Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC1031(05)

    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 261, 31.10.2009, p. 11–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/11


    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    2009/C 261/07

    Għajnuna Nru: XA 175/09

    Stati Membri: Spanja

    Reġjun: Principado de Asturias

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subvenciones para servicios de asesoría en las pequeñas y medianas explotaciones agrarias del Principado de Asturias dedicadas a la producción primaria de productos agrícolas, prestados por las Agrupaciones para Tratamientos Integrados en Agricultura (ATRIAS)

    Bażi legali: Subvenciones para servicios de asesoría en las pequeñas y medianas explotaciones agrarias del Principado de Asturias dedicadas a la producción primaria de productos agrícolas, prestados por las Agrupaciones para Tratamientos Integrados en Agricultura (ATRIAS)

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont massimu tal-għajnuna li għandha tingħata fis-sena 2009 huwa ta’ EUR 90 000.

    Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna hija ta’ 100 %.

    Data ta' l-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sa Diċembru 2013.

    Għan tal-għajnuna: Biex jiġu koperti l-ispejjeż li ġarrbu l-ATRIAS (Agrupaciones de Tratamientos Integrados en Agricultura – Assoċjazzjonijiet għat-Trattament Integrat fl-Agrikoltura) li jagħtu servizzi ta' konsulenza teknika lill-azjendi tal-agrikoltura żgħar u ta' daqs medju li jinsabu fil-Principado de Asturias u li huma attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti aġrikoli, biex jiġu implimentati progammi ta' kontroll integrat ta' aġenti noċivi li jikkawżaw ħsara lill-prodotti.

    L-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) 1857/2006 huwa applikabbli.

    Skont kif stabbilit fil-paragrafu 3 tal-imsemmi Artikolu 15, l-għajnuna se tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati minn partijiet terzi u ma tistax tikkonsisti fi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

    F'konformità mal-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 4 tal-imsemmi Artikolu 15, l-għoti tas-servizz ta' konsulenza għall-kontroll integrat tal-aġenti noċivi se jkun disponibbli għall-azjendi kollha tal-agrikoltura fil-Principado de Asturias li huma attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, mingħajr il-ħtieġa li dawn ikunu membri tal-entitajiet imsemmija bħala kundizzjoni għall-aċċess tas-servizz.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli.

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Consejería de Medio Rural y Pesca del Principado de Asturias

    C/ Coronel Aranda, s/n, 4a planta

    33071 Oviedo (Asturias)

    ESPAÑA

    Indirizz tal- Internet: It-test tar-regoli għall-għajnuna jinstab fuq il-portal http://www.asturias.es, fl-indirizz:

    http://www.asturias.es/Asturias/descargas/PDF DE TEMAS/Agricultura/atrias_2009.pdf

    Informazzjoni oħra: —

    El Director-General de Ganadería y Agroalimentación

    Luis Miguel ÁLVAREZ MORALES

    Għajnuna Nru: XA 179/09

    Stati Membri: Spanja

    Reġjun: Comunidad Valenciana (ES52)

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Orden … de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se aprueban las bases reguladoras de las ayudas al cooperativismo agrario valenciano.

    Aplicable a la parte del artículo 9 [(apartados 2, letra b) y 3, letra c)] referido a ayudas a la inversión en explotaciones agrarias realizadas por cooperativas que sean exclusivamente PYME.

    Bażi legali: Orden … de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se aprueban las bases reguladoras de las ayudas al cooperativismo agrario valenciano

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għall-perjodu kollu kopert b'din l-Orden

    Infiq ġenerali annwali li jirriżulta mis-sejħiet għall-applikazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

    Massimu ta' 10 % tal-infiq annwali ġenerali (pereżempju EUR 240 000 għas-sejħiet għall-applikazzjonijiet tal-2009). Huwa stmat li fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet li jiġu wara, il-perċentwal se jkun simili.

