduċja u kunfidenza, qafas regolatroju bilanċjat li jirregola l-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, miżuri li jiffaċilitaw s-serivzzi tal-kontenut onlajn bejn il-fruntieri, it-trawwim tal-liċenzji multiterritorjali, protezzjoni adegwata u remunerazzjoni għad-detenturi tad-drittijiet u appoġġ attiv għad-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali għani tal-Ewropa).

It-tieni nett, bħala parti mill-inizjattiva tipika tal-"Unjoni tal-Innovazzjoni", se jittieħdu azzjonijiet speċifiċi biex jissaħħaħ is-sehem tas-CCIs bħala katalist għall-innovazzjoni u l-bidla strutturali. F'dan ir-rispett, se tingħata attenzjoni speċifika lill-promozzjoni tal-intraprenditorija, aċċess għall-finanzi, titjib fil-kondizzjonijiet tal-qafas u l-previżjoni, biex ikunu identifikati l-bżonnijiet tar-riċerka u l-ħiliet, biex ikunu żviluppati kunċetti ta' gurppi ġodda u appoġġ aħjar għan-negozju u l-innovazzjoni[20]. L-għan se jkun biex jinġabru l-atturi ewlenin fuq il-livelli reġjonali, nazzjonali u Ewropej bl-għan li jsir użu aktar strateġiku tal-inizjattivi kurrenti u ppjanati f'appoġġ għas-CCis u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni trasnazzjonali bejniethom. Dan se jsostni aktar idejat innovattivi li jinbidlu fi prodotti u servizzi ġodda li joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi.

It-tielet nett, l-Istrateġija dwar il-Proprjetà Intellettwali se tinbena inter alia fuq numru ta' inizjattivi passati u li għadhom għaddejjin li huma direttament relatati ma' diversi CCIs[21]. Il-fokus hu biċ-ċar fuq l-użu u l-ġestjoni tad-drittijiet fit-tfttxija għal bilanċ bejn il-protezzjoni neċessarja u s-sostenibilità tal-kreazzjoni u l-bżonn li jitrawwem l-iżvilupp għal mudelli ġodda ta' servizzi u prodotti. F'termini ta' metodu, il-Kummissjoni identifikat biċ-ċar l-oqsma ewlenin fejn hemm bżonn tat-titjib u, f'rispett sħiħ għas-suq intern u r-regoli tal-kompetizzjoni, se tinvolvi l-imsieħba f'approċċ li jibda mill-qiegħ.

3. NISTABBILIXXU DAWK LI HUMA L-AKTAR KAPAċI

Sabiex ikunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal doppju tagħhom kulturali u ekonomiku filwaqt li jieħdu vantaġġ tal-muturi msemmija hawn fuq, is-CCIs għandhom bżonn kapaċità akbar għall-esperimentazzjoni u l-innovazzjoni, l-aċċess għat-taħlita ġusta tal-ħiliet u l-aċċess għall-finanzjament.

3.1. Spazji ġodda għall-esperimentazzjoni, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fis-settur kulturali u kreattiv

Bis-saħħa tat-teknoloġiji ġodda, b'mod partikolari diġitali, nibtu l-udejnzi ġodda, il-kanali ta' distribuzzjoni u l-mudelli ta' konsum ġodda. L-aċċess għal u l-parteċipazzjoni fl-arti qed ibiddlu b'mod kostanti l-forma filwaqt il-fruntieri bejn il-kreaturi u l-konsumaturi ttappnu bl-iżvilupp ta' teknoloġiji parteċipattivi bħalma huma l-blogs, il-wikis eċċ.

Qed jibtnu sottokulturi li jirriżultaw f'taħlita multidixxiplinarja ta' forom u kontenut ġodda u artistiċi. Filwaqt li istituzzjonijiet tradizzjonali għandhom importanza speċjali biex jaċċessaw is-servizzi kulturali, hemm bżonn li jkunu rikonoxxuti u appoġġati modi ġodda ta' kif tkun esperjenzata l-kultura li tiżra' ż-żerriegħa tal-kurżità, l-analiżi u d-demistifikazzjoni għal relazzjoni tul il-ħajja mal-kultura[22].

Bħal kull settur ieħor fis-soċjetà, l-aspett tar-riċerka u l-iżvilupp tal-kreattività u l-kreazzjoni għandu jissaħħaħ. Jekk l-Ewropa trid tibqa' fuq quddiem nett, hemm bżonn ta' aktar interazzjonijiet bejn id-dixxiplini differenti artistiċi u kreattivi, (sotto)kulturi, oqsma ekonomiċi u punti fil-katina tal-produzzjoni. Għandha tkun promossa kollaborazzjoni aktar intensiva, sistematika u mifruxa bejn l-istituzzjonijiet artistiċi, akkademiċi u xjentifiċi kif ukoll inizjattivi privati-pubbliċi biex isostnu esperimentazzjoni mmexxija mill-artisti[23].

F'dan ir-rispett, se jkun importanti li jittieħed approċċ ħolistiku biex ikun żgurat ambjent favorevoli għall-innovazzjoni, it-tkabbir u aktar żvilupp ta' dan is-settur. Minkejja li hemm diġà numru ta' inizjattivi kemm pubbliċi u kemm privati fl-Ewropa fuq il-livell reġjonali jew nazzjonali biex isostnu l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fis-CCIs[24], jidher li hemm il-bżonn li titwessa' d-diskussjoni billi jitlaqqgħu flimkien l-elementi varji fil-livelli kollha, inkluż fil-livell Ewropew, fejn l-atturi jistgħu jikkooperaw dwar azzjonijiet konkreti f'numru ta' oqsma ta' interess strateġiku. Bħala eżempju, it-twaqqif tal-postijiet għal-laqgħat u "laboratorji" għall-innovazzjoni mmirata għall-utent u miftuħa u l-esperimentazzjoni fejn dixxiplini varji jaħdmu flimkien għandhom jkunu promossi; għandhom jitħeġġu intermedjari jew sensara bejn setturi differenti u dixxiplini. Għandha tkun promossa l-aħjar prattika f'termini ta' kontabbiltà u trasparenza. Dan se jgħinna niżguraw eċċellenza ta' klassi dinjija.

F'dan il-kuntest, hija wkoll importanti li jinħolqu kondizzjonijiet xierqa u favorevoli biex ikunu integrati teknoloġiji ġodda, b'mod partikolari diġitali fis-CCIs, għalhekk tkun prodotta kontenut aktar divers u innovattiv għaċ-ċittadini tal-UE.

Bħala regola, is-CCIs jibnu fuq qalba ta' wirt kulturali għanja u diversa u artisti mħarrġin u atturi kreattivi oħrajn u jistrieħu fuq l-interkonnessjoni effettiva ta' saffi varji relatati ma' servizzi intraprenditorjali u innovattivi biex iġiebu l-kreattività fis-suq. Barra minn hekk, il-proċessi ta' produzzjoni tas-CCIs huma suġġetti għall-addattament kostanti u l-innovazzjoni biex b'hekk ikun essenzjali li jkunhemm l-iskambju tal-informazzjoni, il-bini fuq assi intanġibbli u biex ikun attirat it-talent biex jiffriska l-proċess. Dawn il-karatteristiċi ġejjin min-natura vera tal-prodotti kulturali. Il-gosti varji tal-konsumaturi jinvolvu livell għoli ta' inċertezza f'termini tal-aċċettazzjoni tal-konsumatur. Minħabba dawn l-ostakli, l-aħjar struttura organizzattiva hija ta' spiss "grupp ta' industriji kulturali u kreattivi" i.e. sett ikkonċentrat ta' industriji reattivi u adattabbli[25]. F'ħafna mill-każijiet, dawn il-gruppi funzjonali huma bbażati fuq kollaborazzjoni intensiva qalb atturi u istituzzjonijiet tal-innovazzjoni differenti u interkonnessi. F'dawn il-formazzjonijiet, il-kompetituri ta' spiss jidħlu f'kooperazzjoni bejn l-intrapriżi li ta' spiss janimaw in-networks organizzattivi bħalma huma l-organizzazzjonijiet fi grupp[26].

