This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XC0625(05)
Commission notice concerning the anti-dumping measures in force in respect of imports into the Community of certain side-by-side refrigerators originating in the Republic of Korea: change of the address of a company subject to an individual anti-dumping duty
Avviż tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti refriġerejters side-by-side li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea: bdil tal-indirizz ta' kumpanija suġġetta għad-dazju individwali anti-dumping

ĠU C 145, 25.6.2009, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/18 |
Avviż tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti refriġerejters side-by-side li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea: bdil tal-indirizz ta' kumpanija suġġetta għad-dazju individwali anti-dumping
2009/C 145/12
L-importazzjonijiet ta' ċerti refriġerejters side-by-side li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea huma suġġetti għal dazju anti-dumping definittiv, impost mir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1289/2006 tal-25 ta' Awwissu 2006 (1) (“Regolament (KE) Nru 1289/2006”).
Samsung Electronics Co., Ltd. (għall-konvenjenza msemmija bħala “Samsung Electronics Corporation” fir-Regolament (KE) Nru 1289/2006), kumpanija fir-Repubblika tal-Korea, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità ta' ċerti refriġerejters side-by-side huma suġġetti għal dazju anti-dumping ta' 0 % impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1289/2006, infurmat lill-Kummissjoni li mill-11 ta' Jannar 2009, bidlet l-indirizz..
Il-kumpanija sostniet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwax id-dritt li l-kumpanija tibbenefika mir-rata individwali ta’ dazju applikata lill-kumpanija taħt l-indirizz preċedenti tagħha jiġifieri:
Samsung Main Bldg, 250, 2-ga |
Taepyeong-ro |
Jung-gu |
Seoul |
Il-kumpanija ssottomettiet biżżejjed evidenza li turi li l-bidla fl-indirizz kienet, fost l-oħrajn, minħabba riorganizzazzjoni interna tal-kumpanija li rriżultat f'rilokazzjoni tal-unità kummerċjali kkonċernata.
Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif mogħti u kkonkludiet li l-bidla fl-indirizz bl-ebda mod ma taffettwa s-sejbiet tar-Regolament (KE) Nru 1289/2006. Barra minn dan, ir-referenza għall-kumpanija għandha tirrifletti l-isem tal-kumpanija kif kien irreġistrat uffiċjalment. Għaldaqstant, ir-referenza fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (EC) Nru 1289/2006 għal:
Samsung Electronics Corporation |
Samsung Main Bldg, 250, 2-ga |
Taepyeong-ro |
Jung-gu |
Seoul |
għandha taqra:
Samsung Electronics Co., Ltd |
443-742, 416 Meatan-3 Dong |
Yeongtong-Gu |
Suwon |
Kyonggi-Do |
IL-KOREA T’ISFEL |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC A735 għandha tapplika għal:
Samsung Electronics Co., Ltd |
443-742, 416 Meatan-3 Dong |
Yeongtong-Gu |
Suwon |
Kyonggi-Do |
IL-KOREA T’ISFEL |
(1) ĠU L 236, 31.8.2006, p. 11.