Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0124(03)

    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 18, 24.1.2009, p. 19–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 18/19


    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2009/C 18/08)

    Numru XA: XA 339/08

    Stat Membru: Id-Danimarka

    Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Produktionsrelateret specialrådgivning med fokus på slagtefjerkræ

    Bażi ġuridika: Lov om administration af Det Europæiske Fællesskabs forordninger om markedsordninger for landbrugsvarer m.v. (Bemyndigelsesloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 297 af 28. april 2004

    In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: DKK 1 920 000

    Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

    Id-data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Ottubru 2008

    Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Settembru 2009

    Għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema hu li jiġu provduti pariri tekniċi ġenerali li jkunu imparzjali u professjonali. Hija ukoll maħluqa biex jinżamm livell għoli ta' ħila fil-produzzjoni tat-tfaqqis tal-bajd, tal-brojlers u ta' tagħrif dwar il-bini li jilqgħu t-tjur, tagħmir u kwistjonijiet ambjentali.

    Il-benefiċjarji aħħarija huma r-raħħala involuti fil-trobbija tat-tjur. L-iskema tikkonċerna l-impriżi żgħar u ta' daqs medju biss.

    L-iskema hija skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Tikkonċerna n-nefqa dwar is-servizzi ta' konsulenza

    Settur(i) konċernat(i): Is-settur tat-tiġieġ

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Fjerkræafgiftsfonden

    Axeltorv 3

    DK-1609 Copenhagen V

    Websajt: http://www.poultry.dk/ddf/fa.nsf/B2009T.pdf?openfileresource

    Tagħrif ieħor: —

    Numru XA: XA 340/08

    Stat Membru: Id-Danimarka

    Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Økologiske slagtekyllinger

    Bażi ġuridika: Lov om administration af Det Europæiske Fællesskabs forordninger om markedsordninger for landbrugsvarer m.v. (Bemyndigelsesloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 297 af 28. april 2004

    In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: DKK 252 000

    Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

    Id-data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Ottubru 2008

    Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Settembru 2009

    Għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema hu li tiġbor u tferrex informazzjoni dwar il-produzzjoni organika tal-brojlers.

    Il-benefiċjarji aħħarija huma r-raħħala involuti fit-trobbija tat-tjur. L-iskema tikkonċerna l-impriżi żgħar u ta' daqs medju biss.

    L-iskema hija skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Tikkonċerna n-nefqa għal servizzi ta' konsulenza

    Settur(i) konċernat(i): Is-settur tat-tiġieġ

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Fjerkræafgiftsfonden

    Axeltorv 3

    DK-1609 Copenhagen V

    Websajt: http://www.poultry.dk/ddf/fa.nsf/B2009T.pdf?openfileresource

    Tagħrif ieħor: —

    Numru XA: XA 365/08

    L-Istat Membru: Ir-Renju Unit

    Ir-reġjun: L-Iskozja

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li għaliha hija indirizzata l-għajnuna individwali: Orkney Johne's Disease Eradication Scheme

    Il-bażi ġuridika: Local Government in Scotland Act 2003; Section 69(3) of the Orkney County Council Act 1974

    In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Total ta' GBP 120 000 (Mija u Għoxrin Elf Liri Sterlini)

    L-intensità massima tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna tlaħħaq il-100 % skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Id-data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fl-1 ta' Novembru 2008

    Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: L-iskema se tibda fl-1 ta' Novembru 2008 u tagħlaq fil-31 ta' Ottubru 2011.

    L-għan tal-għajnuna: L-iskema għandha tiġi applikata f'konformità mal-Kapitolu 2, Artikolu 10.1 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-iskema għandha tipprovdi servizz ta' filtru biex tidentifika l-marda tal-Johne fil-bovini ta' Orkney. Din l-Iskema tinkludi kollox, u tiżgura li tal-anqas 80 % tal-merħla tat-tgħammir attwali ta' Orkney tiġi ttestjata għall-marda. Il-marda tal-Johne hija waħda mill-mard tal-bhejjem imniżżla fejn l-għajnuna mogħtija tista' tingħata għall-prevenzjoni u l-kontroll, li huwa f'konformità mal-Artikolu 10.7 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Din l-iskema hija provduta bħala servizz għall-komunità agrikola, u ma tagħmel l-ebda ħlas għal testijiet tal-istokk — L-għajnuna pprovduta skont din l-iskema hija mogħtija permezz ta' servizzi ssussidjati, u ma tinvolvix ħlas dirett ta' flus lill-prodotturi.

    Permezz tat-testijiet tal-bovini għall-marda, l-għan ewlieni ta' OJDES hu biex il-merħla ta' Orkney tiġi sostnuta ħielsa mill-mard u bi Status ta' Saħħa għoli, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet kollha:

    Biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni

    Biex il-produzzjoni titjieb jew tingħata orjentazzjoni ġdida

    Biex tittejjeb il-kwalità

    Biex jiġu ppriservati u mtejba l-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet ta' iġjene u l-istandards tal-benessri tal-annimali.

