Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0446

    Proposta għal Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (verżjoni kkodifikata) (test b’rilevanza ŻEE)

    /* KUMM/2009/0446 finali - COD 2009/0123 */

    52009PC0446

    Proposta għal Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (verżjoni kkodifikata) (test b’rilevanza ŻEE) /* KUMM/2009/0446 finali - COD 2009/0123 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 4.9.2009

    KUMM(2009) 446 finali

    2009/0123 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    ta’ […]

    dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (verżjoni kkodifikata)

    (test b’rilevanza ŻEE)

    MEMORANDUM TA ’ SPJEGAZZJONI

    1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

    Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

    Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

    2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

    3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

    Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

    Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

    4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

    5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 90/50/KE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness V tad-Direttiva kkodifikata.

    Proposta għal

    ê 95/50/KE

    2009/0123 (COD)

    DIRETTIVA …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    ta’

    dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (verżjoni kkodifikata)

    (test b’rilevanza ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA ’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6],

    Mixjin skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[7],

    Billi:

    ê

    1. Id-Direttiva 95/50/KE tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq[8] ġiet emendata kemm-il darba[9] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

    ê 95/50/KE (adattat)

    2. Verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq isiru f’konformità mar-Regolament (KE) Nru Ö 1100/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 22 t'Ottubru 2008 Õ li jittratta dwar it-tneħħija ta’ kontrolli li jsiru fil-fruntieri ta’ l Istati Membri fil-qasam tat-trasport fit-triq u l-baħar[10] u mar-Regolament (KEE) Nru 3912/92 tas-17 ta’ Diċembru 1992 dwar kontrolli li jsiru fil-limiti tal-Komunità fil-qasam tat-trasport fit-triq u l-baħar fejn huma kkonċernati mezzi ta’ trasport reġistrati jew li jkunu tpoġġew fiċ-ċirkulazzjoni f’pajjiż terz Ö [11] Õ.

    ê 95/50/KE Premessa 3 (adattat)

    3. Ö Għall-finijiet tad-Direttiva Õ Ö 2008/68/KE tal-Parlamnet Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 Õ dwar it-trasport[12] tal-merkanzija perikoluża, il-proċeduri rispettivi għal verifika u d-definizzjonijiet li jirrigwardaw dan it-tip ta’ trasport għandhom jiġu armonizzati kif meħtieġ biex ikunu f’konformità mal-gradi ta’ kwalità ta’ sigurtà stabbiliti hawnhekk biex ikunu verifikati b’mod aktar effettiv.

    ê 95/50/KE

    4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell suffiċjenti ta’ verifiki fuq il-vetturi kkonċernati fit-territorju kollu tagħhom waqt, fejn possibbli, li tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ dawn il-verifiki.

    ê 95/50/KE Premessa 5 (adattat)

    5. Ö L-għanijiet biex jittejjeb il-livell ta’ sigurtà tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala tad-daqs jew l-effetti ta’ l-azzjoni proposta, jinkisbu b’mod aħjar fuq il-livell Õ Komunitarju, Ö il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond Õ prinċipju tas-sussidjarjetà, Ö kif stabbilit fl-Artikolu 5 Õ.

    ê 95/50/KE

    6. Għandhom isiru verifiki billi tintuża lista ta’ oġġetti komuni li japplikaw għal dan it-trasport fil-Komunità kollha.

    ê 95/50/KE Premessa 7 (adattat)

    7. Huwa neċessarju li Ö tinżamm Õ lista ta’ ksur ta’ regolamenti meqjusa bħala serji ħafna mill-Istati Membri kollha, li għandhom iwasslu biex jiġu applikati miżuri xierqa għall-vetturi kkonċernati, skond iċ-ċirkustanzi jew il-kriterji ta’ sigurtà, li jinkludu, fejn meħtieġ, iċ-ċaħda tad-dħul tal-vetturi kkonċernati fil-Komunità.

