EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0415

Ftehim KE-Ġordan dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ Novembru 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunita' Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (11362/2010 – C7-0182/2010 – 2009/0065(NLE))

ĠU C 99E, 3.4.2012, p. 150–150 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 99/150


It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
Ftehim KE-Ġordan dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika ***

P7_TA(2010)0415

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunita' Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (11362/2010 – C7-0182/2010 – 2009/0065(NLE))

2012/C 99 E/38

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11362/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (11790/2009),

wara li kkundisra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), punt (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0182/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0304/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.


Top