This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XC1007(01)
Notice of initiation of an expiry review of the anti-dumping measures applicable to imports of synthetic fibre ropes originating in India
Avviż ta' Tnedija ta’ reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta' ħbula tal-fibra sintetika li joriġinaw fl-Indja
Avviż ta' Tnedija ta’ reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta' ħbula tal-fibra sintetika li joriġinaw fl-Indja
ĠU C 240, 7.10.2009, p. 6–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/6 |
Avviż ta' Tnedija ta’ reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta' ħbula tal-fibra sintetika li joriġinaw fl-Indja
2009/C 240/06
Il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-fibra sintetika li joriġinaw fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal reviżjoni
It-talba tressqet fit-4 ta’ Mejju 2009 minn Eurocord (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f’dan il-każ aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ ħbula tal-fibra sintetika.
2. Prodott
Il-prodott taħt reviżjoni huwa spag, ċwiemi, ħbula u kejbils, immaljati jew le jew braided u kemm jekk mimlijin b'sustanza oħra, miksijin, mgħottijin jew inforrati bil-lastiku jew plastik, tal-polyethylene jew polypropylene kif ukoll jekk mhux, barra minn spag għall-irbit jew għall-imballar, qies ta' aktar minn 50 000 decitex (5 g/m), kif ukoll ta' fibri sintetiċi oħra ta' najlon jew poliamidi oħra jew ta' poliesteri, ta' kejl ta' aktar minn 50 000 decitex (5 g/m), li joriġinaw fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM 5607 49 11, 5607 49 19, 5607 50 11 u 5607 50 19.
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri li bħalissa huma infurzati huma dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1736/2004 (2) li jimponi dazju definittiv kontra d- dumping fuq l-importazzjoni ta' ħbula tal-fibra sintetika li joriġinaw fl-Indja.
4. Raġunijiet għar-reviżjoni
It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dumping u ħsara għall-industrija tal-Komunità.
L-allegazzjoni tar-rikorrenza tad-dumping għall-Indja hija bbażata fuq tqabbil ta' valur normali, ibbażat fuq prezzijiet domestiċi fl-Ukraina u spejjeż, mal-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott konċernat. Fid-dawl tan-nuqqas attwali ta' volumi sinifikanti ta' importazzjoni mill-Indja lejn il-KE, il-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indja lejn l-Istati Uniti tal-Amerika kienu użati mill-kwerelant.
Abbażi tat-tqabbil ta' hawn fuq, li juri li hemm id-dumping, l-applikant jargumenta li x'aktarx li jkun hemm rikorrenza ta' dumping min-naħa tal-Indja.
L-applikant jallega wkoll il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping dannuż. F'dan ir-rigward il-kwerelant jippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat x'aktarx li jiżdied b'mod sinifikanti minħabba l-kapaċità sostanzjali mhux użata u l-investimenti riċenti fil-kapaċità ta' produzzjoni mill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat.
Barra minn hekk, l-applikant jallega li s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-ħsara hija fil-biċċa l-kbira dovuta għall-eżistenza ta’ miżuri, u li kull rikorrenza tal-importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza tal-ħsara lill-industrija Komunitarja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Proċedura
Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex tkun iġġustifikata t-tnedija ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan qed tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
5.1. Proċedura biex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta’ dumping u ħsara
L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk hux probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u ta' ħsara.
(a) Teħid ta' kampjuni
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' partijiet involuti f'din il-proċedura, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta’ kampjuni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
(i)
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni hux meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, biex tkun tista' tagħżel kampjun, l-esportaturi/produtturi kollha tal-Komunità jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qed jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u skont il-formati indikati fil-punt 7:
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks, u l-persuna ta’ kuntatt, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2008 u t-30 ta' Settembru 2009 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru separatament u f'totali, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fuq is-suq lokali waqt il-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (3) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq lokali) tal-prodott ikkonċernat, |
— |
kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija turi li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din titqies daqs li kieku ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni jinstabu fil-punt 8 hawn taħt.
Minbarra dan, sabiex tinkiseb l-informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-għażla tal-kampjuni tal-esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur, u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi/produtturi.
