Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0413

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità fuq Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika, li temenda l-Anness B tal-Ftehim

    /* KUMM/2009/0413 finali */

    52009PC0413

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità fuq Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika, li temenda l-Anness B tal-Ftehim /* KUMM/2009/0413 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 31.7.2009

    KUMM(2009) 413 finali

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni tal-Komunità fuq Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika, li temenda l-Anness B tal-Ftehim

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika[1] ("il-Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007. Il-Komunità hija rrappreżentata mill-Kummissjoni.

    L-Artikolu 3 tal-Ftehim jistabbilixxi 'Kumitat Konġunt tal-Istatistika bejn il-Komunità u l-Iżvizzera ('il-Kumitat Konġunt') responsabbli mill-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim u mill-iżgurar tal-implimentazzjoni tiegħu.

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/233/KE jistipula li l-Komunità trid tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni u li l-pożizzjoni li tittieħed mill-Komunità dwar il-Kumitat Konġunt trid tiġi adottata mill-Kunsill għal kwistjonijiet marbuta mal-kontribut finanzjarju tal-Iżvizzera.

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jirrevedi l-Anness B tal-Ftehim dwar ir-regoli li jirregolaw il-kontribut finanzjarju tal-Iżvizzera.

    L-esperjenza miksuba mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-Ftehim fl-2007 wriet il-ħtieġa li jiġi adattat l-Anness B sabiex tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni tiegħu u jitnaqqas il-piż amministrattiv korrispondenti.

    Din il-proposta għandha implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Komunità, billi tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-metodu tal-kalkolu tal-kontribut Żvizzeru. Din il-bidla ma tfissirx xi tibdil immedjat fid-dħul, li huwa mistenni jibqa' f'livelli simili.

    Id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni tal-Komunità fuq Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika, li temenda l-Anness B tal-Ftehim

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/233/KE[2] tas-27 ta' Frar 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika (minn issa 'l quddiem "il-Ftehim"), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3],

    Billi:

    (1) L-Artikolu 3 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, magħruf bħala l-'Kumitat tal-Istatistika tal-Komunità u l-Iżvizzera' (minn issa 'l quddiem 'il-Kumitat Konġunt').

    (2) L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/233/KE jistipula li l-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Komunità rigward deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt trid tiġi adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għal kwistjonijiet marbuta mal-kontribut finanzjarju tal-Iżvizzera.

    (3) Sabiex tkopri l-ispejjeż kollha tas-sehem tagħha, l-Iżvizzera għandha tagħti kontribut finanzjarju lill-Programm tal-Komunità tal-Istatistika fuq bażi annwali.

    (4) L-Artikolu 4 tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jirrevedi l-Anness B tal-Ftehim dwar ir-regoli li jirregolaw il-kontribut finanzjarju tal-Iżvizzera.

    (5) L-esperjenza miksuba mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-Ftehim uriet il-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni finanzjarja tiegħu u jitnaqqas il-piż amministrattiv korrispondenti filwaqt li jinżamm il-kontribut finanzjarju tal-Iżvizzera fuq livell simili. Għaldaqstant l-Anness B tal-Ftehim għandu jiġi rivedut,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità Ewropea dwar Deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt li temenda l-Anness B tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    -A B B O Z Z -

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-Istatistika tal-Komunità u l-Iżvizzera

    Nru 1/2009 ta' …. 2009

    li temenda l-Anness B tal-Ftehim bejn

    il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-ISTATISTIKA TAL-KOMUNITÀ U L-IŻVIZZERA,

    Wara li kunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007 u hemm fih l-Anness B dwar ir-regoli li jirregolaw il-kontribut finanzjarju tal-Iżvizzera.

    (2) L-esperjenza miksuba mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-Ftehim uriet il-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tiegħu u jitnaqqas il-piż amministrattiv korrispondenti. Għaldaqstant, l-Anness B għandu jiġi rivedut,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness B tal-Ftehim jinbidel bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fil-Lussemburgu,

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE

    Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Iżvizzera

    ANNEX B

    REGOLI FINANZJARJI LI JIRREGOLAW IL-KONTRIBUT TAL-IŻVIZZERA MSEMMI FL-ARTIKOLU 8

    1. Id-deċiżjoni dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja

    1.1. L-Iżvizzera għandha tagħti kontribut finanzjarju, fuq bażi annwali, lill-Programm tal-Komunità tal-Istatistika.

    1.2. Dan il-kontribut għandu jissejjes fuq żewġ elementi:

    — L-ispiża totali tal-Eurostat [Spiża]

    — L-għadd ta' Stati Membri fl-Unjoni Ewropea [# Membri]

