EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0717(02)

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Ġunju 2004 dwar proċediment taħt l-Artikolu 82 tat-trattat tal-KE (Każ COMP/38.096 – Clearstream (Clearing u Ħlas)) (notifikata bid-dokument numru C(2004) 1958)

ĠU C 165, 17.7.2009, p. 7–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/7


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta' Ġunju 2004

dwar proċediment taħt l-Artikolu 82 tat-trattat tal-KE

(Każ COMP/38.096 – Clearstream (Clearing u Ħlas))

(notifikata bid-dokument numru C(2004) 1958)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

2009/C 165/05

Fl-2 ta' Ġunju 2004, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar provvediment skont l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni b'dan qed tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kuntest ewlieni tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu ta' l-intrapriżi fil-ħarsien ta' l-interessi kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tat-test sħiħ tad-deċiżjoni tista' tinsab fil-lingwi awtentiċi tal-każ kif ukoll fil-lingwi ta' ħidma tal-Kummissjoni fuq is-sit ta' l-internet tad-DĠ COMP:

http://ec.europa.eu/competition/index_en.html

INTRODUZZJONI

1.

It-test attwali hu sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2004 fil-każ li hu msemmi hawn wkoll. Id-Deċiżjoni ssib li l-Clearstream Banking AG, magħrufa ukoll bħala Clearstream Banking Frankfurt (CBF) u l-kumpanija ewlenija tagħha, il-Clearstream International (CI), li flimkien huma magħrufa bħala “Clearstream”, kisru l-Artikolu 82 tat-Trattat. Il-każ jirrigwardja r-rifjut mill-Clearstream li tforni ċerti servizzi ta’ clearing u ta’ ħlas tat-titoli lill-Euroclear Bank SA (EB), u clearing ta’ prezzijiet diskriminatorji għad-detriment tal-EB.

2.

Din il-proċedura, li ħarġet minn inkjesta ex-officio, iffukat dwar l-eżaminar fuq jekk il-politika tal-kompetizzjoni tal-Komunità mhix implimentata kif suppost fis-settur post-kummerċjali tal-EU dwar it-titoli. Il-Kummissjoni għamlet inkjesta b’mod partikolari dwar (i) l-aċċess, (ii) il-prezzijiet, (iii) l-arranġamenti esklussivi u (iv) il-konsolidazzjoni. Sussegwentament, l-investi gazzjoni ffukat b’mod progressiv fuq mġiba abbużiva possibbli mill-Clearstream.

3.

Fit-28 ta' Marzu 2003, il-Kummissjoni bagħtet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lill-Clearstream. Il-Clearstream wieġbet din id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u barra minn hekk espremiet il-fehmiet tagħha f’seduta fl-24 ta’ Lulju 2003.

4.

Ir-Rapport tal-Uffiċjal tas-Seduta jinnota li d-drittijiet ta’ difiża tal-Clearstream ġew rispettati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ltaqa’ fit-30 ta’ April 2004 u ta opinjoni favorevoli.

6.

Ma ġew imposti l-ebda multi. Ir-raġunijiet li jimmotivaw id-deċiżjoni u kif ukoll il-proposta biex ma jkunux imposti multi huma deskritti hawn taħt.

1.   SOMMARJU TAL-KAŻ

7.

Il-każ tal-Clearstream jirrigwardja l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni lil serje speċifika ta’ eventi f’mument speċifiku u japplikalhom ir-regoli tal-kompetizzjoni. Bl-ebda mod ma jordna ambjent regolatorju propost jew standards.

8.

Il-komplessità prinċipali tal-każ tiġi mis-settur dwar l-industrija – dak tal-clearing u l-ħlas tat-titoli, settur fejn il-proċessi huma komplessi, it-terminoloġija tal-industrija mhix omoġeneja, il-parteċipanti huma numerużi f'bosta livelli, u settur li bħalissa għaddej minn bidla konsiderevoli minħabba forzi regolatorji u tal-industrija.

9.

