This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XC0425(04)
State aid — The Netherlands — State Aid C 5/09 (ex N 210/08) — Exemption from environmental taxes for ceramic producers in The Netherlands — Invitation to submit comments pursuant to Article 88(2) of the EC Treaty (Text with EEA relevance)
Għajnuna mill-istat – l-Olanda – Għajnuna mill-istat C 5/09 (ex N 210/08) – Eżenzjoni mit-taxxi ambjentali għal produtturi taċ-ċeramika fl-Olanda – Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Għajnuna mill-istat – l-Olanda – Għajnuna mill-istat C 5/09 (ex N 210/08) – Eżenzjoni mit-taxxi ambjentali għal produtturi taċ-ċeramika fl-Olanda – Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 96, 25.4.2009, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/16 |
Għajnuna mill-istat – l-Olanda
Għajnuna mill-istat C 5/09 (ex N 210/08)
Eżenzjoni mit-taxxi ambjentali għal produtturi taċ-ċeramika fl-Olanda
Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 96/07
Permezz tal-ittra datata 11 ta’ Frar 2009 riprodotta fil-lingwa awtentika fil-paġni li jiġu wara dan is-sommarju, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Olanda bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-Olanda skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru. 659/1999 sabiex tissottometti kummenti dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni sabiex jingħata bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali.
Il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan is-sommarju u l-ittra li ssegwi, lil:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
State Aid Registry |
1049 Bruxelles/Brussels |
BELGIQUE/BELGIË |
Nru tal-Faks: +32 22961242 |
Dawn l-osservazzjonijiet se jiġu kkomunikati lill-Olanda. Il-parti interessata li tissottometti l-kummenti tista' titlob bil-miktub biex l-identità tagħha tibqa’ kunfidenzjali, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għat-talba.
SOMMARJU
Deskrizzjoni tal-miżura
Il-każ jitratta eżenzjoni mit-taxxa mill-Istat Olandiż għal kunsinnja ta’ gass naturali wżat fl-installazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ prodotti taċ-ċeramika. L-eżenzjoni mit-taxxa li qed tiġi proposta tirrigwarda biss gass naturali wżat mill-industrija taċ-ċeramika Olandiża għar-raġunijiet ta’ produzzjoni u ma tapplikax għal gass użat għal proċessi mineraloġiċi oħra li jsiru fl-Olanda.
It-tul ta’ din il-miżura jkun mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-1 ta’ Jannar 2030. Il-baġit annwali jammonta għal EUR 4 miljun għas-snin 2008-2013.
Valutazzjoni
Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li l-eżenzjoni mit-taxxa li qed tiġi proposta tinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE li tkun tiffavorixxi l-industrija taċ-ċeramika fl-Olanda.
L-eżenzjoni mill-Istat Olandiż għall-kunsinnja tal-gass naturali wżat fl-istallazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ prodotti taċ-ċeramika tirrigwarda biss gass naturali wżat mill-industrija taċ-ċeramika Olandiża u mhux se tapplika għal proċessi mineraloġiċi oħra li jsiru fl-Olanda.
Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li differenzazzjoni bħal din favur l-industrija taċ-ċeramika mhix ġustifikata abbażi tan-natura u loġika tas-sistema nazzjonali tat-taxxa. Il-miżura hi selettiva peress li l-industrija taċ-ċeramika Olandiża biss tkun se tibbenefika minnha u hi ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat.
Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-miżura tgħawweġ jew tgħedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u għandha impatt fuq il-kummerċ intra-Komunitarju. L-eżenzjoni mit-taxxa għandha mpatt dirett fuq l-ispejjeż ta’ produzzjoni u għalhekk ittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarji fuq is-swieq rilevanti tal-prodott fis-settur taċ-ċeramika fejn huma attivi, u li huma miftuħin kompletament għall-kummerċ intra-Komunitarju.
Il-Kummissjoni għandha dubji jekk l-għajnuna proposta tistax titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni. L-għajnuna lis-settur taċ-ċeramika Olandiża tikkostitwixxi għajnuna operattiva, li tista’ tiġi awtorizzata biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, pereżempju meta din tkun marbuta mal-ħarsien tal-ambjent.
Mandanakollu, l-Olanda ma wrietx konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien tal-Ambjent (ĠU C 82, 1 ta’ April 2008, p. 1-33).
Fid-dawl ta’dawn id-dubji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE.