Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0293

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja {KUMM(2009) 292 finali} {KUMM(2009) 294 finali}

/* KUMM/2009/0293 finali - COD 0089/0200 */

52009PC0293

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja {KUMM(2009) 292 finali} {KUMM(2009) 294 finali} /* KUMM/2009/0293 finali - 0089/0200 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 24.6.2009

KUMM(2009) 293 finali

2009/0089 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

{KUMM(2009) 292 finali}{KUMM(2009) 294 finali}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-kuntest tal-proposta

1.1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-għan ta' din il-proposta għal Regolament huwa li jwaqqaf Aġenzija responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika (“IT”) fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja.

L-Aġenzija ser tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva fuq tul ta' żmien tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) EURODAC. Din il-proposta għar-Regolament għandha l-għan ukoll li tistabbilixxi qafas għall-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira mill-Aġenzija fl-applikazzjoni tat-Titlu IV tat-Trattat tal-KE u potenzjalment sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Madanakollu, kull integrazzjoni ta' sistemi addizzjonali se teħtieġ mandat speċifiku mill-leġiżlatur li mhux mogħti minn din il-proposta.

Il-pakkett leġiżlattiv preżenti jikkonsisti f’żewġ proposti: din il-proposta għar-Regolament u proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li jagħtu lill-Aġenzija stabbilita minn dan ir-Regolament, il-kompiti dwar it-tmexxija operattiva tas-SIS II, u l-VIS fl-applikazzjoni tat-Titlu VI tat-Trattat tal-UE. Ir-Regolament propost ikopri l-ambitu tal-ewwel pilastru tas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC. Id-Deċiżjoni proposta tkopri l-ambitu tat-tielet pilastru tas-SIS II u l-VIS.

Il-Kummissjoni għamlet Valutazzjoni[1] tal-Impatt sabiex tidentifika l-aħjar soluzzjoni għat-tmexxija operattiva għal tul ta' żmien tas-SIS II, il-VIS kif ukoll il-EURODAC. Fi stqarrijiet konġunti marbuta mal-istrumenti legali tas-SIS II u l-VIS[2], il-Kunsill u l-Parlament Ewropew stiednu lill-Kummissjoni, wara Valutazzjoni ta' Impatt li fiha analiżi sostanzjali ta' alternattivi, mill-perspettiva finanzjarja, operattiva u organizzazzjonali, biex tippreżenta l-proposti leġiżlattivi meħtieġa li jafdaw aġenzija bit-tmexxija operattiva għal tul ta' żmien tas-SIS II u l-VIS. Wara analiżi tal-għażliet differenti, instab li Aġenzija Regolatorja ġdida kienet l-iktar alternattiva fattibbli bex twettaq il-kompiti ta' "Awtorità ta' Tmexxija" għal dawn is-sistemi għal tul ta' żmien.

Il-kompitu ewlieni tal-Aġenzija se jkun li twettaq it-tmexxija operattiva tas-SIS II, il-VIS u tal-EURODAC, billi żżomm is-sistemi jaħdmu 24 siegħa kulljum sebat ijiem fil-ġimgħa, b'hekk tiżgura fluss kontinwu u bla heda ta' skambju ta' dejta. Lil hinn dawn il-kompiti operattivi, se jkunu mogħtija lill-Aġenzija r-responsabbiltajiet korrispondenti għal kwistjonijiet dwar l-adozzjoni ta’ miżuri tas-sigurtà, rappurtaġġ, pubblikazzjoni, monitoraġġ, informazzjoni, organizzazzjoni ta' taħriġ relatat speċifikament mal-VIS u mas-SIS II, l-implimentazzjoni ta' skemi pilota fuq talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni u monitoraġġ ta' riċerka. L-għaqda tas-sistemi f'Aġenzija konġunta se tagħmilha possibbli li jkunu sfruttati s-sinerġiji u l-iskambju tal-faċilitajiet u tal-persunal. L-istruttura ta' governanza tal-Aġenzija tirrifletti l-ġeometrija varjabbli eżistenti li turi grupp eteroġenju ta' pajjiżi parteċipanti (Stati Membri tal-UE bl-livelli ta' parteċipazzjoni fis-sistemi ta' informazzjoni differenti u pajjiżi assoċjati).