Il-karatteristiċi tal-proċessi post-kummerċjali prinċipali tat-titoli jistgħu jitqassru kif ġej :

Il-clearing hu l-proċess li jiġri bejn il-kummerċ u l-ħlas. Il-clearing jiżgura li x-xerrej u l-bejjiegħ ftehmu dwar transizzjoni identika u li l-bejjiegħ qed ibigħ titoli li hu intitolat li jbigħ.

Il-ħlas hu t-trasferiment finali tat-titoli mill-bejjiegħ lix-xerrej u t-trasferiment finali tal-fondi mix-xerrej lill-bejjiegħ, kif ukoll l-annotazzjonijiet relevanti fil-kontijiet tat-titoli.

10.

Flimkien mal-passi neċessarji biex titlesta tranżizzjoni tat-titoli, it-titoli għandhom ikunu salvagwardjati wkoll. It-termini salvagwardjar u kustodja jintużaw bħala l-istess tifsira biex jirreferu għall-iddepożitar attwali mal-entità li għandha titolu f’forma fiżika jew elettronika. Dan hu magħruf ukoll bħala d-“depożitorju primarju” jew “kustodja finali”. L-entitajiet li ma għandhomx titoli fil-kustodja finali huma deskritti bħala li jagħtu servizzi b’relazzjoni mat-titoli bħala “intermedjarji”.

11.

Dawk li jipprovdu s-servizzi ta’ clearing u ta’ ħlas jistgħu jkunu Depożitarji Ċentrali ta’ Titoli (CSDs) (2), Depożitarji Internazzjonali Ċentrali tat-Titoli (ICSDs) (3) jew intermedjarji oħra, bħal banek. Madankollu, kull istituzzjoni tista’ teżegwixxi biss clearing u ħlas “primarju” (4) għat-titoli li huma attwalment iddepożitati fil-kustodja finali. F’dan il-każ li qed ikun trattat, hekk kif it-titoli kollha maħruġa taħt il-liġi Ġermaniża u miżmuma f’kustodja kollettiva mħarsa (5) huma depożitati mas-CBF (magħrufa wkoll bħala is-CSD li jforni), is-CBF biss tista’ teżegwixxi clearing u ħlas primarju relatat ma’ dawn it-titoli.

12.

Id-deċiżjoni tittratta mas-servizzi tal-ipproċessar (clearing u ħlas) provduti b’relazzjoni mat-titoli, u mhux mas-servizzi ta’ kustodja. Is-CBF tipprovdi dawn is-servizzi permezz ta’ pjattaforma tal-IT magħrufa bħala CASCADE. Il-CASCADE RS (li hi s-sottosistema tal-CASCADE li għaliha l-EB ma ngħatatx aċċess) tintuża għall-iskop li tiddaħħal informazzjoni relatata ma’ ishma reġistrati. Hija għandha bżonn biss li tiġi aġġornata perjodikament (eżempju qabel Assemblea Ġenerali) u ma tintervjenix fl-ipproċessar tat-transizzjoni ta’ ishma reġistrati. Madankollu, id-dritt li jkun inkluż l-ipproċessar ta’ ishma reġistrati fil-pjattaforma CASCADE kien rifjutat mis-CBF sakemm l-EB ma jkollhiex aċċess għall-CASCADE RS.

1.1.   Is-suq relevanti

13.

Is-suq relevanti hu definit bħala l-fornitura mis-CSD li jforni (id-Depożitarju Ċentrali tat-Titoli li hu d-depożitu ewlieni tat-titoli) lis-CSDs fi Stati Membri oħra u lill-ICSDs ta’ servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas għat-titoli maħruġa skont il-liġi Ġermaniża. Clearing u ħlas primarju jiġri meta jkun hemm bidla fil-pożizzjoni ta’ kont tat-titoli miżmum mis-CSD li jforni (is-CBF għat-titoli maħruġa skont il-liġi Ġermaniża). Bħala kuntrast, clearing u ħlas sekondarju hu eżekwit b’mod downstream mill-intermedjarji fuq ir-reġistri tagħhom stess. Dan jinkludi sew operazzjonijiet l-istess li permezz tagħhom l-intermedjarji jirriflettu r-riżultat tal-clearing u tal-ħlas primarju tal-klijenti tagħhom u kif ukoll l-annotazzjonijiet fil-kont li jsiru wara tranżizzjonijiet internalizzati. L-internalizzazzjoni tiġri fejn l-intermedjarju hu kapaċi li jistabbilixxi t-tranżizzjoni fir-reġistri tiegħu stess (eżempju, jekk ix-xerrej u kif ukoll il-bejjiegħ iżommu kontijiet fir-reġistri tiegħu.

