This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XC0610(09)
Notice published pursuant to Article 27(4) of Council Regulation (EC) No 1/2003 in Case 39.416 — Ship classification (Text with EEA relevance)
Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 Każ 39.416 – Klassifikazzjoni tal-Bastimenti (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 Każ 39.416 – Klassifikazzjoni tal-Bastimenti (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 131, 10.6.2009, p. 20–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/20 |
Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 Każ 39.416 – Klassifikazzjoni tal-Bastimenti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 131/13
1. DAĦLA
(1) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikun biħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-tmiem u l-partijiet ikkonċernati joffru li jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha – li torbot lill-impriżi b'dawk l-impenji. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni. |
2. SOMMARJU TAL-KAŻ
(2) |
F′Mejju 2009, il-Kummissjoni fetħet proċeduri u indirizzat valutazzjoni preliminari lill-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Soċjetajiet ta' Klassifikazzjoni (International Association of Classification Societies) u lill-International Association of Classification Societies Limited (minn hawn ′il quddiem konġuntament imsejħa “IACS”). Din ikkonċernat id-deċizjonijiet tal-IACS: (i) fuq il-kriterji u proċeduri li japplikaw għas-sħubija tal-IACS u s-sospensjoni jew l-irtirar tas-sħubija, u fuq il-mod kif dawn il-kriterji u proċeduri ġew applikati, u (ii) fuq l-elaborazzjoni u aċċessibilità tar-riżoluzzjonijiet u dokumenti ta' sfond tekniku relatati ma' dawn ir-riżoluzzjonijiet. Espremiet l-opinjoni preliminari li dawn id-deċiżjonijiet mill-IACS setgħu rriżultaw f'restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni fis-settur tas-servizzi ta' klassifikazzjoni ta' bastimenti. Billi l-fehma preliminari tal-Kummissjoni li l-għaxar membri tal-IACS għandhom pożizzjoni qawwija fis-suq u li s-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li mhumiex membri tal-IACS jistgħu jintlaqtu minn żvantaġġi sinifikanti fuq il-kompetizzjoni, il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li dawn id-deċiżjonijiet għalhekk qajjmu tħassib dwar il-kompatibilità tagħhom mal-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Barra minn hekk, l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li dawn id-deċiżjonijiet ma dehrux li jissodisfaw ir-rekwiżiti kumulattivi għall-eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE. |
(3) |
B′mod partikolari, il-valutazzjoni preliminari wriet it-tħassib li l-IACS setgħat naqset milli:
|
3. IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI
(4) |
Il-partijiet soġġetti għall-proċedimenti ma jaqblux mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu huma offrew li jimpenjaw ruħhom skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li jissodisfaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. |
(5) |
Verżjoni mqassra tal-impenji tinsab aktar 'l isfel filwaqt li l-verżjoni sħiħa tal-impenji hija ppubblikata bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali tal-Kummisjoni għall-Kompetizzjoni, fuq: http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/index/by_nr_78.html#i39_416 |
(6) |
L-IACS tipproponi li dawn l-impenji għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' ħames snin mid-data effettiva jiġifieri mid-data ta' notifika tad-deċiżjoni taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li permezz tiegħu l-Kummissjoni torbot lill-IACS b'dawn l-impenji. L-elementi prinċipali tal-impenji huma dawn li ġejjin: |
3.1. Kriterji ta' Sħubija
(7) |
L-IACS se tistabbilixxi klassi waħda ta' sħubija tal-IACS. |
(8) |
L-IACS se taddotta, skont il-linji ta' gwida u proċeduri ppubblikati, l-oġġettivi li ġejjin, kriterji applikabbli ta' sħubija kwalitattivi trasparenti u mhux diskriminatorji u mfassla biex jiġu applikati b'mod uniformi għal applikazzjonijiet għal sħubija u għal sħubija kontinwa tal-IACS:
|
(9) |
Applikant li jissodisfa l-Kriterji apparti (g) għandu jiġu ammess bħala membru tal-IACS imma m' għandux ikollu drittijiet tal-vot fil-Kunsill tal-IACS jew f'xi korp ieħor tal-IACS. Kriterju (g) għandu jiġi vvalutat tul l-ewwel tlett snin ta' sħubija u mal-konformità sodisfaċenti ma' dan ir-rekwiżit fl-aħħar tal-perjodu, il-membru tal-IACS awtomatikament igawdi d-drittijiet kollha tal-vot. |
(10) |
L-IACS se twettaq valutazzjonijiet tal-membri tal-IACS biex tivverifika l-konformità tagħhom mal-kriterji tas-sħubija. L-IACS tissospendi jew tirtira sħubija ta' IACS, skont kif xieraq, ta' SK li jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji ta' sħubija meħtieġa. |
(11) |
Id-deċizjonijiet kollha rigward adeżjoni għal, sospensjoni jew irtirar tas-sħubija tà IACS ikunu soġetti għad-dritt ta' appell lill-Bord Indipendenti tal-Appell. |
