Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0611

    Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili SEG(2009)1478 SEG(2009)1477

    /* KUMM/2009/0611 finali - COD 2009/0170 */

    52009PC0611




    [pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 29.10.2009

    KUMM(2009)611 finali

    2009/0170 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili

    SEG(2009)1478 SEG(2009)1477

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    SFOND

    Huwa importanti ferm li jkun hemm investigazzjonijiet indipendenti tal-aċċidenti sabiex tittejjeb is-sikurezza tat-trasport. L-analiżi taċ-ċirkustanzi li fihom ikunu ġraw l-aċċidenti twassal biex isiru rakkomandazzjonijiet biex dawn l-avvenimenti drammatiċi ma jerġgħux iseħħu.

    Is-settur tal-avjazzjoni ċivili, għalkemm relattivament m’ilux jeżisti wisq, għandu tradizzjonijiet stabbiliti sew fl-investigazzjoni tal-aċċidenti. L-obbligu li jiġu investigati l-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili huwa minqux fil-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jagħmlu parti minnha l-Istati Membri kollha. L-istandards internazzjonali dettaljati u l-prattiki rakkomandati f’dan ir-rigward huma definiti fl-Anness 13 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago u f'materjal ta’ gwida relatat.

    Fl-għarfien tal-importanza tal-investigazzjoni tal-aċċidenti, fl-1980 il-Komunità Ewropea kienet diġà adottat id-Direttiva 80/1266/KEE dwar il-kooperazzjoni u l-għajnuna reċiproka bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-investigazzjoni tal-aċċidenti tal-ajru[1]. Din id-Direttiva tal-1980 sussegwentament inbidlet bid-Direttiva 94/56/KE[2]. Barra minn hekk, fl-2003 ġiet adottata d-Direttiva 2003/42/KE dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili[3].

    Skont id-Direttiva 94/56/KE, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiżguraw li kull aċċident jew inċident serju fis-settur tal-avjazzjoni ċivili jkun suġġett għal investigazzjoni minn korp indipendenti u li l-uniku għan tal-investigazzjoni jkun li jiġu evitati l-aċċidenti fil-ġejjieni u mhux li wieħed isir jaf min kien jaħti jew min kien responsabbli. L-investigaturi ngħataw iktar drittijiet sabiex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom b’mod iktar effiċjenti, u ġew stabbiliti l-prinċipji bażiċi dwar l-ippubblikar tar-rapporti u t-tixrid tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza.

    Billi appoġġat it-twaqqif ta’ sistemi ta’ rappurtar dwar okkorrenzi marbuta mas-sikurezza, id-Direttiva 2003/42/KE ikkontribwiet b’mod sinifikanti għall-promozzjoni ta’ “Kultura Ġusta” fis-settur tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa. Il-professjonisti fil-qasam tal-avjazzjoni issa għandhom l-obbligu li jirrappurtaw l-okkorrenzi fil-ħidma operattiva tagħhom ta’ kuljum, u saru wkoll dispożizzjonijiet sabiex ikun żgurat li dan it-tagħrif li jkun ġie rrapurtat ikun jista’ jsir skambju tiegħu u jkun jista’ jixxerred, sabiex minnu jittieħed it-tagħlim marbut mas-sikurezza. Id-Direttiva tappoġġa u tħeġġeġ ukoll it-twaqqif ta’ sistemi volontarji tar-rappurtar.

    BżONN LI JKUN HEMM BIDLA

    Is-sistema Komunitarja għall-investigazzjoni tal-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u għar-rappurtar tal-okkorrenza kif inhi stabbilita bħalissa mhix qed taħdem bl-ikbar effiċjenza possibbli. Speċjalment, il-qafas regolatorju attwali marbut mal-investigazzjoni tal-aċċidenti jiġifieri d-Direttiva 94/56/KE, diġà għandu 15-il sena u ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunità u tal-Istati Membri. B’mod partikulari:

    - Il-ħiliet tal-Istati Membri li jwettqu l-investigazzjonijiet ivarjaw ħafna iktar milli kienu fl-1994. B’mod speċjali wara t-tkabbir tal-UE li sar dan l-aħħar, fl-2004 u fl-2007, huma biss ftit Stati Membri li għandhom il-ħila jwettqu l-investigazzjonijiet;

    - L-inġenji tal-ajru u s-sistemi tagħhom qegħdin dejjem isiru iktar kumplessi. Dan ifisser ukoll li l-investigazzjoni tal-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni tirrikjedi għarfien espert u riżorsi ħafna iktar wesgħin milli kien hemm bżonn għaxar snin ilu;

    - Is-suq komuni tal-avjazzjoni tal-UE fl-aħħar għaxar snin kiber b’mod sostanzjali kemm fid-daqs (issa jkopri 27 Stat Membru) u kif ukoll fil-kumplessità (tfaċċaw operaturi bbażati f’ħafna postijiet, sar hemm iktar dipendenza fuq il-manutenzjoni li ssir minn ħaddieħor, kif ukoll iddisinjar u mmanifatturar multinazzjonali), u b’hekk inħolqu sfidi ġodda fil-qasam tas-sorveljanza tas-sikurezza;

    - It-tkabbir fid-daqs u fil-kumplessità tas-suq intern tal-avjazzjoni wassal ukoll għal iktar responsabbiltà min-naħa tal-Komunità għas-sikurezza tal-avjazzjoni. Il-qafas istituzzjonali u legali tal-UE nbidel b’mod sinifikanti minn meta ġiet adottata d-Direttiva 94/56/KE. Issa, l-istandards tas-sikurezza qed jiġu ddefiniti kważi b’mod esklużiv fil-livell tal-UE u fl-2002 twaqqfet l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, li hija responsabbli, f’isem l-Istati Membri, għaċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru fil-Komunità[4];

    - L-UE u l-Istati Membri tagħha kisbu esperjenzi prattiċi sinifikanti fl-applikazzjoni tad-Direttiva 94/56/KE. Dan it-tagħlim għandu jintuża biex tissaħħaħ l-effiċjenza tas-sistema regolatorja attwali.

    DEFINIZZJONI DETTALJATA TAL-PROBLEMA

    Qabel ma ressqet din il-proposta, il-Kummissjoni wettqet analiżi dettaljata tal-qagħda attwali tal-investigazzjoni tal-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u tar-rappurtar tal-okkorrenzi fl-UE, b’mod partikulari permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet interessati u mal-awtoritajiet tal-Istati Membri. Dawk kollha li wieġbu qablu, kompletament jew b’mod parzjali, li bħalissa hemm ċerti nuqqasijiet fl-investigazzjoni tal-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u fir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-Ewropa. Madanakollu, fl-istess ħin, il-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu qalu li għadu kmieni wisq biex wieħed jikkunsidra li jirrevedi d-Direttiva 2003/42/KE b’mod komprensiv u li l-mira għandha tkun li tittejjeb l-effiċjenza tal-qafas regolatorju għall-investigazzjoni tal-aċċidenti.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni qagħdet fuq ir-riżultati ta’ studju estern dwar il-valutazzjoni tal-impatt imħejji fl-2007, li qies kemm il-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet pubbliċi kif ukoll it-tagħrif miġbur permezz ta’:

    1. Kwestjonarju dettaljat li konsulent estern qassam b’mod dirett lil għadd kbir ta’ partijiet interessati;

    2. Għadd ta’ intervisti mwettqin minn konsulent estern ma’ għadd limitat ta’ partijiet interessati li flimkien kienu jagħmlu kampjun rappreżentattiv;

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni wettqet studju dwar il-valutazzjoni tal-impatt hija stess, li identifika l-oqsma problematiċi speċifiċi li ġejjin:

    3. In-nuqqas ta’ ħila uniformi fit-twettiq tal-investigazzjonijiet fl-UE;

    4. Tensjonijiet bejn l-investigazzjonijiet tas-sikurezza u proċeduri oħrajn;

    5. In-nuqqas ta’ ċarezza dwar ir-rwol tal-Komunità fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza;

    6. Nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza;

    7. In-nuqqas ta’ standards komuni marbutin mal-ġestjoni tal-listi tal-passiġġieri u mal-appoġġ għall-vittmi tal-aċċidenti tal-ajru u l-familji tagħhom.

    GħAżLIET TAL-POLITIKA POSSIBLI

    Sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet attwali fl-effiċjenza, il-Kummissjoni analizzat għadd ta’ għażliet ta’ politika li jista’ jkun hemm:

    8. Il-promozzjoni ta' kooperazzjoni volontarja;

    9. Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili;

    10. Bord dwar is-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili fl-Ewropa;

    Dawn l-għażliet kollha tqabblu ma’ xulxin u mal-għażla “li ma jsir xejn” bħala l-punt ta’ riferiment għall-analiżi tal-impatti tagħhom, fosthom dawk fuq is-sikurezza, kif ukoll dawk ekonomiċi, ambjentali u soċjali. Din l-analiżi wriet biċ-ċar li l-appoġġ tal-kooperazzjoni volontarja, flimkien ma’ għadd ta’ prinċipji importanti minquxin f’qafas legali vinkolanti, maħsub fl-għażla tal-politika ta’ “Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili”, jippermetti li wieħed jilħaq l-għanijiet Komunitarji bl-iktar mod effiċjenti f’termini tal-kost, u mingħajr ma wieħed imur lil hinn minn dak li hu strettament meħtieġ mil-lat tal-proporzjonalità.