14.

Il-partijiet sostnew li clearing u ħlas primarju u dak sekondarju mhumiex swieq distinti.

15.

Id-deċiżjoni teżamina fid-dettall il-fehmiet tal-Clearstream u tal-EB b’konnessjoni mad-definizzjoni tas-suq relevanti. Il-Clearstream issostni li clearing u ħlas minn sottokustodji (intermedjarji) hi sostitut għall-clearing u l-ħlas li hu eżekwit mis-CBF. Bl-istess ħsieb, l-EB (6) ssostni li l-internalizzazzjoni toħloq limitu kompetittiv fuq is-CSDs. F’din id-deċiżjoni, dawk l-argumenti huma ribattutti kif ġej:

hemm grupp ta’ fornituri tas-servizzi ta’ clearing u ta’ ħlas li għalihom l-aċċess indirett għas-CSD li jforni –li f’dan il-każ hu s-CBF- permezz ta’ intermedjarju, mhux alternattiva sostitwibbli għal aċċess dirett (minħabba l-iskadenzi iqsar, ir-riskju u l-komplessità li huma akbar, l-ispejjeż addizzjonali u l-konflitt potenzjali ta' interess li jirriżulta minħabba l-użu ta' intermedjarju);

barra l-fatt li clearing u ħlas sekondarju mhux alternattiva valida għal klijenti (intermedjarji) li jeħtieġu servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas biex ikunu kapaċi li jipprovdu servizzi sekondarji ta’ clearing u ta’ ħlas li jkunu effettivi u kompetittivi lill-klijenti tagħhom stess, l-ebda intermedjarju mhu kapaċi li jinternalizza t-transizzjonijiet kollha mal-kontropartijiet potenzjali kollha għat-titoli kollha li huma salvagwardjati fis-CSD li jforni. Dan il-każ jirrelata eżattament ma’ sitwazzjoni fejn intermedjarju (EB) jeħtieġ servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas mis-CSD li jforni u ma setax jottjeni servizzi sostitwiti minn intermedjarju tal-post jew minn x’imkien ieħor.

Is-CSD li jforni mhux miżmum bil-prezzijiet applikati mill-intermedjarji meta clearing u ħlas primarju hu meħtieġ, hekk kif qed juri dan il-każ. Matul iż-żmien li l-EB pruvat, iżda mingħajr suċċess, li ġġib tnaqqis fil-prezzijiet għas-servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas b’mod dirett mis-CBF u tieqaf milli tuża d-Deutsche Bank bħala intermedjarju, il-prezzijiet tad-Deutsche Bank ma rabtux lill-Clearstream fid-diskussjonijiet mal-EB.

16.

Għal skopijiet tad-definizzjoni tas-suq, il-Kummissjoni ma għandhiex teżamina, f’dan il-każ, il-ħtiġijiet tal-klijenti tal-intermedjarji, imma pjuttost il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategorija ta’ klijenti li jeħtieġu l-prodott jew is-servizz, jiġifieri, intermedjarji finanzjarji li jixtiequ jiprovdu servizzi sekondarji ta’ clearing u ta’ ħlas sekondarju li huma ekonomikament sinifikanti, effiċjenti u kompetittivi lill-klijenti tagħhom stess. Għal din il-kategorija ta’ klijenti, clearing u ħlas primarju li hu eżekwit mis-CSD li jforni u clearing u ħlas sekondarju li hu eżekwit b’mod downstream mill-intermedjarji mhumiex alternattivi sustitwibbli. Bħal ma tispjega l-EB, l-aċċess indirett li jinvolvi li jsir rikors lil intermedjarju ieħor (bosta drabi kompetitur) minflokk is-CSD li jforni mhux alternattiva aċċettabbli.

17.