    Intensità massima ta' l-għajnuna: 40 %

    Data ta' l-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali:

    Għan tal-għajnuna:

    Għan prinċipali: Kooperattivi agrikoli, SMEs

    Għanijiet sekondarji: it-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni, it-titjib u direzzjoni ġdida għall-produzzjoni, it-titjib fil-kwalità, il-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent rurali tal-madwar jew it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-iġjene u tas-saħħa tal-annimali.

    Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u tat-trobbija tal-bhejjem.

    Spejjeż eliġibbli: investiment materjali, ħlief ix-xiri ta' artijiet u pagamenti differiti marbutin mal-investiment.

    Mhumiex ikkunsidrati eliġibbli d-drittijiet tal-produzzjoni, l-annimali, il-pjanti annwali; it-tħawwil ta’ pjanti annwali, xogħlijiet fuq drenaġġ jew xogħlijiet fuq irrigazzjoni u tagħmir tagħha, sakemm dan l-investiment ma jwassalx għal tnaqqis, tal-inqas ta’ 25 %, fl-ammont ta' l-ilma użat; investimenti sempliċi ta' bdil. Bl-istess mod ma għandhiex tingħata għajnuna bi ksur ta' xi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kunsill li jistabbilixxu organizzazzjonijiet komuni tas-suq, anke fejn dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet jirreferu biss għall-għajnuna tal-Komunità.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni primarja fis-settur agrikolu u tat-trobbija tal-bhejjem.

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Generalitat Valenciana

    Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

    C/ Amadeo de Saboya, 2

    46010 Valencia

    ESPAÑA

    Indirizz tal- Internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/borrador_orden_cooperativismo.pdf

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 198/09

    Stati Membri: Spanja

    Reġjun: Navarra

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas a explotaciones ganaderas por la inmovilización de ganado o el vacío sanitario obligatorio en el marco de campañas de saneamiento ganadero

    Bażi legali: Orden Foral de la Consejera de Desarrollo Rural y Medio Ambiente, por la que se establecen las normas por las que se regulan las ayudas a las explotaciones ganaderas por la inmovilización de ganado o el vacío sanitario en el marco de campañas de saneamiento ganadero, y se aprueba la convocatoria para el año 2009

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 120 000.

    Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna fl-ebda każ ma għandha taqbeż il-100 % tat-telf akkreditat.

    Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema tidħol fis-seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal eżenzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-2009 sal-31 ta' Diċembru 2013.

    Għan tal-għajnuna: L-għan ewlieni tal-għajnuna huwa li tagħmel tajjeb għat-telf ekonomiku mġarrab mill-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem wara l-immobilizzazzjoni obbligatorja minħabba l-mard, kif previst fi programmi ta’ qerda.

    L-Artikolu 10(2) Għajnuna mmirata biex tikkumpensa lill-bdiewa għat-telf ikkaġunat mill-mard tal-annimali. Spejjeż eliġibbli: L-Artikolu 10(2)(a)(ii) Għajnuna għat-telf ta’ dħul minħabba l-obbligi ta’ kwarantina.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur benefiċjarju huwa dak tal-produzzjoni u s-saħħa tal-annimali.

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Gobierno de Navarra

    Dirección General de Agricultura y Ganadería

    Servicio de Ganadería

    C/ Tudela, 20

    31003 Pamplona (Navarra)

    ESPAÑA

    Indirizz tal- Internet: http://www.cfnavarra.es/agricultura/COYUNTURA/AyudasEstado/pdfs/STNO09046%20OF.pdf

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 227/09

    Stati Membri: Spanja

    Reġjun: Cataluña

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para instalaciones de aprovechamiento de la energía solar térmica en el Marco del Programa de Energías Renovables

    Bażi legali: Orden ECF/XXX/2009, de xxx, por la que se aprueban las bases reguladoras para la concesión de las subvenciones en régimen reglado en el Marco del Programa de Energías Renovables, y se abre la convocatoria para el año 2009

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa ppjanata taħt l-iskema hija ta’ EUR 0,31 miljun kull sena.

    Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima ppjanata se tkun ta' 37 %. L-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija lill-intrapriża speċifika m'għandux jaqbeż l-EUR 400 000 matul il-perjodu ta' 3 snin finanzjarji. Dan l-ammont jista' jitla' sa EUR 500 000 jekk l-intrapriża tkun tinsab f'żona li hija żvantaġġata jew fiż-żoni indikati fl-Artikolu 36(a) (i), (ii) jew (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

    Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: It-tul tal-iskema ta' għajnuna huwa sa April 2010.

    Għan tal-għajnuna: L-għan li għandu jintlaħaq huwa l-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent naturali, permezz tal-promozzjoni tal-adozzjoni ta' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, partikolarment, l-enerġija solari termika.

    Artikolu 4: Investimenti f'azjendi agrikoli. L-ispejjeż eliġibbli huma:

    Mhumiex eliġibbli spejjeż oħra marbuta ma' kuntratt ta' kiri bil-possibbiltà ta' xiri, ħlief dawk ikkunsidrati fil-paragrafi a) u b), bħalma huma t-taxxa, il-marġini tal-kerrej, l-ispejjeż ta' finanzjament mill-ġdid tal-interessi, l-ispejjeż ġenerali regolari fit-tmexxija tan-negozju, spejjeż tal-assigurazzjoni, eċċ.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Kwalunkwe settur li jagħmel parti mis-setturi ta' produzzjoni veġetali jew il-produzzjoni tal-annimali.

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Institut Català d’Energia

    Calle Pamplona, 113, tercera planta

    08018 Barcelona

    ESPAÑA

    Indirizz tal- Internet: http://www.gencat.cat/icaen/ajuts/orden_reglada_EEER2009.pdf

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 228/09

    Stati Membri: Franza

    Reġjun: Département de l'Allier

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides du département de l'Allier en faveur d’un programme sanitaire dans les élevages

    Bażi legali:

    Article 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales,

    Délibération du Conseil général de l'Allier en date du 16 décembre 2008 concernant le soutien aux actions sanitaires collectives du cheptel départemental

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 180 000

    Intensità massima tal-għajnuna: 33 %

    L-għajnuna se tingħata kif ġej:

    20 % tal-ispejjeż tat-teħid ta’ kampjuni tad-demm għall-profilassi IBR u BVD,

    30 % tal-ispejjeż tal-analiżi BVD, bl-għarfien li dawn l-analiżi jwasslu għall-iskrinjar BVD ta’ annimal wieħed fil-bidu l-iskrinjar BVD tal-merħla kollha,

    33 % tal-ispejjeż għad-dijanjożi tal-aborti (għal mard elenkat fuq il-lista OIE biss jew fl-Anness għad-Deċiżjoni 90/424/KEE: id-deni Q, il-marda blue tongue u BVD għan-ngħaġ; il-klamidjożi, id-deni Q, il-marda blue tongue (BT) u BVD għan-ngħaġ).

    Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

    Għan tal-għajnuna: L-abbozz huwa mfassal skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1857/2006.

    Il-Kunsill ġenerali ta’ Allier jixtieq jinkuraġixxi t-twettiq tal-programmi sanitarji mill-Groupement de Défense Sanitaire du Cheptel Bourbonnais (GDSCB), li hija assoċjazzjoni dipartimentali magħrufa mill-Istat, sabiex twettaq l-azzjoni ppjanata skont it-termini tal-Artikolu C225 tal-kodiċi rurali.