    KONTENUT TAL-PROPOSTA

    Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni volontarja

    Il-proposta mressqa tagħti d-dettalji dwar il-promozzjoni tal-kooperazzjoni volontarja, li l-għanijiet tagħha huma minquxin f’qafas legali vinkolanti. Din tibni fuq riżorsi li diġà huma disponibbli fl-Istati Membri u fuq l-esperjenzi tal-kooperazzjoni informali li diġà teżisti bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza. Bir-Regolament propost din il-kooperazzjoni informali se tinbidel f’Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili (in-Netwerk).

    “In-Netwerk” se jagħti kontribut sabiex ikun hemm iktar uniformità, u implimentazzjoni u nfurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-investigazzjoni tal-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili. Se jsaħħaħ ukoll il-ħila tal-UE li twettaq l-investigazzjonijiet, kif ukoll il-funzjoni preventiva tal-investigazzjoni tal-aċċidenti billi jħeġġeġ kooperazzjoni iktar strutturata bejn l-Awtoritajiet nazzjonali tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, filwaqt li jkun għal kollox indipendenti minnhom.

    Sabiex ma jinħoloqx korp Komunitarju ieħor, “in-Netwerk” mhuwiex se jkollu personalità legali u l-mandat tiegħu, li huwa deskritt b’mod ċar fir-Regolament propost, se jkun limitat għall-ħidmiet ta’ koordinazzjoni u tal-għoti ta’ pariri. “In-Netwerk” se jkun korp li jkun qed ifittex li jilħaq għan ta’ interess Ewropew ġenerali, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 108(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 (ir-Regolament Finanzjarju)[5]. Dan se jippermetti lill-Komunità tappoġġa l-attivitajiet tiegħu b’għotja annwali, abbażi ta’ programm ta’ ħidma maqbul darba fis-sena.

    Appoġġat minn obbligi minquxin fil-liġi

    L-iżvantaġġ ewlieni ta’ għażla tal-politika li jkun fiha l-kooperazzjoni volontarja biss huwa n-nuqqas ta’ obbligu legali li wieħed jaġixxi fi ħdan il-qafas ta’ mandat iddefinit sew. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni volontarja mhix mistennija li ssolvi b’mod xieraq kwistjonijiet fejn tkun meħtieġa ċ-ċertezza legali, bħall-ħarsien ta’ tagħrif sensittiv dwar is-sikurezza, id-definizzjoni tad-drittijiet u l-obbligi reċiproki tal-Awtoritajiet nazzjonali tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza u tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-EASA) fl-investigazzjonijiet dwar is-sikurezza u t-twaqqif ta’ rekwiżiti uniformi f’termini tal-ipproċessar tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza.

    Sabiex ikunu evitati t-tali żvantaġġi, li huma fiċ-ċentru tat-titjib meħtieġ sabiex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet fl-effiċjenza tal-qafas regolatorju attwali, ir-Regolament propost jikkumplimenta l-kooperazzjoni volontarja b’għadd ta’ obbligi minquxin fil-liġi, li:

    - Jaġġornaw u jimmodernizzaw id-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ dik li qabel kienet id-Direttiva 94/56/KE;

    - Isaħħu l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet dwar is-sikurezza billi jimplimentaw fil-liġi Komunitarja, l-istandards u l-prattiki internazzjonali rakkomandati marbutin mal-ħarsien tal-evidenza u t-tagħrif sensittiv dwar is-sikurezza, skont l-Anness 13 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;

    - Jistabbilixxu rekwiżiti komuni f’termini tal-organizzazzjoni tal-Awtoritajiet nazzjonali tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza u jsaħħu l-indipendenza tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza;

    - Jikkoordinaw aħjar id-diversi inkjesti dwar x’ikun ikkawża l-aċċidenti u l-inċidenti, b’mod partikulari billi jagħtu mandat lill-Awtoritajiet nazzjonali tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza biex jikkonkludu arranġamenti adegwati bil-quddiem ma’ awtoritajiet oħrajn li probabbli jkunu involuti fl-investigazzjonijiet dwar l-aċċidenti (bħal dawk ġudizzjarji u tat-tiftix u s-salvataġġ);

    - Jiċċaraw id-drittijiet u l-obbligi reċiproki tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u tal-Awtoritajiet nazzjonali tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza mingħajr ma jikkompromettu l-indipendenza tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza u billi jirreferu għall-Anness 13 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;

    - Jispeċifikaw il-kriterji li abbażi tagħhom l-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza jaħtru r-rappreżentanti akkreditati għall-“Istat tad-Disinn”;

    - Jistabbilixxu rekwiżiti komuni għal-linji tal-ajru Komunitarji f’dak li għandu x’jaqsam mal-listi tal-passiġġieri u mal-ħarsien tad-dejta ta’ ġo fihom;

    - Isaħħu d-drittijiet tal-vittmi tal-aċċidenti tal-ajru u tal-familji tagħhom;

    - Iħarsu aħjar l-anonimità tal-persuni involuti fl-aċċidenti;

    - Isaħħu l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza billi:

    - jistabbilixxu bank tad-dejta ċentrali tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza;

    - jistabbilixxu rekwiżit legali għal kull entità fl-UE li tkun qed toħroġ rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza jew li tkun qed tirċeviha, biex din ikollha proċess biex tirreġistra t-tweġibiet għar-rakkomandazzjoni tas-sikurezza maħruġa u biex timmonitorja l-progress tal-azzjoni meħuda bi tweġiba għar-rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza.

    SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Minkejja li wieħed m’għandux jeskludi li, fit-tul, titwaqqaf aġenzija Ewropea għall-investigazzjoni tal-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili minħabba n-natura integrata tas-suq uniku tal-avjazzjoni fl-UE, f’dan l-istadju dan ikun pass bikri wisq. B’hekk, din il-proposta ma tbiddilx it-tqassim attwali tar-responsabbiltajiet fl-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili, li xorta waħda se jkunu f’idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

    Meta mqabbel mal-għażliet alternattivi l-oħrajn tal-politika analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja ’l din il-proposta, ir-Regolament propost għandu l-ikbar valur miżjud meta wieħed jarah mil-lat Komunitarju. Huwa l-iktar għażla tal-politika proporzjonata, li, filwaqt li tħares bis-sħiħ il-prinċipju tal-indipendenza tal-investigazzjonijiet dwar is-sikurezza, tippermetti, billi tappoġġa l-kooperazzjoni volontarja u mingħajr ma toħloq strutturi ġodda fil-livell Komunitarju, li ttejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza ġenerali tal-qafas regolatorju attwali għall-investigazzjonijiet u l-prevenzjoni tal-aċċidenti fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fl-UE.

    2009/0170 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[6],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[8],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[9],

    Billi:

    11. Għandu jkun żgurat livell għoli ġenerali ta’ sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa u għandhom isiru l-isforzi kollha possibbli biex jonqos l-għadd ta’ aċċidenti u inċidenti sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jkollhom fiduċja fit-trasport bl-ajru.

    12. It-twettiq ta’ malajr ta’ investigazzjonijiet tas-sikurezza tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili itejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni u jgħin biex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ aċċidenti u inċidenti bħal dawn.

    13. L-uniku għan tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza għandu jkun li jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti fil-ġejjieni mingħajr ma wieħed jagħti tort jew responsabbiltà.

    14. Id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti ta’ avjazzjoni ċivili[10] jeħtieġ li tinbidel sabiex tittejjeb l-effiċjenza tas-sistemi tal-investigazzjoni u tal-prevenzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili, li hija kienet għenet jitwaqqfu fil-Komunità.

    15. Wieħed għandu jqis il-bidliet fil-qafas regolatorju u istituzzjonali li jirregola s-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili fil-Komunità, li seħħew minn meta ġiet adottata d-Direttiva 94/56/KE u b’mod partikulari minn meta twaqqfet l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

    16. Wieħed għandu jqis il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ffirmata nhar is-7 ta’ Diċembru 1944 f’Chicago, li tipprovdi għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex ikun żgurat it-tħaddim sikur tal-inġenji tal-ajru; wieħed għandu jqis b’mod partikulari l-Anness 13 għal din il-Konvenzjoni u l-emendi ta’ wara tiegħu, li jistabbilixxu l-istandards u l-prattiki internazzjonali rrakommandati għall-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti tal-inġenji tal-ajru.

    17. L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni twettaq, f’isem l-Istati Membri, il-funzjonijiet u l-ħidmiet tal-Istat tad-Disinn, tal-Manifattura u r-Reġistrazzjoni meta dawn ikollhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni tad-disinn, kif inhu speċifikat fil-Konvenzjoni ta’ Chicago u fl-Annessi tagħha. Għalhekk, għandha tkun irrappreżentata waqt investigazzjoni tas-sikurezza biex tikkontribwixxi għall-effiċjenza tagħha u tiżgura s-sikurezza tad-disinji tal-inġenji tal-ajru mingħajr ma taffettwa l-indipendenza tal-investigazzjoni.

    18. Minħabba r-responsabbiltajiet dejjem jikbru tagħha, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandha tieħu sehem ukoll fl-iskambju tad-dejta fil-qafas tas-sistemi ta’ rappurtar tal-okkorrenzi; din id-dejta għandha titħares kif xieraq mill-użu jew mill-iżvelar mhux awtorizzat.

    19. L-ambitu tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza għandu jiddependi fuq it-tagħlim li wieħed jista’ jikseb minnhom dwar it-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni, b’mod speċjali billi wieħed iqis il-ħtieġa għall-użu b’mod effiċjenti f’termini tal-kost tar-riżorsi għall-investigazzjonijiet fil-Komunità.