F'dan l-isfond[27], jidher li hemm bżonn li jittejjeb l-ambjent fiżiku u soċjali li fih il-ħaddiema kreattivi u l-istituzzjonijiet relatati, bħalma huma l-iskejjel tal-arti u d-disinn jew il-mużewijiet, jistgħu joperaw effettivament fi gruppi. Hemm bżonn ta' fehim aktar profond ta' kif in-negozji kulturali u kreattivi jistgħu jibbenifikaw aħjar meta jkunu lokalizzati fl-istess post tan-networking tat-trawwim biex jipprovdu appoġġ biex jistimulaw intrapriżi ġodda kreattivi u jġiebu d-dimensjoni tal-utent fi gruppi existenti.

MISTOQSIJA

Kif toħloq aktar spazji u appoġġ aħjar għall-esperimentazzjoni, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fis-CCIs? B'mod aktar partikolari, kif tkabbar l-aċċess għas-servizzi tal-ICT fi/għal attivitajiet kulturali u kreattivi u ttejjeb l-użu tal-kontenut kulturali tagħhom? Kif jistgħu l-ICTs isiru mutur ta' mudelli ġodda tan-negozju għal xi CCIs?

3.2. Qbil aħjar tal-bżonnijiet tal-ħiliet tas-CCIs

F'salib it-toroq tal-kreattività u l-intraprenditorija, tibqa' diffiċli għall-kumpaniji fis-CCIs, b'mod partiokolari l-SMEs, li jinstab l-istaff bit-taħlita l-ġusta tal-ħiliet. Li jkun żgurat qbil aħjar bejn il-proviżjoni tal-ħiliet u d-domandi tas-suq tax-xogħol huwa kruċjali fit-terminu medju u twil biex jitkabbar l-potenzjal kompetittiv tas-settur. Sħubijiet bejn l-iskejjel tal-arti u d-disinn jew universitajiet u negozji jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-għan. Unitajiet inkubaturi, ta' spiss stabbiliti barra skejjel tal-arti iżda bil-kooperazzjoni attiva tagħhom, kienu ta' suċċess biex tinstab soluzzjoni[28].

Barra minn hekk, taħt l-impetus tal-iżviluppi teknoloġiċi kostanti, il-bżonnijiet tekniċi speċifiċi għas-settur ta' dawn l-industriji qed jinbidlu verament malajr u jitolbu tagħlim tul il-ħajja. Peress li s-CCIs jagħmlu u se jagħmlu użu innovattiv dejjem jikber tal-ICT, hemm ċerti ħtiġijiet ta' ħiliet elettroniċi biex jitrawmu l-innovazzjoni u l-kompetittività. Fuq ras dawn il-ħiliet, is-CCIs għandhom bżonn ukoll nies li għandhom kompetenzi tan-negozju – e.g. maniġment, ħiliet kummerċjali, eċċ – u li jifhmu u jistgħu jimmobilizzaw opportunitajiet ta' finanzjament (banek u istituzzjonijiet finanzjarji, sponsorizzazjonijiet u donazzjoni, eċċ) u li jifhmu l-ICT l-ġdida, b'mod partikolari fl-ambjent diġitali tagħna. Sakemm l-azzjonijiet speċifiċi ma jiġux implimentati f'dan ir-rispett, hemm ir-riskju li n-nuqqas ta' ħiliet, in-nuqqas ta' qbil u l-wesgħat se jipprevenu l-Ewropa milli jużaw il-potenzjal sħiħ tas-CCIs.

Peress li hemm potenzjal kbir ta' tkabbir tas-CCIs u l-ambjent, li joperaw fih, dejjem jinbidel u kumpless, ikun partikolarment utli li nifhmu aħjar u nagħmlu mappa tal-ħiliet ġodda li bħalissa għandhom bżonn jew se jkollhom bżonn fil-futur qrib. Għandha tkun varata inizjattiva settorjali tas-CCIs fl-inizajttiva "ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda" filwaqt li ijnqasmu l-analiżi u l-esperjenza fuq il-livell tal-UE bl-għajnuna tal-imsieħba relevanti[29].

Sabiex jitnaqqas il-vojt li hemm bejn it-taħriġ professonali u l-prattika professjonali, "peer-coaching" (i.e. it-titjib tal-ħiliet u l-proċessi permezz tal-iskambju bejn kollegi li qed jiffaċċjaw l-istess sfidi, bħala mod biex wieħed jitgħallem mill-iżbalji u suċċessi ta' ħaddieħor, jintona l-proġetti tiegħu grazzi għal għalliema bl-esperjenza, jesplora teknoloġiji ġodda jew jespandi l-bażi ta' kuntatt tiegħu) tista' tkun strument utli ħafna biex jitħeffef ir-rispons tas-CCIs għal bidliet. Tkun tipprovdi aċċess lil professjonisti ta' livell għoli li mhux neċessarjament huma disponibbli f'kuntesti oħrajn u jgħinu biex jinbnew networks fl-Ewropa kollha.

MISTOQSIJIET

Kif trawwem skejjel tal-arti u d-disinn/sħubijiet fin-negozju bħala mod biex tippromovi l-inkubazzjoni, l-intrapriżi żgħir u l-intraprenditorija kif ukoll l-iżvilupp tal-ħiliet elettroniċi?

Kif jista' l-peer-coaching fis-CCIs jitħeġġeġ fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea?

3.3. Aċċess għall-finanzi

Aċċess għall-finanzo huwa ostaklu ewlieni għat-tkabbir għal ħafna negozji fis-settur[30].

Kif intqal, ħafna intraprendituri kulturali u kreattivi għandhom intrapriżi ta' daqs żgħir jew medju. Fosthom, intrapriżi magħmulin minn persuna sa tnejn jirrapreżentaw il-maġġoranza vasta tal-kumpaniji tas-settur u jiġbru dan it-tip ġdid ta' "individwi intraprenditorjali" jew "ħaddiema kulturali intraprenditorjali", li m'għadx hemm posthom fit-tifsil tipiku preċedenti ta' professjonijiet full time[31].

Is-CCIs jiffaċċjaw sfidi speċifiċi biex ikunu lesti għall-investiment għal raġunijiet varji; Nuqqas ta' informazzjoni u fehim dwar is-sorsi relevanti tal-finanzi, diffikultà fl-iżvilupp u l-preżentazzjoni ta' pjan tan-negozju b'mod konvinċenti jew dipendenza fuq mudell ta' negozju fallut[32].

Barra minn hekk, dawn in-negozji – ħafna minnhom – huma prototip jew bbażati fuq proġett, li jiddependu ħafna fuq il-"prodotti stilla" jew servizzi tagħhom u jiddependu ħafna fuq it-talent individwali u t-teħid tar-riskju.