Din il-proposta ma teffettwax il-qafas finanzjarju għall-2007-2013. Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva annessa ma' din il-proposta hija prinċipalment ibbażata fuq stimi u figuri mill-valutazzjoni tal-impatt imwettaq fl-2007. Din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva annessa ma' din il-proposta hija bbażata wkoll fuq is-suppożizzjoni li din il-proposta se tkun adottata fl-2010 sabiex l-Aġenzija tkun imwaqqfa legalment fl-2011 u ssir Aġenzija vera u proprija kapaċi li tieħu f'idejha l-kompiti relatati mat-tmexxija operattiva tas-SIS II, l-VIS u l-EURODAC u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fl-2012. Fi stqarrija konġunta marbuta mal-istrumenti legali tas-SIS II u l-VIS il-Parlament Ewropew u l-Kunsill impenjaw ruħhom li jindirizzaw il-proposti dwar it-tmexxija operattiva għal tul ta' żmien tas-SIS II u l-VIS mill-aktar fis possibbli u li jadottawhom fil-ħin biex iħallu lill-Aġenzija tieħu f'idejha l-attivitajiet tagħha kompletament qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-istrumenti legali tas-SIS II u l-VIS.

Fl-aħħarnett, il-Kunsill għandu jżomm f'moħħu l-implikazzjonijiet marbuta mal-għażla tal-post tal-Aġenzija.

1.2. Kuntest ġenerali

L-Artikolu 61 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "it-Trattat tal-KE") jeħtieġ l-adozzjoni ta' miżuri li jkollhom l-għan li jiżguraw il-moviment ħieles tal-persuni skont l-Artikolu 14 tat-Trattat tal-KE, flimkien ma' miżuri ta' sostenn relatati direttament fir-rigward tal-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-ażil u l-immigrazzjoni, kif ukoll miżuri biex jipprevjenu u jiġġieldu l-kriminalità.

Fuq il-bażi tal-Konvenzjoni ta' Schengen[3], is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) kienet imwaqqfa biex iżżomm l-ordni pubblika u s-sigurtà pubblika, inkluża s-sigurtà nazzjonali. Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA tat-12 ta' Ġunju 2007, dwar it-twaqqif, l-operat u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).[4] L-għan tagħha huwa li tikkontribwixxi li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fiz-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, inkluż iż-żamma ta' sigurtà u ordni pubblika u l-ħarsien ta' sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri u li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat tal-KE rigward il-moviment tal-persuni fit-territorji tagħhom, bl-użu tal-informazzjoni kkomunikata permezz ta' din is-sistema.

Is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) kienet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal terminu ta' żmien qasir (Regolament VIS)[5]. Il-VIS tippermetti li l-konsolati u l-awtoritajiet oħra kompetenti tal-Istati Membri jagħmlu skambju tal-informazzjoni dwar il-viżi biex tkun iffaċilitata l-proċedura għall-applikazzjoni tal-viża, biex jipprevjenu 'il-viża shopping', jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-frodi, jiffaċilitaw il-kontrolli fuq il-postijiet ta' qsim tal-fruntieri esterni u fl-Istati Membri, jgħinu fl-identifikazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-Regolament ta' Dublin u jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kwalunkwe Stat Membru.

L-istrumenti legali li jwaqqfu u jirregolaw is-SIS II u l-VIS jistabbilixxu li s-sistemi ċentrali u dik centrali ta' back-up ikunu fi Strażburgu, Franza (CS-SIS u VIS ċentrali) u fi Sankt Johann im Pongau, l-Awstrija (CS-SIS back-up u VIS back-up ċentrali) rispettivament.

Il-EURODAC, sistema ta' teknoloġija tal-informatika estiża mal-Komunità kollha, inħolqot biex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Dublin[6], li kellha l-għan li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà għall-applikazzjonijiet għall-ażil ippreżentati f'wieħed mill-Istati Membri tal-UE. Il-Konvenzjoni ta' Dublin ġiet sostitwita bi strument legali tal-Komunità, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (jiġifieri r-Regolament ta' Dublin)[7].

L-oqsfa legali tas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC huma kkaraterizzati minn ġeometrija varjabbli. Min-naħa l-waħda, l-Irlanda u r-Renju Unit jipparteċipaw fil-EURODAC iżda huma biss parzjalment involuti fis-SIS II, u ma jipparteċipawx fil-VIS, waqt li d-Danimarka hija involuta fit-tliet sistemi fuq bażi legali differenti. Min-naħa l-oħra, numru ta' pajjizi li m’humiex fl-UE, jiġifieri l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, huma jew se jkunu assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, u għalhekk jipparteċipaw kemm fis-SIS II kif ukoll fil-VIS.

