Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0384

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

    /* KUMM/2009/0384 finali - AVC 2009/0107 */

    52009PC0384




    [pic] | Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussell 22.7.2009

    KUMM(2009) 384 finali

    2009/0107 (AVC)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. l-isfond tal-proposta

    - Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    Il-kriżi finanzjarja u ekonomika preżenti ħolqot sfidi ewlenin għall-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-11 u t-12 ta’ Diċembru2008 qabel dwar Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew (PREE), li jipprevedi l-bidu ta’ azzjonijiet prijoritarji biex l-ekonomiji Ewropej ikunu jistgħu jaġġustaw b’rata aktar mgħaġġla għall-isfidi preżenti.

    Filwaqt li diġà ttieħdu għadd ta' miżuri biex jilqgħu kontra l-effetti negattivi tal-kriżi kemm fil-livell tal-Komunità kif ukoll f'dak nazzjonali, inklużi emendi tal-qafas leġiżlattiv tal-Komunità li jirregola l-politika ta' Koeżjoni, l-impatt attwali tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali u s-suq tax-xogħol qed jibda biss issa jinħass fil-wisa'. Fit-3 ta' Ġunju l-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni dwar 'Impenn Komuni għall-Impjieg' li fih ġew proposti miżuri addizzjonali biex tingħata spinta fil-ħolqien tal-impjiegi u jiġu newtralizzati l-effetti tal-kriżi fuq l-impjiegi.

    Il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali qed tiżdied u jeħtieġ li jittieħdu aktar miżuri biex tonqos din il-pressjoni permezz ta' użu aħjar tal-iffinanzjar tal-Komunità, u ta' mobilizzazzjoni u aċċelerazzjoni tal-Fondi kollha disponibbli fit-tfittxija ta' soluzzjoni għall-kriżi, b'mod partikolari l-użu tal-FSE għal pakketti ta' rkupru rapidu kif deskritt fil-Komunikazzjoni hawn fuq imsemmija.

    Fil-kuntest tal-kriżi preżenti, li tiġi żgurata implimentazzjoni mingħajr ħotob tal-programmi ta' Koeżjoni hija ta' rilevanza partikolari billi dawn jirrappreżentaw l-aktar lieva rilevanti u ta' saħħa biex tiġi megħjuna l-ekonomija reali. B'riżorsi finanzjarji totali ta' EUR 347 biljun għall-perjodu 2007-2013, il-politika ta' koeżjoni tipprovdi għajnuna kbira kemm għall-istabbilità baġitarja kif ukoll għall-investiment pubbliku fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea.

    L-esperjenza turi li jeħtieġ sforz ikbar biex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-finanzjament tal-Komunità biex il-fluss ta' fondi jiġi aċċellerat lejn il-benefiċjarji li huma l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika. Il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru ta l-appoġġ tiegħu għal 'simplifikazzjoni ta' proċeduri u implimentazzjoni aktar rapida ta' programmi ffinanzjati mill-Fondi Strutturali tal-Fond ta' Koeżjoni.' Din il-proposta għalhekk tinkludi aktar elementi ta' simplifikazzjoni, bl-għan ġenerali li jiġu aċċellerati l-investimenti kofinanzjati fl-Istati Membri u r-reġjuni u biex jiżdied l-impatt tal-fondi fuq l-ekonomija inġenerali.

    - Kuntest ġenerali

    Il-kriżi attwali qiegħda taffettwa b'mod sostanzjali l-ekonomija reali minħabba d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-banek u minħabba l-issikkar tal-politika ta' kreditu li tista' tnaqqas il-konsum domestiku kif ukoll l-investiment kummerċjali, l-għajnuna għall-innovazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku u industrijali b'effetti negattivi fuq il-PGD u l-impjieg.

    Il-kriżi qed ikollha wkoll effett negattiv fuq il-baġits tal-Istati Membri u ż-żieda fil-qagħad deskritt hawn taħt huwa fattur sinifikanti f'dan. Min naħa waħda, żieda fl-għadd ta' persuni intitolati li jirċievu benefiċċji tista' awtomatikament twassal biex ikun hemm pressjoni qawwija fuq ir-riżorsi baġitarji. Fl-istess waqt tinħass b'mod iktar qawwi l-ħtieġa ta' implimentazzjoni ta' miżuri attivi dwar is-suq tax-xogħol biex jinżammu n-nies fl-impjieg jew biex jirritornaw lejn l-impjieg. Minħabba limitazzjonijiet baġitarji ġenerali, jistgħu jinqalgħu diffikultajiet kbar ta' disponibilità ta' flus kontanti għas-sorsi ta' finanzi pubbliċi fl-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' miżuri attivi dwar is-suq tax-xogħol. Bħala konsegwenza, miżuri bħal dawn jistgħu jittardjaw fi żmien meta huma dejjem iktar meħtieġa, u dan għad-dannu taċ-ċittadini.

    L-aħħar previżjonijiet ekonomiċi tal-Kummissjoni jbassru tnaqqis kbir fit-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea, li se jinżel għal 1,4 % fl-2008 (jew nofs ir-rata tal-2007), 0,2 % fl-2009 u 1,1 % fl-2010. Dawn il-prospetti ekonomiċi mwiegħra x'aktarx li jinħassu fil-finanzi pubbliċi. Jekk ma jkunx hemm bidla fil-politika, id-defiċits baġitarji huma mistennija li jiżdiedu minn 1 % tal-PGD fl-2007 għal 2,6 % fl-2010. Madankollu, huwa diffiċli li jsiru projezzjonijiet affidabbli għall-finanzi pubbliċi, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda d-dejn, minħabba l-inċertezza dwar il-konsegwenzi baġitarji tal-miżuri ta’ salvataġġ li diġà qed jittieħdu mill-gvernijiet.

    F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għamlet sforz li tikkontribwixxi fid-dibattitu li beda, fl-Unjoni Ewropea u mal-imsieħba internazzjonali tagħha, dwar l-aħjar mod ta’ reazzjoni għall-kriżi finanzjarja attwali u għar-riperkussjonijiet soċjo-ekonomiċi. B'mod partikolari fil-qafas tal-pakkett ta' rkupru, il-Kummissjoni pproponiet f'Diċembru 2008 għadd ta' tibdiliet regolatorji biex tissimplifika r-regoli ta' implimentazzjoni għall-Politika ta' Koeżjoni u żżid il-prefinanzjament (pagamenti bil-quddiem) fil-programmi tal-FEŻR u l-FSE. Il-pagamenti addizzjonali bil-quddiem ipprovdew doża immedjata ta' flus kontanti ta' EUR 6,25 biljun fl-2009 għall-investiment bi prefinanzjament, fil-portafoll finanzjarju li dwaru ntlaħaq ftehim għal kull Stat Membru għall-perjodu 2007-2013. Din l-emenda twassal it-total ta' pagamenti bil-quddiem fl-2009 għal EUR 11.25 biljun. Il-proposta tal-Kummissjoni ġiet adottata mill-Kunsill f'Mejju 2009 u l-pagamenti kollha bil-quddiem issa tħallsu lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni ripetutament ħeġġet lill-Istati Membri jittrasferixxu l-pagamenti addizzjonali bil-quddiem lill-entitajiet involuti fil-ġestjoni ta' proġetti biex l-infiq fi Proġetti ta' Politika ta' Koeżjoni jingħata prijorità.

    - Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-Proposta

    Ir-riperkussjonijiet ekonomiċi gravi u attwali fl-ekonomija Ewropea wasslu għat-tnaqqis ta’ perspettivi ta' tkabbir fuq medda medja ta' żmien u l-kriżi evidenti fit-tkabbir reali fl-2009 u l-2010. Skont l-aħħar previżjonijiet disponibbli, bosta ekonomiji nazzjonali jinsabu f’riċessjoni. Dawn il-prospetti ekonomiċi mwiegħra għandhom impatti ferm negattivi fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet bażiċi ta’ implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni – li teħtieġ finanzjament pubbliku komplementari għall-immobilizzar tal-Fondi Strutturali – jinsabu f’riskju serju li jitħarbtu.

