Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XG0625(01)

    Avviż għall-attenzjoni ta' dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi li kienu inklużi mill-Kunsill fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 423/2007 (Anness V)

    ĠU C 145, 25.6.2009, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/1


    Avviż għall-attenzjoni ta' dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi li kienu inklużi mill-Kunsill fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 423/2007 (Anness V)

    2009/C 145/01

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta' Ġunju 2008 (1).

    B’dik id-Deċiżjoni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq jissodisfaw il-kriterji mniżżlin fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 423/2007 tad-19 April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2), u għalhekk huma kienu inklużi fl-Anness V għal dak ir-Regolament. Ir-Regolament jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha appartenenti għall-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma għandhom isiru disponibbli għalihom jew għall-benefiċċju ta' tali persuni, entitajiet jew korpi, kemm direttament jew indirettament.

    Konformement mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament, il-lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 7(2) għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u tal-inqas kull 12-il xahar.

    Għal dan il-għan, il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid.

    Tali talbiet għandhom jintbagħtu, fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż preżenti, fl-indirizz li ġej:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Segretarjat Ġenerali

    Rue de la Loi 175

    1048 Bruxelles/Brussels

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 163, 24.6.2008, p.29.

    (2)  ĠU L 103, 20.4.2007, p.1.


    Top