    ê 95/50/KE

    8. Biex tiġi mtejba l-konformità mal-gradi ta’ kwalità ta’ sigurtà għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, huwa meħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet għal verifiki li għandhom isiru f’impriżi bħala miżura ta’ prevenzjoni jew meta fit-triq jkun ġie reġistrat ksur serju ta’ liġijiet li jikkonċernaw it-trasport ta’ merkanzija perikoluza.

    9. Dawn il-verifiki għandhom japplikaw għall-konsenji kollha ta’ merkanzija perikoluza li jinġarru kompletament jew parzjalment fit-triq fil-limiti tat-territorju ta’ l-Istati Membri, irrispettivament mill-punt tat-tluq jew id-destinazzjoni tal-merkanzija jew il-pajjiż li fih il-vettura hija reġistrata.

    10. Fl-eventwalità ta’ ksur serju jew ripetut ta’ liġijiet, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata jew li fih l-impriża tkun stabbilita, jista’ jintalab biex jieħu l-miżuri meħtieġa u billi dawn għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru li qed jagħmlu t-talba dwar x’miżuri jkunu ttieħdu bħala riżultat.

    11. L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiġi segwita fuq il-baż ta’ rapport li għandu jingħata mill-Kummissjoni.

    ê

    12. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[13].

    ê2008/54/EC Premessa 4 (adattat)

    13. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħali tadatta l-Annessi għal Ö din Õ id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku. Ladarba dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' Ö din Õ id-Direttiva, iridu jkunu adottati skond il-proċedura regolatorjabi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    14. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B,

    ê 95/50/KE (adattat)

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal verifiki li jsiru mill-Istati Membri fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq f’vetturi li jivvjaġġaw fit-territorju tagħhom jew li jidħlu fih minn pajjiżi terzi.

    Din m’għandhiex tkun tapplika għat-trasport ta’ merkanzija perikoluza b’vetturi li jappartjenu jew li jkunu taħt ir-repsonsabbilità tal-forzi armati.

    2. Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri, fejn għandha x’taqsam il-liġi tal-Komunità, li jagħmlu verifiki fuq it-trasport nazzjonali u internazzjonali ta’ merkanzija perikoluza fil-limiti tat-territorju tagħhom li jsir permezz ta’ vetturi mhux koperti b’din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

    (a) “vettura” għandha tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, kemm kompluta jew le, li jkollha minn ta’ lanqas erba’ roti u maħsuba għal veloċità massima li teċċedi aktar minn 25 km/s flimkien bit-trailers tagħha, u bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jinstaqu fuq il-linji tal-ferrovija, ta’ tractors li jintużaw fir-raba’ u l-foresti u l-makkinarju mobbli kollu;

    (b) “merkanzija perikoluża”: il-merkanzija perikoluża kif indikata√ fl-Artikolu 1, punt b) tal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (ADR), konkluż f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957, u fl-Annessi A u B ta' dak il-Ftehim, kif imsemmija fit-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE ∏;

    (ċ) “trasport” għandu jfisser kull operazzjoni ta’ trasport fit-triq li ssir, kompletament jew parzjalment, permezz ta’ vettura fuq toroq pubbliċi fil-limiti tat-territorju ta’ Stat Membru, u li tkun tinkludi t-tagħbija jew il-ħatt ta’ merkanzija koperti mid-Direttiva , mingħajr preġudizzju għall-arranġementi stabbiliti bil-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw obbligi ta’ operazzjonijiet bħal dawn;

    (d) “impriża” għandha tfisser kull persuna naturali jew legali, kemm jekk qed tfittex qligħ jew le, kull għaqda jew grupp ta’ persuni mingħajr personalità legali, kemm jekk qed tfittex qligħ jew le, u kull min jiġi taħt awtorità pubblika, kemm jekk dan ikollu personalità legali jew ikun jiddependi fuq awtorità li jkollha din il-personalità, li ġġorr, tgħabbi jew tħott merkanzija perikoluza, jew iġġiegħlhom jiġu trasportati, u dawk li jaħżnu temporanjament, jiġbru, jippakkjaw, jew iwasslu din il-merkanzija bħala parti minn operazzjoni ta’ trasport u li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Komunità;