    Barra dan, l-aħħar dejta li tkopri l-ewwel xhur tal-2009 turi li s-swieq tax-xogħol tal-UE issa qed jirreaġixxu saħansitra iktar bil-qawwa milli mistenni għall-kriżi ekonomika attwali, b'kumpaniji li jħabbru tnaqqis sostanzjali ta' postijiet tax-xogħol f'bosta setturi u l-fiduċja fin-negozju u tal-konsumatur dejjem qed tonqos. Aktar minn 20 miljun Ewropew huma qiegħda, u dan huwa erba' miljuni iktar minn sena ilu, u t-tendenza għadha tipponta 'l fuq.

    Biex tiġi mgħaġġla aktar l-implimentazzjoni tal-programmi u pprovduta għajnuna biex jiġu megħluba d-diffikultajiet imsemmija aktar 'il quddiem, qed tiġi proposta miżura addizzjonali biex tittaffa l-pressjoni attwali u jista' jkun hemm l-ogħla użu possibbli tal-immirar finanzjarju tal-Komunità b'mod partikolari l-azzjonijiet meħtieġa biex tiġi miġġielda l-kriżi fejn il-valur miżjud għaċ-ċittadini, speċjalment dawk li huma mingħajr xogħol jew dawk f'riskju li jitilfu x-xogħol, ikun l-ogħla. Din il-miżura se teħtieġ l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-politika ta' Koeżjoni, inkluża, kif propost fil-Komunikazzjoni 'Impenn Komuni għall-Impjieg' bidla temporanja fil-mod kif jiġu kkalkulati pagamenti interim għal programmi kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Dan jinvolvi d-dħul ta' għażla temporanja għall-Istati Membri, fejn jeżistu diffikultajiet gravi ta' disponibilità ta' flus kontanti għall-iffinanzjar ta' miżuri tas-suq tax-xogħol meħtieġa biex tiġi miġġielda l-kriżi, u li huma eliġibbli skont l-FSE, li jitolbu rimborżi magħmula mill-Kummissjoni b'100 % matul l-2009 u l-2010, b'hekk titwarrab il-ħtieġa li jiġi pprovdut kofinanzjament nazzjonali matul dan il-perjodu. L-għan huwa li tiżdied l-effikaċja tar-rwol importanti mogħti lill-FSE fil-komunikazzjoni hawn fuq imsemmija fl-implimentazzjoni ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, bħal taħriġ fil-kuntest ta' arranġamenti ta' xogħol għal żmien qasir, l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-istrutturazzjoni, l-aġġornament tal-ħiliet kif ukoll l-għoti ta' apprendistati ta' kwalità għolja għaż-żgħażagħ sa tmiem l-2010. Din il-proposta hija ppreżentata flimkien ma' għadd ta' miżuri ta' simplifikazzjoni li jimplikaw ukoll emendi fir-Regolament tal-Kunsill.

    - Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

    Mhux applikabbli.

    2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u analiżi tal-impatt

    - Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

    Il-miżuri proposti, b'mod partikolari dawk marbuta mas-simplifikazzjoni, joħorġu mid-diskussjonijiet fil-qafas ta' grupp ta' ħidma speċifiku mniedi fl-2008 li jinvolvi l-partijiet interessati mill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri esprimew kemm-il darba x-xewqa tagħhom li jiġu ssimplifikati r-regolamenti li jirregolaw il-Fondi.

    - Ġbir u użu ta’ għarfien espert

    L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.

    - Analiżi tal-impatt

    Din il-proposta tiffinalizza serje ta' aġġustamenti regolatorji u mhux regolatorji li kollha jfittxu li jistimulaw l-implimentazzjoni ta' programmi ta' koeżjoni fil-post.

    Il-proposta li l-Istati Membri jiġu pprovduti, fil-każ ta' programmi operattivi kkofinanzjati mill-FSE, b'għażla li jħallsu lura talbiet ta' pagamenti interim bil-100 % għal perjodu limitat (sa tmiem l-2010), minflok li jiġu applikati r-rati ta' ħlas lura stabbiliti fil-Programmi Operattivi se tiżgura li l-infiq ċċertfikat kollu tal-2009 u l-2010 jista' jitħallas lura mingħajr ma tinħoloq ħofra fil-baġits nazzjonali, iżda mingħajr ħsara għall-obbligi ta' kofinanzjament nazzjonali tul il-ħajja kollha tal-programmi. Tabilħaqq, ir-rimborż ta' 100 % se jkun ibbażat fuq l-implimentazzjoni reali fil-post fl-2009 u l-2010. Iż-żieda temporanja tar-rimborż mhux se tbiddel il-qafas finanzjarju negozjat fil-Kunsill f'Diċembru 2005.

    Aktar simplifikazzjoni u kjarifikazzjoni tar-regoli li jirregolaw il-politika ta' koeżjoni bla dubju se jkollhom impatt pożittiv fuq il-pass ta' implimentazzjoni tal-programmi, b'mod partikolari billi jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali regoli aktar ċari u inqas burokratiċi li jippermettu aktar flessibbiltà biex jiġu adottati l-programmi għall-isfidi l-ġodda.

    3. Elementi legali tal-proposta

    - Taqsira tal-miżuri proposti

    Il-modifiki proposti jistgħu jinqasmu f'żewġ gruppi:

    1. Modifika marbuta mar-regoli ta' amministrazzjoni finanzjarja bil-ħsieb li tiġi mgħaġġla l-implimentazzjoni tal-programmi kkofinanzjati tal-FSE fil-post. Din tikkonċerna dan li ġej:

    2. Il-modifika proposta tal-Artikolu 77 dwar il-kalkolu ta' pagamenti interim għal Programmi Operattivi kkofinanzjati mill-FSE tfittex li tiffaċilita u tgħaġġel l-implimentazzjoni ta' miżuri kontra l-kriżi fil-post u li tħaffef l-appoġġ lejn iċ-ċittadini, speċjalment dawk li l-iktar għandhom bżonnu, in-nies bla xogħol jew dawk fir-riskju li jitilfuh. Tinvolvi li sa tmiem l-2010, jiġifieri, fil-perjodu fejn minħabba l-kriżi r-riżorsi nazzjonali jistgħu jkunu partikolarment skarsi, jiġu rimburżati talbiet ta' pagament interim bil-100 % tal-kontribuzzjoni pubblika lejn assi prijoritarja, jekk Stat Membru jesprimi x-xewqa li japplika din l-għażla. L-ammont addizzjonali hekk imħallas għal kull programm se jitqies fil-kalkolu tal-limitu minimu ta' 95 % u f'għeluq il-programm. B'dan il-mod, id-deroga ma tibdilx l-obbligi nazzjonali ta' kofinanzjament li japplikaw għal programmi operattivi matul il-perjodu ta' pprogrammar fl-intier tiegħu, lanqas ma tbiddel il-qafas finanzjarju għall-perjodu ta' finanzjament. Minħabba l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn il-limiti baġitarji tal-Komunità u l-importanza li l-Fondi jiġu diretti lejn iċ-ċittadini l-aktar milquta mill-kriżi, qed jiġi propost li din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-programmi operattivi kkofinanzjati mill-FSE speċjalment dawk li jinkludu miżuri kontra l-kriżi. L-FSE hija għodda ewlenija Ewropea għall-investiment fiċ-ċittadini u kontra l-effetti tal-kriżi fuq l-impjieg. madwar disa' miljun ruħ jibbenefikaw direttament mis-sostenn tal-FSE kull sena. Dan l-appoġġ huwa kważi għal kollox iddedikat għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Liżbona u l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjieg.

