Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0375

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ

    /* KUMM/2009/0375 finali - ACC 2009/0102 */

    52009PC0375

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ /* KUMM/2009/0375 finali - ACC 2009/0102 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 17.7.2009

    KUMM(2009) 375 finali

    2009/0102 (ACC)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Għadd ta' atti li ġew adottati matul id-deċennji li għaddew kienu eżawrew l-effetti kollha tagħhom iżda, teknikament, għadhom fis-seħħ. Minħabba l-karattru temporanju tagħhom jew inkella minħabba li l-kontenut tagħhom ġie inkorporat f'atti sussegwenti dawn issa ma għadhomx fis-seħħ. Wara l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda, bosta miżuri marbuta mal-adeżjoni tagħhom issa ma għadhomx fis-seħħ. Fil-ftehim interistituzzjonali tagħhom dwar it-tfassil aħjar tal-liġi, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li l-liġi Komunitarja għandha tiġi aġġornata u tinġabar fil-qosor billi jitħassru l-atti li ma għadhomx jiġu applikati[1]. Biex jittejbu t-trasparenza u ċ-ċertezza tal-liġi Komunitarja, atti li ma għadhomx relevanti għandhom jitneħħew mill-acquis communautaire.

    Il-Kummissjoni wettqet bosta eżerċizzji biex tneħħi mill-acquis il-leġiżlazzjoni li ma għadhiex fis-seħħ, parzjalment permezz tal-proċedura tradizzjonali tat-tħassir, u inparti billi ddikjarat li l-atti rilevanti tal-Kummissjoni ma għadhomx fis-seħħ. Dan l-aħħar, il-Kummissjoni ddikjarat madwar 250 att agrikolu, bħala atti li ma għadhomx fis-seħħ[2]. Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Marzu 2009 "PAK simplifikata għall-Ewropa – suċċess għal kulħadd," il-Kummissjoni kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tnaddaf ir-regoli agrikoli[3]. Din il-proposta hija prevista fil-Programm Kontinwu ta’ Simplifikazzjoni tal-Kummissjoni li ġie adottat fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju, kif ġie aġġornat dan l-aħħar - fid-dokument COM (2008) 712 l-Anness 2 għall-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2009.

    Il-Kummissjoni identifikat għadd ta' atti tal-Kunsill relatati mal-Politika Agrikola Komuni, iżda li huma bbażati fuq l-Artikolu 133 tat-Trattat, li eżawrew l-effetti prattiċi kollha, iżda li formalment għadhom fis-seħħ. Mhuwiex fl-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tiddikjara l-atti li ġew adottati mill-Kunsill bħala atti li ma għadhomx fis-seħħ. Fl-interess tal-ċertezza legali, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-atti elenkati f'din il-proposta għandhom jitħassru mill-Kunsill.

    2009/0102 (ACC)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[4],

    Billi:

    (1) It-titjib tat-trasparenza tal-liġi Komunitarja huwa element essenzjali tal-istrateġija għat-tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Komunità qed jimplimentaw. F'dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li hija fis-seħħ.

    (2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/3 7 3/KEE tat-8 ta' Lulju 1991 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar garanzija ta' kreditu għall-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli u ta' oġġetti tal-ikel mill-Komunità lejn l-Unjoni Sovjetika [verżjoni mhux uffiċjali][5] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 599/91 tal-5 ta' Marzu 1991 li jintroduċi garanzija ta' kreditu għall-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli u ta' oġġetti tal-ikel mill-Komunità lejn l-Unjoni Sovjetika [verżjoni mhux uffiċjali][6] għandhom jitħassru, minħabba li l-ftehim kien intenzjonat biex jittratta sitwazzjoni temporanja u tilef l-effetti prattiċi tiegħu kollha.

    (3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3093/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 li jippreskrivi r-rati ta' dazju li għandha tapplika l-Komunità bħala riżultat tan-negozjati taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT minħabba l-adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja fl-Unjoni Ewropea[7] ġie inkorporat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, kif emendat, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana[8] u b'riżultat eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1804/98 tal-14 ta' Awwissu 1998 li jistabbilixxi dazju awtonomu li jista’ jiġi applikat għall-fdalijiet mill-fabbrikazzjoni tal-lamtu mill-qamħirrun li jidħol fil-kodiċijiet NM 2303 10 19 u 2309 90 20 u li jintroduċi kwota ta' rata tat-tariffa fuq l-importazzjonijiet tal-fdalijiet mill-fabbrikazzjoni tal-lamtu mill-qamħirrun (it-tgħam tal-gluten tal-qamħirrun) li jidħlu fil-kodiċijiet NM 2303 10 19 u 2309 90 20 li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika[9] ġie adottat fil-qafas ta' tilwima kummerċjali mal-Istati Uniti tal-Amerika. Peress li din il-tilwima ġiet riżolta, r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1804/98 ma għad għandu l-ebda relevanza prattika.