    1.3. Il-kontribut finanzjarju għandu jkun: [Spiża] /[# Membri]

    1.4. Dawn l-elementi għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:

    1.4.1. L-ispiża totali tal-Eurostat għandha tiġi ddefinita bħala 85 % tal-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-Qasam tal-Politika tal-Istatistika (Titolu 29) tal-Baġit tal-Unjoni Ewropea, skont in-nomenklatura tal-Ibbaġitjar Bbażata fuq l-Attività. Dan għandu jinkludi n-Nefqa ta' Ġestjoni u Appoġġ tal-Istatistika tal-Qasam Politiku (Nefqa marbuta mal-persunal f'impjieg attiv, Persunal Estern u nfiq ieħor ta' ġestjoni, bini u nfiq marbut miegħu u nfiq ta' Appoġġ għall-azzjonijiet) u l-Interventi Finanzjarji fir-rigward tal-Produzzjoni ta' Informazzjoni tal-Istatistika.[Spiża]

    1.4.2. L-għadd ta' Stati Membri għandu jkun iddefinit bħala l-għadd ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar tas-sena. inkwistjoni.[# Membri]

    1.5. Abbozz ta’ kalkolu ta’ dan il-kontribut finanzjarju għandu jsir minnufih wara l-adozzjoni tal-Abbozz Preliminari tal-Baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena in kwistjoni. Il-kalkolu finali għandu jsir minnufih wara l-adozzjoni tal-Baġit għal dik is-sena.

    2. Proċeduri ta' ħlas

    2.1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena finanzjarja, sejħa għal fondi għall-Iżvizzera li tikkorrispondi mal-kontribut tagħha skont dan il-Ftehim. Din is-sejħa għal fondi għandha tipprovdi għall-ħlas tal-kontribut tagħha mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju. Kull dewmien fil-ħruġ tas-sejħa għal fondi għandu jagħti lok għal differiment korrispondenti tad-data ta' ħlas fl-iskeda, biex jingħata perjodu ta' ħlas ta' mill-inqas tletin jum.

    2.2. Il-kontribut tal-Iżvizzera għandu jkun espress u jitħallas f’euro.

    2.3. L-Iżvizzera għandha tħallas il-kontribut tagħha skont dan il-Ftehim skont l-iskeda fil-punt 2.1. Kull dewmien ta' ħlas għandu jagħti lok għall-ħlas ta' mgħax bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ewlenin tiegħu ta’ rifinanzjar, kif ippubblikati fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar tad-data ta' ħlas, b'żieda ta' 1.5 punti perċentwali. Ir-rata biż-żieda għandha tiġi applikata għall-perjodu kollu tad-dewmien. Iżda, l-interess għandu jkun dovut biss fir-rigward ta' xi flus imħallsa aktar minn tletin jum wara d-data ta' ħlas skont l-iskeda kif imsemmija fil-punt 2.1.

    2.4. L-ispejjeż imġarrba mir-rappreżentanti u l-esperti Żvizzeri li jieħdu sehem f'laqgħat imsejħa mill-Kummissjoni skont dan il-Ftehim mhux se jitħallsu lura mill-Kummissjoni. Kif mistqarr fl-Artikolu 6(2), l-ispejjeż marbuta mal-issekondar ta' uffiċjali nazzjonali Żvizzeri għall-Eurostat għandhom jiġu mġarrba fis-sħiħ mill-Iżvizzera.

    Mingħajr ħsara għal ftehim bejn l-Eurostat u l-Uffiċju Federali Żvizzeru għall-Istatistika, l-Iżvizzera tista' tnaqqas mill-kontribut finanzjarju tagħha l-ispejjeż għall-esperti nazzjonali ssekondati. L-ammont massimu li jrid jitnaqqas għal kull uffiċjal ma għandux jaqbeż il-massimu mnaqqas għal uffiċjali mill-pajjiżi ŻEE-EFTA ssekondati mal-Eurostat skont il-Ftehim taż-ŻEE. Din is-somma għandha tiġi miftiehma fuq bażi ta' kull sena mill-Kumitat Konġunt.

    2.5. Il-pagamenti magħmula mill-Iżvizzera għandhom jiġu kkreditati bħala dħul baġitarju ddestinat għal-linja tal-baġit li tikkorrispondi fil-prospett tad-dħul tal-Baġit Ġenerali tal-Komunità Ewropea. Ir-Regolament Finanzjarju[5] applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-immaneġġjar tal-approprjazzjonijiet.

    3. Kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni

    3.1. Il-kontribut finanzjarju tal-Iżvizzera bi qbil mal-Artikolu 8 għandu normalment jibqa' kif inhu għas-sena finanzjarja inkwestjoni.