Is-servizzi partikolari provduti lis-CSDs u lill-ICSDs ma jistgħux ikunu mqabbla mas-servizzi standard provduti lil entitajiet (banek) li mhux klijenti tas-CSD, li huma forniti fuq il-bażi tat-Termini u Kondizzjonijiet Ġenerali tas-CBF.

1.2.   Dominanza

18.

Is-CBF hi dominanti fis-suq relevanti peress li hi l-unika CSD fejn jiġu depożitati t-titoli maħruġa taħt il-liġi Ġermaniża u miżmuma f’kustodja kollettiva mħarsa. B’hekk hi l-unika entità kapaċi li teżegwixxi clearing u ħlas primarju għal dawn it-titoli. Il-pożizzjoni tas-CBF mhix marbuta minn l-ebda kompetizzjoni attwali fis-suq. Annotazzjoni ġdida mhix realistika fil-ġejjieni previst.

1.3.   L-abbuż

19.

Id-deċiżjoni tidentifika żewġ tipi ta’ abbużi:

ir-rifjut ta’ fornitura tas-servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas għal ishma reġistrati billi jiġi nnegat l-aċċess lill-CASCADE RS, u billi ssir diskriminazzjoni kontra l-EB b’relazzjoni mal-fornitura ta’ dawk is-servizzi,

l-applikazzjoni ta’ prezzijiet diskriminatorji għall-fornitura lill-EB ta' servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas. Għandu jkun nnotat li dan jirrigwardja l-ipprezzar tat-transizzjonijiet kollha pproċessati fuq il-CASCADE għall-EB u mhux ristrett għal ishma reġistrati, mhux bħall-każ tal-abbuż ta’ qabel.

1.3.1.   Rifjut ta’ fornitura tas-servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas u d-diskriminazzjoni kontra l-EB

20.

Ir-rifjut ta’ fornitura ħa l-forma ta’ aċċess innegat lill-CASCADE RS. Mingħajr dan l-aċċess l-EB ma tkunx tista’ tirċievi is-servizzi ta’ clearing u ta’ ħlas ta’ ishma reġistrati fuq il-pjattaforma tal-CASCADE fejn tkun tista’ tibqa tirċievi dan is-servizz għal tranżazzjonijiet oħra. Ir-rifjut ta’ fornitura lill-EB bis-servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas għal ishma reġistrati hu minħabba t-taħlita ta’ bosta fatturi: Il-Clearstream hi sieħeb kummerċjali li ma jistax jiġi evitat, l-EB ma setatx tiddupplika s-servizzi li kienet qed titlob, u ir-rifjut ta’ fornitura għamel il-ħsara fl-innovazzjoni u fil-kompetizzjoni fis-suq downstream. Barra minn hekk, l-importanza li qed tikber ta’ ishma reġistrati fil-Ġermanja kellha, bħala effett, tnaqqis fis-servizzi provduti lill-EB, klijent attwali tal-Clearstream, u kien hemm ksur fl-aspettattivi leġittimi tal-EB li għandhom ikunu forniti mill-Clearstream fi żmien raġjonevoli bis-servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas.

21.

Hemm ukoll diskriminazzjoni mill-Clearstream minħabba l-imġiba dilatorja vis-à-vis il-kuntrasti tal-EB ma’ dewmien raġonevoli li waqt dan il-perjodu klijenti oħrajn kienu forniti.

1.3.1.1.   Rifjut ta' fornitura

22.

L-eżaminazzjoni tal-ostakli għad-dħul għall-kompetizzjoni potenzjali għall-pożizzjoni dominanti tas-CBF fis-suq relevanti tindika li s-CBF hu sieħeb kummerċjali neċessarju li ma jistax jinbidel b’sorsi alternattiva u lanqas iddupplikat mill-EB. Billi rrifjutat li tforni servizzi primarji ta’ clearing ta’ ħlas għal ishma reġistrati lill-EB, l-imġiba tal-Clearstream kellha l-effett li tfixkel l-abbiltà tal-EB li tforni servizz pan Ewropew komprensiv u innovattiv fis-suq downstream għal clearing u ħlas transkonfinali ta' titoli tal-UE. Ishma reġistrati huma l-ishma Ġermaniżi li huma l-aktar kummerċjalizzati f’firxa internazzjonali u b’hekk għandhom jiġu inklużi fit-tranżizzjonijiet ta’ klijentela tal-ICSD.