    3. Modifiki marbuta mal-implimentazzjoni tal-programm bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati, issimplifikati u ċċarati r-regoli li jirregolaw il-politika ta' Koeżjoni. Jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    4. Il-modifiki proposti għall-Artikoli 39-41 huma doppji. Minħabba r-regolamenti speċifiċi għall-Fond, il-miri tal-FEŻR u l-FK u, fil-FEŻR, tal-Konverġenza u l-Kompetittività u l-Impjieg Reġjonali jinkludu definizzjonijiet differenti ta' x'jikkostitwixxi proġetti "ambjentali" u proġetti "oħrajn"[1]. Għaldaqstant, il-limitu minimu doppju tal-Artikolu 39 iwassal għall-arbitrarjetà: skont il-Fond u l-objettiv l-istess proġett huwa suġġett għal limiti minimi differenti. Għalhekk qed jiġi propost li fl-Artikolu 39 jiġi inkluż limitu minimu uniformi ta' EUR 50 miljun applikabbli għall-proġetti kollha ewlenin. Madankollu, minħabba l-importanza Komunitarja tal-investimenti fl-ambjent bħala tali, il-Kummissjoni se tistaqsi lill-Istati Membri 1) biex jiżguraw monitoraġġ xieraq tal-investimenti kollha, inklużi dawk taħt il-limitu minimu stipulat fir-Regolament u 2) biex jinfurmaw il-Kummissjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni fir-rapporti annwali dwar il-programmi operattivi.

    5. It-tieni modifika, fl-Artikolu 39, 40 u l-Artikolu 41(1) u (2), tikkonsisti fil-ħolqien tal-possibbiltà li proġett wieħed ewlieni jiġi kkofinanzjat minn aktar minn programm wieħed. Din hija ta' rilevanza partikolari għal proġetti ta' ambitu nazzjonali jew ta' importanza għall-Komunità, li jolqtu bosta reġjuni, u li fl-assenza ta' din il-possibbiltà jkollhom jinqasmu b'mod artifiċjali fi proġetti multipli.

    6. Il-modifika proposta tal-Artikolu 44 tirrifletti l-enfasi tal-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku biex fl-Unjoni Ewropea jitħeġġeġ l-infiq fuq l-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded. Hija toħloq il-possibbiltà li jitwaqqfu strumenti ddedikati għall-inġinerija finanzjarja b'appoġġ għal dawn l-azzjonijiet, flimkien mal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja li diġà jeżistu għal oqsma oħra.

    7. L-emenda proposta fl-Artikolu 48 tiċċara x'tip ta' dokument huwa meħtieġ u x'tagħrif minimu għandu jitressaq fil-kuntest ta' reviżjoni ta' programm operattiv, biex tiġi evitata l-ħtieġa ta' valutazzjoni f'każ ta' ċirkostanzi ta' natura li twarrab il-ħtieġa ta' valutazzjoni.

    8. Il-modifiki proposti fl-Artikolu 55 dwar proġetti li jiġġeneraw id-dħul huma maħsuba biex jissimplifikaw il-monitoraġġ tad-dħul u biex iġibuh jaqbel maċ-ċiklu ġenerali tal-programmi. Għalhekk, it-tul ta' żmien tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tad-dħul huwa issa limitat għad-data ta' sottomissjoni tad-dokumenti ta' għeluq ta' programm. Min-naħa waħda, dan jevita sitwazzjonijiet li fihom dħul bħal dan ikun irid jiġi ssorveljat għal ħafna snin wara l-għeluq ta' programm, biex b'hekk jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiva fuq l-awtoritajiet fl-Istati Membri u l-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, jiżgura li flejjes imħallsa lura lil programm minħabba dħul ogħla milli mistenni, ma jintilfux definittivament iżda jistgħu jintużaw mill-ġdid fil-programm. Barra minn hekk, fi qbil mal-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja sana u r-regoli nazzjonali applikabbli, ta' min ifakkar ukoll li fil-każijiet kollha d-dħul iġġenerat bl-operazzjonijiet irid jinżamm kont tiegħu meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni pubblika.

    9. L-emenda proposta tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 56 għandha l-għan li tiċċara li meta tiżdied kategorija ġdida ta' nfiq biss fil-mument tar-reviżjoni ta' programm operattiv tapplika data ġdida ta' eliġibilità għal din il-kategorija ġdida ta' nfiq, filwaqt li nfiq ġdid fi ħdan kategorija diġà eliġibbli tista' tiżdied fi kwalunkwe mument mingħajr modifika immedjata tal-programm.

    10. Il-modifika proposta tal-Artikolu 57 għandha l-ħsieb li tiċċara l-ambitu tal-applikazzjoni ta' dan l-artikolu dwar it-tul ta' żmien tal-operazzjonijiet Il-verżjoni preżenti tal-Artikolu 57(1) tiddikjara biss fl-aħħar (il-klawżola (b)) li tapplika għal infrastrutturi u attivitajiet produttivi. Din l-aħħar speċifikazzjoni tal-ambitu issa qed tiġi proposta għall-inklużjoni sa mill-ewwel parti tal-paragrafu. It-tieni, għall-FSE qed jiġi propost li d-dispożizzjonijiet jiġu limitati għal operazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-regoli ta' għajnuna statali bl-obbligu li jinżammu l-investiment jew l-impjiegi maħluqa għall-perjodu ta' żmien previst fir-regola ta' għajnuna statali applikabbli. Barra minn hekk, qed jiġi ssuġġerit li titħalla barra l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni f'każijiet ta' falliment mhux bi qerq. B'hekk, operazzjonijiet li għalihom wieħed ma jistax raġonevolment jistenna li l-awtorità amministrattiva jew il-benefiċjarju jista' jiggarantixxi t-tul ta' żmien tal-operazzjonijiet, jitħallew barra mill-ambitu tal-artikolu.

    11. L-Artikolu 67 irid jiġi mmodifikat biex jiġi ċċarat u ssimplifikat it-tagħrif meħtieġ għall-irrappurtar ta' kull sena dwar l-implimentazzjoni finanzjarja ta' programm operattiv. Il-proposta tissuġġerixxi l-allinjament tat-tagħrif finanzjarju meħtieġ fir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta' programm operattiv ma' tagħrif li jrid jingħata f'talbiet ta' ħlas, u li t-tagħrif finanzjarju jkun jista' jitqabbel mat-tagħrif dwar il-progress fiżiku tal-programm. Dan inaqqas il-piż tal-irrappurtar minn fuq l-awtoritajiet amministrattivi, l-entitajiet intermedjarji u l-benefiċjarji aħħarija, u jipprovdi lill-Kummissjoni b'dejta ġenerali dwar l-implimentazzjoni ta' programmi li tista' titqabbel aħjar.

    12. Il-modifika proposta tal-Artikolu 78(2)(a) għandha l-ħsieb li tiċċara li fil-kuntest tal-ħlas bil-quddiem fuq għajnuna statali l-garanziji aċċettabbli jinkludu garanziji minn banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra, iżda wkoll faċilità pprovduta għal dan il-għan minn isitituzzjonijiet pubbliċi u l-Istati Membri nfushom. Dan iqis aħjar l-istrumenti varji ta' garanzija li jintużaw u l-organizzazzjoni istituzzjonali differenti fl-Istati Membri.

    13. Il-modifika proposta tal-Artikolu 78, paragrafi (6) u (7), issegwi direttament mill-modifika ta' hawn fuq tal-Artikolu 44 dwar l-inklużjoni ta' strumenti ta' inġinerija finanzjarja marbutin mal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija li tiġġedded. Barra minn hekk, fil-paragrafu 6(d) il-modifika se tippermetti li l-onorarji ta' amministrazzjoni jiġu ttrattati bħala nfiq eliġibbli. Dan jirrifletti aħjar ir-realtà fuq il-post billi fl-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja l-onorarji ta' amministrazzjoni huma normalment parti mill-ispiża eliġibbli tal-kuntratt.

