Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC1024(06)

    Avviż dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Talba mingħand entità kontraenti

    ĠU C 255, 24.10.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/23


    Avviż dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

    Talba mingħand entità kontraenti

    2009/C 255/09

    Fil-15 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet is-16 ta’ Ottubru 2009.

    Din it-talba, mingħand is-Shell U.K. Limited, tirrigwarda l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass fl-Ingilterra, fl-Iskozja u Wales (jiġifieri, fir-Renju Unit minbarra fl-Irlanda ta’ Fuq). L-Artikolu 30 imsemmi jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività kkonċernata hi esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet issir biss għall-għanijiet tad-Direttiva 2004/17/KE, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tliet xhur mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Id-data tal-għeluq għalhekk hija s-16 ta’ Jannar 2010.

    Dan il-perjodu jista' eventwalment jittawwal bi tliet xhur. Din l-estensjoni għandha tiġi ppubblikata.

    Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(6), talbiet ġodda rigward l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass fir-Renju Unit, minbarra l-Irlanda ta’ Fuq, li jitressqu qabel l-iskadenza tal-perjodu previst għal din it-talba, ma jagħtux lok għal proċedimenti ġodda iżda jkunu trattati fil-qafas ta’ din it-talba.


    (1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1


    Top