    (5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2249/1999 tat-22 ta' Ottubru 1999 li jiftaħ kwota ta' tariffa Komunitarja għall-importazzjoni ta' laħam tal-annimali bovini, mingħajr għadam, u mnixxef[10] kien ta' natura temporanja u eżawrixxa l-effetti kollha tiegħu.

    (6) Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mill-1 ta’ Jannar 1994 l-ammont addizzjonali li għandu jitnaqqas mit-taxxa jew mid-dazji doganali fuq l-importazzjoni lejn il-Komunità taż-żejt taż-żebbuġa mhux ittrattat li joriġina mill-Marokk u l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jidderoga, b’mod temporanju, mill-Protokoll Agrikolu Nru 1 għall-Ftehim tal-Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Renju tal-Marokk fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-importazzjoni fil-Komunità tat-tadam li joriġina mill-Marokk, eżawrew l-effetti kollha tagħhom [verżjoni mhux uffiċjali]. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/620/KE[11] tal-1 ta’ Ottubru 1996 dwar l-ewwel ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/958/KE tat-28 ta' Novembru 2002[12] dwar il-konklużjoni tat-tieni ftehim għandhom jitħassru.

    (7) Il-miżuri li ġejjin marbuta mal-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda ma għadhomx fis-seħħ wara l-adeżjoni tagħhom: (i) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/211/KEE tas-26 ta’ Marzu 1985 dwar il-konklużjoni ta’ bdil ta’ ittri li jestendi l-bdil ta’ ittri li għandhom x’jaqsmu ma’ klawżola 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija dwar il-kummerċ fil-laħam tal-muntun u tal-mogħoż[13]; (ii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/722/KE tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproċi tal-ismijiet tal-inbejjed [verżjoni mhux uffiċjali][14]; (iii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/724/KE tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ungerija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproċi tal-ismijiet tal-inbejjed [verżjoni mhux uffiċjali][15]; (iv) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/726/KE tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u [dwar] il-protezzjoni reċiproka u l-kontroll ta’ ismijiet ta’ nbejjed[16]; (v) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 933/95 tal-10 ta' April 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti nbejjed li joriġinaw mill-Bulgarija, mill-Ungerija u mir-Rumanija [verżjoni mhux uffiċjali][17]; (vi) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1926/96 tas-7 ta' Ottubru 1996 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u tranżizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li dwarhom hemm dispożizzjonijiet fil-ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles u affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ mal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, sabiex jitqies il-Ftehim dwar l-Agrikoltura li ntlaħaq waqt in-Negozjati Multilaterali dwar il-Kummerċ tar-Rawnd tal-Urugwaj [verżjoni mhux uffiċjali][18]; (vii) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 410/97 tal-24 ta' Frar 1997 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u l-Miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-Kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, fuq naħa, u r-Repubblika tas-Slovenja, fuq in-naħa l-oħra [verżjoni mhux uffiċjali][19]; (viii) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2658/98 tad-19 ta' Jannar 1998 dwar l-approvazzjoni ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ungerija dwar ċerti arranġamenti fuq l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli [verżjoni mhux uffiċjali][20]; (ix) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/86/KE tat-18 ta' Mejju 1998 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Estonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqiesu l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Iżvezja fl-Unjoni Ewropea u r-riżultat tan-negozjati dwar l-agrikoltura tar-Rawnd tal-Urugway, inkluż it-titjib tal-arranġamenti preferenzjali eżistenti [verżjoni mhux uffiċjali][21]; (x) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 678/2001 tas-26 ta' Frar 2001 dwar il-konklużjoni ta' Patti ta' Ftehim fil-forma ta' Skambji ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Rumanija dwar konċessjonijiet ta' kummerċ reċiproku preferenzjali għal ċerti nbejjed u spirti, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 933/95[22]; (xi) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/63/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqiesu l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Iżvezja fl-Unjoni Ewropea u r-riżultat tan-negozjati dwar l-agrikoltura tar-Rawnd tal-Urugway, inkluż it-titjib tal-arranġamenti preferenzjali eżistenti [verżjoni mhux uffiċjali][23]; (xii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/18/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Rumanija, min-naħa l-oħra, biex jitqies ir-riżultat ta’ negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda[24]; (xiii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/285/KE tat-18 ta’ Marzu 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Ungerija, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda [verżjoni mhux uffiċjali][25]; (xiv) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/463/KE tat-18 ta’ Marzu 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Estonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda [verżjoni mhux uffiċjali][26]; (xv) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE tat-8 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda[27]; (xvi) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/298/KE tal-14 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika Ċeka, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda [verżjoni mhux uffiċjali][28]; (xvii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/299/KE tal-14 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika Slovakka, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda [verżjoni mhux uffiċjali][29]; (xviii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/452/KE tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, li jaġixxu fi ħdan il-qafas tal-Unjoni Ewropea, fuq naħa, u r-Repubblika tas-Slovenja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda [verżjoni mhux uffiċjali][30]; (ixx) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/484/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Latvja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda [verżjoni mhux uffiċjali][31]; (xx) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 li jistabbilixxi konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u tranżizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-Ftehim Ewropew mal-Litwanja [verżjoni mhux uffiċjali][32]; (xxi) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1037/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-importazzjoni tal-meraq tal-għeneb u tal-most li joriġinaw minn Ċipru [verżjoni mhux uffiċjali][33].