1.3. Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta

Bħalissa, minħabba l-elementi trażversali tas-SIS II, il-qafas legali tas-SIS II huwa magħmul minn Regolamenti u d-Deċiżjonijiet skont l-ewwel pilastru u Deċiżjonijiet skont it-tielet pilastru:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[8];

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/886/JHA tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)[9];

- Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) [10];

- Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi;[11]

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[12];

- id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/170/KE u 2007/171/KE tas-16 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxu r-rekwiżiti tan-netwerk għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II[13].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)[14];

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/173/KE tat-18 ta’ Frar 2008 dwar it-testijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[15];

- Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/333/KE u 334/2008/JHA tal-4 ta' Marzu 2008 li jadottaw il-Manwal SIRENE u miżuri oħra ta’ implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni (SIS II) ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[16];

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[17];

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/JHA tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[18].

Kuntrarjament għas-SIS II, il-VIS hija mwaqqfa skont l-ewwel pilastru. Madanakollu, strument tal-VIS skont it-tielet pilastru kien adottat biex jippermetti lill-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi nominati biex jaċċedu għas-sistema għall-konsultazzjoni rigward l-impenn ta' ċerti reati. L-istrumenti legali li ġejjin huma relevanti għall-VIS:

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju li twaqqaf is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)[19] tikkostitwixxi bażi legali biex ikunu inklużi l-approprijazzjonijiet neċessarji għall-iżvilupp tal-VIS fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

- Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/752/KE tat-3 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi s-siti għas-Sistema ta' Informazzjoni tal-Viża matul il-fażi tal-iżvilupp[20];

- Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/648/KE tat-22 ta' Settembru 2006 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards tal-karatteristiċi biometriċi relatati mal-iżvilupp tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża[21];

- Id-Deċiżjoni tal-Kummissioni 2008/602/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-arkitettura fiżika u r-rekwiżiti tal-Interfaces Nazzjonali u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-Interfaces Nazzjonali għall-fażi tal-iżvilupp[22];

- Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)[23];

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/JHA tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra[24].

Il-EURODAC huwa mwaqqaf skont l-ewwel pilastru:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar it-twaqqif tal-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin[25];

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002 tat-28 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli biex jimplimetaw ir-Regolament ta-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 dwar it-twaqqif tal-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin[26].

1.4. Konsistenza ma' politiki oħrajn u għanijiet tal-Unjoni Ewropea

Il-proposta hija konsistenti mal-għanijiet u l-politiki eżistenti tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-għan biex tinħoloq żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt

2.1. Il-ġabra u l-użu tal-kompetenzi, il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt huwa bbażat fuq studju preparatorju, imwettaq min kuntrattur estern[27]. Saru sebgħa u għoxrin intervista fil-qafas tal-istudju, li involvew rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE, in-Norveġja, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, l-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta ta' Schengen, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni (FRONTEX), il-Europol, is-sit Strażburgu C.SIS responsabbli mit-tmexxija operattiva tas-SIS 1+ u esperti industrijali. Barra minn hekk, Grupp ta' Tmexxija ta' Bejn is-Servizzi, ffurmat mid-Direttorati Ġenerali relevanti tal-Kummissjoni ġie mwaqqaf biex jappoġġja l-proċess ta' valutazzjoni tal-impatt.

2.2. Il-valutazzjoni tal-impatt

Wara proċess ta' pre-screening, inżammu u ġew analizzati aktar ħames għażliet possibbli sabiex jintlaħaq l-għan tat-tmexxija operattiva fit-tul tal-SIS II, il-VIS u l-EURODAC.

- Għażla 1- linja bażi: is-soluzzjoni tat-tmexxija operattiva għas-SIS II u l-VIS identifikata għall-perjodu ta' tranżizzjoni (il-Kummissjoni tafda l-funzjonijiet ta' ġestjoni f'idejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri) titkompla bħala soluzzjoni permanenti. Bħalissa, il-Kummissjoni tamministra l-EURODAC u din is-soluzzjoni tinżamm ukoll.

- Għażla 2 - linja bażi+ li fiha l-Kummissjoni tgħaddi l-funzjonijiet tat-tmexxija operattiva tas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC lill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

- Għażla 3 – Aġenzija Regolatorja ġdida li tassumi r-responsabbiltà għat-tmexxija operattiva fit-tul tas-SIS II, il-VIS, u l-EURODAC.

- Għażla 4 – FRONTEX tkun responsabbli għall-ġestjoni tat-tliet sistemi, u dan jinvolvi tibdil sew għall-att bażiku tagħha u kif ukoll għall-istruttura tat-tmexxija tagħha.

- Għażla 5 – EUROPOL tkun responsabbli għat-tmexxija tas-SIS II u l-Kummissjoni tkun responsabbli għall-VIS u l-EURODAC. Din l-għażla ġiet ikkunsidrata meta kienu għadhom għaddejjin it-taħdidiet dwar it-tibdil tal-Konvenzjoni tal-Europol kurrenti f'att tal-Komunità.

F'analiżi komparattiva, l-għażla ta' Aġenzija Regolatorja ġdida, li għandha l-għan li toħloq struttura ta' tmexxija konġunta għas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC irriżultat bħala l-aħjar waħda.

3. L-elementi ġuridiċi tal-proposta

3.1. It-taqsira tal-azzjoni proposta

Din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi Aġenzija responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS II, il-VIS, il-EURODAC u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fl-applikazzjoni tat-Titlu IV tat-Trattat tal-KE u potenzjalment għal sistemi tal-IT oħra fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fuq il-bażi ta' strument leġiżlattiv relevanti.

Li tiġi afdata Aġenzija b’sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja ma taffetwax ir-regoli speċifici li jirregolaw l-għan, id-drittijiet għall-aċċess, il-miżuri ta' sigurtà u l-ħtiġijiet oħra ta' protezzjoni tad-dejta applikabbli għal dawk is-sistemi.

L-Aġenzija regolatorja ser tkun korp pubbliku tal-Komunità li għandha personalità ġuridika. l-ewwel kompiti li għandhom jingħataw lill-Aġenzija huma operattivi, jiġifieri biex jiżguraw it-tmexxija kumplessiva tas-sistemi tal-informazzjoni u t-tmexxij tas-sistemi. Għalhekk, se ssir "ċentru ta' eċċellenza" b'persunal operattiv speċjalizzat. Organizzazzjoni dedikata u speċjalizzata tkun tiżgura wkoll l-ogħla livell ta' effiċjenza u reazzjoni, ukoll għall-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi oħra potenzjali fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni li huma msemmija fl-Artikoli 15(2) tar-Regolament u tad-Deċiżjoni SIS II u l-Artikolu 26(2) tar-Regolament tal-VIS u l-Artikolu [4(2)] tar-Regolament (KE) XX/2009 dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…][28]. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha twettaq kompiti relatati mat-taħriġ ta' esperti dwar il-VIS u s-SIS II inkluż taħriġ relatat mal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, kif ukoll il-monitoraġġ ta' attivitajiet ta' riċerka u l-implimentazzjoni ta' skemi pilota fuq talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni.

L-Aġenzija ser tkun ukoll potenzjalment responsabbli għall-iżvilupp u t-tmexxija ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Dan ikun suġġett għal strumenti leġiżlattivi li jistabbilixxu dawn is-sistemi li min-naħa tagħhom jipprovdu lill-Aġenzija bil-kompetenzi rispettivi.

Il-korp prinċipali li jirregola l-Aġenzija għandu jkun il-Bord ta' Tmexxija b'rappreżentanza adegwata tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri għandha tirrifletti d-drittijiet u l-obbligi tat-Trattat għal kull Stat Membru. Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC għandhom ukoll jieħdu sehem fl-Aġenzija.

3.2. Il-bażi legali

Din il-proposta għar-Regolament hija bbażata fuq l-istess bażi legali tar-Regolament SIS II (ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006), ir-Regolament VIS (ir-Regolament (KE) Nru 767/2008) u r-Regolament EURODAC (ir-Regolament (KE) Nru 2725/2000) u għalhekk huwa bbażat fuq l-Artikoli 62(2)(a), 62(2)(b)(ii), 63(1)(a), 63(3)(b) u l-Artikolu 66 tat-Trattat tal-KE.

L-Artikolu 66 tat-Trattat tal-KE jipprovdi għall-adozzjoni ta' miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu u jsaħħu l-kooperazzjoni amministrattiva bejn id-dipartimenti relevanti tal-amministrazzjoni tal-Istati Membri, kif ukoll bejn dawk id-dipartimenti u l-Kummissjoni fil-qasam tal-viżi, l-ażil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment ħieles tal-persuni. Dan jikkostitwixxi bażi legali xierqa billi l-Aġenzija se tiffaċilita l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti relevanti tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri fl-oqsma imsemmija hawn fuq.