L-aċċess tas-CCIs għall-appoġġ finanzjarju huwa limitat hekk kif ħafna negozji jsofru minn sottokapitalizzazzjoni kronika u jiffaċċjaw problemi biex jiksbu valutazzjoni adegwata tal-immaterjali tagħhom, pereżempju, assi tad-drittijiet intellettwali (bħalma huma artisti ingaġġati ma' djar tad-diski, kittieba ingaġġati ma' djar tal-pubblikazzjoni jew katalgi ta' xogħlijiet mużikali jew ċinematografiċi) meta jiġbru l-finanzi. Kuntarju għal negozji fl-oqsma teknoloġiċi, l-assi immaterjali tas-CCIs m'għandhomx valur rikonoxxut fil-balance sheets u l-investimenti tagħhom fl-iżvilupp ta' talenti ġodda u idejat kreattivi mhix konformi mal-kunċett standard ta' "riċerka u żvilupp".

L-investituri u l-banek għandhom bżonn għarfien aħjar tal-valur ekonomiku u l-potenzjal tas-CCIs. Għandhom ikunu stabbiliti sistemi ta' garanziji u mekkaniżmi ta' inġinerijia finanzjarja oħra biex iħeġġu l-finanzjament fis-CCIs.

Id-dinja tal-kreazzjoni u d-dinja tal-finanzi – li ta' sikwit huma "dinjiet 'il bogħod" – għandhom bżonn li jsibu lingwa komuni, li permezz tagħha s-CCIs jistgħu ikollhom aċċess aktar ġust għall-finanzjament.

F'dan l-isfond, strumenti finanzjarji innovattivi, bħalma huma venture capital u garanziji u strumenti oħra ta' qsim tar-riskju li jfornuhom permezz ta' atturi tas-suq jistgħu ikollhom sehem importanti fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi mill-SMEs. Dawn l-istrumenti qed ikunu implimentati fil-kuntest ta' programmi ta' nfiq tal-UE orjentati lejn is-suq (bħalma huwa l-Programm ta' Kompetittività u Innovazzjoni). Dawn instabu li kienu effettivi biex jgħinu lill-SMEs biex jaċċessaw l-finanzi iżda mmiraw firxa wiesgħa ta' SMEs' mingħajr ebda fokus speċifiku fuq kumpaniji mis-CCI.

Bl-immirar aktar speċifiku fuq is-CCIs, nibtu mudelli finanzjarji ġodda interessanti fuq il-livell nazzjonali u reġjonali. Uħud minn dawn iħaffef l-aċċess għal self bi qsim ta' speċjalizzazzjoni fost is-setturi biex jevalwaw l-kumpaniji u l-proġetti tagħhom[33]. Oħrajn jiġbru flimkien investituri u kumpaniji fi bżonn ta' venture capital għat-tkabbir[34], inklużi permezz tal-hekk imsejjaħ crowdfunding[35]. Il-Kummissjoni tesplora wkoll il-possibbiltà li twaqqaf Fond ta' Garanzija ta' Produzzjoni għas-settur awdjoviżiv fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-programm MEDIA. [36]

MISTOQSIJA

Kif jiġi stimulat l-investiment u jittejjeb l-aċċess tas-CCIs għall-finanzi? Hemm valur miżjud għall-istrumenti finanzjarji fuq il-livell tal-UE biex jappoġġaw u jikkumplimentaw l-isforzi li jkunu saru fuq il-livelli nazzjonali u reġjonali? Jekk iva, kif?

Kif se tittejjeb il-prontezza tal-investiment tal-kumpaniji tas-CCI? Liema miżuri speċifiċi jistgħu jittieħdu u fuq liema livell (reġjonali, nazzjonali, Ewropew)?

4. L-iżvilupp lokali u reġjonali bħala pjattaforma għas-suċċess globali

Is-CCIs jiżviluppaw fuq il-livelli lokali u reġjonali fejn il-networking u l-clustering joperaw. Jekk il-kreattività għandha l-għeruq lokali madankollu għandha friegħi globali. Il-promozzjoni tal-mobilità tal-artisti u l-prattikanti kulturali hija mod ta' għajnuna lis-CCIs tagħna biex jagħmlu l-qabża minn lokali għal globali u tkun żgurata preżenza Ewropea fid-dinja kollha.

4.1. Dimensjoni lokali u reġjonali;

Is-CCIs ta' sikwit jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-ekonomiji lokali li sejrin lura filwaqt li jikkontribwixxu għat-twelid tal-attivitajiet ekonomiċi ġodda, joħolqu impjiegi ġodda u sostenibbli u jsaħħu l-attrattività tar-reġjunijiet u l-ibliet Ewropej.

Tabilħaqq, l-istrateġiji tal-iżvilupp reġjonali u lokali integraw b'suċċess s-CCIs f'ħafna oqsma: promozzjoni tal-wirt kulturali għall-użu tan-negozju; l-iżvilupp ta' infrastruttura u servizzi kulturali li jappoġġaw it-turiżmu sostenibbli; Il-clustering tan-negozji lokali u sħubijiet bejn is-CCIs u l-industrija, ir-riċerka, l-edukazzjoni u setturi oħra; twaqqif ta' laboratorji tal-innovazzjoni; l-iżvilupp tal-istrateġiji integrati bejn il-fruntieri biex jiġġestixxu r-riżorsi naturali u kulturali u jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-ekonomiji lokali; żvilupp urban sostenibbli.

Il-politika ta' koeżjoni tal-UE għarfet il-kontribut multiplu tal-kultura lill-għanijiet strateġiċi tagħha (konverġenza; kompetittività u impjiegi; u kooperazzjoni territorjali)[37] Madankollu huwa diffiċli li jkun stabbilit safejn għandhom ikunu appoġġati s-CCIs permezz ta' fondi allokati lill-kultura – jew tabilħaqq taħt liema titli oħra relevanti bħalma huma r-riċerka u l-innovazzjoni, il-promozzjoni tal-SMEs innovattivi, il-clusters u n-networks, is-soċjetà tal-informazzjoni (inkluża d-diġitizzazzjoni ta' u l-aċċess elettroniku għall-kultura), ir-riġenerazzjoni urbana u l-kapital uman.[38]. Il-Politika tal-Iżvilupp Rurali ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew gћall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) jappoġġa wkoll lill-kultura b'mod notevoli permezz tal-preservazzjoni tal-wirt rurali inklużi t-tiġdid tal-irħula, il-protezzjoni tal-wirt naturali u kulturali kif ukoll l-attivitajiet tal-mistrieħ. Strateġiji ta' żvilupp lokali żviluppati u implimentati mis-sħubijiet lokali ta' LEADER f'żoni rurali jistgħu jikkontribwixu wkoll peress li l-kultura tressaq id-diversifikazzjoni ekonomika u l-kwalità tal-ħajja f'żoni rurali. U jidher li dan il-potenzjal mhux sfruttat b'mod suffiċjenti.

Is-sehem distintiv li s-CCIs jistgħu jkollhom fl-iżvilupp reġjonali u lokali għandu jitqies b'mod xieraq meta jitfasslu politiki u jkunu appoġġati strumenti fil-livelli kollha[39].

