Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0630(07)

    Avviż dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva KE 2004/17 – Estensjoni tad-data tal-għeluq — Talba minn Stat Membru

    ĠU C 148, 30.6.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 148/23


    Avviż dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva KE 2004/17 – Estensjoni tad-data tal-għeluq

    Talba minn Stat Membru

    2009/C 148/12

    Fit-3 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill KE 2004/17 tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u dawk postali (1).

    Din it-talba, mir-Renju ta' Spanja, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku f'dan il-pajjiż. It-talba kienet is-suġġett ta' pubblikazzjoni fil-ĠU C 136 tas-16 ta' Ġunju 2009, p. 37. Il-perjodu inizjali jiskadi fl-4 ta' Settembru 2009.

    Minħabba li s-servizzi tal-Kummissjoni jeħtiġilhom jirċievu u jeżaminaw tagħrif supplimentari u skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 30(6), it-tielet sentenza, id-data tal-għeluq li l-Kummissjoni għandha sabiex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba hi estiża b'xahar.

    Il-perjodu għalhekk jiskadi fl-4 ta' Ottubru 2009.


    (1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


    Top