Il-kompiti ta' tmexxija operattiva li għandhom jingħataw lill-Aġenzija għandhom ikunu ta' appoġġ għall-aspetti tal-politiki li għandhom x'jaqsmu mar-Regolamenti SIS II u VIS. Skont l-Artikoli 62(2)(a) u 63(3)(b) tat-Trattat tal-KE, li jipprovdu bażi legali xierqa għar-Regolament SIS II, l-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom teknikament ikopru kwestjonijiet relatati mal-verifiki fuq persuni fuq il-fruntieri esterni kif ukoll miżuri fil-qasam tal-immigrazzjoni illegali u r-residenza illegali rispettivament. Fir-rigward ta' kwestjonijiet dwar il-VIS, l-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom teknikament jappoġġjaw il-proċeduri biex jinħarġu viżi mill-Istati Membri; hija għalhekk ibbażata fuq l-Artikolu 62(2)(b)(ii) tat-Trattat tal-KE.

Fir-rigward ta' kwestjonijiet dwar il-EURODAC, il-kompiti ta' tmexxija operattiva li għandhom jingħataw lill-Aġenzija għandhom teknikament jappoġġjaw id-determinazzjoni ta' liema Stat Membru huwa responsabbli biex jikkunsidra applikazzjoni għall-ażil iddepożitata minn ċittadin ta' pajjiż terz f'wieħed mill-Istati Membri (Artikolu 63(1)(a) tat-Trattat tal-KE).

Skont l-Artikolu 67 tat-Trattat tal-KE mitqies flimkien mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/927/KE li jistabbilixxi li ċerti oqsma koperti mit-Titlu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat tal-KE għandhom ikunu rregolati mill-proċedura stabblita mill-Artikolu 251 ta' dak it-Trattat[29], il-miżuri msemmija fl-Artikoli 62(2)(a), 62(2)(b)(ii), 63(1)(a) u 63(3)(b) tat-Tratttat tal-KE, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' kodeċiżjoni msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE. Billi l-Artikolu 66 tat-Trattat tal-KE huwa suġġett għall-maġġoranza[30] kwalifikata il-bażijiet legali huma kompattibbli u jistgħu jingħaqdu. Għalhekk il-proċedura ta' kodeċiżjoni tapplika għall-adozzjoni tar-Regolament kollu kemm hu.

3.3. Ġeometrija varjabbli

Billi l-bażi legali għal din il-proposta għal Regolament tista’ tinsab f’Titolu VI tat-Trattat tal-UE, hijaa effetwata mill-ġeometrija varjabbli li tiġi mill-Protokolli dwar il-pożizzjonijiet tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka. Din il-proposta għal Regolament tibni fuq l-acquis ta' Schengen u d-dispożizzjonijiet tal-miżuri relatati mal-EURODAC. Għalhekk għandhom ikunu kkunsidrati l-konsegewenzi li ġejjin konnessi mad-diversi protokolli:

Id-Danimarka:

Taħt il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-KE, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri skont it-Titolu IV tat-Trattat tal-KE, ħlief għall-“miżuri li jiddeterminaw il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, jew miżuri relatati ma' format uniformi għall-viżi”. Din il-proposta tibni fuq l-acquis ta' Schengen u l-Artikolu 5 tal-Protokoll japplika. Skont l-Artikolu 5 tal-imsemmi Protokoll, id-Danimarka ddeċidiet li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u r-Regolament (KE) Nru 767/2008 fil-liġi nazzjonali.

Sa fejn għandu x'jaqsam mal-EURODAC, skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mhemuż mat-Trattati, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta minnu jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madanakollu, id-Danimarka tapplika r-Regolament EURODAC attwali, wara ftehim internazzjonali[31] li ġie konkluż mal-KE fl-2006.

Ir-Renju Unit u l-Irlanda:

Din il-proposta tibni fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit u l-Irlanda ma jiħdux sehem fih, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. Għalhekk, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhux se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għalhekk mhux marbutin bis-suġġett tar-Regolament jew li japplikawh.

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin mir-Regoalment tal-EURODAC (KE) Nru 2725/2000 wara li nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament ibbażat fuq il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda mehmuż mat-Trattati. Il-pożizzjoni ta' dawn l-Istati Membri rigward ir-Regolament EURODAC ma taffettwax il-parteċipazzjoni possibbli tagħhom fir-rigward ta' din il-proposta.

In-Norvegja u l-Iżlanda:

Fir-rigward tan-Norveġja u l-Iżlanda, din il-proposta tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen [32].

Fl-istess waqt tal-assoċjazzjoni ta' numru ta' Stati li mhumiex Membri tal-UE mal-acquis ta' Schengen, il-Komunità kkonkludiet, jew qiegħda fil-proċess li tikkonkludi, numru ta' ftehimiet li jassoċjaw dawn il-pajjiżi wkoll mal-miżuri relatati mal-EURODAC. Il-ftehim li jassoċja lill-Iżlanda u n-Norveġja ġie konkluż fl-2001[33].