    L-għan ta’ dawn il-programmi hu li jiggarantixxu saħħa pubblika aħjar billi titjieb l-kwalità sanitarja tal-merħliet bovini u tan-ngħaġ permezz ta’ programmi ta’ skrinjar u ta’ appoġġ għall-mard:

    Fl-2001, il-Kunsill ġenerali impenja ruħu permezz tal-GDSCB sabiex jiġi implimentat il-pjan IBR. Dan il-pjan ta' skrining tkompla wara l-implimentazzjoni ta' skema ta' ċertifikazzjoni tal-IBR (STC) fl-aħħar tal-1999 fuq livell nazzjonali. Din iċ-ċertifikazzjoni kienet operazzjoni innovattiva li tagħti lok għal-valorizzazzjoni ekonomika aħjar tal-annimali. Mindu saret il-kampanja tal-2003-2004, il-farms tal-bhejjem bovini kollha tad-dipartiment għandhom l-obbligu li kull sena, b’digriet prefetturali, iwettqu l-iskrinjar IBR fil-merħla tagħhom. Min-naħa l-oħra, minħabba t-tnaqqis tal-profilassi bruċellożi mill-2005, id-dipartiment intervjena fuq it-teħid tal-kampjuni tad-demm li twettaq b’mod kumplimentari barra mill-kampanja tal-profilassi bruċellożi wara l-2006.

    Il-BVD hija marda tal-membrani mukużi tal-bovini. Din il-marda jista’ jkollha konsegwenzi ekonomiċi u sanitarji serji fil-livell ta’ trobbija. Għalhekk, il-GDSCB pproponiet l-implimentazzjoni ta’ protokoll ta’ skrinjar u identifikazzjoni tal-annimali hekk imsejħa IPI, jiġifieri dawk li jġorru l-virus għomorhom kollu. Dan il-pass kollettiv għandu jippermetti l-kontroll taċ-ċirkulazzjoni tal-virus, jillimita l-konssegwenzi ekonomiċi fil-farms tal-bhejjem bovini u jwieġeb għall-ħtiġijiet sanitarji tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem partikularment dawk tal-Lvant. Dan l-iskrinjar isir partikularment meta jiddaħħlu bhejjem ġodda fil-merħliet. Id-dipartiment kellu sehem fl-analiżi tal-BVD wara l-2006

    Il-kampanja ta’ bejn l-2007-2008 turi li hemm tħassib li dejjem qed jiżdied fuq l-għadd ta’ aborti li qed jiżdiedu fuq il-farms b’rabta mal-istabbiliment tad-deni blue tongue (BT) fid-dipartiment tagħna. Sabiex tiġi evitata konklużjoni għaġġilija dwar l-oriġini tal-abort u biex tinqabeż il-problema serja billi l-aborti jiġu attribwiti għall-BT, il-GDSCB jixtieq jipproponi kit ta’ analiżi lill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem bovini li jagħtihom l-possibiltà li jidentifikaw il-marda abortiva u b’hekk jimplimentaw soluzzjonijiet adegwati ta’ kura u prevenzjoni.

    Il-protokoll jikkonsisti fit-teħid ta’ kampjun mill-mara li tkun abortiet jew mill-plaċenta wara t-tieni abort fuq il-farm tal-bhejjem bovini f’perjodu ta’ 12-il xahar. Dawn il-kits jikkonċernaw il-mard illi ġej:

    Kit bovin: Id-deni Q, il-BT u l-BVD

    Kit għan-ngħaġ: il-klamidjożi, id-deni Q u l-BT.

    Ser jiġi żgurat li l-ebda bidwi li jrabbi l-bhejjem li l-farm tiegħu ma jissodisfax il-kriterji Komunitarji tal-impriża żgħira u ta' daqs medju (SME), ma jibbenefika minn dawn is-servizzi sussidjati. B'riżerva li dawn l-għajnuniet jingħataw bħala servizzi sussidjati, aċċessibbli għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem kollha, mingħajr il-ħtieġa li jkunu assoċjati ma' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew strutturi oħrajn.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Farms tal-bhejjem bovini u tan-ngħaġ

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Conseil général de l’Allier

    1 avenue Victor Hugo

    BP 1669

    03016 Moulins Cedex

    FRANCE

    Indirizz tal- Internet: http://www.allier.fr/398-programme-detaille-d-intervention-du-cg03.htm

    Informazzjoni oħra: —


    Top