    14. L-Artikolu 88 jikkonċerna l-għeluq parzjali tal-programmi, li fih innifsu huwa strument bil-potenzjal li jnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv minn fuq l-awtoritajiet amministrattivi, l-istituzzjonijiet intermedji u l-benefiċjarji aħħarija billi jillimita l-perjodu ta' żmien għaż-żamma tad-dokumenti. Iżda bħalissa l-Istati Membri ftit għandhom inċentiva biex jużaw l-għeluq parzjali: għalissa kull korrezzjoni finanzjarja li tikkonċerna operazzjonijiet suġġetti għal għeluq parzjali għandhom ikunu korrezzjonijiet netti, li jfisser li l-ammont jintilef għall-programm. Dan huwa perfettament loġiku f'każ li korrezzjoni tkun konsegwenza ta' verifika mill-Kummissjoni, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri, billi operazzjonijiet inklużi f'għeluq parzjali jridu jkunu kompletament legali u regolari. Iżda fil-każ ta' irregolaritajiet misjuba mill-Istati Membri jkun aktar konsistenti (kif ukoll dan jipprovdi inċentiva biex tintuża s-sistema) li l-Istati Membri jitħallew jużaw mill-ġdid l-ammonti li jkunu kkoreġew fuq operazzjoni inkluża f'għeluq parzjali. L-emenda proposta tippermetti lill-Istati Membri jużaw mill-ġdid l-ammonti għal irregolaritajiet misjuba minnhom u li huma stess ikunu kkorreġew fuq operazzjonijiet li kienu inklużi f'għeluq parzjali. Fil-każ ta' irregolarità misjuba minn istituzzjoni tal-UE, il-qagħda preżenti tibqa' kif inhi.

    15. Il-modifika proposta tal-Artikolu 94 għandha l-ħsieb li tipprovdi aktar flessibilità għall-kalkolu tar-regola ta' diżimpenn fil-każ ta' proġetti ewlenin. Minflok ma jiġi kkalkolat il-perjodu rilevanti għad-diżimpenn mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar proġett ewlieni bħal dan, il-proposta tissuġġerixxi li tapplika r-regola ta' diżimpenn awtomatiku għal proġetti ewlenin mid-data ta' meta tintbagħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni għall-proġett ewlieni li tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament.

    16. Bażi legali

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jiddefinixxi r-regoli komuni applikabbli għat-tliet Fondi. Ibbażat fuq il-prinċipju ta’ amministrazzjoni komuni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, dan ir-regolament jinkludi dispożizzjonijiet għal proċess ġdid ta’ pprogrammar kif ukoll arranġamenti ġodda għall-amministrazzjoni tal-programmi (inkluża dik finanzjarja) il-monitoraġġ, il-kontroll finanzjarju u l-evalwazzjoni ta' proġetti.

    - Prinċipju ta' sussidjarjetà

    Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà sal-punt li tfittex li tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri biex inaqqsu l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja attwali permezz ta' bidliet li jsaħħu r-rwol tagħhom fil-qafas ta' amministrazzjoni komuni tal-Fondi.

    - Prinċipju ta' proporzjonalità

    Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

    L-emenda proposta tar-regoli ta' amministrazzjoni finanzjarja hija mira naturali billi għandha l-għan li tistimula l-kontribuzzjoni tal-FSE lejn miżuri kontra l-kriżi u b'hekk tirfed l-irkupru ekonomiku Ewropew mingħajr ma tibdel il-prinċipji li jirregolaw l-amministrazzjoni finanzjarja tal-politika ta' koeżjoni. Ir-rimborż tal-pagamenti interim bil-100 % għandu jkun limitat fiż-żmien bis-suppożizzjoni li l-eqqel tal-kriżi tibda tbatti sa tmiem l-2010.

    Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżuri ssimplifikati matul il-perjodu kollu ta' pprogrammar jeħtieġ li jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet b'mod retroattiv. Billi r-Regolament Nru 1080/2060[2] modifikat jistipula l-eliġibilità tal-infiq fuq l-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fid-djar fejn teżisti fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu applikati l-emendi marbuta mal-Artikolu 44 u 78(6) mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Miżuri oħra għandhom japplikaw mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali minħabba r-rwol kruċjali li għandhom biex jgħinu lill-Istati Membri jilqgħu kontra l-effetti negattivi tal-kriżi.

    - Għażla tal-istrumenti

    Strument propost: regolament.

    Strumenti oħra ma humiex adattati għar-raġunijiet li ġejjin:

    Il-Kummissjoni esplorat l-ambitu għall-manuvra stipulat mill-qafas legali biex tgħaġġel proġetti għall-benefiċċju tal-ekonomiji tal-Istati Membri u ċ-ċittadini flimkien mal-possibilitajiet li tnaqqas piż amministrattiv lill-benefiċjarji. B'mod parallel mal-emendi reċenti fir-Regolament Ġenerali u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fond u flimkien mal-modifiki mhux regolatorji ppreżentati fil-Komunikazzjonijiet tas-26 ta' Novembru 2008 u t-3 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni tqis meħtieġ, fid-dawl tal-esperjenza sa issa, li tipproponi aktar modifiki fir-Regolament Ġenerali. L-għan ta’ dawn ir-reviżjonijiet huwa li tiġi ffaċilitata aktar il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi Komunitarji biex jingħataw bidu l-proġetti b’mod li jitħaffu kemm l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-impatt ta' investimenti bħal dawn fuq l-ekonomija reali.

    4. Impatt fuq il-baġit

    Ma hemm ebda impatt fuq l-allokazzjonijiet tal-impenn billi mhux qed issir ebda proposta ta' modifika fl-ammonti massimi tal-iffinanzjar tal-FSE stipulati fil-Programmi Operattivi għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-2013.

    Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-għażla li jitolbu rimborżi ta' 100 % matul l-2009 u l-2010 se jkun hemm impatt fuq l-allokazzjonijiet ta' pagamenti.

    L-analiżi tal-previżjonijiet tal-pagamenti tal-Istati Membri u l-allokazzjonijiet tal-pagamenti disponibbli fil-baġit għall-2009 u l-Abbozz ta' Baġit għall-2010 juru li l-allokazzjonijiet massimi ta' pagamenti addizzjonali li jridu jitħallsu skont l-għażla ta' rimborż bil-100 % fl-2009 u l-2010 għall-programmi tal-FSE jikkorrispondu għal madwar EUR 6,6 biljun. Għal dan se jkun hemm tpattija minħabba l-ħtieġa mnaqqsa għal allokazzjonijiet ta' pagamenti aktar 'il quddiem fil-perjodu ta' pprogrammar.

    Il-Kummissjoni se twaqqaf strument ta' monitoraġġ biex tissorvelja mill-qrib il-konsum tal-krediti addizzjonali għall-Fond Soċjali Ewropew. Għat-talbiet ta' pagament li jintbagħtu mill-1 ta' Jannar 2011 lilhinn, se tapplika r-rata regolari ta' kofinanzjament li dwarha sar qbil fid-deċiżjoni dwar il-programm.

    Il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-miżuri proposti biex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni jistgħu jżidu b'mod sinifikanti l-pass tal-infiq fil-post u għaldaqstant jgħaġġlu l-preżentazzjoni ta' pagamenti interim lill-Kummissjoni.

    2009/0107 (AVC)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 161 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

    Billi:

    (1) Il-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali ħolqot sfidi ewlenin għall-Komunità. Filwaqt li diġà ttieħdu azzjonijiet biex jilqgħu kontra l-effetti negattivi tal-kriżi, inklużi emendi fil-qafas leġiżlattiv, l-impatt attwali tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali, fuq is-suq tax-xogħol u ċ-ċittadini issa biss qed jinħass ma' kullimkien. Il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali qed tiżdied u titlob li jittieħdu aktar miżuri biex tittaffa din il-pressjoni permezz tal-aqwa u l-aktar użu tal-fondi tal-Komunità.