    3.2. Il-Kummissjoni, fiż-żmien tal-għeluq tal-kontijiet marbuta ma' kull sena finanzjarja (n), fil-qafas tat-twaqqif tal-kont tad-dħul u l-infiq, għandha tissokta bir-regolarizzazzjoni tal-kontijiet f'dak li għandu x'jaqsam mas-sehem tal-Iżvizzera, filwaqt li tqis il-bidliet li saru minħabba trasferimenti, kanċellazzjonijiet, trasferimenti, jew permezz ta’ baġits supplementari jew ta' emenda matul is-sena finanzjarja. Din ir-regolarizzazzjoni għandha ssir fil-qafas tat-twaqqif tal-baġit għas-sena ta' wara (n+2) u għandha tkun riflessa fis-sejħa għal fondi.

    4. Informazzjoni

    4.1 Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta’ kull sena finanzjarja (n+1), il-prospett tal-approprjazzjonijiet li jikkorrispondi mal-obbligi finanzjarji operattivi u amministrattivi tal-Eurostat, marbuta mas-sena finanzjarja ta' qabel (n), għandu jitħejja u jintbagħat lill-Iżvizzera bħala informazzjoni, skont il-format tal-kont tad-dħul u l-infiq tal-Kummissjoni.

    4.2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Iżvizzera d-dejta finanzjarja ġenerali l-oħra kollha marbuta mal-Eurostat li hija disponibbli għall-Istati taż-ŻEE-EFTA.4.2.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUŻIVAMENT LIMITAT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL

    1. ISEM IL-PROPOSTA:

    Deċiżjoni li temenda l-Anness B tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika.

    2. LINJI BAĠITARJI:

    Kapitolu u Artikolu: 29.0203 ‘Programm tal-Komunità tal-Istatistika2008-2012’

    Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata: €3.8m

    3. IMPATT FINANZJARJU

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

    X Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq, iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul - l-effett huwa kif ġej:

    (€ miljuni sa punt wieħed deċimali)

    Linja baġitarja | Dħul[6] | Perjodu ta' 12-il xahar li jibda minn 01/01/2009 |

    Artikolu 29.0203 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 3.8 |

    Artikolu … | Impatt fuq ir-riżorsi proprji |

    Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    [n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

    Artikolu 29.0203 | 3.8 | 3.8 | 3.9 | 3.9 | 3.9 |

    4. KUMMENTI OĦRA

    L-għan ta' din il-proposta huwa li jiġi ssimplifikat il-metodu ta' kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-Programm tal-Komunità tal-Istatistika.

    Din il-kontribuzzjoni mhux se tkun tiddependi fuq it-twaqqif ta' programm ta' ħidma annwali speċifiku bejn il-Komunità u l-Iżvizzera iżda se tkun perċentwali fissa

    Din il-proposta għandha implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Komunità peress li tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-metodu ta' kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera. Din il-bidla ma tfissirx xi tibdil immedjat fid-dħul, li huwa previst li jibqa' fuq l-istess livell. Il-perċentwali fissa (85%) tikkorrispondi għall-istess livell ta' parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-Programm tal-Komunità tal-Istatistika u l-estimi sal-2013 huma li l-ammont finanzjarju għall-Programm se jibqa' bejn wieħed u ieħor l-istess.

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Iżvizzera mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-Ftehim lil hawn varjat bejn €3.6m u €3.8m kull sena, u dan jikkorrispondi għal madwar 85 % tal-Programm tal-Istatistika.

    Ta' min jinnota li entitajiet stabbiliti fl-Iżvizzera jistagħu jieħdu sehem fi programmi speċifiċi tal-Komunità ġestiti mill-Eurostat, bl-istess drittijiet u dmirijiet kuntrattwali bħal tal-entitajiet stabbiliti fil-Komunità. Iżda, l-entitajiet stabbiliti fl-Iżvizzera mhumiex intitolati li jirċievu xi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Eurostat.

    L-ispejjeż marbuta mal-issekondar tal-esperti nazzjonali Żvizzeri mal-Eurostat, inklużi s-salarji, spejjeż ta' sigurtà soċjali, pensjonijiet, u għoti ta' flus għall-ħajja ta' kuljum u għall-ivvjaġġar, jaqgħu kompletament fuq l-Iżvizzera.

    [1] OJ L 90, 28.3.2006, p.2.

    [2] ĠU L 90, 28.3.2006, p. 1.

    [3] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [4] ĠU L 90, 28.3.2006, p. 2.

    [5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1),

    [6] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji fuq l-agrikoltura, dazji fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti murija jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta' 25% tal-ispejjeż tal-ġbir.

    Top