Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XX1008(01)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet mogħtija waqt il-149 laqgħa tiegħu fid- 19 ta' April 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbuta mal- Każ COMP/M.4381 – JCI/VB/FIAMM (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 241, 8.10.2009, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 241/9


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet mogħtija waqt il-149 laqgħa tiegħu fid-19 ta' April 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbuta mal- Każ COMP/M.4381 – JCI/VB/FIAMM

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2009/C 241/04

    1.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 (1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u li għandha dimensjoni Komunitarja.

    2.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni attwali, is-swieq tal-prodotti rilevanti huma:

    (a)

    is-suq OE għal starter batteries għal karozzi/LCV

    (b)

    is-suq OE għal starter batteries għat-trakkijiet/HCV

    (c)

    is-Suq Indipendenti ta' Wara l-Bejgħ (“IAM”) għal starter batteries għal karozzi/LCV

    (d)

    is-Suq Indipendenti ta' Wara l-Bejgħ (“IAM”) għal starter batteries għal trakkijiet/HCV

    3.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni attwali, is-swieq ġeografiċi rilevanti huma:

    (a)

    iż-ŻEE – wiesgħa fl-ambitu għas-suq OE għal starter batteries għal karozzi/LCV

    (b)

    iż-ŻEE – wiesgħa fl-ambitu għas-suq OE għal starter batteries għal trakkijiet/HCV

    (c)

    nazzjonali fl-ambitu għas-Suq Indipendenti ta' Wara l-Bejgħ (“IAM”) għal starter batteries għal karozzi/LCV

    d)

    nazzjonali fl-ambitu għas-Suq Indipendenti ta' Wara l-Bejgħ (“IAM”) għal starter batteries għal trakkijiet/HCV

    4.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata toħloq pożizzjoni dominanti fis-swieq li jkopru ż-ŻEE għal starter batteries OE għal karozzi/LCV u għal starter batteries OE għal trakkijiet/HCV (effetti mhux koordinati).

    5.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata tfixkel il-kompetizzjoni effettiva fis-swieq IAM Taljani, Awstrijaċi, Ċeki u Slovakki għal batteriji/LCV tal-karozzi u għal batteriji/HCV għat-trakkijiet rispettivament, b’mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti.

    6.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li wieħed ma jistenniex li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jiddeterjoraw bl-istess miżura fl-assenza tal-amalgamazzjoni, anki jekk dan iwassal għall-istralċ ta' FIAMMSBB.

    7.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li fin-nuqqas ta’ azzjoni xierqa ta’ rimedju mill-partijiet, l-effetti mistennija tal-amalgamazzjoni jkunu agħar b'mod sinifikanti fis-suq OE mill-effetti li mistennija joħorġu fil-każ li jkun hemm stralċ.

    8.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li fin-nuqqas ta’ azzjoni xierqa ta’ rimedju, l-effetti mistennija tal-amalgamazzjoni jkunu agħar b'mod sinifikanti fis-suq IAM mill-effetti ta’ nuqqas ta’ amalgamazzjoni (jiġifieri stralċ).

    9.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li r-rimedji mtejba mressqa fid-29 ta’ Marzu 2007 għas-suq OE huma biżżejjed biex inaqqsu d-deterjorament tal-istruttura kompetittiva f’livell li għall-inqas jista' jitqabbel ma’ dak ta’ falliment u għalhekk l-impenji huma adattati biex jirrimedjaw għall-impedimenti sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq OE tul iż-ŻEE bħala riżultat tat-transazzjoni proposta.

    10.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji huma xierqa biex jirrimedjaw l-impedimenti sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq IAM Taljani, Awstrijaċi, Ċeki u Slovakki rispettivament bħala riżultat tat-transazzjoni proposta.

    11.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta, kif mibdula bl-impenji finali, ma toħloqx jew issaħħaħ pożizzjoni dominanti biex, b'riżultat ta' dan, il-kompetizzjoni effettiva tkun imfixkla b'mod sinifikanti fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu u bħala riżultat tista’ tiġi dikjarata kompatibbli mas-Suq Komuni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

    12.

    Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.


    Top