    (2) Sabiex tiġi ffaċilitata l-amminisrrazzjoni tal-finanzjament tal-Komunità, ikun hemm għajnuna biex l-investimenti fl-Istati Membri u r-reġjuni jsiru b'aktar ħeffa u l-impatt tal-fondi fuq l-ekonomija jiżdied, jeħtieġ li r-regoli li jirregolaw il-politika ta' koeżjoni jiġu ssimplifikati aktar.

    (3) Minħabba d-differenzi bejn il-Fondi u l-miri fir-rigward tad-definizzjoni ta' ambjent, huwa xieraq, għal raġunijiet ta' koerenza u konsistenza, li jiġi applikat limitu minimu wieħed biss għall-fini ta' definizzjoni ta' proġett ewlieni. Minħabba l-importanza tal-investimenti fl-ambjent, inklużi dawk taħt il-limitu minimu stipulat f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ xieraq ta' dawn l-investimenti kollha u jgħarrfu lill-Kummissjoni fir-rapporti ta' implimentazzjoni annwali dwar il-programmi operattivi.

    (4) Jeħtieġ ukoll li titħalla possibilità biex proġett ewlieni jkopri aktar minn programm operattiv wieħed sabiex l-implimentazzjoni ta' proġett ewlieni bħal dan li jkopri reġjuni u miri differenti tista' sseħħ. Dan huwa ta' rilevanza partikolari f'każ ta' investimenti b'importanza nazzjonali jew għall-Komunità kollha.

    (5) Jeħtieġ li strumenti ta' inġinjerija finanzjarja jkunu disponibbli fil-miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija li tiġġedded filwaqt li jittieħed kont tal-importanza ta' dawn il-miżuri fil-prijoritajiet nazzjonali u tal-Komunità.

    (6) Sabiex jiġi ffaċilitat l-adattament tal-programmi operattivi bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu analiżi li tiġġustifika r-reviżjoni ta' programm operattiv minflok valutazzjoni

    (7) Fi qbil mal-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja sana u r-regoli nazzjonali applikabbli, id-dħul iġġenerat bl-operazzjonijiet irid jinżamm kont tiegħu meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni pubblika. Jeħtieġ li jiġi ssimplifikat il-monitoraġġ tad-dħul sabiex jiġi allinjat maċ-ċiklu ta' pprogrammar ġenerali.

    (8) Biex ikun hemm ċertezza legali jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-infiq isir eliġibbli mid-data ta' meta titressaq quddiem il-Kummissjoni talba għal reviżjoni ta' programm operattiv biss fejn taqa' taħt kategorija ġdida ta' nfiq miżjuda fil-mument tar-reviżjoni ta' dan il-programm operattiv.

    (9) L-ambitu tad-dispożizzjoni dwar it-tul ta' żmien tal-operazzjoni għandu jiġi ċċarat. Huwa xieraq li b'mod partikolari jiġu limitati d-dispożizzjonijiet għal dawk l-operazzjonijiet ikkofinanzjati mill-FSE li jaqgħu taħt r-regoli ta' għajnuna statali bl-obbligu li jinżamm l-investiment jew l-impjiegi maħluqa. Barra dan, jeħtieġ li tiġi eskluża l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għal dawk l-operazzjonijiet fejn, wara li jitlestew, jgħaddu minn tibdil sostanzjali permezz ta' waqfien tal-attività produttiva minħabba falliment mhux b'qerq.

    (10) Jeħtieġ li jiġi ċċarat u ssimplifikat it-tagħrif meħtieġ għall-irrappurtar ta' kull sena dwar l-implimentazzjoni finanzjarja ta' programm operattiv. Għalhekk huwa xieraq li t-tagħrif finanzjarju meħtieġ jiġi allinjat fir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta' programm operattiv ma' tagħrif ipprovdut fid-dikjarazzjoni ta' nfiq u li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta' indikaturi finanzjarji.

    (11) Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2009 dwar "Impenn komuni għall-Impjieg", sabiex jitpatta għal problemi ta' disponibilità ta' flus kontanti li jseħħu fl-Istati Membri bħala riżultat ta' limitazzjonijiet finanzjarji fl-eqqel tal-kriżi u biex titħaffef l-implimentazzjoni ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol bl-għan li ċ-ċittadini jsibu aktar appoġġ, u b'mod aktar speċifiku, dawk li huma qiegħda jew dawk fir-riskju tal-qgħad, jeħtieġ li għal perjodu ta' żmien limitat jinbidlu d-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu tal-pagamenti interim . Għaldaqstant huwa xieraq li, mingħajr ma jinbidlu l-obbligazzjonijiet ta' kofinanzjar nazzjonali li japplikaw għal programmi operattivi tul il-perjodu kollu ta' pprogrammar, il-Kummissjoni tirrimborża, fejn jitolbu hekk l-Istati Membri, talbiet ta' pagament interim bil-100 % tal-kontribuzzjoni pubblika għal kull assi ta' prijorità fil-programmi operattivi ffinanzjati mill-FSE.

    (12) Sabiex jiġi ssimplifikat il-ħlas bil-quddiem lill-benefiċjarji tal-għajnuna statali u biex ikunu limitati r-riskji finanzjarji marbuta ma' dan il-ħlas, l-ambitu tal-garanziji ammissibbli għandu jiġi ddefinit mill-ġdid.

    (13) Ir-rekwiżiti għad-dikjarazzjonijiet ta' nfiq dwar strumenti ta' inġinerija finanzjarja għandhom jiġu ssimplifikati. B'mod partikolari, l-onorarji ta' amministrazzjoni, barra mill-ispejjeż ta' amminisrazzjoni, għandhom jitqiesu bħala nfiq eliġibbli.

    (14) Għal raġunijiet ta' konsistenza, huwa xieraq li l-Istati Membri jużaw mill-ġdid l-ammonti kkoreġuti fuq operazzjoni inkluża f'għeluq parzjali f'każ ta' irregolaritajiet misjuba mill-Istati Membri nfushom.

    (15) Mill-esperjenza huwa xieraq li jiġi applikat it-tnaqqis tal-ammonti suġġetti għar-regola ta' diżimpenn awtomatiku bl-ammonti kkonċernati għal proġett ewlieni mid-data ta' meta tintbagħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni għal dan il-proġett ewlieni li tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament.

    (16) Sabiex l-Istati Membri jitħallew jibbenefikaw mill-miżuri ta' simplifikazzjoni tul il-perjodu kollu ta' pprogrammar u biex jiġi żgurat trattament ugwali, jeħtieġ li jiġu applikati l-emendi marbuta mal-Artikolu 48(3), 56(2) u (3), 57, 78(2) and 78(6)(d) b'lura.

    (17) Ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999[3] ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 397/2009[4] li daħħal ir-regoli ta' eliġibilità għal infiq fuq l-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fid-djar fejn teżisti fl-Istati Membri kollha. Għalhekk huwa xieraq li jiġu applikati l-emendi marbuta mal-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 397/2009.

    (18) Ġaladarba tintbagħat applikazzjoni għal proġett ewlieni li tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament, l-ammonti koperti mill-applikazzjoni għandu jiġu mħarsa mid-diżimpenn awtomatiku. Dan il-ħarsien għandu japplika għall-applikazzjonijiet kollha ta' proġetti ewlenin mill-bidu tal-perjodu ta' pprogrammar u għandu japplikaw b'lura, speċjalment minħabba l-kriżi finanzjarja attwali.

