EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 52009XC0407(03)

Deċiżjoni li ttieħdet mis-Serbja biex timplimenta b'mod unilaterali l-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati miegħu, bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja

ĠU C 83, 7.4.2009, p. 28/28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/28


Deċiżjoni li ttieħdet mis-Serbja biex timplimenta b'mod unilaterali l-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati miegħu, bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja

2009/C 83/11

In-negozjanti fil-Komunità qed jiġu b'dan infurmati bis-sistema ta' kummerċ li teżisti mar-Repubblika tas-Serbja.

Mit-30 ta' Jannar 2009 'l quddiem, l-awtoritajiet Serbi ddeċidew li jimplimentaw b'mod unilaterali l-konċessjonijiet dwar il-kummerċ li jinsabu fil-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati miegħu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja, li ġie ffirmat fid-29 ta' April 2008, iżda għalissa għadu ma ġiex implimentat mill-Komunità Ewropea. Fil-każ ta' esportazzjoni lejn is-Serbja ta' prodotti li joriġinaw fil-Komunità, dawn jistgħu jibbenefikaw minn tariffi liberalizzati wara li jkunu ppreżentaw jew ċertifikat ta' moviment EUR 1 jew inkella dikjarazzjoni ta' fattura bħala evidenza tal-oriġini Komunitarja tal-prodotti kkonċernati. Il-kondizzjonijiet tal-implimentazzjoni unilaterali tal-Ftehim Temporanju fis-Serbja huma speċifikati fil-Liġi tal-21 ta' Jannar 2009 li temenda il-Liġi dwar it-Tariffi Doganali (1).

L-esportaturi huma infurmati li, bis-saħħa tad-Digriet tal-5 ta' Frar 2009 li jemenda d-Digriet dwar it-trattament approvat mid-dwana ta' prodotti li jgħaddu mid-dwana, ir-rilaxx ta' prodotti li jgħaddu mid-dwana u l-ġbir ta' dejn doganali (2), dan it-trattament preferenzjali jingħata fuq il-bażi tar-regoli ta' oriġini identiċi ma' dawk stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). Madankollu l-esportaturi qed jingħataw il-parir li jikkonsultaw il-liġijiet doganali rilevanti tas-Serbja.

Fil-każ ta' importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li joriġinaw fis-Serbja, dawn jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-sistema ta' kummerċ awtonoma tal-Komunità Ewropea kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (4). Dan ir-Regolament qed jiġi implimentat fuq il-bażi tar-regoli ta' oriġini stabbiliti fit-Taqsima I, Titolu IV, Kapitolu 2, Sezzjoni 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, hawn fuq imsemmi, (b'mod speċifiku l-Artikoli 98 sa 123), li jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-ħruġ ta' provi ta' oriġini għall-prodotti tal-Komunità fejn dawn il-prodotti jiġu esportati lejn pajjiżi benefiċjarji bħal mhuwa s-Serbja (Artikoli 110(5) u 116).


(1)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Serbja, Nru 5/09, 22.1.2009.

(2)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Serbja, Nru 9/09, 6.2.2009

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p.1

(4)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.


Arriba