    (e) “verifika” għandha tfisser kull verifika, kontroll, spezzjoni, verifikazzjoni jew formalità li ssir mill-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet ta’ sigurtà marbutin mal-trasport ta’ merkanzija perikoluza.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proporzjon rappreżentattiv ta’ konsenji ta’ merkanzija perikoluza li jinġarru fit-triq ikunu suġġetti għall-verifiki stabbiliti b’din id-Direttiva, biex tiġi verifikata l-konformità tagħhom mal-liġijiet dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq.

    Dawn il-verifiki għandhom isiru fit-territorju ta’ Stati Membru f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru Ö 1100/2008 Õ u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3912/92.

    Artikolu 4

    1. Biex isiru il-verifiki stabbiliti b’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mil-lista ta’ verifika fl-Anness I. Kopja ta’ din il-lista ta’ verifika jew attestat li juri r-riżultat tal-verifika li tkun twettqet mill-awtorità għandha tingħata lis-sewwieq tal-vettura u tkun ippreżentata meta meħtieġ biex b’hekk tissimplifika jew ikunu evitati, fejn possibbli, verifiki oħra.

    Dan il-paragrafu m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ l-Istati Membri biex jagħmlu miżuri speċifiċi għal verifiki dettaljati.

    2. Il-verifiki għandhom isiru mingħajr pjan minn qabel u kemm jista’ jkun possibbli għandhom ikopru porzjon estensiv tax-xibka tat-toroq.

    3. Il-postijiet magħżula għall-verifiki għandhom ikunu tali li vetturi li jkunu qed jiksru l-liġijiet iġibuhom f’konformità magħhom jew, jekk l-awtorità li qed tagħmel il-verifika taħseb li jkun aħjar, li dawn jitwaqqfu fuq il-post jew f’post maħsub għal dan l-għan mill-istess awtorità mingħajr ma jikkawżaw periklu tas-sigurtà.

    4. Fejn ikun meħtieġ u jekk dan ma jkunx joħloq periklu għas-sigurtà, kampjuni tal-merkanzija li qed tinġarr jistgħu jittieħdu biex jiġu eżaminati f’laboratorji li huma rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

    5. Il-verifiki m’għandhomx jeċċedu tul ta’ żmien raġonevoli.

    Artikolu 5

    Mingħajr preġudizzju għal penali oħra li jistgħu jiġu imposti, vetturi involuti fil-ksur ta’ waħda jew aktar tar-regolamenti tal-trasport ta’ merkanzija perikoluza, b’mod speċjali dawk imniżżla fl-Anness II, jistgħu jitwaqqfu jew fuq il-post jew f’post maħsub għal dan l-għan mill-awtorità li qed tagħmel il-verifiki u jkunu obbligati jinġiebu f’konformità qabel ma jkomplu l-vjaġġ tagħhom, jew inkella jkunu suġġetti għal miżuri oħra xierqa, jiddependu miċ-sċirkustanzi jew il-kriterji ta’ sigurtà li jinkludu, fejn meħtieġ, ukoll ir-rifjut illi vetturi bħal dawn jidħlu fil-Komunità.

    Artikolu 6

    1. Verifiki jistgħu jsiru wkoll fil-bini stess ta’ l-impriżi, bħala miżura ta’ prevenzjoni jew fejn fit-triq ikun ġie reġistrat il-ksur tar-regolamenti tal-trasport ta’ merkanzija perikoluza, liema ksur ipoġġi s-sigurtà f’riskju kbir.

    L-għan ta’ dawn il-verifiki għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ sigurtà għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq ikunu konformi mal-liġijiet relevanti.

    2. Fejn ikun ġie reġistrat il-ksur ta’ waħda jew aktar mir-regolamenti tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, b’mod speċjali dawk imniżżla fl-Anness II, it-trasport konċernat għandu jinġieb f’konformità qabel mal-merkanzija tħalli l-impriża jew inkella dan ikun suġġett għal miżuri oħra li jkunu xierqa.