    (19) Billi l-kriżi bla preċedent li qed taffettwa s-swieq finanzjarji internazzjonali teħtieġ tweġiba fil-pront biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija inġenerali, emendi oħrajn għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    (20) Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999[5] għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1) L-Artikolu 39 jinbidel b’dan li ġej:

    "Artikolu 39

    Kontenut

    Bħala parti minn programm operattiv jew programmi operattivi, l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jiffinanzjaw infiq li jkun magħmul minn sensiela ta' xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi maħsuba fihom infushom biex iwettqu ħidma indiviżibbli ta' natura ekonomika jew teknika preċiża, li għandha miri identifikati b'mod ċar u li l-ispiża totali tagħha taqbeż EUR 50 miljun (minn issa 'l quddiem "proġetti ewlenin")."

    (2) L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

    (a) il-frażi introduttorja tinbidel b’li ġej:

    "L-Istat Membru jew l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej dwar proġetti ewlenin:"

    (b) il-punt (d) jinbidel b’li ġej:

    "(d) skeda ta' żmien għall-implementazzjoni tal-proġett ewlieni u, fejn il-perjodu ta' implimentazzjoni għall-operazzjoni kkonċernata huwa mistenni li jkun itwal mill-perjodu ta' pprogrammar, il-fażijiet li għalihom jintalab kofinanzjament Komunitarju matul il-perjodu ta' pprogrammar 2007-2013;"

    (3) L-Artikolu 41(1) u (2) jinbidel f'dan li ġej:

    "1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-proġett ewlieni, jekk ikun meħtieġ billi tikkonsulta esperti barranin, inkluż il-BEI, fid-dawl tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 40, tal-konsistenza tiegħu mal-prijoritajiet tal-programm operattiv jew programmi operattivi, tal-kontribut tiegħu biex jinkisbu l-għanijiet ta' dawn il-prijoritajiet u tal-konsistenza tiegħu mal-istrateġiji politiċi l-oħra Komunitarji.

    2. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn tliet xhur wara s-sottomissjoni mill-Istat Membru jew mill-awtorità amministrattiva ta' proġett ewlieni, bil-kundizzjoni li l-preżentazzjoni ssir skont l-Artikolu 40. Din id-deċiżjoni għandha tiddefinixxi l-oġġett fiżiku, l-ammont li għalih tapplika r-rata ta' kofinanzjament għall-assi prijoritarju tal-programm jew programmi operattivi kkonċernati, u l-pjan jew pjanijiet annwali ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni."

    (4) L-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

    (a) l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

    "Bħala parti minn programm operattiv, il-Fondi Strutturali jistgħu jiffinanzjaw infiq fir-rigward ta' operazzjoni li tikkomprendi kontribuzzjonijiet għall-appoġġ ta':

    a) strumenti ta' inġinerija finanzjarja għall-intrapriżi, primarjament żgħar jew ta' daqs medju, bħal fondi ta' kapital ta' riskju, fondi ta' garanzija u fondi ta' self;

    b) fondi ta’ żvilupp urban, jiġifieri, fondi li jinvestu fi sћubiji bejn il-pubbliku u l-privat u proġetti oћrajn inklużi fi pjan integrat gћall-iżvilupp urban sostenibbli; u

    c) fondi jew skemi ta' inċentiva oħrajn li jipprovdu self, garanziji għal investimenti li jitħallsu lura, jew strumenti ekwivalenti għall-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fil-bini, inkluż fid-djar fejn teżisti. "

    (b) fit-tieni paragrafu, s-sentenza introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

    "Meta operazzjonijiet bħal dawn jiġu organizzati permezz ta' fondi ta' investiment, jiġifieri fondi stabbiliti biex jinvestu f'bosta fondi ta' kapital ta' riskju, fondi ta' garanzija, fondi ta' self, fondi ta' żvilupp urban, fondi jew skemi oħra ta' inċentiva li jipprovdu self, garanziji għal investimenti li jitħallsu lura, jew strumenti ekwivalenti għall-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fil-bini, inklużi djar eżistenti, l-Istat Membru jew l-awtorità amministrattiva għandhom jimplimentawhom permezz ta' waħda jew iżjed mill-forom li ġejjin:"

    (5) L-Artikolu 48(3) jinbidel b'dan li ġej:

    "3. Matul il-perjodu ta' pprogrammar, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjonijiet marbuta mal-monitoraġġ tal-programmi operattivi b'mod partikolari fejn dan il-monitoraġġ jiżvela tbegħid sinifikanti mill-għanijiet stabbiliti fil-bidu. Fejn isiru proposti għar-reviżjoni ta' programmi operattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 33, għandha tiġi pprovduta analiżi dwar ir-raġunijiet għar-reviżjoni, inklużi xi diffikultajiet ta' implimentazzjoni, u l-impatt mistenni tar-reviżjoni, inkluż dak fuq l-istrateġija tal-programm operattiv. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet jew analiżijiet għandhom jintbagħtu lill-kumitat ta' monitoraġġ għall-programm operattiv u lill-Kummissjoni. "

    (6) L-Artikolu 55(3) u (4) jinbidel f'dan li ġej:

    "3. Fejn mhux oġġettivament possibbli li jiġi stmat dħul bil-quddiem, id-dħul nett iġġenerat fi żmien ħames snin mit-tlestija ta' operazzjoni għandu jiġi mnaqqas min-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni.

    4. Fejn huwa stabbilit li operazzjoni ġġenerat dħul nett li ma tteħidtx kont tiegħu skont il-paragrafi 2 u 3, dan id-dħul nett għandu jitnaqqas mill-awtorità ta' ċertfikazzjoni mhux aktar tard minn dakinhar tal-preżentazzjoni tad-dokumenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 89(1) għall-programm operattiv. L-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ finali għandha tiġi korretta skont dan."

    (7) Fl-Artikolu 56(3), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

    "Fejn kategorija ta' nfiq tiżdied fil-mument tar-reviżjoni ta' programm operattiv imsemmi fl-Artikolu 33, kull nefqa li taqa' taħt din il-kategorija għandha tkun eliġibbli mid-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tat-talba għal reviżjoni tal-programm operattiv."

    (8) L-Artikolu 57 huwa emendat kif ġej:

    (a) Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

    "1. L-Istat Membru jew l-awtorità amministrattiva għandhom jiżguraw li operazzjoni li tikkomprendi investiment fl-infrastruttura jew investiment produttiv tibqa' fil-pussess tal-kontribuzzjoni mill-Fondi sakemm, fi żmien ħames snin qabel ma tintemm, ma ġġarrabx tibdil sostanzjali li jkun ġej minn tibdil fin-natura tas-sjieda ta' unità ta' infrastruttura jew il-waqfien ta' attività produttiva u li tolqot in-natura jew il-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-operazzjoni jew tagħti lil ditta jew entità pubblika vantaġġ mhux mistħoqq.

    Operazzjonijiet li jirċievu kontribuzzjoni mill-FSE jitqiesu bħala li mhumiex fil-pussess ta' kontribuzzjoni meta biss ikunu suġġetti għal obbligu għaż-żamma ta' investiment skont ir-regoli dwar l-għajnuna statali skont it-tifsira tal-Artikolu 87 tat-Trattat u fejn iġarbu tibdil sostanzjali li jkun ġej mill-waqfien tal-attività produttiva fi ħdan il-perjodu stabbilit f'dawn ir-regoli.

    L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każ taż-żamma ta' investiment jew impjiegi maħluqa mill-SMEs."

    (b) jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

    "5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għal kwalunkwe operazzjoni li ġġarrab tibdil sostanzjali bħala riżultat tal-waqfien tal-attività produttiva minħabba falliment mhux b'qerq."