    (8) Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u taċ-ċarezza, għandhom jitħassru dawn ir-Regolamenti u d-Deċiżjonijiet li ma għadhomx fis-seħħ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolamenti (KEE) Nru 599/91 , (KE) Nru 933/95, (KE) Nru 3093/95, (KE) Nru 1926/96, (KE) Nru 410/97, (KE) Nru 1804/98, (KE) Nru 2658/98, (KE) Nru 1037/1999, (KE) Nru 2249/1999, (KE) Nru 678/2001 u (KE) Nru 1361/2002 u d-Deċiżjonijiet 85/211/ KEE , 91/373/ KEE , 93/722/KE, 93/724/KE, 93/726/KE, 96/620/KE, 1999/86/KE, 2002/63/KE, 2002/958/KE, 2003/18/KE, 2003/285/KE, 2003/286/KE, 2003/298/KE, 2003/299/KE, 2003/452/KE, 2003/463/KE u 2004/484/KE għandhom jitħassru.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President […[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

    [1] ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

    [2] ĠU C 30, 6.2.2009, p. 18.

    [3] COM(2009) 128 finali, 18.3.2009.

    [4] ĠU C , , p. .

    [5] ĠU L 202, 25.7.1991, p. 39.

    [6] ĠU L 67, 14.3.1991, p. 21.

    [7] ĠU L 334, 30.12.1995, p. 1.

    [8] ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    [9] ĠU L 233, 20.8.1998, p. 1.

    [10] ĠU L 275, 26.10.1999, p. 2.

    [11] ĠU L 277, 30.10.1996, p. 35.

    [12] ĠU L 333, 10.12.2002, p. 21.

    [13] ĠU L 96, 3.4.1985, p. 30.

    [14] ĠU L 337, 31.12.1993, p. 11.

    [15] ĠU L 337, 31.12.1993, p. 93.

    [16] ĠU L 337, 31.12.1993, p. 177.

    [17] ĠU L 96, 28.4.1995, p. 1.

    [18] ĠU L 254, 8.10.1996, p. 1.

    [19] ĠU L 62, 4.3.1997, p. 5.

    [20] ĠU L 336, 11.12.1998, p. 1.

    [21] ĠU L 29, 3.2.1999, p. 9.

    [22] ĠU L 94, 4.4.2001, p. 1.

    [23] ĠU L 27, 30.1.2002, p. 1.

    [24] ĠU L 8, 14.1.2003, p. 18.

    [25] ĠU L 102, 24.4.2003, p. 32.

    [26] ĠU L 156, 25.6.2003, p. 31.

    [27] ĠU L 102, 24.4.2003, p. 60.

    [28] ĠU L 107, 30.4.2003, p. 12.

    [29] ĠU L 107, 30.4.2003, p. 36.

    [30] ĠU L 152, 20.6.2003, p. 22.

    [31] ĠU L 162, 30.4.2004, p. 78.

    [32] ĠU L 198, 27.7.2002, p. 1.

    [33] ĠU L 127, 21.5.1999, p. 5.

    Top