    20. L-investigazzjonijiet tas-sikurezza tal-aċċidenti u l-inċidenti għandhom jitwettqu jew ikunu taħt il-kontroll ta' awtorità indipendenti tal-investigazzjoni tas-sikurezza sabiex ikun evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess u kwalunkwe interferenza esterna possibbli hekk kif ikunu qed jiġu stabbiliti l-kawżi tal-okkorrenzi li dwarhom tkun qed issir l-investigazzjoni.

    21. Għandha tissaħħaħ il-ħila tal-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza tal-Istati Membri u għandu jkun hemm kooperazzjoni bejniethom, minħabba li din hija meħtieġa biex tittejjeb l-effiċjenza tal-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili fil-Komunità.

    22. Ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandu jingħaraf f’kuntest Ewropew, billi jitqiesu l-kooperazzjoni li diġà teżisti bejniethom u r-riżorsi għall-investigazzjonijiet li huma disponibbli fl-Istati Membri li għandhom jintużaw bl-iktar mod effiċjenti possibbli f’termini tal-kost; l-aħjar mod biex dan isir huwa billi jitwaqqaf Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili (“in-Netwerk”).

    23. In-Netwerk għandu jfittex li jwettaq l-attivitajiet tiegħu ta’ koordinazzjoni b’mod trasparenti u indipendenti u għandu jkollu l-appoġġ attiv tal-Komunità.

    24. L-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintlaħqu b’mod effiċjenti permezz tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi Ewropej, li għandhom jitħallew jieħdu sehem fil-ħidma tan-Netwerk.

    25. L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar is-setgħat tal-awtoritajiet responsabbli għall-inkjesta ġudizzjarja u, fejn xieraq, f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ dawk l-awtoritajiet, jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli għall-investigazzjonijiet tas-sikurezza f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili jitħallew iwettqu xogħolhom fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli; lanqas ma għandhom jiġu kompromessi l-għanijiet tal-inkjesta ġudizzjarja.

    26. L-investigazzjoni effiċjenti tas-sikurezza tista’ titwettaq biss jekk ikunu ppriservati kif dovut l-elementi importanti tal-evidenza.

    27. Is-sistema tas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili hija msejsa fuq it-tagħrif u t-tagħlim li joħroġ mill-esperjenza tal--aċċidenti u l-inċidenti, li jirrikjedu applikazzjoni stretta tal-kunfidenzjalità sabiex ikun żgurat li fil-ġejjieni għejjun importanti tat-tagħrif jibqgħu jkunu disponibbli; f’dan il-kuntest, tagħrif sensittiv dwar is-sikurezza m’għandux jintuża għal għanijiet oħrajn għajr għall-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku ħafna ikbar fl-iżvelar tiegħu.

    28. Huwa importanti għall-prevenzjoni tal-aċċidenti li s-sejbiet tal-investigazzjonijiet tal-aċċidenti u tal-inċidenti jiġu ppubblikati fl-iqsar żmien possibbli.

    29. Ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li joħorġu minn investigazzjoni ta' aċċident jew inċident dejjem għandhom jitqiesu kif xieraq u dejjem għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa, jekk ikun hemm bżonn, sabiex tkun żgurata l-prevenzjoni adegwata tal-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili; ġaladarba s-sikurezza tal-avjazzjoni qed tiġi rregolata dejjem iktar fil-livell Ewropew, għandu jitqies ukoll il-lat Komunitarju tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza.

    30. L-esperjenza wriet li xi kultant ikun diffiċli li wieħed jikseb malajr listi affidabbli tan-nies li jkunu abbord inġenju tal-ajru u li d-dejta li jkun fihom it-tali listi għandha titħares mill-użu jew żvelar mhux awtorizzat.

    31. Id-drittijiet tal-vittmi tal-aċċidenti tal-ajru u tal-familji tagħhom għandhom jitħarsu b’mod adegwat.

    32. Id-Direttiva 95/46/KE għandha tapplika għall-ipproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament.

    33. Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli komuni fil-qasam tal-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għaldaqstant, minħabba l-ambitu wiesa' Ewropew ta’ dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

    34. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[11]. B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħali tiddeċiedi dwar ir-regoli tal-proċeduri u l-programm ta’ ħidma tan-Netwerk stabbilit b’dan ir-Regolament.

    35. Għaldaqstant, id-Direttiva 94/56/KE għandha titħassar.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni billi jiżgura livell għoli ta’ effiċjenza u ta’ kwalità fl-investigazzjonijiet Ewropej tas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili, li l-uniku għan tagħhom huwa li jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti fil-ġejjieni, mingħajr ma wieħed jagħti tort jew responsabbiltà.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    36. “aċċident” ifisser okkorrenza marbuta mal-operat ta’ inġenju tal-ajru bil-ħsieb li jittajjar li, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ, isseħħ fil-ħin minn meta kwalunkwe persuna titla’ abbord l-inġenju tal-ajru bil-għan li ttir sal-ħin meta t-tali persuni kollha jkunu niżlu minn fuqu, jew, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, li sseħħ fil-ħin meta l-inġenju tal-ajru jkun lest biex jitlaq bil-ħsieb li jittajjar sal-ħin meta jinżel fi tmiem it-titjira u tintefa’ s-sistema ewlenija ta’ propulsjoni tiegħu, u li fiha:

    37. persuna feruta b’mod fatali jew serju minħabba:

    38. li tkun fl-inġenju tal-ajru, jew

    39. li tiġi f’kuntatt dirett ma kwalunkwe parti mill-inġenju tal-ajru, inkluż ma’ partijiet li jkunu nqalgħu minnu, jew

    40. li tkun esposta b’mod dirett għall-kolp ta’ riħ li joħroġ bil-qawwa mill-ġett,

    ħlief meta l-feriti jkunu ġejjin minn kawżi naturali, kkaġunati mill-persuna nnifisha jew minn persuni oħra, jew meta l-feriti jkunu feriti fuq persuni mistoħbija f'partijiet li normalment ma jkunux disponibbli għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ; jew

    41. l-inġenju tal-ajru ssirlu ħsara jew ikollu nuqqas strutturali li jaffettwa b’mod negattiv is-saħħa strutturali, il-prestazzjoni jew il-karatteristiċi tat-titjira tiegħu u li normalment tkun tirrikjedi ħafna tiswija jew il-bdil tal-komponent affettwat,

    ħlief għal meta l-magna ma tibqax taħdem jew issirilha ħsara, meta l-ħsara tkun limitata għal magna waħda, għall-għati (cowlings) tagħha jew għall-aċċessorji tagħha; u għal ħsara li tkun limitata għall-iskrejjen, it-truf tal-ġwienaħ, l-antenni, il-probes, il-vanes, it-tajers, il-brejkijiet, ir-roti, ħsara superfiċjali fit-tagħmir tal-inżul, il-fairings, il-panelli, il-bibien tat-tagħmir tal-inżul, il-windscreens li ġarrbu l-ħsara, l-għatniet żgħar jew toqob żgħar fil-qoxra tal-inġenju tal-ajru, il-ħsara żgħira minħabba s-silġ jew il-ħbit ma’ xi għasfur (inkluż it-toqob fl-istruttura (radome) li tipproteġi t-tagħmir tar-radar); jew

    42. l-inġenju tal-ajru jkun mitluf jew ma jkun aċċessibbli bl-ebda mod;

    43. “rappreżentant akkreditat” ifisser persuna maħtura minn Stat, abbażi tal-kwalifiki tagħha, sabiex tieħu sehem f’investigazzjoni mwettqa minn Stat ieħor; ir-rappreżentant akkreditat maħtur normalment għandu jkun ġej minn awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza;

    44. “dak li jagħti parir” ifisser persuna maħtura minn Stat, abbażi tal-kwalifiki tagħha, sabiex tgħin lir-rappreżentant akkreditat tiegħu f’investigazzjoni;

    45. “kawżi” tfisser l-azzjonijiet, l-omissjonijiet, l-avvenimenti, il-kundizzjonijiet, jew taħlita tagħhom, li wasslu għall-aċċident jew l-inċident; l-identifikazzjoni tal-kawżi ma timplikax l-għoti ta’ tort jew tar-responsabbiltà amministrattiva, ċivili jew kriminali;

    46. “aċċident u inċident fis-settur tal-avjazzjoni ċivili” tfisser kwalunkwe aċċident jew inċident li fih ikun involut inġenju tal-ajru li ma jkunx qed jagħmel servizzi tal-militar, tad-dwana, tal-pulizija jew servizzi simili;

    47. “ferita fatali” tfisser ferita li persuna ġġarrab f’aċċident u li twassal għall-mewt tagħha fi żmien 30 jum minn meta jseħħ l-aċċident;

    48. “reġistratur tat-titjira” tfisser kull tip ta’ reġistratur stallat fl-inġenju tal-ajru sabiex jiffaċilita l-investigazzjonijiet tas-sikurezza f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċident/inċident;

    49. “inċident” tfisser okkorrenza, minbarra aċċident, assoċjata mal-operat ta’ inġenju tal-ajru u li taffettwa jew li tista’ taffettwa s-sikurezza tal-operat;

    50. “investigatur responsabbli” tfisser persuna li, abbażi tal-kwalifiki tagħha, tqabbdet bħala l-persuna responsabbli għall-organizzazzjoni, it-twettiq u l-kontroll ta’ investigazzjoni tas-sikurezza;

    51. “operatur” tfisser kwalunkwe persuna legali jew fiżika, li tħaddem jew li qed tipproponi li tħaddem inġenju tal-ajru wieħed jew aktar;