L-Iżvizzera:

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din il-proposta tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[34].

Fir-rigward tal-miżuri relatati mal-EURODAC, il-ftehim li jassoċja lill-Iżvizzera ġie konkluż fit-28 ta' Frar 2008 u huwa applikabbli mit-12 ta' Diċembru 2008[35].

Il-Liechtenstein:

Fir-rigward ta’ Liechtenstein, din il-proposta tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Protokoll iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li jaqa’ fl-ambitu taż-żona li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punti A, B u G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE[36].

Fir-rigward tal-miżuri relatati mal-EURODAC, il-ftehim li jassoċja lill-Liectenstein ġie ffirmat fit-28 ta' Frar 2008 u huwa suġġett għal konklużjoni fi stadju iktar tard[37].

Dispożizzjonijiet komuni għall-pajjiżi assoċjata mal-miżuri relatati mal-EURODAC:

Skont il-tliet ftehimiet imsemmija hawn fuq, il-pajjiżi assoċjati għandhom jaċċettaw il-miżuri relatati mal-EURODAC u l-iżviluppi tagħhom mingħajr eċċezzjoni. Huma ma jiħdux sehem fl-adozzjoni ta' kwalunkwe att li jemenda jew jibni fuq il-miżuri relatati mal-EURODAC (u għalhekk inkluża din il-proposta) iżda għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien stipulat bid-deċiżjoni tagħhom jekk jaċċettawx jew le l-kuntenut ta' dak l-att, ladarba jkun approvat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Fil-każ li l-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera jew il-Liechtenstein ma jaċċettawx att li jemenda jew jibni fuq miżuri relatati mal-EURODAC, il-ftehimiet rispettivi jintemmu, sakemm Kumitat Kunġunt/Imħallat stabbilit mil-ftehimiet ma jiddeċidix mod ieħor b'unanimità.

Sabiex jinħolqu drittijiet u obbligi bejn id-Danimarka – li kif spejgat hawn fuq ġiet assoċjata mal-miżuri relatati mal-EURODAC permezz ta' ftehim internazzjonali – u l-pajjiżi assoċjati msemmija hawn fuq, żewġ strumenti oħra ġew konklużi bejn il-Komunità u l-pajjiżi assoċjati[38].

3.4. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà għaliex l-għan tal-azzjoni proposta, it-trażmissjoni tat-tmexxija operattiva tal-SIS II Ċentrali, tal-VIS Ċentrali u tal-Interfaces Nazzjonali, l-EURODAC Ċentrali u kif ukoll partijiet mill-infrastruttura tal-komunikazzjoni, lil Aġenzija, ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri individwalment.

3.5. Il-prinċipju tal-proporzjonalità

L-Aġenzija, ffinanzjata mill-baġit tal-UE, se tingħata l-kompetenzi biex tmexxi biss il-partijiet ċentrali tas-SIS II, il-partijiet ċentrali tal-VIS u l-interfaċċji nazzjonali, mingħajr ma jkollha r-responsabbiltà għad-dejta mdaħħla fis-sistemi. l-Istati Membri huma responsabbli għas-sistemi nazzjonali. Għalhekk, il-kompetenzi tal-Aġenzija huma miżmuma għall-minimu neċessarju biex jappoġġjaw l-iskambju ta' dejta effettiv, sigur u kontinwu bejn l-Istati Membri. It-twaqqif ta' struttura apposta hija kkunsidrata proporzjonali għall-interessi leġittimi tal-utenti u għan-natura ta' sigurtà għolja, disponibbiltà għolja u kritika għall-missjoni tas-sistemi.

3.6. L-għażla tal-istrumenti

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ibbażat fuq l-Artikoli 62(2)(a), 62(2)(b)(ii), 63(1)(a), 63(3)(b) u l-Artikolu 66 tat-Trattat tal-KE huwa l-iktar strument xieraq biex ikun stabbilit korp skont it-Titlu IV tat-Trattat tal-KE.

4. L-implikazzjoni baġitarja

L-Aġenzija se tkun iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet meħtieġa biex ikopru l-attivitajiet tal-Aġenzija se jiġu mill-approprjazzjonijiet previsti bħalissa mill-Programmazzjoni Finanzjarja 2001-2013 fil-linji tal-baġit 18 02 04 "Is-Sistema tal-Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)", 18 02 05 "Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)" u 18 03 11 "il-EURODAC". Id-dikjarazzjoni finanzjarja annessa ma' din il-proposta hija komuni għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti lill-Aġenzija stabbilita bir-Regolament XX, il-kompiti dwar it-tmexxija operattiva tas-SIS II u l-VIS fl-applikazzjoni tat-Titlu VI tat-Trattat tal-UE.

