EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0425(08)

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva KE 94/22 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis de Coulommiers (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 96, 25.4.2009, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/38


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva KE 94/22 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis de Coulommiers ”

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 96/12

Permezz ta' applikazzjoni bid-data tas-6 ta’ Novembru 2008, il-kumpanija Toreador Energy France, li għandha s-sede tagħha f'9, rue Scribe 75009 Paris, talbet għal liċenzja esklussiva għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi likwidi jew f'forma ta' gass, imsejħa “Permis de Coulommiers”, għal tul ta' ħames snin, fuq medda ta' madwar 329 kilometru kwadru, li tagħmel parti mid-dipartiment tas-Seine-et-Marne.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul minn arkati meridjani u paralleli li jgħaqqdu l-aktar punti għolja definiti mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali jkun dak ta' Pariġi.

Punti

Lonġitudni

(grad tal-Lvant)

Latitudni

(grad tat-Tramuntana)

A

0,70

54,40

B

0,80

54,40

C

0,80

54,30

D

1,10

54,30

E

1,10

54,20

F

0,92

54,20

G

0,92

54,21

H

0,90

54,21

I

0,90

54,22

J

0,81

54,22

K

0,81

54,20

L

0,70

54,20

M

0,70

54,33

N

0,71

54,33

O

0,71

54,34

P

0,73

54,34

Q

0,73

54,35

R

0,74

54,35

S

0,74

54,37

 

0,70

54,37

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji tal-għoti tad-dritt.

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Liġi Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bid-digriet 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-Ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz mogħti hawn taħt.

Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mit-6 ta’ Novembru 2010.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u għall-waqfien tagħha.

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għad-Digriet Nru 2006-649 tat-2 ta’Ġunju 2006“relatif aux travaux miniers, aux travaux de stockage souterrain et à la police des mines et des stockages souterrains”, (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-ministère de l’écologie, de l’énergie, du développement durable et de l’aménagement du territoire (Direction générale de l'énergie et climat, Direction de l'énergie, Sous-direction de la sécurité d'approvisionnement et des nouveaux produits énergétiques , bureau exploration production des hydrocarbures), 41, boulevard Vincent Auriol, Paris Cedex 13, FRANCE [telefown: (33), 153 94 14 81 feks: (33) 153 94 14 40].

Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji msemmija hawn fuq jistgħu jinkisbu mil-Légifrance fis-sit: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


Top