    52. “persuna involuta” tfisser is-sid, l-ekwipaġġ jew l-operatur tal-inġenju tal-ajru involut f’aċċident jew f’inċident, jew kwalunkwe persuna involuta fil-forniment tas-servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, tas-servizzi ta’ tagħrif dwar it-titjira jew tas-servizzi tal-ajrudrom, u li taf li ġara aċċident jew inċident;

    53. “investigazzjoni tas-sikurezza” tfisser proċess imwettaq sabiex jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti u li jinkludi l-ġbir u l-analiżi tat-tagħrif, it-tfassil ta’ konklużjonijiet, inkluż li wieħed jistabbilixxi l-kawża/i u l-fatturi li kkontribwew għalih u, fejn xieraq, il-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza;

    54. “rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza” tfisser proposta li tagħmel awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza, li tkun imsejsa fuq tagħrif li jkun ġej minn investigazzjoni tas-sikurezza jew minn għejjun oħra fosthom minn studji dwar is-sikurezza, u li ssir bil-ħsieb li jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti;

    55. “inċident serju” jfisser inċident li jinvolvi ċirkustanzi li jindikaw li kien hemm probabbiltà kbira ta’ aċċident assoċjat mal-operat ta’ inġenju tal-ajru bil-ħsieb li jittajjar (lista ta’ eżempji ta’ inċidenti serji hija mogħtija fl-Anness);

    56. “ferita serja” tfisser ferita li ġġarrab persuna f’aċċident u li tinvolvi waħda mill-affarijiet li ġejjin:

    57. perjodu ta’ żmien fl-isptar li jkun itwal minn 48 siegħa, li jibda fi żmien sebat ijiem minn meta ġġarrbet il-ferita;

    58. ksur ta’ xi għadma (minbarra l-ksur sempliċi tas-swaba’ tal-id jew tas-sieq, jew il-ksur tal-imnieħer);

    59. tiċrit tal-laħam li jikkawża emorraġija serja, ħsara fin-nervituri, fil-muskoli jew fl-għerq;

    60. ferita fi kwalunkwe organu intern;

    61. ħruq tat-tieni jew tat-tielet grad, jew kwalunkwe ħruq li jaffettwa iktar minn 5% ta’ wiċċ il-ġisem;

    62. espożizzjoni vverifikata għal sustanzi infettivi jew għal radjazzjoni perikoluża;

    63. “impriża” tfisser kull persuna legali jew naturali, kemm jekk taħdem bil-għan li tagħmel profitt u kemm jekk le, jew kull korp uffiċjali kemm jekk ikollu l-personalità legali tiegħu u kemm jekk le.

    Artikolu 3

    Ambitu

    64. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet tas-sikurezza f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċidenti u mal-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili:

    65. li seħħew fit-territorju tal-Komunità, skont l-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri;

    66. li fihom ikunu involuti inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru jew operati minn impriża stabbilita fi Stat Membru, u li seħħew barra t-territorju tal-Komunità, f’każ li t-tali investigazzjonijiet ma jkunux qed jitwettqu minn Stat ieħor;

    67. fejn Stat Membru huwa ntitolat, skont l-istandards internazzjonali tas-sikurezza, li jappunta rappreżentant akkredetat biex jipparteċipa bħala Stat ta' Reġistrazzjoni, Stat tal-Operatur, Stat tad-Disinn, Stat tal-Manifattura jew Stat li jforni t-tagħrif, il-faċilitajiet jew l-esperti fuq it-talba tal-Istat li jkun qed jagħmel l-investigazzjoni;

    68. fejn Stat Membru li jkollu interess speċjali minħabba l-fatalitajiet jew l-feriti serji liċ-ċittadini tiegħu għandu permess mill-Istat li qed jagħmel l-investigazzjoni biex jappunta espert.

    Artikolu 4

    Obbligu ta' investigazzjoni

    69. Kull aċċident tal-avjazzjoni ċivili jew inċident serju li jinvolvi inġenju tal-ajru apparti minn dak speċifikat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12] għandu jkun suġġett għal investigazzjoni tas-sikurezza.

    70. L-awtorità dwar l-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tiddetermina l-ammont ta' investigazzjonijiet tas-sikurezza li huma msemmija fil-paragrafu 1 u l-proċedura li għandhom jimxu magħha biex jagħmlu dawn l-investigazzjonijiet tas-sikurezza, billi tqis it-tagħlim li qed tistenna li tieħu minn dawn l-investigazzjonijiet għat-titjib tas-sikurezza.

    71. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza jistgħu jiddeċiedu li jinvestigaw inċidenti li ma jissemmewx fil-paragrafu 1 kif ukoll aċċidenti jew inċidenti serji f'tipi oħrajn ta' inġenji tal-ajru, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, meta jkunu qed jistennew li jieħdu t-tagħlim minnhom.

    72. L-investigazzjonijiet tas-sikurezza msemmija fil-paragrafi 1 u 3 fl-ebda każ m'għandhom ikunu konċernati bit-tqassim tat-tort jew responsabbilità. Għandhom ikunu separati minn u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv biex jitqassam it-tort jew ir-responsabbiltà.

    Artikolu 5

    Awtorità tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili

    73. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-investigazzjonijiet tas-sikurezza jsiru jew ikollhom superviżjoni, mingħajr interferenza esterna, minn awtorità permanenti tal-investigazzjoni tas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili (minn issa 'l quddiem "l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza").

    74. L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tkun tiffunzjona b'mod indipendenti partikolarment mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni responsabbli għall-kapaċita tat-titjir, iċ-ċertifikazzjoni, l-operat tat-titjira, il-manutenzjoni, il-liċenzji, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru jew l-operat tal-ajruporti u, b'mod ġenerali, ta' kwalunkwe parti oħra li l-interessi tagħha jistgħu ikunu f'konflitt max-xogħol fdat f'idejn l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza jew jinfluwenza l-oġġettività tagħha.

    75. L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha, fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħha, la għandha tfittex u lanqas tieħu struzzjonijiet minn kwalunkwe persuna u għandu jkollha awtorità mingħajr restrizzjonijiet fuq kif tamministra l-investigazzjonijiet tas-sikurezza.

    76. L-attivitajiet fdati lill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza jistgħu jiġu estiżi għall-ġabra u l-analiżi ta' dejta marbuta mas-sikurezza tal-avjazzjoni, b'mod partikulari għal skopijiet ta' prevenzjoni tal-aċċidenti, sakemm dawn l-attivitajiet ma jaffetwawx l-indipendenza tagħha u ma jimplikawx responsabbilità f'affarijiet regolatorji, amministrattivi jew ta’ standardizzazzjoni.

    77. L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tingħata l-mezzi li tirrikjedi biex tamministra r-responsabbiltajiet tagħha indipendentament u għandha tkun tista' tikseb riżorsi suffiċjenti biex tagħmel dan. B'mod partikulari:

    78. il-kap tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandu jkun tal-esperjenza u kompetenti fis-settur tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u, jekk possibbli, fl-investigazzjoni tas-sikurezza;

    79. l-investigaturi għandhom jingħataw status li jintitolhom għall-garanziji neċessarji ta' indipendenza;

    80. l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tikkonsisti minn tal-inqas investigatur wieħed li kapaċi jiżvolġi l-funzjoni tal-investigatur responsabbli fil-każ ta' aċċident kbir ta' inġenju tal-ajru;

    81. l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tingħata baġit ta' funzjonament li jkun jippermetti l-ħlas tal-eżaminazzjonijiet tekniċi u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar;

    82. l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tagħmel użu, jew direttament inkella bl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 6, tal-persunal kwalifikat u l-faċilitajiet adegwati, inkluż l-uffiċji u l-hangars biex tkun tista' taħżen u teżamina l-inġenju tal-ajru, il-kontenut u l-fdalijiet tiegħu;

    Artikolu 6

    Kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza

    83. Awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza minn Stat Membru wieħed tista' titlob l-assistenza ta' awtoritatijiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza minn Stati Membri oħrajn. Meta disponibbli, din l-assistenza għandha, kemm jista' jkun, tkun bla ħlas.

    84. Awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tistgħa tiddelega l-ħidma biex tagħmel l-investigazzjoni ta' aċċident jew inċident lil awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza oħra u għandha tiffaċilita l-inkjesti li jsiru minn din l-awtorità.

    85. Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandhom jiġu assistiti min-Netwerk imsemmi fl-Artikolu 7.

    Artikolu 7

    Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili

    86. Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili qiegħed hawnhekk jiġi stabbilit (minn issa 'l quddiem "in-Netwerk"). In-Netwerk għandu jkun magħmul mill-kapijiet tal-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza f'kull Stat Membru jew ir-rappreżentanti tagħhom.

    87. In-Netwerk għandu jikkoordina u jsaħħaħ il-kooperazzjoni u l-iskambju tat-tagħrif fost l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-Istati Membri, u jiffaċilita l-kooperazzjoni bejniethom u l-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn issa 'l quddiem 'EASA'), inkluż bl-istabbiliment ta' għadd ta' funzjonijiet ċentrali.

    88. In-Netwerk għandu jagħti l-pariri lill-istituzzjonijiet nazzjonali u Komunitarji u jista' joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar l-aspetti kollha marbuta mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politika u regolament dwar l-investigazzjoni tal-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili.

    89. In-Netwerk għandu jiżvolġi l-mandat tiegħu f'manjiera trasparenti u indipendenti. Il-membri tiegħu m'għandhomx la jfittxu u l-anqas jaċċettaw struzzjonijiet minn kwalunkwe entità pubblika jew privata, li tista' taffettwa l-istatus indipendenti tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza.