Is-CCIs huma industriji bbażati fuq l-għarfien li għandhom ħabta joqorbu lejn swieq tax-xogħol speċjalizzati. Ir-riċerka akkademika tissuġġerixxi li l-industrijalizzazzjoni fuq skala kbira tal-kreattività u l-innovazzjoni kulturali sseħħ fiż-żoni urbani l-kbar. Madankollu, m'hemm l-ebda konnessjoni diretta bejn is-CCIs u d-daqs tas-suq jew tal-popolazzjoni. Id-distribuzzjoni reġjonali tas-sistemi industrijali u ta' innovazzjoni, inklużi s-CCIs, hija ħafna aktar diversa[40]. Fiż-żoni rurali, il-mudelli ġodda ta' negozju jistgħu jgħinu jdaħħlu l-innovazzjoni u s-sostenibilità f'forom tradizzjonali (i.e. snajja lokali) u jwasslu għall-vijabilità ekonomika[41].

Il-kreattività u l-innovazzjoni għandhom dimesjoni reġjonali qawwija u distintiva[42]. Hemm bżonn li l-politiki u l-istrumenti ta' sostenn ikunu determinati lokalment u jibnu fuq l-ispecifitajiet u l-assi u jisfruttaw ir-riżorsi lokali ("approċċ ta' żvilupp ibbażat fuq il-post"). Fl-istess ħin, koordinazzjoni effettiva bejn il-livelli differenti tal-politika u l-amministrazzjoni hija essenzjali għas-suċċess. Stima tal-impatt u strumenti tal-evalwazzjoni għandhom jibnew fi strateġiji ta' żvilupp biex jappoġġaw it-tfassil ta' politiki bbażati fuq l-evidenza.

Strateġiji ta' suċċess jinbnew fuq mudell ta' żvilupp ta' terminu medju sa terminu twil (i.e. 10-20 snin) li jikkumbinaw l-investimenti fl-infrastruttura u l-kapital uman. L-investiment għandu jimmira oqsma kruċjali għas-CCis, bħalma huma mudelli ġodda ta' negozju, il-kreattività u l-innovazzjoni, id-diġitizzazzjoni, il-ħiliet u t-titjib tal-kapital uman, u sħubijiet kreattivi ma' setturi oħrajn. Approċċ strateġiku fil-kuntest ta' mudell ta' żvilupp integrat ifisser li l-appoġġ lis-CCIs mhux ikkunsidrat "lussu" jew għażla politika iżolata iżda kontribut konġunt lill-iżvilupp ekonomiku u lill-koeżjoni soċjali ta' territorju. Biex ikunu ta' suċċess, l-istrateġiji ta' żvilupp integrat għandhom ikunu definiti fil-livelli territorjali relevanti, fi sħubija bejn l-awtoritajiet inkarigati mill-politiki pubbliċi differenti (bħalma huma l-iżvilupp ekonomiku, ix-xogħol, l-edukazzjoni u l-kultura) u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, jiġifieri, in-negozju, il-ħaddiema u l-għaqdiet taċ-ċittadini.

L-iskambju tal-aħjar prattika huwa kruċjali u għandhom jintużaw in-networks kollha possibbli min-naħa għall-oħra tal-Ewropa biex iħeffu l-għarfien u t-trasferiment tal-kapaċità bejn oqsma li baqgħu lura u ċentri ta' tkabbir.

MISTOQSIJA

Kif tissaħħaħ l-integrazzjoni tas-CCIs fi żvilupp reġjonali/lokali strateġiku? Liema strumenti u liema sħubijiet hemm bżonn għal approċċ integrat?

4.2. Il-mobilità u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet kulturali u kreattivi

Il-promozzjoni tal-mobilità tal-artisti u l-prattikanti kulturali – li huma essenzjali għall-fjoriment tas-CCIs – tikkontribwixxi b'mod sinifikattiv għall-ħiliet professjonali u/jew l-iżvilupp artistiku, jiżviluppaw ir-riċerka proprja tagħhom u l-ambizzjonijiet tal-esplorazzjoni, jiftħu opportunitajiet ġodda għas-suq u jtejbu l-possibbiltajiet tal-karriera tagħhom b'mod partikolari permezz tal-parteċipazzjoni fir-residenzi, il-festivals, il-wirjiet diretti f'mawriet, wirjiet internazzjonali u avvenimenti letterarji. Il-mobilità tista' jkollha wkoll impatt dirett pożittiv fuq il-prestazzjoni tas-CCIs bil-ftuħ ta' opportunitajiet ġodda tas-suq permezz ta' skemi li jtejbu l-istrateġiji tal-esportazjoni industrijali, jippromovu l-iskemi internazzjonali ta' job placement jew isaħħu l-bini tal-kapaċità[43].

Fuq in-naħa l-oħra, iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet tkun ta' benefiċċju għall-udjenzi Ewropej li toffrilhom perspettivi ġodda, tisfida lill-individwu u lill-moħħ kollettiv biex jifhem u jgħix f'kumplessità (sett ta' ħiliet – inkluża l-komunikazzjoni interkulturali – li hu ta' importanza kruċjali fid-dinja tal-lum), u toffrilhom aċċess għal pajsaġġ kulturali aktar divers. Fuq livell ieħor, iċ-ċirkolazzjoni lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tal-Unjoni Ewropea tgħin liċ-ċittadini Ewropej jkunu jafu u jifhmu aħjar il-kulturi ta' xulxin, japprezzaw l-għana tad-diversità kulturali u jaraw huma stess x'hemm komuni bejniethom.

Fl-aħħar nett, il-mobilità tal-artisiti, il-prattikanti kulturali u x-xogħlijiet huma wkoll essenzjali għaċ-ċirkolazzjoni tal-idejat bejn il-fruntieri lingwistiċi jew nazzjonali u jagħtu lil kulħadd aċċess usa' lid-diversità kulturali.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, dawn huma komponent ewlieni tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura kif ukoll tal-Programm tal-Kultura tal-UE (2007-2013).

Madankollu, l-ostakli għall-mobilità huma ħafna. X'uħud minn dawn l-ostakli huma konnessi mar-regolamenti tal-viża, ir-reġim soċjali u fiskali u ostakli oħra amministrattivi jew in-nuqqas ta' aċċess għal informazzjoni preċiża[44] dwar l-aspetti legali, regolatorji, proċedurali u finanzjarji li jenfasizzaw il-mobilità fis-settur kulturali. Diġà beda x-xogħol fuq dawn l-ostakli[45] u mhux se jkunu indirizzati f'dan id-dokument.

Lil hinn minn dawn l-aspetti usa', hemm ukoll skop biex tissaħħaħ il-mobilità tax-xogħlijiet, l-artisti u l-prattikanti kulturali li jaġixxu bħala katina ta' atturi, kemm privati kif ukoll pubbliċi, biex ifornu diversità kulturali bejn il-fruntieri. Dawn l-atturi huma bosta u huma differenti ħafna minn settur għall-ieħor. F'din il-katina, l-impetus għaċ-ċirkolazzjoni bejn il-fruntieri u aċċess onlajn jista' jkun relevanti f'punti differenti ta' intermedjazzjoni bejn kreaturi/produtturi tal-espressjonijiet kulturali u ċ-ċittadini.konsumaturi. Fuq livell differenti, azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi speċifiċi, i.e. għajnuna lit-talenti li qed jinbtu, repertorires jew ġabriet[46] anqas magħrufa biex jisfrundaw l-fruntieri nazzjonali u lingwistika, jistgħu jkunu utli.