5. Informazzjoni addizzjonali

5.1. Simplifikazzjoni

Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni permezz tat-twaqqif ta' struttura unika ta' tmexxija għal diversi sistemi tal-IT fiż-żona tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

5.2. L-evalwazzjoni

L-Artikolu 27 tar-Regolament propost jinkludi klawżola ta' evalwazzjoni.

2009/0089 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 62 (2)(a), 62(2)(b)(ii), 63(1)(a), 63(3)(b), u 66 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[39],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[40],

Billi:

(1) Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni(SIS II) ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[41] u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA tat-12 ta' Ġunju 2007, dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)[42]. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/JHA il-Kummissjoni, waqt il-perjodu tranżitorju, se tkun responsabbli mit-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali. Wara l-perjodu ta' trażizzjoni, Awtorità ta' Tmexxija se tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali u ċerti aspetti oħra tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

(2) Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) twaqqfet mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li waqqfet is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)[43]. Skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju bejn l-Istati Membri ta' dejta dwar viżi għal terminu qasir ta' żmien (ir-Regolament tal-VIS)[44] il-Kummissjoni hija responsabbli għat-tmexxjia tal-VIS waqt il-perjodu ta' trażizzjoni. Wara dak il-perjodu ta' trażizzjoni, Awtorità ta' Tmexxija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-VIS Ċentrali, l-interfaċċji nazzjonali u ċerti aspetti tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

(3) Il-EURODAC kien imwaqqaf mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin[45]. Skont ir-Regolament (KE) XX/2009 dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] il-Kummissjoni hija responsabbli għat-tmexxjia operattiva tal-EURODAC waqt perjodu ta' tranżizzjoni. Wara dak il-perjodu ta' tranżizzjoni, Awtorità ta' Tmexxija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema Ċentrali u ċerti aspetti tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

(4) Sabiex tkun żgurata t-tmexxija operattiva tas-SIS II, tal-VIS u tal-EURODAC wara l-perjodu ta' tranżizzjoni u potenzjalment sistemi oħra tat-tekonoloġija tal-informazzjoni (IT) Ewropej fiż-żona tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, huwa meħtieġ li tkun stabbilita Awtorità ta' Tmexxija.

(5) Bil-ħsieb li jkun hemm sinerġiji, huwa meħtieġ li t-tmexxija operattiva ta' dawn is-sistemi issir minn entità waħda, li tibbenifika minn ekonomiji ta' skala, toħloq massa kritika u tiżgura l-ogħla possibbiltà ta' rata ta' użu tal-kapital u tar-riżorsi umani.

(6) Billi l-Awtorità ta' Tmexxija għandha tkun awtonoma legalment, amministrattivament, u finanzjarjament għandha tkun imwaqqfa fil-forma ta' aġenzija regolatorja b'personalità ġuridika.

(7) B'konsegwenza, il-kompiti tal-Awtorità tat-Tmexxija stabbliti mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, mir-Regolament (KE) Nru 767/2008 u mir-Regolament (KE) XX/2009 dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] għandhom ikunu eżerċitati mill-Aġenzija. Dawn il-kompiti jiġbru fihom żvilupp tekniku addizzjonali.

(8) Barra minn dan, l-Aġenzija għandha torganizza taħriġ speċifiku relatat mal-VIS u mas-SIS II.

(9) Dan ir-Regolament għandu jkun ikkumplimentat minn strument legali separat adottat skont it-Titlu VI tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li jagħti lill-Aġenzija l-kompiti dwar it-tmexxija operattiva tas-SIS II u l-VIS fl-applikazzjoni tat-Titlu VI tat-Trattat tal-UE.

(10) (10) Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-istrument leġiżlattiv relevanti, l-Aġenzija għandha wkoll tkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira addizzjonali fl-applikazzjoni tat-Titlu IV tat-Trattat tal-KE. Hi tista' potenzjalment tingħata r-responsabbiltà għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi oħra tal-IT fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, ibbażata fuq it-Trattat tal-KE jew it-Titlu VI tat-Trattat tal-UE. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ ta' riċerka u ta' skemi pilota fuq sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-applikazzjoni tat-Titlu IV tat-Trattat tal-KE, fuq talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni.