23.

Mhemm l-ebda indikazzjonijiet li l-imġiba tal-Clearstream kienet motivata minn kwalunkwe attentat biex tagħti l-fornitura tas-servizzi tagħha stess jew l-operazzjonijiet tagħha stess aktar effiċjenti, u lanqas billi toħloq kwalunkwe benefiċċju għall-klijenti tagħha. S’issa l-Clearstream għadha ma ddikjaratx l-ebda wieħed minn dawn il-gwadanji ta’ effiċjenza jew benefiċċji tal-konsumatur. Minflokk, il-motivazzjoni ekonomika għal u l-effetti attwali ta’ dan ir-rifjut ta’ fornitura għandu jiġi eżaminat fil-kuntest tal-grupp finazjarju totali fejn wieħed mill-membri hu s-CBF. Il-Clearstream Banking Luxembourg (CBL), li hi affiljata mas-CBF taħt l-impriża komuni tal-Clearstream International (CI), hi l-unika ICSD oħra fl-UE flimkien mal-EB, u għalhekk kompetitur dirett tal-EB fis-suq downstream għal clearing u ħlas sekondarju tal-kummerċi transkonfinali. Klijenti tipiċi tal-ICSD, bħal investituri istituzzjonali attivi, li jixtiequ li jużaw servizz ta’ one-stop shop ta’ ICSD fl-UE jibbenifikaw minn servizzi innovattivi bħal dawk tal-EB. B’hekk, ir-rifjut ta’ fornitura tal-Clearstream fixkel il-kunsinja ta’ servizzi sekondarji innovattivi ta’ clearing u ta’ ħlas għal tranżizzjonijiet transkonfinali ta' titoli.

1.3.1.2.   Diskriminazzjoni: l-imġiba dilatorja vis-à-vis l-EB hu kuntrast mat-trattament ta’ klijenti kumparabbli

24.

l-EB saqsiet għal aċċess lill-CASCADE RS fit-3 ta’ Awwissu 1999 u l-Clearstream tat l-aċċess biss fid-19 ta’ Novembru 2001. Id-deċiżjoni teżamina fid-dettall:

ir-rifjut inizjlai tal-aċċess bejn Awwissu 1999 u Novembru 2000, li matul dan il-perjodu l-EB kienet ngħatat x’tifhem li l-aċċess għandu jingħata (mistoqsijiet dettaljati huma diskussi, taħriġ hu provdut, hi mitluba twissija minn qabel ta’ żewġ/tliet ġimgħat dwar it-trasferimnet tal-kont tal-ishma reġistrati…),

ir-rifjut sussegwenti minn Diċembru 2000 sad-19 ta’ Novembru 2001. Matul dan il-perjodu, l-amministrazzjoni tas-CI interveniet biex twaqqaf l-aċċess lill-CASCADE RS billi tgħaqqad l-aċċess għan-negozjar mill-ġdid ta’ ftehim globali mal-EB. L-għaqda tal-kwistjoni tal-aċċess ma’ negozjar mill-ġdid globali fi stadju daqshekk tard mhux ġustifikat. Fost fatturi oħra, il-preparazzjonijiet kollha fil-livell tekkniku tlestew u l-aċċess kien fl-aħħar ingħata mingħajr in-negozjar mill-ġdid ta’ ftehim ġdid.

25.