Għalhekk ikun ta' għajnuna li nifhmu aħjar x'forma ta' sħubijiet, kooperazzjoni jew sostenn jistgħu jikkontribwixxu biex iħaffu, jaċċelleraw u jespandu l-mobilità tax-xogħlijiet, l-artisti u l-professjonisti kulturali lil hinn mill-fruntieri nazzjonali fuq il-livell Ewropew.

Għalhekk il-Green Paper tfittex li tifhem aktar b'mod speċifiku kif din il-mobilità tista' titkabbar u tittejjeb.

MISTOQSIJA

X'strumenti ġodda għandhom ikunu mobilizzati biex jippromovu d-diveristà kulturali permezz tal-mobilità tax-xogħlijiet kulturali u kreattivi, artisiti u prattikanti kulturali fl-Unjoni Ewropea u lil hinn? Safejn tista' l-mobilità virtwali u l-aċċess onlajn jistgħu jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet?

4.3. Skambji kulturali u kummerċ internazzjonali

Il-perspettiva tal-UE dwar l-iskambji kulturali internazzjonali u l-kummerċ tfasslet skont il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-protezzjoni u l-pomozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali. Skont din il-Konvenzjoni, l-UE hija impenjata li trawwem skambji kulturali aktar bilanċjati u ssaħħaħ l-kooperazzjoni internazzjonali u s-solidarjetà fi spirtu ta' sħubija bil-ħsieb, b'mod partikolari, li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex tipproteġi u tippromovi d-diversità tal-espressjonijiet kulturali. Dawn l-għanijiet huma f'konformità ma xi priniċpji gwida tal-Konvenzjoni, b'mod partikolari mal-priniċpji ta' aċċess ekwu[47] u l-ftuħ u l-bilanċ[48].

F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea ppreservat l-kapaċità, għaliha nnifisha u għall-Istati Membri, li jiddefinixxu u jimplimentaw il-politiki kulturali għall-iskop li jippreservaw id-diveristà kulturali.[49] Fl-istess ħin, l-Unjoni saħħet l-impenn tagħha li tappoġġa s-sehem tal-kultura fl-iżvilupp u tippromovi forom differenti ta' trattament preferenzjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-UE hija impenjata wkoll li tippromovi d-djalogu interkulturali fid-dinja kollha. Meta tagħmel dan, għandha tikkontribwixxi wkoll għad-diffużjoni tad-diversità kulturali - inklużi l-oġġetti u s-ervizzi prodotti mis-CCIs tagħha - mad-dinja kollha.

Dan l-approċċ speċifiku lejn l-iskambji kulturali huwa riflessjoni tal-valuri maqsuma fil-qalba tal-proġett Ewropew. Dawn huma kolonni fundamentali li fuqhom "dehra tal-Ewropa" distinta u dinamika tista' tkun ifformata, dehra ta' Ewropa attrattiva u kreattiva li tibni fuq il-wirt għani tagħha u fuq il-ftuħ lejn il-kulturi mid-dinja kollha. It-tradizzjoni twila u l-assi vasti fiċ-ċinema, il-mużika, l-arti, l-arkitettura, id-disinn jew il-moda tal-Ewropa biċ-ċar għandhom kontribut pożittiv x'tagħti lir-relazzjonijiet tal-UE mal-bqija tad-dinja.

It-trawwim ta' CCIs ta' klassi mondjali u l-esportazzjoni tax-xogħlijiet, il-prodotti u s-servizzi tagħhom ovvjament tinvolvi l-iżvilupp ta' konnessjonijiet ma' pajjiżi terzi. B'mod partikolari l-SMEs għandhom bżonn l-appoġġ li jistabbilixxu kuntatti u li jkollhom l-attivitajiet tagħhom promossi barra. Id-djalogu bejn l-industrija u l-industrija, il-missjonijiet tat-tfittxija tat-talent u l-intelliġenza tas-suq u r-rappreżentazzjoni kollettiva fil-fieri internazzjonali huma fost l-istrumenti speċifiċi li jappoġġaw l-esportazzjoni. L-iskemi ta' kooperazzjoni[50] joffru kemm opportunità għat-tagħlim reċiproku kif ukoll network ta' kuntatti barra. L-iffaċilitar tal-iskambji artistiċi ma' pajjiżi terzi huwa wkoll importanti biex tkun stimulata d-diversità kulturali[51].

L-Ewropa għandha ħafna ftehimiet ma' pajjiżi terzi jew għaqdiet reġjonali tal-pajjiżi. L-assistenza teknika u l-iskemi ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu s-CCIs bħala oqsma prijoritarji għall-iskambji ekonomiċi. Id-djalogi politiki ma' pajjiżi terzi jew għaqdiet reġjonali jistgħu wkoll f'ċerti każijiet jappoġġaw id-djalogi bejn l-industrija u l-industrija u jistgħu jkunu żviluppati strumenti speċifiċi tal-UE biex jiffaċilitaw skambji u esportazzjonijiet[52].

MISTOQSIJA

Liema strumenti għandhom ikunu previsti jew msaħħa fuq il-livell tal-UE biex jippromovu kooperazzjoni, skambji u kummerċ bejn is-CCIs tal-UE u l-pajjiżi terzi?

5. Lejn ekonomija kreattiva: Il-konsegwenzi pożittivi tas-CCIs

Ir-rapporti ppubblikati f'diversi pajjiżi Ewropej juru li s-CCIs għandhom sehem akbar fis-sistemi ta' innovazzjoni nazzjonali u reġjonali milli kien rikonoxxuy qabel minn dawk li jfasslu l-politika[53].

L-ewwel, dawn l-industriji jipprovdu kontenut biex imantnu tagħmir diġitali u networks u b'hekk jikkontribwixxu għall-aċċettazzjoni u aktar żvilupp tal-ICTs, pereżempju fit-tħaddim tal-broadband. Bħala utenti intensivi tat-teknoloġija, it-talbiet tagħhom ta' spiss ukoll jixprunaw adattamenti u żviluppi ġodda ta' teknoloġija u jipprovdu impulsi ta' innovazzjoni lill-produtturi tat-teknoloġija.

It-tieni, permezz tas-sehem speċifiku tagħhom fil-qalba tal-bidla diġitali u x-xejra ġdida lejn l-"ekonomija tal-esperjenza" kif ukoll permezz tal-abilità li jiffurmaw jew jamplifikaw ix-xejriet soċjali u kulturali, u - għalhekk - d-domanda mill-konsumaturi, is-CCIs jilagħbu sehem importanti fil-kontribuzzjoni lejn klima ħabiba tal-innovazzjoni fl-Ewropa.

It-tielet, jidher li l-intrapriżi li jagħmlu użu proporzjonalment akbar mis-servizzi tas-CCIs imorru sinifikattivament aħjar fl-innovazzjoni. Minkejja l-mekkaniżmi speċifiċi li bihom dan iseħħ, għadhom mhumiex dokumentati sew, jidher li s-servizzi ta' innovazzjoni kreattiva provduti mis-CCIs huma kontribut lill-attivitajiet innovattivi minn intrapriżi oħra u għaqdiet fl-ekonomija usa', li b'hekk jgħinu jindirizzaw nuqqasijiet komportamentali, bħalma huma risk aversion , staus quo bias u l-mijopija. Id-disinn huwa eżempju tajjeb ta' proċess kreattiv li potenzjalment iwassal għall-innovazzjoni ċċentrata fuq l-utent[54].