    90. In-Netwerk għandu jressaq rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

    Artikolu 8

    Organizzazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk

    91. Ix-xogħol tan-Netwerk għandu jkun organizzat skont ir-regoli ta' proċedura. In-Netwerk għandu jagħżel president minn fost il-membri tiegħu, għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin. It-terminu tal-uffiċju tal-president għandu jkun jista' jiġġedded.

    92. Il-Kummissjoni u l-EASA għandhom jiġu mistiednin u jistgħu jkunu rappreżentati fil-laqgħat kollha tan-Netwerk u tal-gruppi esperti ta' ħidma, sakemm il-president tan-Netwerk ma jiddeċidiex, abbażi tal-kriterji speċifikati fir-regoli ta' proċedura, li b'din il-parteċipazzjoni jkun qed jinħoloq konflitt ta' interess mal-ħidmiet tal-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza.

    93. In-Netwerk għandu jikkostitwixxi korp li l-għan tiegħu huwa ta' interess Ewropew ġenerali, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 108(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euroatom) Nru 1605/2002[13], u għandu jkun intitolat li jirċievi appoġġ fil-forma ta' għotja mill-baġit Komunitarju.

    94. L-għotjiet li għandhom jingħataw lin-Netwerk taħt il-paragrafu 3 għandhom ikunu suġġetti għall-programm ta' ħidma annwali, li għandu jkun pubbliku.

    95. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili mill-pajjiżi terzi Ewropej, li japplikaw il-prinċipji stipulati f'dan ir-Regolament, għandhom ikunu intitolati biex jipparteċipaw fix-xogħol tan-Netwerk. In-Netwerk jista' jistieden ukoll l-osservaturi minn awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili ta' pajjiżi terzi u esperti oħrajn biex jattendu għal-laqgħat tiegħu.

    96. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza li jkunu qed jipparteċipaw fix-xogħol tan-Netwerk għandhom jagħmlu skambju ta' kwalunkwe tagħrif disponibbli għalihom fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-kunfidenzjalità li tixraq ta' tagħrif bħal dan, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew Komunitarja applikabbli.

    97. Mingħajr preġudizzju lejn l-Artikolu 287 tat-Trattat, fejn il-Kummissjoni tinfurmahom li l-parir mitlub jew il-mistoqsija mqajjma ikunu ta' natura kunfidenzjali, il-membri tan-Netwerk kif ukoll l-osservaturi u kwalunkwe persuna oħra kkonċernati għandhom ikunu taħt obbligu li ma jiżvelawx tagħrif li jkunu saru jafu bih mix-xogħol tan-Netwerk jew kwalunkwe laqgħa oħra organizzata min-Netwerk skont ir-regoli ta' proċedura tiegħu. Il-Kummissjoni tista' tiddeċidi f'dawn il-każijiet li l-membri tan-Netwerk biss jistgħu jirċievu dan it-tagħrif.

    98. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14].

    99. Ir-regoli ta' proċedura tan-Netwerk u l-programm ta' ħidma tiegħu għandhom jiġu deċiżi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24. Il-president tan-Netwerk għandu jippreżenta abbozz tar-regoli ta' proċedura u tal-programm ta' ħidma lill-Kummissjoni.

    Artikolu 9

    Parteċipazzjoni tal-EASA fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza

    100. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-Istati Membri għandhom jistiednu lill-EASA biex tkun rappreżentata u biex tipparteċipa, fi ħdan l-ambitu tal-kompetenza tagħha:

    101. fi kwalunkwe investigazzjoni li ssir fit-territorju ta' Stat Membru; l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza responsabbli għall-investigazzjoni għandha tirrilaxxa t-tagħrif disponibbli għaliha lill-EASA, skont il-paragrafu 2;

    102. bħala espert fi kwalunkwe investigazzjoni tas-sikurezza li ssir f'pajjiż terz li għaliha tkun mistiedna awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza ta' Stat Membru biex tagħżel rappreżentant akkredetat; ir-rappreżentant akkredetat għandu jirrilaxxa kwalunkwe tagħrif disponibbli lilu lill-EASA, skont il-paragrafu 2.

    103. Id-drittijiet tal-EASA msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jagħtu d-dritt ta' parteċipazzjoni, fl-aspetti kollha tal-investigazzjoni, taħt il-kontroll tal-investigatur responsabbli, u b'mod partikulari biex:

    104. tmur tara x-xena tal-aċċident u teżamina l-inġenju tal-ajru, il-kontenut u l-fdalijiet tiegħu;

    105. tissuġġerixxi oqsma għall-mistoqsijiet u tikseb it-tagħrif tax-xhieda kif speċifikat fl-Artikolu 15(1)(a), sakemm ix-xhud jaqbel mal-istqarrijiet tiegħu li jkunu se jiġu rilaxxati;

    106. ikollha aċċess komplut għall-evidenza rilevanti kollha u tirċievi kopji tad-dokumenti pertinenti kollha, inkluż it-tagħrif dwar ir-reġistrazzjoni tat-titjira, kemm jista' jkun malajr, bl-eċċezzjoni tat-tagħrif kunfidenzjali msemmi fl-Artikolu 15(1)(b) u (c);

    107. tipparteċipa fil-qari tar-reġistrazzjonijiet tat-titjira, bl-eċċezzjoni tal-vuċi tal-kabina tal-pilota jew ir-reġistrazzjonijiet tal-immaġini;

    108. tipparteċipa fl-attivitajiet tal-investigazzjoni lil hinn mix-xena, bħall-eżaminazzjonijiet tal-komponenti, it-testijiet u s-simulazzjonijiet, l-istqarrijiet tekniċi u l-laqgħat tal-progress tal-investigazzjoni, bl-eċċezzjoni meta marbuta mad-determinazzjoni tal-kawżi u l-formulazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza;

    109. tikkumenta dwar l-abbozz tar-rapport finali mill-investigazzjoni tas-sikurezza, u biex biex ikollha l-kummenti tagħha annessi mar-rapport finali fuq talba;

    110. L-EASA għandha tagħti appoġġ għall-investigazzjoni fejn hija intitolata tipparteċipa billi tissuplixxi t-tagħrif, l-esperti u t-tagħmir mitluba mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza responsabbli mill-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) jew mir-rappreżentant akkrededat imsemmi fil-paragrafu 1(b).

    Artikolu 10

    Parteċipazzjoni fl-Istat tad-Disinn tal-investigazzjonijet tas-sikurezza

    Ir-rappreżentanti akkredetati għall-Istat tad-Disinn, fi ħdan l-ambitu tal-Anness 13 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, għandhom jiġu appuntati mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-Istat Membru fit-territorju fejn jinsab il-post prinċipali tan-negozju tad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ta' disinn tal-inġenju tal-ajru jew l-impjant tal-enerġija.

    Artikolu 11

    Obbligu biex jiġu nnotifikati l-aċċidenti u l-inċidenti serji

    111. Kwalunkwe persuna involuta għandha tinnotifika mingħajr dewmien l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza kompetenti dwar l-okkorenza ta' aċċident jew inċident serju li jaqa' taħt l-ambitu ta' dan ir-Regolament.

    112. L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tinnotifika mingħajr dewmien il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri konċernati dwar l-okkorenza tal-aċċidenti u l-inċidenti serji kollha li dwarhom ġiet notifikata.

    Artikolu 12

    Status tal-investigaturi tas-sikurezza

    113. Hekk kif l-investigatur responsabbli jiġi appuntat minn awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza u bla preġudizzju għal kwalunkwe inkjesta ġudizzjarja, dan għandu jkun responsabbli biex jiżgura t-trattament b'mod sikur tal-materjal tal-evidenza kollha u jżomm kustodja sikura tal-inġenju tal-ajru, il-kontenut u l-fdalijiet tiegħu. Dan għandu jkollu l-awtorità biex jieħu kontroll tas-sit u biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-investigazzjoni tas-sikurezza.

    114. L-investigaturi appuntati mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza, għandhom b'mod partikulari jkunu intitolati biex:

    115. ikollhom aċċess liberu u mingħajr xkiel għas-sit tal-aċċident jew inċident kif ukoll għall-inġenju tal-ajru, il-kontenut jew il-fdalijiet tiegħu;

    116. jiżguraw lista immedjata ta' evidenza u tneħħija kontrollata tat-tifrik, jew komponenti għal eżaminazzjoni jew skopijiet ta' analiżi;

    117. ikollhom aċċess immedjat għal u kontroll fuq il-kontenut tar-reġistrazzjonijiet tat-titjira u kwalunkwe reġistrazzjoni oħra;

    118. ikollhom aċċess immedjat għar-riżultati tal-eżaminazzjoni tal-iġsma tal-vittmi jew ta' testijiet fuq kampjuni li ttieħdu mill-iġsma tal-vittmi;

    119. ikollhom aċċess immedjat għar-riżultati tal-eżaminazzjonijiet tan-nies involuti fl-operat tal-inġenju tal-ajru jew ta' testijiet magħmula fuq kampjuni li ttieħdu minn dawn in-nies;

    120. biex isejħu u jeżaminaw ix-xhieda u biex jirrikjeduhom jissuplixxu jew jipproduċu tagħrif jew evidenza rilevanti għall-investigazzjoni tas-sikurezza;

    121. ikollhom aċċess liberu għal kull tagħrif rilevanti jew reġistrazzjonijiet miżmuma mis-sid, l-operatur jew il-manifattur tal-inġenju tal-ajru u mill-awtoritajiet responsabbli mis-settur tal-avjazzjoni ċivili, proviżjoni tas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru jew l-operat tal-ajrudrom.