Il-perjodu li fih il-Clearstream forniet lill-EB b’aċċess għall-CASCADE RS ma jeċċedix perjodu raġonevoli ta’ mhux aktar minn erba’ xhur mit-talba għall-aċċess. Erba’ xhur wara id-data tat-talba tat-3 ta’ Awwissu 1999 hi t-3 ta’ Diċembru 1999. Biex ikun aċċertat liema għandhu jkun perjodu raġonevoli, id-deċiżjoni tikkunsidra tħejjijiet interni miż-żewġ naħat dwar żewġ okkażjonijiet (l-ewwel, fit-tħejjija tat-tnedija ppjanata tal-aċċess għall-CASCADE RS fl-4 ta’ Diċembru 2000 u t-tieni, fit-tħejjija tad-data ta’ tnedija tad-19 ta’ Novembru 2001). Fiż-żewġ każijiet, il-pjanijiet interni kienu bbażati fuq perjodu ta’ żewġ jew tliet xhur. Barra minn hekk, is-CSDs li talbu l-aċċess għall-CASCADE RS ingħataw aċċess jew kważi mill-ewwel jew f’massimu ta’ xahar, u s-CBL irċeviet aċċess fi ħdan erba’ xhur.

1.3.1.3.   Il-konklużjoni u r-rifjut ta’ fornitura u d-diskriminazzjoni dwar il-fornitura

26.

Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-Clearstream, bi ksur tal-Artikolu 82, irrifjutat li tforni lill-EB b’servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas għall-ishma reġistrati bejn it-3 ta’ Diċembru 1999 u d-19 ta’ Novembru 2001, b’mod mhux ġustifikat u għal perjodu li mhux raġonevoli. Peress li l-Clearstream irrifjutat li tforni lill-EB iżda forniet lill-klijenti kumparabbli mingħajr dewmien, ir-rifjut ta’ fornitura jikkostittwixxi wkoll diskriminazzjoni.

1.3.2.   Applikazzjoni ta’ prezzijiet diskriminatorji għal servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas

27.

Bejn l-aħħar tal-1996 u tal-1 ta’ Jannar 2002, il-Clearstream talbet lill-Euroclear biex tħallas EUR X għal kull transizzjoni, filwqat li talbet lis-CSDs nazzjonali biex iħallsu EUR Y (b’X ikun 20 % aktar minn dak ta’ Y). Barra minn hekk, l-Euroclear, bil-kontra tas-CSDs, ħalset ukoll miżata ta’ kull sena li tkopri servizzi ta’ ħlas parzjali.

28.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mis-CBF, id-deċiżjoni tikkunsidra li l-kontenut tas-servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas għal tranżizzjoni transkonfinali forniti mill-Clearstream lis-CSDs u lill-ICSDs hu ekwivalenti.

29.

In-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva għad-differenza fil-prezzijiet hu eżaminat fid-dettall. Għandu jkun enfasizat li l-Clearstream ma għandhiex kontabiltà tal-ispejjeż skont il-klijent u li, minkejja t-talbiet ripetuti, il-Clearstream ma forniet l-ebda ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ispejjeż dwar id-differenza tal-prezzijiet li hi aċċettabbli.

30.

Fl-aħħar, il-Kummissjoni ddecidiet li billi tapplika prezz ogħla għal kull transazzjoni (EUR X) lill-EB għal servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas, f’mument fejn is-CBF kienet qed titlob biss EUR Y għal kull transizzjoni lis-CSDs nazzjonali għal dawk is-servizzi, il-Clearstream iddiskriminat kontra l-EB bi ksur tal-Artikolu 82 tat-Trattat, mingħajr l-ebda ġustifikazzjoni oġġettiva u mingħajr l-ebda vantaġġi għall-konsumaturi.

2.   L-EBDA MULTI MA ĠEW IMPOSTI

31.

Hemm bosta raġunijiet għaliex ma tkunx imposta multa f'dan il-każ.

Din hi l-ewwel deċiżjoni f’settur kumpless

32.

M’hemm l-ebda prattika tad-deċiżjonijiet jew ġurisprudenza tal-Komunità li tirrigwardja titoli ta’ clearing u ta’ ħlas. B’mod partikolari, element ċentrali bħall-analiżi ddettaljata tal-proċessi ta’ clearing u ta’ ħlas fil-kuntest tad-definizzjoni tas-suq hu ġdid. Id-deċiżjoni tanalizza s-suq relevanti li jiddistingwi clearing u ħlas primarju u sekondarju kif ukoll kwistjonijiet kumplessi oħra ta' settur speċifiku, bħall-internalizzazzjoni.

Il-ksur waqaf

33.