Barra minn hekk, ir-rapporti juru wkoll li l-ħaddiema kreattivi huma aktar integrati fl-ekonomija usa' milli kien maħsub qabel: hemm aktar speċjalisti kreattivi li tħarrġu fl-iskejjel tal-arti li jaħdmu barra s-CCIs milli fihom u jaġixxu bħala "kanali għall-għarfien, l-innovazzjoni u idejat ġodda", inizjati fis-CCIs.

Fuq nota aktar ġenerali, kumditajiet kulturali tal-ewwel klassi u servizzi high-tech , kundizzjonijiet ta' għajxien tajba u rekreattivi, id-dinamika tal-komunitajiet kulturali u s-saħħa tas-CCIs lokali qegħdin dejjem jidhru fl-ibliet u r-reġjuni bħala fatturi rotba tal-post li jgħinu jkabbru l-kompetittività ekonomika tagħhom billi jistabbilixxu ambjent pożittiv għall-innovazzjoni u jattiraw nies kif ukoll kumpaniji b'ħiliet tajbin.

Fl-istess ħin, is-settur kulturali u s-CCIs jistgħu jagħmlu kontribut fundamentali meta iwieġbu l-isfidi ewlenin bħalma huma l-ġlieda kontra t-tisħin globali u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ħadra u mudell sostenibbli ġdid ta' żvilupp. L-arti u l-kultura għanhom kapaċità unika li joħolqu impjiegi ħodor, li jqajmu kuxjenza, jisfidaw abitudnijiet soċjali u jippromovu bidliet fl-aġir fis-soċjetajiet tagħna, inklużi l-attitudni ġenerali tagħna għan-natura. Dawn jiftħu wkoll toroq ġodda li jittrattaw id-dimensjoni internazzjonali ta' dawn il-kwistjonijiet. Biex iwieġbu għal dawn l-isfidi, livelli varji ta' governanza għandhom ifasslu l-ambjenti ġusti għall-istrateġiji ta' kreattività li jridu jkunu żviluppati. Fl-istess ħin, għandhom isiru riflessjonijiet fir-rispett tal-evalwazzjoni ta' ambjent kreattiv li jikkumplimenta aħjar l-indikaturi tal-innovazzjoni aktar tradizzjonali. Il-kwistjoni ewlenija hawn hija kif se jkunu aċċellerati l-effetti pożittivi tal-konsegwenzi li l-kultura u s-CCIs jistgħu jipproduċu fuq l-ekonomija usa' tas-soċjetà.

Mod kif isir dan hu billi jkunu massimizzati l-konnessjonijiet bejn il-kultura u l-edukazzjoni sabiex tkun promossa l-kreattività fil-perspettiva tul il-ħajja. L-aasunt ewlieni hawn hu li l-kreattività mhix don esklissivament intern. Kulħadd huwa kreattiv b'mod jew ieħor u jista' jitgħallem juża l-potenzjal kreattiv tiegħu/tagħha. Għalhekk fid-dinja tagħna kumplessa u dejjem tinbidel, irridu nissiltu biex inrawmu ħiliet kreattivi, intraprenditorjali u interkulturali li jgħinuna aħjar inwieġbu għall-isfidi ġodda ekonomiċi u soċjali[55].

Edukazzjoni kulturali u artistika ta' kwalità għandha sehem importanti x'jagħti f'dan ir-rigward peress li għandha l-potenzjali li ssaħħaħ l-immginazzjoni, l-oriġinalità, il-konċentrazzjoni, il-ħiliet interpersonali, il-gost għall-esplorazzjoni, il-ħsieb kritiku u nonverbali, eċċ, fost l-istudenti[56]. F'dan l-isfond, is-sinerġiji bejn il-kultura u l-edukazzjoni għandha tkun esplorata aktar. Il-prinċipju f'dan il-qasam għandu jkun "responsabbiltà konġunta" tas-setturi tal-edukazzjoni u kulturali, u għalhekk għandha jitfittxu sħubijiet sistematiċi u sostenibbli bejn iż-żewġ n-naħat[57].

L-edukazzjoni dwar il-litteriżmu tal-midja hija wkoll mod importanti ħafna biex tippromovi l-kreattività u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja kulturali ta' soċjetà. Illum il-midja hija mezz importanti ħafna ta' distribuzzjoni tal-kontenut kulturali u vector għall-identitajiet kulturali Ewropej. Għandha titħeġġeġ l-abilità taċ-ċittadini Ewropej li jagħmlu deċiżjonijiet informati u diversifikati fis-sehem tagħħom bħala konsumaturi tal-kontenut tal-midja.

Fuq il-livell makroekonomiku, il-konnessjonijiet bejn is-CCIs u industriji oħra għandhom jissaħħu għall-benefiċċju tal-ekonomija in ġenerali. F'dan ir-rispett, ikun interessanti li nifhmu aħjar kif inrawmu l-użu tal-kreattività f'industriji oħra, it-tip ta' kreattività li l-intrapriżi qed ifittxu, kif ukoll l-mekkaniżzmi l-ġusti biex jiffaċilitaw dawn l-interazzjonijiet.

Għal konnesjonijiet effetitivi li jridu jsiru bejn is-CCIs u l-oqsma bħalma huma l-edukazzjoni, l-industrija, ir-riċerka jew l-amministrazzjoni, għandhom jinbnew "sħubijiet kreattivi" reali u għandhom ikunu implimentati mekkaniżmi effettivi għat-trasferiment tal-għarfien kreattiv bħalma hu d-disinn f'setturi oħra. L-iskemi ta' biljett ta' innovazzjoni bħalma hija l-"Kreditu Kreattiv" li tgħin biex jiżviluppaw l-idejat tagħħom billi jingħaqdu mas-CCIs jidhru promittenti ħafna f'dan ir-rispett[58].

F'dan il-kuntest, il-mekkaniżmi ta' appoġġ lill-innovazzjoni biex tibbenefika lis-CCIs mhux biss tippermetti li jinnovaw aħjar u aktar, iżda jippermettu wkoll li jipprovdu soluzzjonijiet aktar innovattivi lil setturi oħra jew industriji, u għalhekk jgħinu lill-ekonomija ġenerali tal-Ewropa li tisfrutta l-potenzjali tal-innovazzjoni bis-sħiħ tagħha. Barra minn hekk, istituzzjonijiet intermedjarji għandhom sehem essenzjali x'jilagħbu meta jaġixxu bħala interface bejn id-dinjiet li għadhom jibdew jafu lil xulxin, jgħinu jibnu l-fiduċja u jifhmu l-għanijiet u l-aspettattivi u jiżviluppaw jew jintonaw metodi ta' xogħol[59].

MISTOQSIJIET

Kif jkunu aċċellerati l-effetti ta' konsegwnzi pożittivi tas-CCIs fuq industriji oħra u s-soċjetà in ġenerali? Kif mekkaniżmi effettivi għad-diffużjoni ta' dan l-għarfien jistgħu jkunu żviluppati u implimentati?

Kif "sħubijiet kreattivi" jistgħu jkunu promossi bejn is-CCIs u l-istuzzjonijiet edukattivi/in-negozji/l-amministrazzjonijiet?

- Kif isir l-appoġġ lill-użu aħjar tal-intermedjarji eżistenti u l-iżvilupp ta' varjetà ta' intermedjarji li jaġixxu ta' interface bejn l-komunitajiet kreattivi u artistiċi u s-CCIs fuq naħa, u l-istuzzjonijiet edukattivi/in-negozji/l-amministrazzjonijiet fuq in-naħa l-oħra?