    122. L-investigatur responsabbli għandu jestendi l-lista ta' intitolamenti fil-paragrafu 2 lill-esperti u l-konsultenti tiegħu kif wkoll lir-rappreżentanti akkredetati, l-esperti u l-konsulenti tagħhom, sa fejn ikun meħtieġ biex jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod effettiv fl-investigazzjoni tas-sikurezza. Dan huwa mingħajr preġudizzju lejn id-drittijiet tal-investigaturi u l-esperti magħżula mill-awtorità responsabbli tal-inkjesta ġudizzjarja.

    Artikolu 13

    Koordinazzjoni tal-inkjesti

    123. Jekk tinbeda inkjesta ġudizzjarja dwar l-aċċident, l-investigatur responsabbli għandu jiżgura l-kustodja tar-reġistrazzjonijiet tat-titjira u kwalunkwe materjal tal-evidenza billi jirrikjedi li uffiċjal tal-awtorità ġudizzjarja jakkumpanja r-reġistrazzjonijiet tat-titjira jew materjal lejn il-post tal-qari jew trattament. Jekk l-eżaminazzjoni jew l-analiżi ta' dan il-materjal tista' timmodifikom, tibdilhom jew teqridhom, se jkun rekwiżit qbil minn qabel mill-awtoritajiet ġudizzjarji.

    124. Jekk, waqt l-investigazzjoni tas-sikurezza, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tissuspetta li ġiet involuta interferenza illegali fl-aċċident jew inċident, l-investigatur responsabbli għandu immedjatament jinforma lill-awtoritajiet ġudizzjarji dwar dan, fuq it-talba ta' liema l-kontroll tas-sit tal-aċċident jiġi ttrasferit lil dawn l-awtoritajiet. Suġġett għall-Artikoli 15 u 16, it-tagħrif rilevanti miġbur mill-investigazzjoni tas-sikurezza għandu jiġi ttrasferit ukoll lil dawn l-awtoritajiet fuq it-talba tagħhom. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju lejn id-dritt tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet li ġie ttrasferit lilhom il-kontroll tas-sit, biex ikomplu l-investigazzjoni tas-sikurezza.

    125. Biex tkun żgurata l-koordinazzjoni xierqa tal-inkjesti fil-kawżi tal-aċċidenti u l-inċidenti, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tikkoopera mal-awtoritajiet l-oħrajn b'mod partikulari b'arranġamenti minn qabel mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tas-settur tal-avjazzjoni ċivili, tat-tiftix u s-salvataġġ u oħrajn li possibilment ikunu involuti fl-investigazzjoni.

    Artikolu 14

    Preservazzjoni tal-evidenza

    126. Sakemm ikunu qegħdin jistennew il-wasla tal-investigaturi tas-sikurezza, l-ebda persuna ma għandha timmodifika l-istat ta' sit ta' aċċident, jew tieħu kwalunkwe kampjun minnu, jew tagħmel xi moviment ta' jew għażla ta' kampjun mill-inġenju tal-ajru, il-kontenut jew il-fdalijiet tiegħu, jew tressqu jew tneħħih, bl-eċċezzjoni ta' fejn azzjoni bħal din tkun rekwiżita għal raġunijiet ta' sikurezza jew biex tinġieb l-assistenza għall-persuni feruti.

    127. Kwalunkwe persuna involuta għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tippreserva d-dokumenti, il-materjal u r-reġistrazzjonijiet marbuta mal-avveniment, b'mod partikulari sabiex timpedixxi li jkun hemm tħassir tar-reġistrazzjonijiet tal-konversazzjonijiet jew l-allarmi wara t-titjira.

    Artikolu 15

    Protezzjoni ta' tagħrif tas-sikurezza sensittiv

    128. Mingħajr preġudizzju lejn id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15], ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin mhumiex se jkunu disponibbli jew użati għal skopijiet ħlief għall-investigazzjoni tas-sikurezza:

    129. l-evidenza kollha tax-xhieda u stqarrijiet oħrajn, ir-rakkonti u n-noti meħuda jew mirċevija mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza matul l-investigazzjoni tas-sikurezza, sakemm ix-xhud ma jaqbilx li l-istqarrijiet tiegħu jistgħu jiġu rilaxxati;

    130. reġistrazzjonijiet li juru l-identità tal-persuni li jkunu taw xhieda fil-kuntest tal-investigazzjoni tas-sikurezza;

    131. tagħrif miġbur mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza u marbut mal-persuni involuti f'aċċident jew inċident li huwa ta' natura partikolarment sensittiva u privata, inkluż it-tagħrif li jikkonċerna s-saħħa tagħhom;

    132. materjal sussegwentament prodott matul l-investigazzjoni bħan-noti, abbozzi, opinjonijiet miktubin mill-investigaturi, opinjonijiet espressi fl-analiżi tat-tagħrif, inkluż it-tagħrif tar-reġistrazzjonijiet tat-titjira;

    133. tagħrif u evidenza pprovduti mill-investigaturi barranin skont id-dispożizzjonijiet tal-istandards internazzjonali u l-prattiċi rakkomandati għall-investigazzjoni ta' aċċident u inċident ta' inġenju tal-ajru, jekk hekk mitlub mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza barranija;

    134. abbozzi tar-rapporti finali.

    135. Mingħajr preġudizzju lejn id-Direttiva 95/46/KE, ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin mhumiex se jkunu disponibbli jew użati għal skopijiet barra mill-investigazzjoni tas-sikurezza, jew skopijiet oħra li jimmiraw għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni:

    136. il-komunikazzjonijiet kollha bejn persuni li kienu involuti fl-operat tal-inġenju tal-ajru;

    137. reġistrazzjonijiet u traskrizzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet mill-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru;

    138. ittri ta' introduzzjoni għat-trażmissjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza lill-indirizzati, jekk hekk mitluba mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza li tkun ħarġet ir-rakkomandazzjoni;

    139. ir-rapporti ta' okkorenza li jidħlu taħt id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16];

    Madankollu, l-awtorità kompetenti għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja fi Stat Membru tista' tiddeċiedi li l-benefiċċji tal-iżvelar tar-reġistrazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal kwalunkwe skop ieħor permess bil-liġi jġorr iktar piż mill-impatt avvers domestiku u internazzjonali li din l-azzjoni jista' jkollha fuq dik jew kwalunkwe investigazzjoni fil-ġejjieni u fuq l-amministrazzjoni tas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li hemm interess pubbliku kbir fl-iżvelar tagħhom.

    140. L-EASA għandha tipparteċipa fl-iskambju u l-analiżi tat-tagħrif kopert mid-Direttiva 2003/42/KE u għandha jkollha aċċess bl-internet għat-tagħrif kollu li jinsab fir-repożitorju ċentrali stabbilit skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007[17]. Dan l-aċċess għandu jkopri tagħrif li jidentifika direttament l-operatur u l-inġenju tal-ajru suġġett għal rapport ta' okkorenza. L-EASA għandha tiżgura l-kunfidenzjalità ta' dan it-tagħrif, u għandha tillimita l-użu tiegħu għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex tiżvolġi l-obbligi tagħha marbuta mas-sikurezza.

    Artikolu 16

    Użu tar-reġistrazzjonijiet

    141. Bl-eċċezzjoni ta' meta hemm il-kunsens tal-membri tal-ekwipaġġ konċernati, il-vuċi tal-kabina tal-pilota u r-reġistrazzjonijiet tal-immaġini u t-traskrizzjonijiet tagħhom ma għandhomx jkunu disponibbli jew użati għal skopijiet għajr għall-investigazzjoni tas-sikurezza.

    142. Ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tad-dejta tat-titjira ma għandhomx isiru disponibbli jew użati għal skopijiet għajr għall-investigazzjoni tas-sikurezza, bl-eċċezzjoni ta' meta dawn ir-reġistrazzjonijiet huma:

    143. użati għall-kapaċita tat-titjir jew skopijiet ta' manteniment biss; jew

    144. tneħħija tal-identifikazzjoni; jew

    145. żvelar taћt proċeduri siguri.

    Artikolu 17

    Pubblikazzjoni tat-tagħrif

    It-tagħrif kopert mill-Artikoli 15 u 16 għandu jkun inkluż fir-rapport finali mill-investigazzjoni tas-sikurezza biss meta jkun pertinenti għall-analiżi tal-aċċident jew l-inċident. It-tagħrif jew partijiet tat-tagħrif li mhumiex rilevanti għall-analiżi ma għandhomx jiġu żvelati.

    Artikolu 18

    Komunikazzjoni tat-tagħrif

    146. Il-persunal tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza, jew kwalunkwe espert ieħor jew konsulent imsejjaħ biex jipparteċipa jew jikkontribwixxi għall-investigazzjoni tas-sikurezza għandu jkun marbut bis-segretezza professjonali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli.

    147. Il-kap tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza responsabbli mill-investigazzjoni tas-sikurezza għandu jikkomunika tagħrif, pertinenti għall-prevenzjoni ta' aċċident jew inċident serju, lill-awtoritajiet responsabbli mis-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili, il-persuni responsabbli għall-inġenju tal-ajru jew il-manifattura jew il-manteniment tat-tagħmir tal-inġenju tal-ajru, u lill-individwi jew l-entitajiet legali responsabbli mill-operat tal-inġenju tal-ajru jew mit-taħriġ tal-persunal.

    148. Il-kap tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza huwa awtorizzat biex jinforma lill-vittmi u l-familji tagħhom jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jew, jagħmel pubbliku kwalunkwe tagħrif dwar l-osservazzjonijiet fattwali u l-proċedimenti tal-investigazzjoni tas-sikurezza u l-konklużjonijiet preliminarji possibbli u/jew ir-rakkomandazzjonijiet, sakemm dan ma jikkompromettix l-għanijiet tal-investigazzjoni.