(ii)
Sabiex il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni hux meħtieġ u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati li jidhru fil-punt 7:
— |
isem, indirizz, indirizz e-mejl, telefon, u numri tal-faks, u l-persuna ta' kuntatt, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija għal dak li huwa l-prodott ikkonċernat, |
— |
il-volum f'tunnellati u l-valur f'EUR ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid magħmula fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2008 u t-30 ta' Settembru 2009 tal-prodott ikkonċernat impurtat li joriġina fl-Indja, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (4) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, |
— |
kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija turi li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din titqies daqs li kieku ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni jinstabu fil-punt 8 hawn taħt.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-għażla tal-kampjun tal-importaturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.
(iii)
Sabiex il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni hux meħtieġ u, f'każ li iva, tagħżel kampjun, il-produtturi kollha tal-Komunità, jew ir-rappreżentanti f'isimhom, huma b'dan mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fi żmien il-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(b)(i) u fil-formati li jidhru fil-punt 7:
— |
isem, indirizz, indirizz e-mejl, telefon, u numri tal-faks, u l-persuna ta' kuntatt, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009, |
— |
il-valur tal-bejgħ f'EUR tal-prodott ikkonċernat li sar fis-suq Komunitarju matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2008 u t-30 ta' Settembru 2009, |
— |
il-volum f’tunnellati tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat magħmul fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009, |
— |
il-volum ta' produzzjoni f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009, |
— |
il-volum f'tunnellati importat fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat manifatturat fl-Indja matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2008 u t-30 ta' Settembru 2009, jekk ikun il-każ, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (5) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott simili (manifatturat fil-Komunità) u l-prodott ikkonċernat (manifatturat fil-pajjiż konċernat), |
— |
kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija turi li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din titqies daqs li kieku ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni jinstabu fil-punt 8 hawn taħt.
(iv)
Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jibagħtu xi tagħrif rilevanti dwar l-għażla tal-kampjuni, għandhom jagħmlu dan fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(ii).
Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.
Il-kumpaniji inklużi fil-kampjuni għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-investigazzjoni.
Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tibbaża s-sejbiet tagħha, skont l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.
(b) Kwestjonarji
Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja inkluża fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi fil-kampjun fl-Indja, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi magħrufa, lill-importaturi fil-kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-esportazzjoni kkonċernat.
(c) Ġbir ta' tagħrif u smigħ ta’ seduti
Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu informazzjoni barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu taż-żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).
5.2. Proċedura għall-evalwazzjoni tal-interess Komunitarju
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ fejn il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara tkun ikkonfermata, għandu jkun stabbilit jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping hijiex se tmur kontra l-interess Komunitarju. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tista’ tibgħat kwestjonarji lill-industrija magħrufa tal-Komunità, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur. Dawn il-partijiet, inklużi dawk mhux magħrufa mill-Kummissjoni, kemm-il darba jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta’ żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw irwieħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif. Il-partijiet li aġixxew f'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta' smigħ, waqt li jippreżentaw ir-raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta’ min jinnota li kull tagħrif imressaq skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se jitqies biss jekk ikun sostnut minn evidenza fattwali fil-mument meta jitressaq.
6. Il-limiti ta’ żmien
(a) Il-limiti ġenerali ta’ żmien
(i)
Kull parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni attwali għandha titlob kwestjonarju jew formoli ta’ talba oħrajn mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(ii)
Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni li l-eżerċitar tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali ddefiniti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta lilha nnifisha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.
Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii).
(iii)
Il-partijiet kollha interessati jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 40 jum.
(b) Limitu ta’ żmien speċifiku fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni
(i) L-informazzjoni speċifikata fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dment li l-Kummissjoni fi ħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(ii) Kull informazzjoni rilevanti oħra għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(iii) It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
7. Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet tal-kwestjonarju u korrispondenza
Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (6) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Office: N105 04/92 |
1049 Brussels |
BELGIUM |
Fax +32 22956505 |
8. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif għandu jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
9. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
10. Possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi din ir-reviżjoni ta' skadenza qed titnieda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet għaldaqstant mhumiex se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda se jwasslu biex dawk il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti fil-proċediment tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu reviżjoni ta' din ix-xorta, li ssir indipendentement mir-reviżjoni ta' skadenza msemmija f’dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz li jidher hawn fuq.
11. Ipproċessar ta’ dejta personali
Ta’ min wieħed jinnota li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (7).
12. Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ
Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-DĠ Trade. Huwa jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajls, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Trade (http://ec.europa.eu/trade).
(2) ĠU L 311, 8.10.2004, p. 1.
(3) Għal aktar tagħrif dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253 tal-11.10.1993, p. 1).
(4) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 3.
(5) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 3.
(6) Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Id-dokument huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Hu dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).