Minnu nnifsu, il-fatt li l-ksur waqaf mhix raġuni biex ma jiġux imposti multi; iżda, dan għandu jkun ikkunsidrat flimkien ma’ fatturi oħra, bħall-fatt li dawn il-kwistjonijiet involuti huma ġodda.

Clearing u ħlas transkonfinlai fl-UE jinsab f’mument ta’ deċiżjoni.

34.

Clearing u ħlas fl-UE hu settur li qed jevolvi, b'mod partikolari fejn it-transizzjonijiet transkonfinali huma kkonċernati, bħal ma qed jiġri f’dan il-każ. Attwalment, istituzzjonijiet differenti qed jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-funzjonalitajiet tal-fornituri tas-servizz, l-iskop tal-internalizzazzjoni, ir-rwol tas-CSDs u tal-ICSDs u r-relazzjoni tagħhom ma’ kustodji kbar. Avolja dawn il-kwistjonijiet mhumiex identiċi għal dawk li huma s-suġġett tad-deċiżjoni, xorta waħda huma konnessi.

35.

F’dak il-kuntest, li ma jkunux imposti multi jidher li hu approprjat. Anka jew ma jkunx hemm l-ebda multi, xorta hemm il-ħtieġa għall-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni li tikkjarifika s-sitwazzjoni legali, b’mod speċjali dwar il-Clearstream u impriżi oħra.

3.   KONKLUŻJONI

36.

Id-deċiżjoni ssib li l-Clearstream kisret l-Artikolu 82 tat-Trattat billi rrifjutat li tforni servizzi primarji ta’ clearing u ta’ ħlas għal ishma reġistrati lill-EB b’mod mhux ġustifikat u għal perjodu mhux raġonevoli, u billi tiddiskrimina kontra l-EB fil-fornitura ta’ dawk is-servizzi. Barra minn hekk, issib li l-Clearstream applikat prezzijiet diskriminatorji.


(1)  GU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  CSD hi entità li żżomm u tamministra titoli u tippermetti li jiġu proċessati transizzjonijiet ta' titoli permezz ta' reġistrazzjoni. Fil-pajjiż tagħha, hi tipprovdi servizzi ta’ pproċessar għall-kummerċ ta’ dawk it-titoli li ġew iddepożitati magħha (li hija żżomm fil-kustodja finali), u f’din il-funzjoni s-CSD hi magħrufa bħala s-“CSD li qed tforni” u mhix intermedjarja. CSD tista’ toffri servizzi ta’ pproċessar bħala intermedjarja fil-clearing u fil-ħlas transkonfinali, fejn id-depożitu primarju tat-titoli hu f’pajjiż ieħor.

(3)  ICSD hi organizzazzjoni li n-negozju prinċipali tagħha hu l-clearing u l-ħlas ta’ titoli -tradizzjonalment ikunu Eurobonds- f’ambjent internazzjonali (mhux lokali). Attwalment hawn żewġ ICSDs fl-UE: L-Euroclear Bank, li hi bbażata fil-Belġju, u Clearstream Banking Luxembourg (CBL), sussidjarja tal-Clearstream International SA u sister company għall-Clearstream Banking AG. ICSD tista’ tipprovdi wkoll servizzi oħra bħala servizzi intermedjarji għall-ishma.

(4)  Ara l-paragrafu (12) għad-definizzjoni ta’ clearing u ħlas primarju.

(5)  Meta mqabbla ma’ kustodja individwali mħarsa, il-kustodja kollettiva mħarsa ta’ titoli funġibli tippermetti clearing u ħlas permezz ta’ reġistrazzjoni u li llum hi l-unika forma sinifikanti ta’ kustodja fil-Ġermanja.

(6)  Filwaqt li l-pożizzjoni tal-EB tista’ għall-ewwel tidher bħala sorpriża, din tista’ tkun spjegata minħabba li hi s-sid ta’ CSDs f’diversi Stati Membri (UK, FR, NL, BE). Għalhekk l-EB hi interessata li ma jkollhiex preċedent li jista’ jirriżulta f’definizzjoni tas-suq relevanti fejn tista’ ssir sejba ta’ dominanza f’każijiet futuri ppossibbli.


Top