    Artikolu 19

    Rapport tal-investigazzjoni

    149. L-investigazzjonijiet tas-sikurezza kollha għandhom ikunu suġġetti għal rapport fil-forma xierqa skont it-tip u serjetà tal-aċċident jew l-inċident. Ir-rapport għandu jindika li l-uniku għan tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza huwa l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fil-ġejjieni mingħajr ma wieħed jagħti tort jew responsabbiltà. Ir-rapport, fejn xieraq, għandu jkollu rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza.

    150. Ir-rapport għandu jipproteġi l-anonimità tal-persuni involuti fl-aċċident jew l-inċident.

    151. Qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tissoliċita l-osservazzjonijiet mill-impriżi konċernati, li għandhom ikunu marbuta bir-regoli tas-segretezza preofessjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontenut tal-konsultazzjoni. L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza, billi tissoliċita dawn l-osservazzjonijiet għandha ssegwi l-istandards internazzjonali applikabbli u l-prattiki rakkomandati għall-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti tal-inġenji tal-ajru.

    152. L-ebda persuna ma għandha tiżvela jew tippermeti li jiġi żvelat kwalunkwe tagħrif li jinsab f'rapport qabel il-pubblikazzjoni tiegħu mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza lil kwalunkwe persuna mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub tal-kap tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza konċernata.

    153. L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tagħmel l-aħħar rapport pubbliku fl-iqsar żmien possibli u jekk jekk jista' jkun mhux aktar tard minn tnax-il xahar mid-data tal-aċċident.

    154. Jekk ir-rapport ma jistax jiġi rilaxxat fi żmien tnax-il xhar, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezzza għandha tirrilaxxa rapport interim tal-inqas f'kull anniversarju tal-aċċident, u tagħti dettal tal-progress fl-investigazzjoni u kwalunkwe kwistjoni ta' sikurezza li titqajjem.

    155. L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tressaq kopja tar-rapporti u tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza kemm jista' jkun malajr lill-Kummissjoni u l-EASA, bl-eċċezzjoni jekk huma disponibbli pubblikament b'mezzi elettroniċi, f'liema każ l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha biss tinnotifikhom

    Artikolu 20

    Rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza

    156. Fi kwalunkwe stadju tal-investigazzjoni tas-sikurezza, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tirrakomanda f'ittra ta' trasmissjoni datata lill-impriżi konċernati, inkluż dawk fi Stati Membri oħrajn jew pajjiżi terzi, kwalunkwe azzjoni ta' prevenzjoni li din tikkunsidra neċessarja li għandha tittieħed immedjatament.

    157. Awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tista' wkoll toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza abbażi ta' studji jew analiżi ta' serje ta' investigazzjonijiet jew kwalunkwe attivitajiet oħrajn li saru skont l-Artikolu 5(4).

    158. Rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza f'ebda każ ma għandha toħloq preżunzjoni ta' ħtija jew responsabbiltà għal aċċident jew inċident.

    Artikolu 21

    Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u l-bażi tad-dejta tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza

    159. L-indirizzat ta' rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza għandu jirrikonoxxi li rċeviha u jinforma lill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza li ħarġet ir-rakkomandazzjoni fi żmien 90 jum minn meta jirċievi l-ittra ta' trasmissjoni, dwar l-azzjonijiet li għandu l-intezjoni li jieħu u, fejn jixraq, iż-żmien meħtieġ biex dawn jitlestew.

    160. Fi żmien 60 jum minn meta tirċievi t-tweġiba, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tinforma lill-indirizzat jekk tikkunsidrax it-tweġiba sodisfaċenti u tagħti ġustifikazzjoni dwar id-deċiżjoni li tieħu.

    161. Kull awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha timplimenta proċeduri biex tirreġistra t-tweġibiet għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li toħroġ.

    162. Kull entità li tirċievi rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza, inkluż l-awtoritajiet responsabbli mis-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fil-livell tal-Istat Membru u l-Komunità għandha timplimenta l-proċeduri biex tagħmel monitoraġġ tal-progress tal-azzjoni li ttieħdet bħala tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li rċeviet.

    163. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandhom jirreġistraw fir-repożitorju ċentrali stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1321/2007 ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 20(1) u (2) kif ukoll it-tweġibiet għalihom. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandhom b'mod simili jirreġistraw fir-repożitorju ċentrali r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza kollha li jirċievu mill-pajjiżi terzi.

    Artikolu 22

    Disponibbiltà tal-listi tal-passiġieri

    164. Il-linji tal-ajru Komunitarji u l-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruport li jinsab ġewwa t-territorju ta' Stat Membru li għalih japplika t-Trattat, għandhom jimplimentaw il-proċeduri li jippermettu li jipproduċu lista tal-persuni kollha abbord inġenju tal-ajru fi żmien siegħa min-notifika tal-okkorenza ta' aċċident ta' dan l-inġenju tal-ajru.

    165. Il-lista għandha tkun disponibbli għall-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza responsabbli mill-investigazzjoni, għall-awtorità mqabbda minn kull Stat Membru biex taħdem flimkien mal-familji tal-passiġġieri u, jekk meħtieġ, għall-unitajiet mediċi li jistgħu jeħtieġu t-tagħrif għat-trattament tal-vittmi.

    166. Il-lista ma għandiex tkun pubblikament disponibbli qabel ma l-familji kollha tal-passiġġieri jkunu ġew infurmati mill-awtoritajiet rilevanti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-lista kunfidenzjali.

    167. L-ipproċessar tad-dejta li tinsab fil-lista għandu jkun mingħajr preġudizzju lejn id-Direttiva 95/46/KE.

    Artikolu 23

    Assistenza lill-vittmi tal-aċċidenti tal-ajru u l-familji tagħhom

    168. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ġie stabbilit pjan ta' assistenza fil-livell nazzjonali għall-vittmi tal-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u l-familji tagħhom.

    169. Stat Membru jew pajjiż terz, li għandu interess speċjali f'aċċident li seħħ fit-territorju tal-Komunità, minħabba l-fatalitajiet jew il-feriti serji taċ-ċittadini tiegħu għandu jkun intitolat biex jappunta espert li għandu jkollu d-dritt li:

    170. iżur ix-xena tal-aċċident,

    171. ikollu aċċess għat-tagħrif fattwali rilevanti, li huwa approvat għar-rilaxx pubbliku mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza responsabbli mill-investigazzjoni, u t-tagħrif dwar il-progress tal-investigazzjoni,

    172. jirċievi kopja tar-rapport finali.

    173. Espert appuntat skont il-paragrafu 2 jista' jassisti, suġġett għal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ, fl-identifikazzjoni tal-vittmi u fil-laqgħat ma' dawk li salvaw u li huma mill-Istat tiegħu.

    Artikolu 24

    Kumitat

    174. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

    175. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

    Artikolu 25

    Penali

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom, b'mod partikulari, jippermettu li tiġi sanzjonata kwalunkwe persuna li, kontra dan ir-Regolament:

    - tirrilaxxa tagħrif protett b'dan ir-Regolament;

    - tostakola l-azzjonijiet tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza, b'mod partikulari billi timpedixxi l-investigaturi milli jwettqu dmirijiethom jew tirrifjuta li tipprovdi reġistrazzjonijiet utli, materjal, tagħrif u dokumenti, billi taħbihom, tbiddilhom jew teqridhom;

    - ikollha tagħrif dwar l-okkorenza ta' aċċident jew inċident u ma tinfurmax l-awtoritajiet rilevanti b'dan il-fatt.

    Artikolu 26

    Revoki

    Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 94/56/KE qed tiġi revokata.

    Artikolu 27

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    ANNESS

    LISTA TA' EŻEMPJI TA' INĊIDENTI SERJI

    L-inċidenti elenkati huma eżempji tipiċi ta' inċidenti li għandhom il-probabbiltà li jkunu inċidenti serji. Din il-lista m'hijiex eżawrjenti u sservi biss bħala gwida għad-definizzjoni ta' "inċident serju":

    - Kważi kolliżjoni li tirrikjedi manuvra ta' evitar biex tevita kolliżjoni jew sitwazzjoni mhux sikura jew fejn azzjoni ta' evitar kienet tkun xierqa.

    - Titjira kkontrollata ġol-art (CFIT) evitata biss marġinalment.

    - Tluq abortit fuq pista magħluqa jew okkupata.

    - Tluq minn pista magħluqa jew okkupata b'separazzjoni marġinali mill-ostakolu/i.

    - Nżul jew tentattiv ta' nżul f'pista magħluqa jew okkupata.

    - Inkapaċitajiet kbar biex tinkiseb prestazzjoni mbassra waqt tluq jew waqt it-tlugħ tal-bidu.

    - Nar u duħħan fil-kompartiment tal-passiġġieri, fil-kompartament tat-tagħbija jew nirien fil-magni, ukoll jekk dawn in-nirien ġew mitfijja bl-użu ta' aġenti tat-tifi tan-nar.

    - Avvenimenti li jirrikjedu l-użu ta' emerġenza ta' ossiġinu mill-ekwipaġġ ta' titjira.

    - Nuqqas strutturali fl-inġenju tal-ajru jew disintegrazzjoni tal-magna, inkluż nuqqasijiet inkontrollabbli tal-magna tat-turbina, li mhumiex klassifikati bħala aċċident.

    - Ħsarat multipli ta' waħda jew iktar mis-sistemi ta' inġenju tal-ajru li jaffetwaw b'mod serju l-operat tal-inġenju tal-ajru.

    - Inkapaċitazzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira waqt it-titjira.