3.2. Indipendenza u disponibilità tal-QSCS għal dawk li mhux IACS SK
(12) |
L-IACS se tintroduċi sistema li permezz tagħha reviżjonijiet u valutazzjonijiet ta' konformità mal-QSCS tagħha għandhom jitwettqu minn Korpi ta' Ċertifikazzjoni Akkreditati (KCA) indipendenti esterni. Barra minn hekk, l-IACS se timmodifika l-QSCS biex ir-rekwiżiti inklużi fiha jkunu jistgħu jkunu applikabbli b'mod ugwali għall-membri tal-IACS u dawk li mhumiex membri (inkluż dawk li mhumiex applikanti) minn KCA indipendenti, mingħajr l-involviment tal-Kunsilli tal-IACS. |
3.3. Parteċipazzjoni ta' dawk li mhumiex membri tal-IACS fix-xogħol tekniku tal-IACS
(13) |
L-IACS se tistabbilixxi u żżomm Forum ta' Kontribuzzjonijiet Tekniċi online, ibbażat fuq abbonament (“IACS Forum ta' KT”) fuq il-websajt li tipprovdi lil kwalunkwe SK interessata pjattaforma fejn tippubblika kummenti u diskussjonijiet ma' SK oħra (inkluż kemm membri tal-IACS u dawk mhux membri tal-IACS SK) fir-rigward ta' programmi ta' xogħol tekniċi tal-IACS. L-IACS se tindroduċi mekkaniżmu ta' appell għall-Bord Indipendenti tal-Appell għal partijiet interessati li ma ngħatalhomx aċċess għall-Forum ta' Kontribuzzjonijiet Tekniċi tal-IACS fuq il-bażi li mhumiex SK. |
(14) |
Kull SK li mhiex membru tal-IACS li hija rreġistrata fuq il-Forum ta' Kontribuzzjonijiet Tekniċi tal-IACS tistà tipparteċipa bl-impjegati tagħha stess fi gruppi ta' ħidma (WG) fl-IACS. Parteċipant ta' grupp ta' xogħol li mhux membru tal-IACS għandu ikollu aċċess sħiħ għall-istess informazzjoni, l-istess opportunitajiet biex jagħti l-opinjoni tiegħu u biex jikkontribbwixxi mad-diskussjonijiet fi ħdan il-grupp ta' xogħol bħal kull membru ieħor tal-IACS f'dak il-grupp ta' xogħol fuq bażi mhux diskriminatorja imma ma jkollux drittijiet għall-vot. L-IACS se tintroduċi mekkaniżmu għall/tal-ilmenti u mekkaniżmu ta' appell lill-Bord Indipendenti tal-Appell għal kwalunkwe SK li tikkunsidra li kienet mċaħħda l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha għall-informazzjoni u parteċipazzjoni f'xi WG tal-IACS. Iċ-Chairman ta' WG għandu jagħti fil-qosor l-opinjonijiet kollha espressi mill-parteċipanti tal-WG fir-rakkomandazzjoni teknika li l-membri tal-IACS fi ħdan l-WG jistgħu jiddeċiedu li jpoġġu lill-Grupp għall-Politika Ġenerali (GPG) tal-IACS/il-Kunsill tal-IACS għal addozzjoni mill-IACS. |
3.4. Aċċess minn dawk li mhumiex membri tal-IACS għar-riżoluzzjonijiet tal-IACS u dokumenti ta' sfond tekniku
(15) |
L-IACS se tpoġġi fid-dominju pubbliku, fl-istess ħin u bl-istess mod kif inhuma magħmula disponibbli għall-membri tal-IACS, il-verżjonijiet kurrenti u futuri kollha ta' riżoluzzjonijiet tal-IACS kif ukoll fajl tal-istorja li jkun fih il-punti ewlenin tad-diskussjoni u kwalunkwe dokument ta' sfond tekniku. |
(16) |
L-IACS se tinkludi stqarrija fuq il-websajt tagħha li dawk li mhumiex membri tal-IACS CS jistgħu jużaw tali materjal, ħieles mir-royalties u mingħajr liċenzja billi tintegrah fir-regoli ta' klassifikazzjoni tagħhom stess, minkejja kwalunkwe drittijiet ta' propjetà intellettwali li jistgħu jinżammu minn membri tal-IACS. |
(17) |
L-IACS m'għandix tagħmel restrizzjonijiet fuq il-libertà individwali tal-membri tagħha biex jidħlu fi kwalunkwe ftehim ma' kwalunkwe SK fir-rigward tal-forniment ta' informazzjoni ulterjuri jew assistenza fir-rigward tal-applikazzjoni ta' riżoluzzjonijiet tal-IACS. |
(18) |
Deċiżjoni (kemm espliċita kif ukoll impliċita) li ma tiġix ippubblikata riżoluzzjoni tal-IACS jew dokument ta' sfond tekniku li hu għad-dispożizzjoni tal-membri tal-IACS għandha tiġi appellabbli għall-Bord Indipendenti tal-Appell. |
(19) |
L-IACS se toħroġ għall-pubbliku, mingħajr ħlas, database li ssegwi Regoli Strutturali Komuni (RSK) biex tipprovdi lill-utenti database ta' tfittxija rigward reviżjoni tal-istorja tar-RSK b'materjali anċillari. |
4. STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI
(20) |
Il-Kummissjoni biħsiebha, soġġetta għar-riżultati ta' dan it-test tas-suq, tadotta deċiżjoni taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikkjara l-impenji miġbura fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet (fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni, ara fuq). |
(21) |
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mitluba li jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. Talbiet leġittimati ser ikunu rispettati. |
(22) |
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lil Kummissjoni taħt in-numru ta' riferiment Każ 39.416 – Klassifikazzjoni tal-Bastimenti, jew bil-posta elettronika (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), jew b'faks (+32 2 2950128) jew bil-posta f'dan l-indirizz:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(2) Matul l-investigazzjoni tal-kompetizzjoni mill-Kummissjoni, l-IACS tejbet l-aċċessibilità tal-inforamzzjoni teknika tagħha, li issa hija ppubblikata fuq il-websajt tagħhom. Madanakollu l-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq jekk din il-kwistjoni tkun indirizzata wkoll permezz ta' impenji formali.