    (9) Fl-Artikolu 67(2), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

    "(b) kwantifikazzjoni tal-indikaturi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 66(2) li tesprimi l-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-programm operattiv u li għal kull assi ta' prijorità turi fid-dettall dan li ġej:

    (i) l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ċċertifikata mħallsa mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti;

    (ii) ir-rata tal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ċċertifikata mħallsa mill-benefiċjarji u l-finanzjament totali tal-programm inkluż il-finanzjament tal-Komunità u l-kontroparti nazzjonali;

    Fejn xieraq, l-implementazzjoni finanzjarja f'oqsma li jirċievu sostenn tranżizzjonali għandha tiġi ppreżentata separatament fi ħdan kull programm operattiv;"

    (10) L-Artikolu 77 jinbidel b’dan li ġej:

    "Artikolu 77

    Regoli komuni għall-kalkolu ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali

    1. Il-ħlasijiet interim u l-ħlasijiet tal-bilanċ finali għandhom jiġu kalkolati bl-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament stabbilita fid-deċiżjoni dwar il-programm operattiv konċernat għal kull assi ta' prijorità għan-nefqa eliġibbli msemmija taħt dan l-assi ta' prijorità f'kull dikjarazzjoni tan-nefqa ċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

    Madankollu l-kontribuzzjoni Komunitarja permezz ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali ma għandhiex tkun ogħla mill-kontribuzzjoni pubblika u l-ammont massimu ta' għajnuna mill-Fondi għal kull assi ta' prijorità kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operattiv.

    2. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-każ ta' programmi operattivi kkofinanzjati mill-FSE, il-ħlasijiet interim mill-Kummissjoni għal dikjarazzjonijiet ta' nfiq mibgħuta mill-Istati Membri sal-31 ta' Diċembru 2010 jistgħu jsiru, jekk dan jintalab minn Stat Membru biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-kriżi, bil-ħlas ta' 100 % tal-kontribuzzjoni pubblika għal kull assi ta' prijorità kif imsemmi taħt din l-assi ta' prijorità fid-dikjarazzjoni ta' nfiq iċċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni. Fejn l-Istat Membru jagħżel dan, il-Kummissjoni għandha tapplika din is-sistema għat-talbiet kollha ta' ħlasijiet i nterim mibgħuta sal-31 ta' Diċembru 2010 għall-programm operattiv imsemmi.

    Id-differenza bejn l-ammont totali mħallas skont l-ewwel subparagrafu u l-ammont ikkalkolat skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhiex titqies biex jiġu kkalkolati ħlasijiet interim għal dikjarazzjonijiet ta' nfiq mibgħuta wara l-31 ta' Diċembru 2010. Iżda, din id-differenza għandha titqies għall-fini tad-dispożizzjoni taħt l-Artikolu 79(1) u għall-kalkolu tal-ħlas tal-bilanċ finali."

    (11) L-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:

    (a) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i) il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

    "(a) għandhom ikunu suġġetti għal garanzija pprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra stabbilita f'wieħed mill-Istati Membri;"

    (ii) għandu jiżdied is-sottoparagrafu li ġej:

    "Faċilità pprovduta bħala garanzija minn entità pubblika jew mill-Istat Membru nnifsu għandha titqies ekwivalenti għal garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt (a)."

    (b) il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    (i) il-punt (d) jinbidel b’li ġej:

    "(d) spejjeż jew onorarji eliġibbli ta' amministrazzjoni; kif ukoll"

    (ii) jiżdied il-punt (e) li ġej:

    "(e) fondi jew garanziji għal investimenti li jitħallsu lura minn fondi jew skemi ta' inċentiva oħrajn li jipprovdu self, garanziji għal investimenti li jitħallsu lura, jew strumenti ekwivalenti għall-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fil-bini, inkluż fid-djar fejn teżisti."

    (c) il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:

    "7. Imgħax iġġenerat minn ħlasijiet minn programmi operattivi lil fondi kif iddefinit fl-Artikolu 44, għandhom jintużaw biex jiġu ffinanzjati proġetti ta' żvilupp fil-każ ta' fondi ta' żvilupp urban, strumenti ta' inġinerija finanzjarja għal impriżi żgħar u medji jew għall-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fil-bini, inklużi djar eżistenti, fil-każ ta' fondi jew skemi oħra ta' inċentiva li jipprovdu self, garanziji ta' investimenti li jitħallsu lura, jew strumenti ekwivalenti.

    Riżorsi li jitqiegħdu mill-ġdid fl-operazzjoni minn investimenti mwettqa permezz ta' fondi kif iddefinit fl-Artikolu 44 jew li ma jiġux użati wara li l-garanziji kollha jkunu ġew onorati għandhom jerġgħu jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għall-benefiċċju ta' proġetti ta' żvilupp urban, ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jew għall-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fil-bini, inklużi djar eżistenti."

    (12) Fl-Artikolu 88(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Iżda, f'każijiet fejn l-irregolaritajiet f'operazzjonijiet li ġew soġġetti għal dikjarazzjoni ta' għeluq parzjali jinstabu minn kontrolli mwettqa mill-Istat Membru, għandu japplika l-Artikolu 98(2) u (3). Id-dikjarazzjoni ta' nfiq imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi aġġustata skont dan."

    (13) L-Artikolu 94(1) huwa emendat kif ġej:

    "Meta l-Istat Membru jibgħat applikazzjoni għal proġett ewlieni li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 40, l-ammonti potenzjalment ikkonċernati mid-diżimpenn awtomatiku għandhom jitnaqqsu bl-ammonti annwali kkonċernati minn dawn il-proġetti ewlenin.

    Meta l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni biex tawtorizza skema ta' għajnuna, l-ammonti potenzjalment ikkonċernati mid-diżimpenn awtomatiku għandhom jitnaqqsu bl-ammonti annwali kkonċernati minn dawn l-iskemi ta' għajnuna."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Iżda, il-punti (5) u (7) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Awwissu 2006, il-punti (8), (11)(a), (11)(b)(i) u (13) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007 u l-punti (4), (11)(b)(ii) u (11)(c) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw b'effett mill-10 ta' Ġunju 2009.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, […]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM IL-PROPOSTA:

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru .../2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

    2. QAFAS ABM / ABB

    Il-Qasam/Oqsma Politiku/ċi kkonċernat(i) u l-Attività/Attivitajiet assoċjata/i:

    Politika Reġjonali; Attività ABB 13.03

    Impjieg u Affarijiet Soċjali; Attività ABB 04.02

    3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji relatati tal-għajnuna teknika u amministrattiva (li qabel kienu l-linji B.A)):

    L-azzjoni ġdida proposta se tkun implimentata fuq il-linji baġitarji li ġejjin fl-2009, u l-2010:

    - 04.0217 Konverġenza (FSE)

    - 04.0219 Kompetittività reġjonali & impjieg (FSE)

    3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

    Sabiex titħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-programmi ta' koeżjoni, qed jiġi propost li jitwettqu aktar simplifikazzjonijiet ta' proċeduri billi jitħalla l-ogħla użu possibbli tal-fondi tal-Komunità filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja sana.

    Minn sensiela ta' miżuri proposti, ir-rimborż ta' talbiet ta' ħlasijiet interim bil-100 % għal perjodu limitat (sa tmiem l-2010) għall-programmi tal-FSE, minflok ma jiġu applikati r-rati ta' rimborż (aktar baxxi) stabbiliti fil-Programmi Operattivi, se jkollu implikazzjoni diretta fuq ir-riżorsi tal-baġit.

    Din il-miżura jkollha konsegwenzi finanzjarji għall-baġits tal-2009 u l-2010 billi teħtieġ doża ta' allokazzjoni ta' ħlas addizzjonali. Iż-żieda fid-disponibilità ta' flus kontanti permezz ta' żieda fir-rati ta' rimborż tgħin biex tingħata prijorità lill-infiq fuq proġetti li għandhom l-għan li jikkumbattu l-kriżi u li jagħtu appoġġ liċ-ċittadini l-aktar milquta mill-kriżi madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

    L-analiżi tal-allokazzjonijiet ta' ħlas disponibbli fil-baġit għall-2009 u l-Abbozz ta' Baġit għall-2010 juru li l-krediti ta' ħlas addizzjonali li jridu jitħallsu skont l-għażla ta' rimborż bil-100 % fl-2009 u l-2010 għall-programmi tal-FSE b'kollox jikkorrispondu għal madwar EUR 6,6 biljun.