    Biex jitjieb il-profil tal-kummerċ

    Is-settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-produzzjoni tal-prodotti agrikoli

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Orkney Islands Council

    Council Offices

    School Place

    Kirkwall

    Orkney KW15 1NY

    United Kingdom

    Websajt: http://www.orkney.gov.uk/nqcontent.cfm?a_id=13745&tt=orkneyv2

    Tagħrif ieħor: —

    Numru XA: XA 366/08

    L-Istat Membru: Ir-Renju Unit

    Ir-reġjun: L-Iskozja

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Bluetongue Vaccination Campaign

    Il-bażi ġuridika: Section 4(3) of the Small Landholders Act 1911

    Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: GBP 3 000 000

    L-intensità massima tal-għajnuna: 50 %

    Id-data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fit-3 ta' Novembru 2008

    Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: L-iskema se tibda fit-3 ta' Novembru 2008 u tagħlaq fit-30 ta' April 2009

    L-għan tal-għajnuna: Għajnuna lill-SMEs

    Is-settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju involuti fil-produzzjoni ta' prodotti primarji agrikoli

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Scottish Government

    Pentland House

    47 Robbs Loan

    Edinburgh

    EH14 1TY

    United Kingdom

    Indirizz tal-internet: http://www.scotland.gov.uk/Topics/Agriculture/animal-welfare/Diseases/SpecificDisease/bluetongue/BTVaccination/BTVaccinationStateAidInfo

    Tagħrif ieħor: L-għan tal-Kampanja ta' Tilqim għal kontra l-Bluetongue huwa sabiex il-bhejjem tat-trobbija Skoċċiżi jinżammu ħielsa mill-marda. It-tilqim tal-bovini u tan-nagħaġ huwa obbligatorju, u t-tilqim tal-bhejjem domestiċi suxxettibli l-oħra kollha huwa volontarju. L-għajnuna provduta tnaqqas l-ispiża tat-tilqima għal produtturi u għal min irabbi l-bhejjem b'50 % tal-ispejjeż tal-manifattura. Il-produtturi u min irabbi l-bhejjem għandhom iħallsu l-bilanċ tal-ispejjeż tal-manifattura u tat-twassil.

    Il-Gvern Skoċċiż iggarantixxa 12-il miljun doża tat-tilqima għall-użu minn prodotturi tal-bhejjem tat-trobbija u minn dawk li jrabbu l-bhejjem u li jissodisfaw id-definizzjoni ta' SME. Din l-iskema tgħin lill-produtturi u lil dawk li jrabbu l-bhejjem jifdu l-ispejjeż tal-kampanja ta' tilqim matul l-ewwel sena. It-tilqima se titqassam fuq il-bażi li minn jiġi l-ewwel jisserva l-ewwel. Jista jagħti l-każ li l-ammont ta' 12-il miljun doża bbażat fuq l-istima tal-kwantità meħtieġa sabiex il-bhejjem eliġibbli kollha fl-Iskozja jitlaqqmu sa tmiem ix-xitwa tal-perjodu ta' tilqim 2008/2009 jinbigħ kollu qabel tmiem ix-xitwa. Jekk dan ikun l-każ, il-produtturi u dawk li jrabbu l-bhejjem ikollhom iħallsu l-prezz kummerċjali sħiħ għat-tilqima.

    L-Iskema hija konformi mal-Kapitolu 2, Artikolu 10 tar-Regolament 1857/2006, peress li tagħti għajnuna sa 50 % tal-ispiża ta' produzzjoni tat-tilqima kontra l-bluetongue għall-SMEs. L-għajnuna ġiet ipprovduta direttament lill-produtturi tat-tilqima. Għalhekk il-produtturi għandhom jirċievu t-tilqima bil-prezz issussidjat meta tinxtara mill-veterinarju u tingħata in natura permezz ta' servizz issussidjat li mhux se jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

    Ir-raħħala jistgħu jagħtu t-tilqima huma stess, għajr meta jkunu meħtieġa b'mod speċifiku l-amministrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni veterinarji.

    Huwa maħsub li tul din l-iskema kollha se jintuża t-tilqim kollu, madankollu jekk lejn it-tmiem tal-perjodu ta' tilqim tax-xitwa 2008/9 ma jintużawx uħud mit-12-il miljun doża tat-tilqim, il-Gvern Skoċċiż għandu japplika għall-estensjoni tad-data tal-iskadenza ta' din l-iskema


    (1)  Din l-Iskema għandha tiġi mħaddma bħala servizz għall-komunità agrikola


    Top