Sejħa Għal Kummenti

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw dwar il-mistoqsijiet li qed tagħmel din il-Green Paper. It-tweġibiet u l-kummenti li jkopru l-kwistjonijiet kollha msemmija hawn fuq, jew biss għadd limitat minnhom, għandhom jaslu fl-indirizz li ġej sat-30 ta’ Novembru 2010.

Il-Kummissjoni Ewropea

DG Education and Culture

Green Paper on cultural and creative industries

MADO 17/76

B-1049 Brussell Tel.

jew bil-posta elettronika:

EAC-Creative-Europe@ec.europa.eu

Jekk il-partijiet interessati jixtiequ jissottomettu tweġibiet kunfidenzjali, għandhom jindikaw b’mod ċar liema parti tas-sottomissjoni tagħhom hi kunfidenzjali u li ma jridux li tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Is-sottomissjonijiet l-oħra kollha li ma jkunux ġew immarkati bħala kunfidenzjali jistgħu jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni.

L-organizzazzjonijiet huma mistiedna li jirreġsitraw fir-reġistru tal-Kummisjoni għar-Rappreżentanti tal-Interess (http://ec.europa.eu/transparency/regrin). Dan ir-reġistru twaqqaf fil-qafas tal-Inizjattiva ta' Trasparenza Ewropea bil-ħsieb li tipprovdi lill-Kummisjoni u lill-pubbliku in ġenerali informazzjoni dwar l-għanijiet, il-finanzjament u l-istrutturi tar-rappreżentanti tal-interess.

[1] Kif espressa mill-President Barroso fil-Linji ta' Gwida Politiċi għall-Kummissjoni li jmiss. Test sħiħ http://ec.europa.eu/commission_barroso/president/pdf/press_20090903_MT.pdf

[2] Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "L-Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv", COM (2010)2020.

[3] B'mod aktar partikolari, l-industriji kulturali u kreattivi huma rikonoxxuti bħala setturi ta' tkabbir fid-Dokument ta' Konsultazzjoni tal-Kummissjoni imsemmi hawn fuq kif ukoll fid-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni "Challenges for EU support to innovation services – Fostering new markets and jobs through innovation" - SEC(2009) 1195 finali.

[4] Study on the economy of culture in Europe, li twettaq mill-KEA għall-Kummissjoni Ewropea, 2006, l-imsemmi hawn fuq id-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni dwar l-isfidi għall-appoġġ tal-UE għall-innovazzjoi u Rapport tal-UNCTAD (2008) dwar "Creative Economy – the Challenge of Assessing the Creative Economy – towards informed policy-making".

[5] Hemm bżonn ta' aktar informazzjoni dwar dan is-settur, u speċjalment l-istatistika armonizzata, biex tkun sorveljata aħjar is-sitwazzjoni tas-CCIs u tippermetti għall-analiżijet tas-sitwazzjoni kurrenti, ix-xejriet, id-diffikultajiet u l-isfidi.

[6] Il-Kummissjoni Ewropea adottat f'Settembru 2007 Komunikazzjoni li tippreżenta aġenda fit-tul dwar l-ħiliet elettroniċi: "e-Skills for the 21st Century: Fostering Competitiveness, Growth and Jobs", COM (2007) 496 u bħalissa qiegħda tikkunsidra li tiżvilupp aktar.

[7] Ara l-istudju dwar l-impatt tal-kultura fuq il-kreattività li sar mill-KEA għall-Kummissjoni Ewropea, 2009.

[8] B'mod partikolari l-Istati Uniti jew l-Kanada.

[9] Ara Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea għal Kultura f’dinja li qed tiġi gglobalizzata, COM(2007) 242 finali.

[10] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribuzzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi fil-kisba tal-għanijiet ta' Lisbona, 2007: http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/educ/94291.pdf.

[11] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kultura bħala katalist għall-kreattività u l-innovazzjoni, 2009: http://ec.europa.eu/culture/our-policy-development/doc/CONS_NATIVE_CS_2009_08749_1_EN.pdf.

[12] Reżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-10 tal-April 2008 dwar l-industriji fil-kuntest tal-istrateġija ta' Lisbona. http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P6-TA-2008-0123&language=EN&ring=A6-2008-0063.

[13] Għar-rapporti ta' dawn il-gruppi, ara: http://ec.europa.eu/culture/our-policy-development/doc2240_en.htm. Prattiċi tajbin identifikati minn dawn il-gruppi ssemmew fin-noti tal-qiegħ f'partijiet varji tad-dokument.

[14] B’mod partikolari: A Creative Economy Green Paper for the Nordic Region (il-Kunsill Nordiku, 2007), Creative Britain – New Talents for the New Economy (RU, 2008), Creative Value – Culture and Economy Policy Paper (Il-Pajjiżi l-Baxxi, 2009) u Potential of Creative Industries in Estonia (2009).

[15] Ara b'mod partikolari l-Manifest tal-Ambaxxaturi tal-2009 is-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni, maħruġ f'Novembru 2009. http://www.create2009.europa.eu/ambassadors.html.

[16] Twaqqfet ESSnet-culture fl-2009 taħt l-awspiċi tal-Eurostat. http://ec.europa.eu/culture/our-policy-development/doc1577_en.htm.

[17] Ara: http://portal.unesco.org/culture/en/ev.php-URL_ID=33232&URL_DO=DO_TOPIC&URL_SECTION=201.html.

[18] Per eżempju, dan hu biċ-ċar il-każ tas-settur tal-mużika fejn id-dħul tal-bejgħ diġitali għadu ma jiġġenenrax remunerazzjoni sinfikattiva għall-artisti; għall-kuntrarju, fl-industrija tal-logħob bil-video, il-mudell onlajn jidher li jħallas aħjar l-iżviluppaturi fl-assenza ta' kwalunkwe intermedjarju ieħor.

[19] Ara b'mod partikolari d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni "The challenges for European standardisation", Ottubru 2004.

[20] L-azzjonijiet għandhom jinbnew fuq diskussjonijiet tal-worshop espert "Towards a Pan-European initiative in support of innovative creative industries in Europe" li nżamm f'Amsterdam fl-4-5 ta' Frar 2010. Aktar informazzjoni tinsab fuq http://www.europe-innova.eu/creative-industries..

[21] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Copyright in the knowledge economy" - COM(2009) 532; Id-dokument ta' konsultazzjoni "Creative content in a European digital single market: Challenges for the future", Dokument ta' Riflessjoni tad- DĠ INFSO u DĠ MARKT, 2009.

[22] Ara b'mod partikolari "Policy guidelines of the civil society platform on access to culture"., 2009.

[23] Ara b'mod partikolari xi prattiċi tajba identifikati mill-grupp ta' ħidma ta' esperti nazzjonali u l-pjattaforma tas-soċjetà ċivili dwar is-CCIs.

[24] F'dan ir-rispett, tajjeb li jissemma' li l-proġetti pilota dwar approċċi ġodda ta' kif ikunu appoġġati aħjar l-kumpaniji industrijali innovattivi kreattivi qed jitwaqqfu bħalaissa skont il-Pjattaforma tal-Innovazzjoni tas-Servizz Intensiv tal-Għarfien Ewropew tal-INNOVA Ewropa ffinanzjat mill-pProgramm ta' Qafas tal-Innovazzjoni u l-Kompetittività tal-UE.

[25] Ara "The economy of culture", op. cit.