    Artikolu 7

    1. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin biex jagħtu l-effett xieraq għal din id-Direttiva.

    2. Ksur serju jew ripetut tar-regolamenti li jpoġġu f’riskju s-sigurtà tal-trasport ta’ merkanzija perikoluza kkawżat minn vettura jew impriża li mhumiex residenti għandhom jiġu rappurtati lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata jew li fih l-impriża tkun stabbilita.

    L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih ikun ġie reġistrat il-ksur serju jew ripetut tar-regolamenti jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih il-vettura hija reġistrata jew li fih l-impriża hija stabbilita biex dawn jieħdu l-miżuri xierqa kontra min qed jikser il-liġi.

    L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-aħħar għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih ikun ġie reġistrat il-ksur tar-regolamenti dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu kontra min qed iġorr jew l-impriża.

    Artikolu 8

    Jekk it-tiftix li jkun sar fuq vettura reġistrata fi Stat Membru ieħor jagħtu wieħed x’jifhem li sar ksur serju jew ripetut tar-regolamenti, iżda li ma jistgħux ikunu magħrufa matul dik il-verifika minħabba in-nuqqas ta’ informazzjoni neċessarja, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom jgħinu lil xulxin biex is-sitwazzjoni tiġi ċċarata.

    Fejn, għal dak il-għan, l-Istat Membru kompetenti jagħmel verifiki fl-impriża, l-Istati Membri l-oħra konċernati għandhom ikunu avżati dwar ir-riżultati.

    Artikolu 9

    1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja u mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara t-tmiem ta’ dik is-sena, rapport magħmul f’konformità mal-mudell ta’ l-Anness III, meta din id-Direttiva tkun tibda tapplika, li jkun jinkludi fih id-dettalji li ġejjien:

    (a) jekk possibbli, il-volum stabbilit jew stmat ta’ merkanzija perikoluza li se jinġarru fit-triq (f’termini ta’ tunnellati li se jinġarru jew ta’ tunnellati/kilometri);

    (b) in-numru ta’ verifiki li jkunu saru;

    (ċ) in-numru ta’ vetturi verifikati skond il-post tar-reġistrazzjoni (vetturi reġistrati lokalment, fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi);

    (d) in-numru u t-tipi ta’ ksur ta’ regolamenti li jkunu ġew reġistrati;

    (e) it-tip u n-numru ta’ penalitajiet li jkunu ġew imposti.

    2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, għall-ewwel darba fl-1999 u wara għal ta’ lanqas kull tliet snin, rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri, fejn jiddikjaraw id-dettalji f’konformità mal-paragrafu 1.

    ê 2008/54/KE Art. 1 (adattat)

    Artikolu 10

    L-emendi meħtieġa biex jiġu addattati l-Annessi Ö I, II u III Õ għall-progress xjentifiku u tekniku fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, b’mod partikolari biex jieħdu in konsiderazzjoni l-emendi għad-Direttiva Ö 2008/68/KE Õ. Dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' Ö din Õ id-Direttiva, iridu jkunu adottati skond il-proċedura regolatorjabi skrutinju prevista fl-Artikolu 11(2) ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 11

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża imwaqqaf bl-Artikolu 9 tad-Direttiva Ö 2008/68/KE Õ.

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a (1) sa (4) u Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

    ê 95/50/KE Art. 10 (adattat)

    Artikolu 12

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam ikkontrollat b ’din id-Direttiva.

    ê

    Artikolu 13

    Id-Direttiva 90/50/KE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B.

    Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

    ê 95/50/KE Art. 11 (adattat)

    Artikolu 14

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ Ö fl-għoxrin jum wara dak Õ tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    ê 95/50/KE Art. 12

    Artikolu 15

    Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    ê 2004/112/KE Art. 1 u Anness I (adattat)

    ANNESS I

    Lista ta' Verifika

    Ö (msemmi fl-Artikolu 4) Õ

    1. Post tal-verifika ……………………………………………………………. | 2. Data ……………… | 3. Ħin ….…………… |

    4. Marka nazzjonali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura | ……………………………………………………………………...... |

    5. Marka nazzjonali u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-trejler/semitrejler | …………………………………………………………………..... |

    6. Impriża li qed twettaq it-trasport/indirizz | ………………………………………………………………………. |

    7. Sewwieq/ assistant tas-sewwieq | ………………………………………………………………………. |

    8. Konsenjatur, indirizz, post tat-tagħbija(1)(2) | ………………………………………………………………………. |

    9. Destinatarju, indirizz, post tal-ħatt(1)(2) | ………………………………………………………………………. |

    10. Kwantità totali ta’ merkanzija perikoluża għal kull unità tat-trasport | ………………………………………………………………………. |

    11. ADR 1.1.3.6 kwantità li biha nqabeż il-limitut | □ iva | □ le |

    12. Mod tat-trasport | □ volum | □ pakkett | □ tank |

    Dokumenti abbord |

    13. Dokument tat-trasport | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    14. Istruzzjonijiet bil-miktub | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    15. Ftehim bilaterali/multilaterali/awtorizzazzjoni nazzjonali | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    16. Ċertifikat tal-approvazzjoni għall-vetturi | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    17. Ċertifikat tat-taħriġ tas-sewwieq | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    Operazzjoni tat-trasport |

    18. Merkanzija awtorizzati għat-trasport | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    19. Vetturi awtorizzatti għall-merkanzija li qed tinġarr | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    20. Dispożizzjonijiet relatati mal-mod tat-trasport (volum, pakkett, tank) | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    21. Projbizzjoni ta’ tagħbijiet imħallta | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    22. Tagħbija, irbit tat-tagħbija u tqandil(3) | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    23. Likiġ tal-merkanzija jew ħsara lill-pakkett(3) | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    24. Marka tal-pakkett NU/ marka tat-tank(2)(3) (ADR 6) | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    25. Marka tal-pakket (pereżempju nru NU) u tikkettar(2) (ADR 5.2) | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    26. Plakard tat-tank/tal-vettura (ADR 5.3.1) | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    27. Marka tal-vettur/ tal-unità tat-trasport (pjanċa oranġjo, temperatura elevata) (ADR 5.3.2-3) | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    Tagħmir abbord |

    28. Tagħmir tas-sigurtà tal-użu ġenerali speċifikat fl-ADR | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    29. Tagħmir skont il-merkanzija qed tinġarr | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    30. Tagħmir ieħor speċifikat fl-istruzzjonijiet bil-miktub | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    31. Tagħmir għat-tifi tan-nar | □ ispezzjonat | □ vjolazzjoni stabbilita | □ mhux applikabbli |

    39. Il-kategorija tar-riskju l-aktar serju tal-vjolazzjonijiet stabbiliti, jekk applikabbli | □ Kategorija I | □ Kategorija II | □ Kategorija III |

    40. Rimarki ……………………………………………………………………………………………………………………………………… |

    41. Awtorità/uffiċjal li għamel l-ispezzjoni | ……………………………………………………………………… |

    _________________

    (1) Imla biss jekk rilevanti għal xi vjolazzjoni.

    (2) Irid jiġi dikjarat taħt “rimarki” għall-operazzjonijiet ta' trasport 'groupage'.

    (3) Verifika ghal-vjolazzjoni.

    _______________

    ê 2004/112/KE Art. 1 u Anness II (adattat)

    ANNESS II

    VJOLAZZJONIJIET

    GħALL-FINIJIET TA’ DIN ID-DIRETTIVA, IL-LISTA MHUX EżAWRJENTI LI ġEJJA, KLASSIFIKATA F’TLETT KATEGORIJI TA' RISKJU (IL-KATEGORIJA I HIJA L-AKTAR SERJA) TAGħTI LINJA GWIDA DWAR DAK LI GħANDU JITQIES BħALA VJOLAZZJONI.