    - Ammont ta' fjuwil li jeħtieġ dikjarazzjoni ta' emerġenza mill-pilota.

    - Inċidenti tat-tluq jew tal-inżul. Inċidenti bħal possibbiltà li l-ajruplan ma jasalx fejn suppost, li jaqbeż il-post fejn suppost jasal jew li joħroġ mill-ġnub tal-pista.

    - Nuqqasijiet fis-sistemi, fenomeni tat-temp, operat barra mit-titjira approvata jew okkorrenzi oħra li setgħu ikkawżaw diffikultajiet biex l-inġenju tal-ajru jkun ikkontrollat.

    - Nuqqas ta' aktar minn sistema waħda meta tkun sistema fuq ir-riħ li tkun obbligatorjagħall-gwida tat-titjira u n-navigazzjoni.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM TAL-PROPOSTA:

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili

    2. QAFAS ABM / ABB

    06: Enerġija u Trasport

    06 02: Trasport fuq l-Art, bl-Ajru u Marittimu.

    3. LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. LINJI TAL-BAġIT (LINJI OPERATTIVI U LINJI TA’ ASSISTENZA TEKNIKA U AMMINISTRATTIVA RELATATI (EKS-LINJI B..A) INKLUż INTESTATURI:

    06 02 03: Attivitajiet ta' appoġġ għal politika Ewropea dwar it-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri

    3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

    Bidu: 2010 tmiem: mhux determinat

    3.3. Karatteristiċi tal-baġit

    Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuz-zjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    06 02 03 | Mhux obbligatorja | Differenti | LE | LE | LE | Nru [1a] |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas (AĦ)

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Tip ta’ nefqa | Taqsima nru. | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

    Nefqa operattiva[18] |

    Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI) | 8.1. | a | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 3.6 |

    Approprjazzjonijiet ta' Ħlas (AĦ) | b | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 3.6 |

    Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[19] |

    Assistenza teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c |

    AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    Approprjazzjonijiet ta' Impenn | a+c | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 3.6 |

    Approprjazzjonijiet ta' Ħlas | b+c | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 3.6 |

    Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[20] |

    Riżorsi umani u nefqa assoċjata (AMD) | 8.2.5. | d |

    Spejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e |

    Kost finanzjarju indikattiv totali tal-intervent |

    AI TOTALI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 3.6 |

    AĦ TOTALI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 3.6 |

    Dettalji ta' kofinanzjament

    Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk jiġu previsti korpi differenti għall-proviżjoni tal-kofinanzjament):

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Korp ta' kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

    L-Istati Membri kollha (total) | f | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 0.6 | 3.6 |

    AI TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 1.2 | 1.2 | 1.2 | 1.2 | 1.2 | 1.2 | 7.2 |

    4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

    ( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ( Il-proposta se tkun teħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Jista' jkun li l-proposta tkun tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[21] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

    ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

    Miljuni ta' EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

    Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    Għadd totali ta' riżorsi umani |

    5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    5.1. Jeħtieġu li jiġu ssodisfati fuq perjodu ta’ żmien qasir jew fit-tul

    In-"Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili", li għandu jiġi stabbilit skont ir-Regolament propost, se jkun responsabbli mill-faċilitazzjoni, koordinazzjoni u tisħiħ tal-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fil-prevenzjoni u l-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili.

    5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

    Il-proposta twieġeb għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti biex jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar strateġija biex tamministra l-aċċidenti fis-settur tat-trasport, u hija koerenti mal-politika Komunitarja dwar it-trasport kif stabbilita fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: "Inżommu l-Ewropa miexja – Il-mobbiltà sostenibbli għall-kontinent tagħna (Reviżjoni ta’ nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport tal-2001)".

    Meta mqabbel mal-għażliet alternattivi l-oħrajn tal-politika analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta, ir-Regolament propost għandu l-ikbar valur miżjud meta wieħed jarah mil-lat Komunitarju. Huwa l-iktar għażla ta' -politika proporzjonata li, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju ta' indipendenza tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza, tippermetti, billi tappoġġa l-kooperazzjoni volontarja u mingħajr ma toħloq strutturi ġodda fil-livell Komunitarju, titjib sinifikanti fl-effiċjenza ġenerali tal-qafas regolatorju attwali għall-investigazzjoni tal-aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili fl-UE.

    5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

    L-għan ta' din il-proposta huwa t-tisħiħ tal-qafas Komunitarju fl-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili. Dan se jintlaħaq billi tinbidel u tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni attwali u billi tiġi appoġġata l-kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri f'dan ir-rispett.

    L-għan aħħari, li għandu l-implikazzjoni prinċipali tal-baġit, se jinvolvi l-appoġġ tal-Komunità għan-Netwerk tal-korpi nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili. Dan se jsir billi jkun hemm għotja annwali assenjata lin-Netwerk, u li se tintuża biex timplimenta għadd ta' azzjonijiet maqbula mal-Kummissjoni fi programm ta' ħidma annwali.

    L-attivitajiet tan-Netwerk li għandhom jiġu appoġġati skont din il-proposta se jinvolvu b'mod partikulari l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-taħriġ għall-investigaturi nazzjonali u l-iżvilupp ta' mekkaniżmu għat-taqsim tar-riżorsi tal-investigazzjoni bejn l-Istati Membri.

    5.4. Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

    ( Amministrazzjoni Ċentralizzata

    ( direttament mill-Kummissjoni

    ( indirettament b’delega lil:

    ( Aġenziji eżekuttivi

    ( korpi imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

    ( korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

    ( Amministrazzjoni maqsuma jew deċentralizzata

    ( ma’ Stati Membri

    ( ma’ Pajjiżi Terzi

    ( Amministrazzjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

    Kummenti relevanti:

    6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    6.1. Sistema ta' monitoraġġ

    In-"Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili" se jressaq rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-programm ta' ħidma maqbul.

    6.2. Evalwazzjoni

    6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

    L-evalwazzjoni ex-ante kienet imwettqa bħala parti mir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt.

    6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlim minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

    6.2.3. Termini u frekwenza ta’ evalwazzjoni fil-ġejjieni

    In-Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili se jressaq rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-programm ta' ħidma maqbul.

    7. Miżuri kontra l-frodi

    Il-kuntratti tal-għotja li jappoġġaw in-Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili se jiddikjaraw espliċitament li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-OLAF se jagħmlu, jekk meħtieġ, verifiki fuq il-post lir-reċipjenti tal-fondi u l-aġenti responsabbli mill-allokazzjoni tagħhom.

    8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-kost finanzjarju tagħhom

    L-approprjazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

    Uffiċjali jew persunal temporanju[24] (XX 01 01) | A*/AD |

    B*, C*/AST |

    Persunal iffinanzjat[25] bl-Artikolu XX 01 02 |

    Persunal ieħor[26] iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 04/05 |

    TOTAL |

    8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li jirriżultaw mill-azzjoni

    8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

    ( Karigi li bħalissa huma allokati għall-amministrazzjoni tal-programm li għandu jiġi ssostitwit jew estiż

    ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

    ( Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ amministrazzjoni (tqassim intern mill-ġdid)

    ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

    8.2.4. Nefqa oħra Amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 - Nefqa għall-immaniġġjar amministrattiv)

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

    - intra muros |

    - extra muros |

    Assistenza teknika u amministrattiva totali |

    8.2.5. Il-kost finanzjarju tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) |

    Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

    Kost totali tar-Riżorsi Umani u kostijiet assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

    Kalkolu – Persunal iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02 |

    8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) |

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

    XX 01 02 11 03 – Kumitati[28] |

    XX 01 02 11 04 – Studji u Konsultazzjonijiet |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' Tagħrif |

    2 Total ta’ Nefqa ta' Amministrazzjoni Oħra (XX 01 02 11) |

    3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja baġitarja) |

    Total ta' Nefqa ta' Amministrazzjoni oħra, għajr ir-riżorsi umani u l-kostijiet assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu - Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza |

    [1] Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1266/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1980 dwar il-kooperazzjoni u l-għajnuna reċiproka fil-ġejjieni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-investigazzjoni tal-aċċidenti tal-ajru [titlu mhux uffiċjali] (ĠU L 375, 31.12.1980, p. 32).

    [2] Id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 14).

    [3] Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23).

    [4] Il-valutazzjoni tal-impatt dwar l-emendar tad-Direttivi 94/56/KE u 2003/42/KE (Il-kuntratt ta’ qafas dwar l-evalwazzjonijiet Ex-Ante u l-valutazzjonijiet tal-impatt, TREN/A1/46-2005), ir-Rapport Finali, Rotterdam, l-20 ta’ Lulju 2007.

    [5] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    [6] ĠU C , , p. .

    [7] ĠU C , , p. .

    [8] ĠU C , , p. .

    [9] ĠU C , , p. .

    [10] ĠU L 319, 12.12.1994, p. 14.

    [11] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    [12] ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

    [13] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    [14] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

    [15] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

    [16] ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.

    [17] ĠU L 294, 13.11.2007, p. 3.

    [18] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat.

    [19] In-nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [20] In-nefqa fi ħdan il-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [21] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [22] Għandhom jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun meħtieġ, jiġifieri jekk it-tul taż-żmien tal-azzjoni jaqbeż is-6 snin.

    [23] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3.

    [24] Il-kost tiegħu MHUWIEX kopert bl-ammont ta’ referenza

    [25] Il-kost tiegħu MHUWIEX kopert bl-ammont ta’ referenza

    [26] Il-kost tiegħu huwa inkluż fi ħdan l-ammont ta’ referenza

    [27] Għandha ssir referenza għall-istqarrija finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

    [28] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.

    Top