    3.3. Il-karatteristiċi tal-baġit:

    Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuz-zjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    04.0217 | Mhux obbligatorju | Diff. | LE | LE | LE | Nru 1b |

    04.0219 | Mhux obbligatorju | Diff. | LE | LE | LE | Nru 1b |

    4. TAQSIRA TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1. Taqsira tal-allokazzjonijiet ta' impenn (AI) u tal-allokazzjonijiet ta' ħlas (AĦ)

    It-tabelli li ġejjin juru l-impatt stmat tal-miżuri proposti fl-2009 u l-2010.

    Miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    It-tip ta’ nfiq | Taqsima nru. | Is-sena nru | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Totali |

    Nefqa operattiva[6] |

    Allokazzjonijiet ta' Impenn (AI) | 8.1 | a | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Approprjazzjonijiet ta' Ħlas (AĦ) | b | 2,500 | 4,100 | Mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | -6,600 | 0,000 |

    Nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza[7] |

    Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    Allokazzjonijiet ta' Impenn | a+c | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Allokazzjonijiet ta' Ħlas | b+c | 2,500 | 4,100 | Mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | -6,600 | 0,000 |

    Infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[8] |

    Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Spejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Spiża finanzjarja totali indikattiva tal-intervent

    TOTAL tal-AI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    TOTAL AI, inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | b+c+d+e | Mhux applikabbli | mhux applikabbli | Mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | Mhux applikabbli |

    Dettalji ta' kofinanzjament

    Miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Entità ta' kofinanzjament | Sena nru | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Totali |

    …………………… | f | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    TOTAL tal-AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

    ( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ( Il-proposta se tkun teħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[9] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

    ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

    NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha marbuta mal-metodu tal-kalkolu tal-effett fuq id-dħul għandhom jidhru f'anness separat.

    Miljuni ta' EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

    Qabel azzjoni [Sena n-1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    Għadd totali ta' riżorsi umani | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    5.1. Ħtieġa li għandha tintlaħaq fuq medda qasira jew twila ta' żmien

    Minħabba li hija marbuta ma' nfiq reali mġarrab mill-benefiċjarji, ir-rata temporanja ta' rimborż bil-100 % għall-Programmi Operattivi tal-FSE żżid id-disponibilità ta' flus kontanti għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u għall-benefiċjarji filwaqt li tħeġġeġ miżuri biex tiġi miġġielda l-kriżi u jingħata appoġġ liċ-ċittadini l-aktar milquta mill-kriżi. Id-differenza bejn l-ammont totali mħallas skont ir-regola ta' kofinanzjament bil-100 % u l-ammont ikkalkolat bl-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament stabbilita fid-deċiżjoni dwar il-programm operattiv ma titqiesx meta l-Kummissjoni terġa' lura għall-kalkolu bbażat fuq ir-rata ta' kofinanzjament stabbilita għall-programm fl-2011. Iżda, din id-differenza għandha titqies għall-kalkolu tal-ħlas tal-bilanċ finali u għall-fini tad-dispożizzjoni taħt l-Artikolu 79(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

    5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

    Bid-dħul ta' aktar flessibilità u żieda fid-disponibilità tal-flus kontanti, l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tkun f'qagħda aħjar biex issir reżistenza għall-effetti negattivi tal-kriżi attwali ekonomika u jinbena ritmu ta' implimentazzjoni li jippermetti li jinkiseb l-għan tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi.

    Il-proposta biex jiżdiedu r-rati ta' rimborż fl-2009 u l-2010 se tikkontribwixxi għall-miri tal-Pakkett Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku biex jitħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku fir-reġjuni tal-UE billi jingħata appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi u l-ħiliet għall-ġejjieni.

    5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

    Aktar simplifikazzjoni tar-regoli li jirregolaw il-politika ta' koeżjoni se jkollhom effetti pożittivi fuq l-implimentazzjoni tal-programmi fil-post. Aktar flessibilità tipprovdi tweġiba xierqa għall-ħtiġijiet attwali tal-Istati Membri għal marġni usa' ta' manuvrar.

    5.4. Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

    Hawn isfel uri l-metodu/i magħżul(in) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

    ٱ Ġestjoni ċentralizzata

    ٱ Direttament mill-Kummissjoni

    ٱ Indirettament b’delega lil:

    ٱ Aġenziji Eżekuttivi

    ٱ Entitajiet stabbiliti mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

    ٱ Entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/entitajiet b’missjoni tas-servizz pubbliku

    ٱ Amministrazzjoni komuni jew deċentralizzaa

    ٱ Mal-Istati Membri

    ٱ Ma’ Pajjiżi Terzi

    ٱ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema)

    6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    6.1. Sistema ta' monitoraġġ

    Il-Kummissjoni se twaqqaf strument ta' monitoraġġ biex tissorvelja mill-qrib il-konsum tal-krediti addizzjonali għall-Fond Soċjali Ewropew. Għat-talbiet ta' pagament li jintbagħtu mill-1 ta' Jannar 2011 lilhinn, se tapplika r-rata regolari ta' kofinanzjament li dwarha sar qbil fid-deċiżjoni dwar il-programm.

    6.2. Evalwazzjoni

    6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

    Minħabba s-sitwazzjoni ta' urġenza li teħtieġ reazzjoni malajr ħafna, ma saret ebda evalwazzjoni ex-ante .

    6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

    M/A

    6.2.3. Termini u frekwenza tal-evalwazzjoni futura

    M/A

    7. Miżuri kontra l-frodi

    M.A.

    8. DETTALJI TA' RIŻORSI

    8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom

    L-allokazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

    Uffiċjali jew persunal temporanju (XX 01 01) | A*/AD | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    B*, C*/AST | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Persunal ieħor iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 04/05 | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    TOTAL | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li ġejjin mill-azzjoni

    M/A

    8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

    (Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors)

    ( Karigi li bħalissa huma allokati għall-amministrazzjoni tal-programm li għandu jiġi ssostitwit jew estiż

    ( Karigi allokati minn qabel fl-ambitu tal-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

    ( Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ amministrazzjoni (tqassim intern mill-ġdid)

    ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

    8.2.4. Nefqa oħra Amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 - Nefqa għall-immaniġġjar amministrattiv)

    Miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    -intra muros | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    -extra muros | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Għajnuna teknika u amministrattiva totali | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

    Miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Impjegati ffinanzjati bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, impjegati bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Spiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti temporanji

    Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk ikun meħtieġ

    mhux applikabbli

    Kalkolu - Persunal iffinanzjat taħt l-Art. XX 01 02

    Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk ikun meħtieġ

    mhux applikabbli

    8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

    Miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) |

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    XX 01 02 11 03 – Kumitati | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi tal-informazzjoni | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    2 Total ta’ Nfiq Ieħor ta' Amministrazzjoni (XX 01 02 11) | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja baġitarja) | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Nefqa amministrattiva totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

    Kalkolu - Spejjeż amministrattivi oħrajn mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    mhux applikabbli

    [1] L-Artikoli 4-5 tar-Regolament Nru 1080/2006 għall-FEŻR, u l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1084/2006 għall-FK.

    [2] IR-REGOLAMENT (KE) NRU 397/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija li tiġġedded fid-djar, ĠU L 126/3 tal-21.5.2009.

    [3] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.

    [4] ĠU L 126, 21.5.2009, p. 3.

    [5] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

    [6] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

    [7] In-nefqa fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [8] In-nefqa fil-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [9] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [10] Għandhom jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun meħtieġ, jiġifieri jekk it-tul taż-żmien tal-azzjoni jaqbeż is-sitt snin.

    Top