Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0616(07)

    Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Talba minn Stat Membru

    ĠU C 136, 16.6.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 136/37


    Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

    Talba minn Stat Membru

    2009/C 136/12

    Fit-3 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet l-4 ta' Ġunju 2009.

    Din it-talba, mir-Renju ta' Spanja, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku f'dan il-pajjiż. L-Artikolu 30 imsemmi jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività konċernata tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom ma jkunx limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet issir biss għall-għanijiet tad-Direttiva 2004/17/KE, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tliet xhur mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Id-data tal-għeluq għalhekk hija l-4 ta' Settembru 2009.

    Huma applikabbli d-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4, li ssemma aktar 'il fuq. Għaldaqstant, iż-żmien li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha jista’ eventwalment jiġi estiż b’xahar. Din l-estensjoni għandha tiġi ppubblikata.


    (1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


    Top