[26] Il-grupp ta' ħidma tal-esperti nazzjonali dwar is-CCIs identifikaw prattiċi tajbin ta' aggruppar f'ħafna Stati Membri bħalma huma l-Irlanda, ir-Renju Unit, Spanja, l-Estonja, il-Finlandja jew id-Danimarka, eċċ.

[27] Ara d-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam adottata mill-parteċipanti tal-worksop "Towards a Pan-European initiative in support of creative industries in Europe", Frar 2010: http://www.europe-innova.eu/web/guest/home/-/journal_content/56/10136/178407.

[28] Ara l-prattiċi tajba identifikati mill-grupp ta' ħidma tal-esperti nazzjonali dwar is-CCIs.

[29] Komunikazzjoni "New skills for new jobs: Anticipating and matching labour market and skills needs", il-Kummissjoni Ewropea – COM (2008) 868.

[30] Ara b'mod partikolari, l-istudju żgħir li sar għall-Kummissjoni Ewropea dwar "Access to finance activities of the European Creative Industry Alliance", Jenny Tooth, 2010, disponibbli fuq www.europe-innova.eu/creative-industries

[31] Ara dokumenti preliminari prodotti fil-qafas tal-istudju dwar id-dimensjoni intraprenditorjali tal-industriji kreattivi u kulturali, li sar għall-Kummissjoni Ewropea mill-Utrecht School of the Arts, 2010, fuq http://cci.hku.nl/.

[32] Jenny Tooth, op.cit.

[33] Ara eżempji interessanti identifikati mill-grupp ta' ħidma ta' esperti nazzjonali u l-pjattaforma tas-soċjetà ċivili dwar is-CCIs.

[34] Ara b'mod partikolari Jenny Tooth, op. Cit, kif ukoll id-dokumentim prodotti fil-qafas tal-istudju dwar id-dimensjoni intraprenditorjali tas-CCIs (op. Cit) li jenfasizzaw l-bżonn ta' venture capital għall-SMEs kultural u kreattivi innovattivi fis-suq uniku Ara l-prattiċi tajbin identifikati mill-grupp ta' ħidma tal-esperti nazzjonali dwar is-CCIs.

[35] Siti ta' crowdfunding jgħinu l-ġbir ta' investituri fuq skala żgħira, per eżempju għall-iffinanzjar tal-film indipendenti (pereżempju indiegogo.com).

[36] Il-fond se jaqsam ir-riskju finanzjarju relatat mas-self mogħti mill-banek lill-produtturi awdjoviżivi indipendenti Ewropej billi jiggarantixxi li jkopri ċertu persentaġġ ta' telf f'każ li l-produtturi jfallu li jħallsu lura is-self u b'hekk iħeġġeġ l-banek lokali li jagħtu kreditu lill-produtturi tal-films.

[37] Għall-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013, l-infiq ippjanat tal-UE jammonta għal madwar EUR 6 biljun li jirrapreżentaw il-1,7 % tal-baġit totali.

[38] Il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE – il-Paġni Tematiċi: http: //ec.europa.eu/regional_policy/themes/index_en.htm.

[39] Ara l-prattiċi tajbin identifikati mill-grupp ta' ħidma tal-esperti nazzjonali dwar is-CCIs.

[40] Creative and Culture Industries, Priority Sector Report (abbozz), European Cluster Observatory, 2010.

[41] L-istudju mwettaq għall-Kummissjoni Ewropea dwar il-kontribuzzjoni tal-kultura lill-iżvilupp ekonomiku lokali u reġjonali bħala parti mill-politika ta' koeżjoni tal-UE.

[42] Is-Sitt Rapport ta' Progress dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali - COM(2009) 295.

[43] Ara b'mod partikolari l-istudju li twettaq mill-Ericarts għall-Kummisjoni Ewropea dwar "Mobility matters: Programmes and schemes to support the mobility of artists and cultural professionals", 2008.

[44] Ara l-istudju ta' vijalbilità mwettaq minn McCoshan et al għall-Kummisjoni Ewropea dwar "Information systems to support the mobility of artists and other professionals in the culture field", 2009.

[45] Grupp nazzjonali ta' esperti dwar il-mobilità tal-artisti li twaqqaf bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura qed jaġdem fuq numru minn dawn il-kwistjonijiet filwaqt restrizzjonijiet għall-aċċess għas-suq u l-mobilità tal-artisti u prattikanti kulturali kellhom ikunu indirizzati mill-Istati Membri fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-suq intern għas-servizzi.

[46] Grupp nazzjonali ta' ħdima ta' esperti qed jaġdem fuq il-mobilità tal-wirjiet tal-mużewijiet fil-qafas tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura.

[47] Ara l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni, Prinċipju 7.

[48] Ara l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni, Prinċipju 8.

[49] Bħala ħafna msieħba oħra tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-UE u l-Istati Membri, meta jeċċedu għall-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS),ippreservaw l-kapaċità tagħhom li jiddefinixxu u jimplimentaw politiki għall-iskop ttal-preservazzjoni tad-diversità kulturali bin-notifika tal-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tar-regola L-Aktar Nazzjon Favorit skont l-Artikolu II tal-GATS u billi konsistetment ma jimpnejawx irwieħhom fl-aċees għas-suq u t-trattament nazzjonali fis-servizzi kulturali, bmod partikolari fis-settur awdjoviżiv.

[50] Bħal dawk appoġġati mill-azzjoni preparatorja Internazzjonali tal-MEDIA (2008-2010) u MEDIA Mundus (2011-2013).

[51] Kif enfasizzat mill-pjattaforma dwar il-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi.

[52] Ara l-prattiċi tajbin identifikati mill-grupp ta' ħidma tal-esperti nazzjonali dwar is-CCIs.

[53] Ara b'mod partikolari Bakhshi, H., McVittie, E. and Simmie, J., Creating Innovation. Do the creative industries support innovation in the wider economy? 2008; Pott, J. u Morrison, K., Nudging Innovation, 2008, consideration of the NESTA Innovation Vouchers Pilot, 2008; The role of creative industries in industrial innovation, Müller, K., Rammer, C. u Trüby, J., 2008.

[54] Id-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummisjoni "Design as a driver of user-centred innovation" - SEC(2009) 501.

[55] Il-qafas strateġiku ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("ET 2020") adittat mill-Kunsill f'Mejju 2009 biċ-ċar jilqa' l-isfida li jissottolinea l-bżonn li tissaħħaħ l-kreattività u l-innovazzjoni, inkluża l-intraprenditorija, fuq il-livelli kollha tal-edukazzjonu u t-taħriġ.

[56] Ara l-prattiċi tajbin identifikati mill-grupp ta' ħidma tal-esperti nazzjonali dwar is-sinerġiji bejn il-kultura u l-edukazzjoni.

[57] Ara l-prattiċi tajbin identifikati mill-grupp ta' ħidma tal-esperti nazzjonali dwar is-sinerġiji bejn il-kultura u l-edukazzjoni.

[58] http://www.creative-credits.org.uk/ by NESTA, UK

[59] Ara b'mod partikolari studju imwettaq minn Tillt (l-Isvezja), Disonancias (Spanja) u WZB - Social Science Research Center Berlin (il-Ġermanja) bħala parti mill-Policy Grouping Tillt Europe, iffinanzjat mill-Programm Kultura:http://creativeclash.squarespace.com/storage/ComparativeAnalysis%20TILLT%20EUROPE.pdf.

Top