Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XX0613(01)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-154 laqgħa tiegħu tal- 5 ta’ Settembru 2007 fir-rigward ta’ abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/M.4525 – Kronospan/Constantia – Relatur: Spanja

    ĠU C 134, 13.6.2009, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/2


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-154 laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Settembru 2007 fir-rigward ta’ abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/M.4525 – Kronospan/Constantia

    Relatur: Spanja

    2009/C 134/02

    1.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1) (b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

    2.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqel mal-Kummissjoni li għalkemm l-operazzjoni nnotifikata m'għandhiex dimensjoni komunitarja fit-tifsira tal-Artikolu 1, jista’ jkun li tiġi riveduta skont il-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali fl-Awstrija, fil-Ġermanja, fl-Ungerija fil-Latvja, fil-Polonja u fis-Slovakkja. Għalhekk, tista' tiġi eżaminata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

    3.1.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-prodotti rilevanti ta': (a) bords tal-injam mill-frak mhux proċessat u (b) bord tal-injam mill-frak miksi.

    3.2.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ambitu preċiż tas-suq tal-prodott ta’ (ċ) laminati dekorattivi u (d) elementi ta’ post form, jistgħu jinżammu miftuħa fiż-żewġ każi.

    4.1.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni dwar is-suq ġeografiku rilevanti għal bords tal-injam mill-frak mhux proċessat, li jinkludi żona li għandha radju ta’ madwar 500 km madwar il-faċilitajiet oriġinali fil-mira tal-produzzjoni.

    4.2.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-definizzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti għall-bord tal-injam mill-frak miksi jinkludi għall-inqas lill-Ewropa Ċentrali, u jista’ jinkludi wkoll iż-ŻEE kollha.

    4.3.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku rilevanti għall-laminat dekorattiv u għall-elementi tal-post-form hu għall-inqas mifrux maż-ŻEE kollha.

    5.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni maħsuba oriġinarjament tkun ta’ impediment sinifikanti fil-kompetizzjoni effettiva tas-suq komuni permezz ta’ effetti mhux ikkoordinati għas-suq tal-bord tal-injam mill-frak mhux proċessat f’ċerti oqsma f’ċirku ta’ madwar 500 km li jdawru l-post oriġinali fil-mira tal-produzzjoni

    6.

    Il-Kumitat konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni maħsuba oriġinarjament ma kinitx ta’ impediment sinifikanti fil-kompetizzjoni effettiva tas-suq tal-bord tal-injam mill-frak miksi.

    7.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li kwalunkwe tħassib dwar id-dehra tal-effetti kkoordinati bħala riżultat tat-tranżazzjoni maħsuba oriġinarjament tneħħiet mill-modifika tat-tranżazzjoni u mill-impenn li kienet daħlet għalih il-Parti li Tinnotifika.

    8.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għalkemm l-entità l-ġdida tista’ tidher li kapaċi teskludi l-kompetituri tagħha billi tamalga kumpaniji vertikalment integrati, tidher li aktarx li ma għandhiex l-inċentiv li tagħmel dan.

    9.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, suġġett għal konformità sħiħa mal-impenji offruti mill-partijiet, il-konċentrazzjoni proposta mhijiex impediment kbir għal kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew għal parti sostanzjali minnu, b'mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikoli 2(2), tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni u li l-konċentrazzjoni proposta għandha għalhekk tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mal-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

    10.

    Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.


    Top