    Għad-determinazzjoni tal-kategorija tar-riskju xierqa għandha tingħata kunsiderazzjoni liċ-ċirkustanzi partkolari u titħalla għad-diskrezzjoni tal-korp/uffiċjal tal-infurzar fit-triq.

    Nuqqasijiet li mhumiex elenkati taħt il-kategoriji tar-riskju għandhom jiġu klassifikati skont id-deskrizzjoni tal-kategoriji.

    Fil-każ li jkun hemm diversi vjolazzjonijiet għal kull unità tat-trasport, il-kategorija tar-riskju l-aktar serja biss (kif indikat taħt entrata 39 fl-Anness I) għandha tiġi applikata għall-finijiet tar-rappurtaġġ (Ö b'konformita' mal-mudell li jinstab Õ fl-Anness III).

    Kategorija tar-Riskju I

    Fejn in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ADR rilevanti joħloq riskju ta’ livell għoli ta’ mewt, korriment personali serju jew danni sinifikanti lill-ambjent it-tali nuqqasijiet normalment iwasslu għat-teħid ta’ miżuri korrettivi immedjati u xierqa bħall-immobilizzazzjoni tal-vettura.

    Il-nuqqasijiet huma:

    (1) Hemm projbizzjoni fuq it-trasport tal-merkanzija perikoluża li qed tinġarr;

    (2) Likiġ ta’ sustanzi perikolużi;

    (3) Ġarr permezz ta’ mod jew mezz projbit ta’ trasport;

    (4) Ġarr ta’ volumi f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz;

    (5) Ġarr f’vettura mingħajr ċertifikat xieraq ta’ approvazzjoni;

    (6) Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni u tippreżenta perikolu immedjat (inkella taqa’ taħt il-kategorija tar-riskju II);

    (7) Qed jintuża ppakkjar mhux approvat;

    (8) L-ippakkjar ma jikkonformax mal-istruzzjoni applikabbli tal-ippakkjar;

    (9) Nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-ippakkjar imħallat;

    (10) Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbija;

    (11) Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta’ pakketti;

    (12) Nuqqas ta’ konformità mal-livelli permissibbli tal-mili tat-tankijiet jew tal-pakketti;

    (13) Nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet li jinġarru f’unità waħda tat-trasport;

    (14) Il-ġarr ta’ merkanzija perikoluża mingħajr indikazzjoni tal-preżenza tagħhom (pereżempju dokumenti, immarkar u ttikkettar tal-pakketti, plakards u marki fuq il-vettura);

    (15) Ġarr mingħajr plakards u marki fuq il-vettura;

    (16) Nuqqas tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza li qed tinġarr li tippermetti d-determinazzjoni tar-riskju (pereżempju n-numru NU, id-denominazzjoni, il-grupp tal-ippakkjar);

    (17) Is-sewwieq ma għandux ċertifikat ta’ taħriġ vokazzjonali validu;

    (18) Qed jintuża nar jew dawl mhux protett;

    (19) Il-projbizzjoni fuq it-tipjip mhix qed tiġi osservata.

    Kategorija tar-Riskju II

    Meta n-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ADR rilevanti joħloq riskju ta’ korriment personali jew dannu lill-ambjent it-tali nuqqasjiet normalment iwasslu għat-teħid ta’ miżuri korrettivi xierqa bħal talba ta’ retifikazzjoni fuq il-post tal-kontroll jekk possibbli u xieraq, iżda mhux aktar tard minn x'ħin jitlesta l-moviment tat-trasport kurrenti.

