EUR-Lex Přístup k právu Evropské unie

Zpět na úvodní stránku EUR-Lex

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 52009XC0924(03)

Avviż għall-attenzjoni ta’ Ghuma Abd’rabbah dwar l-inklużjoni tiegħu fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU C 230, 24.9.2009, s. 29—30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/29


Avviż għall-attenzjoni ta’ Ghuma Abd’rabbah dwar l-inklużjoni tiegħu fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

2009/C 230/09

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/CFSP (1) ssejjaħ lill-Komunità sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom oħrajn, imsemmija fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata mill-Kumitat stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

Al Qaida, it-Taliban u s-Sur Usama bin Laden;

persuni naturali jew legali, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' Al Qaida, it-Taliban u s-Sur Usama bin Laden; kif ukoll

persuni legali, entitajiet u korpi li huma propjetà ta', li huma kkontrollati minn, jew li b'xi mod ieħor jappoġġjaw lil, xi wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma'” Al Qaida, Usama bin Laden jew it-Taliban jinkludu:

(a)

parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija, jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', fl-isem ta', jew f'appoġġ għal, Al Qaida, it-Taliban jew is-Sur Usama bin Laden, jew xi ċellola, affiljata jew grupp li joħroġ minnhom jew li jidderiva minnhom;

(b)

forniment, bejgħ jew trasferiment ta' armi u materjal relatat lil xi wieħed minnhom;

(c)

reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fit-7 ta’ Frar 2006 li jżid lis-Sur Ghuma Abd’rabbah fil-lista relevanti.

Il-persuna naturali kkonċernata tista' tissottometti fi kwalunkwe żmien talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kull dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex terġa′ tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar ′il fuq. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations - Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni kkonsulta: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Skont din id-deċiżjoni il-Kummissjoni (2) inkludiet lis-Sur Ghuma Abd’rabbah fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban (3).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni naturali u legali, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati:

(a)

L-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha tagħhom, jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni li jitpoġġew fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra għad-dispożizzjoni tagħhom, jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikoli 2 u 2a) (4)); kif ukoll

(b)

Il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lilhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikolu 3).

4.

Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Settembru 2008 fil-Kawzi Konġunti C-402/05 P u C-415/05 P, Yassin Abdullah Kadi u l-Fondazzjoni Internazzjonali Al Barakaat v. Il-Kunsill, il-Kumitat tan-NU pprovda raġunijiet għall-inklużjoni tas-Sur Ghuma Abd’rabbah.

Huwa jista' jagħmel talba għar-raġunijiet għall-inklużjoni tiegħu lill-Kummissjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

‘Restrictive measures’

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Wara li ngħatatlu l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni, il-Kummissjoni se terġa′ tistudja l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u se ssir deċiżjoni ġdida dwaru.

5.

Kull dejta personali pprovduta mis-Sur Ghuma Abd’rabbah se tkun ittrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (5). Kull talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar ′il fuq.

6.

Għall-kompletezza, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni naturali elenkati fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 2a) ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata mill-Pożizzjoni Komuni 2003/140/CFSP (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 62).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 246/2006 (ĠU L 40, 11.2.2006, p. 13).

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 2a) iddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Nahoru