    In-nuqqasijiet huma:

    (1) L-unità tat-trasport fiha aktar minn trejler/semi-trejler wieħed;

    (2) Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat;

    (3) Il-vettura mhux qed iġġor tagħmir għat-tifi tan-nar operattiv kif meħtieġ; it-tagħmir għat-tifi tan-nar jista’ jibqa jitqies bħala operattiv jekk is-siġill preskritt biss u/jew id-data tal-għeluq huma nieqsa; madankollu, dan ma japplikax jekk jidher biċ-ċar li t-tagħmir għat-tifi tan-nar ma għadux operattiv, pereżempju il-kejl tal-pressjoni jindika żero;

    (4) Il-vettura ma fihiex it-tagħmir meħtieġ mill-ADR jew mill-istruzzjonjiet bil-miktub;

    (5) Hemm nuqqas ta’ konformità mad-dati tat-testijiet u tal-ispezzjoni u l-perjodi ta’ użu tal-ippakkjar, l-IBCs jew ippakkjar kbir;

    (6) Qed jinġarru pakketti b'ippakkjar bil-ħsara, IBCs jew ippakkjar kbir jew vojt, bil-ħsara, u mhux imnaddaf, bil-ħsara;

    (7) Merkanzija ppakkjata qed tinġarr f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz;

    (8) It-tankijiet/kontejners tank (inklużi dawk li huma vojta u mhux imnaddfa) ma jingħalqux sew;

    (9) Ġarr ta’ ippakkjar kombinat li għandu ippakkjar ta' barra li mhuwiex magħluq sew;

    (10) It-tikkettar, l-immarkar jew il-plakards mhumiex korretti;

    (11) M’hemmx istruzzjonijiet bil-miktub li jikkonformaw mal-ADR, jew l-istruzzjonijiet bil-miktub mhumiex rilevanti għall-merkanzija li qed tinġarr;

    (12) Il-vettura mhijiex superviżjonata jew ipparkjata sew.

    Kategorija tar-Riskju III

    Fejn in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti jirriżulta f’riskju ta’ livell baxx ta’ korriment personali jew ta’ dannu lill-ambjent u fejn il-miżuri korrettivi xierqa m’għandhomx bżonn jittieħdu fit-triq iżda jistgħu jiġu indirizzati aktar tard fil-post tal-intrapriża.

    In-nuqqasijiet huma:

    (1) Id-daqs tal-plakards jew tat-tikketti jew id-daqs tal-ittri, il-figuri jew is-simboli fuq il-plakards jew it-tikketti ma jikkonformawx mar-regolamenti;

    (2) L-informazzjoni fid-dokumentazzjoni tat-trasport minbarra dik fil-kategorija tar-riskju I/(16) mhijiex disponibbli;

    (3) Iċ-ċertifikat tat-taħriġ mhuwiex abbord il-vettura iżda hemm evidenza li s-sewwieq għandu wieħed.

    _____________

    ê 2004/112/KE Art. 1 u Anness III

    ANNESS III

    Mudell tal-formula standard g ħar-rapport li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni dwar il-vjolazzjonijiet u l-penalitajiet

    Pajjiż: …………………………………………………… | Sena: ………………………………...................................... |

    VERIFIKI TAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA PERIKOLUŻA BIT-TRIQ

    Post tar-reġistrazzjoni tal-vetturi (1) | Għadd totali |

    Pajjiż tal-verifika of check | Stati Membri oħra tal-UE Member States | Pajjiżi terzi |

    Għadd ta’ unitajiet tat-trasport verifikati fuq il-bażi tal-kontenut tat-tagħbija (u l-ADR) |

    Għadd ta’ unitajiet tat-trasport li ma jikkonformawx mal-ADR |

    Għadd ta’ unitajiet tat-trasport immobilizzati |

    Għadd ta’vjolazzjonijiet innotati, skont il-kategorija tar-riskju (2) | Kategorija tar-riskju I |

    Kategorija tar-riskju II |

    Kategorija tar-riskju III |

    Għadd ta’ penalitajiet imposti, skont it-tip ta’ penalità | Kawzjoni |

    Multa |

    Oħrajn |

    STIMA TAL-KWANTITÀ TOTALI TAL-MERKANZIJA TRASPORTATA BIT-TRIQ: | ……………………… t | jew .................... t/km |

    _________________

    (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness il-pajjiż tar-reġistrazzjoni huwa dak tal-vettura motorizzata.

    (2) Fil-każ ta’ diversi vjolazzjonijiet għal kull unità tat-trasport, għandha tiġi applikata biss il-kategorija tar-riskju l-aktar serja (kif indikat taħt l-entratura 39 fl-Anness I).

    _____________

    é

    ANNESS IV

    Parti A

    Direttiva mħassra flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 13)

    Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE | (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35) |

    Direttiva 2001/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill | (ĠU L 168, 23.6.2001, p. 23) |

    Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE | (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 23) |

    Direttiva 2008/54/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill | (ĠU L 162, 21.06.2008, p. 11) |

    Parti B

    Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 13)

    Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

    95/50/KE | 31 ta’ Diċembru 1996 |

    2001/26/KE | 23 ta’ Diċembru 2001 |

    2004/112/KE | 14 ta’ Diċembru 2005 |

    2008/54/EC | ___________ |

    _____________

    ANNESS V

    Tabella ta ’ KORRELAZZJONI

    Direttiva 95/50/KE | Din id-Direttiva |

    Artikolu 1 | Artikolu 1 |

    Artikolu 2 l-ewwel inċiż | Artikolu 2(a) |

    Artikolu 2 it-tieni inċiż | Artikolu 2(b) |

    Artikolu 2 it-tielet inċiż | Artikolu 2(ċ) |

    Artikolu 2 ir-raba’ inċiż | Artikolu 2(d) |

    Artikolu 2 il-ħames inċiż | Artikolu 2(e) |

    Artikolu 3(1) | Artikolu 3 l-ewwel paragrafu |

    Artikolu 3(2) | Artikolu 3 it-tieni paragrafu |

    Artikolu 4(1) l-ewwel sentenza | Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu |

    Artikolu 4(1) it-tieni sentenza | Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu |

    Artikolu 4(2) sa (5) | Artikolu 4(2) sa (5) |

    Artickolu 5 | Artikolu 5 |

    Artikolu 6(1) | Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu |

    Artikolu 6(2) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 6(1) it-tieni subparagrafu |

    Artikolu 6(2) it-tieni subparagrafu | Artikolu 6(2) |

    Artikolu 7 | Artikolu 7 |

    Artikolu 8 l-ewwel sentenza | Artikolu 8 l-ewwel subparagrafu |

    Artikolu 8 t-tieni sentenza | Artikolu 8 t-tieni subparagrafu |

    Artikolu 9(1) l-ewwel inċiż | Artikolu 9(1)(a) |

    Artikolu 9(1) it-tieni inċiż | Artikolu 9(1)(b) |

    Artikolu 9(1) it-tielet inċiż | Artikolu 9(1)(ċ) |

    Artikolu 9(1) ir-raba’ inċiż | Artikolu 9(1)(d) |

    Artikolu 9(1) il-ħames inċiż | Artikolu 9(1)(e) |

    Artikolu 9(2) | Artikolu 9(2) |

    Artikolu 9a | Artikolu 10 |

    Artikolu 9b | Artikolu 11 |

    Artikolu 10(1) | - |

    Artikolu 10(2) | Artikolu 12 |

    - | Artikolu 13 |

    Artikolu 11 | Artikolu 14 |

    Artikolu 12 | Artikolu 15 |

    Anness I, II u III | Anness I, II u III |

    - | Anness IV |

    - | Anness V |

    _____________[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

    [1] COM(87) 868 PV.

    [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

    [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

    [4] Ara l-Anness IV Parti A għal din il-proposta.

    [5] ĠU L [...], [...], p. [...].

    [6] ĠU L [...], [...], p. [...].

    [7] ĠU L [...], [...], p. [...].

    [8] ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35.

    [9] Ara l-Anness IV, Parti A.

    [10] Ö ĠU L 304, 14.11.2008, p. 63. Õ

    [11] ĠU L 395, 31.12.1992, p. 6.

    [12] Ö ĠU L 260, 30.09.2008, p. 13. Õ

    [13] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    Top