(11) Li tiġi afdata Aġenzija b’sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja ma taffetwax ir-regoli speċifici applikabbli għal dawk is-sistemi. B'mod partikolari, ir-regoli speċifiċi li jirregolaw l-għan, id-drittijiet għall-aċċess, il-miżuri ta' sigurtà u l-ħtiġijiet oħra ta' protezzjoni tad-dejta ta’ kull sistema li l-Aġenzija ġiet fdata bit-tmexxija operattiva tagħha, huma kollha applikabbli.

(12) L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord Ta' Tmexxija sabiex jikkontrollaw effettivament il-funzjonijiet tal-Aġenzija. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun mogħti s-setgħat meħtieġa biex jadotta, b'mod partikolari, il-programm ta' ħidma annwali, iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzjia, jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv u jistabbilixxi proċeduri biex jittieħdu deċiżjonijiet relatati mal-kompiti operattivi tal-Aġenzija mid-Direttur Eżekuttiv.

(13) Sabiex tkun garantita l-awtonomija u l-indipendenza kompleta, l-Aġenzija għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura Komunitarja tal-baġit għandha tkun applikabbli safejn għandhom x’jaqsmu l-kontribuzzjoni Komunitarja u kull sussidju ieħor li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri.

(14) Fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Aġenzija għandha tikkopera ma' aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea, speċjalment l-aġenziji mwaqqfa fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(15) Meta tiżgura t-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT, l-Aġejzija għandha ssegwi l-istandards Ewropej u internazzjonali b'konsiderazzjoni tal-ogħla ħtiġijiet professjonali.

(16) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta[46] japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali miċ-Ċentru. Dan ir-Regolament jipprovdi, fost l-oħrajn, li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkollu l-poter li jkollu aċċess mill-Aġenzija għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-investigazzjonijiet tiegħu jew tagħha.

(17) Sabiex imexxi 'l quddiem il-funzjonament trasparenti tal-Aġenzija, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummisjoni[47] għandu japplika għall-Aġenzija.

(18) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[48] għandu japplika għall-Aġenzija, li għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjonijiet interni tal-Uffiċju ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[49].

(19) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet ta' impieg miftuħa u trasparenti, u t-trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' Impieġ ta' Uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej ("ir-Regolamenti tal-Persunal") għandhom japplikaw għall-persunal u għad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, inklużi r-regoli tas-sigriet professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta' kunfidenzjalità.

(20) L-Aġenzija hija entità stabbilita mill-Komunitajiet fis-sens tal-Artikolu 185(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[50] u għandha tadotta r-regolamenti finanzjarji skont dan.

(21) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[51] għandu japplika għall-Aġenzija.

(22) Peress li l-għanijiet tal-azzjoni proposta, jiġifieri l-ħolqien ta' Aġenzija fuq livell tal-Unjoni Ewropea, responsabbli mit-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell ta’ Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(23) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikoli 6(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u li jinsabu wkoll fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(24) F’dak li għandu x'jaqsam mas-SIS II u l-VIS, f'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhijiex marbuta minnu jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Minħabba li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal- Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk hijiex se timplimentah fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha jew le. Skont l-Artikolu 5 tal-imsemmi Protokoll, id-Danimarka ddeċidiet li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u r-Regolament (KE) Nru 767/2008 fil-liġi nazzjonali. Fuq il-bażi tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli li jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ieħor u l-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin[52], id-Danimarka implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 fil-liġi nazzjonali.

(25) F’dak li għandu x'jaqsam mas-SIS II u l-VIS, dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet dwar l-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen[53]. Għalhekk ir-Renju Unit mhux jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut minnu jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu sa fejn il-miżuri tiegħu jiżviluppaw dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li għandhom x'jaqsmu mas-SIS II u l-VIS. Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhux marbut minnu jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu sa fejn il-miżuri tiegħu jiżviluppaw dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li għandhom x'jaqsmu mas-SIS II u l-VIS.

(26) F’dak li għandu x'jaqsam mas-SIS II u l-VIS, dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen[54]. Għalhekk l-Irlanda mhix tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu sa fejn il-miżuri tiegħu jiżviluppaw dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li għandhom x'jaqsmu mas-SIS II u l-VIS. Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu sa fejn il-miżuri tiegħu jiżviluppaw dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li għandhom x'jaqsmu mas-SIS II u l-VIS.

(27) Għal dak li għandu x'jaqsam mal-Iżlanda u n-Norveġja, f’dak li għandu x'jaqsam mas-SIS II u l-VIS, dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[55], li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, punt A, B u G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim[56]. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-EURODAC, dan ir-Regolament jikkostitwixxi miżura ġdida dwar il-EURODAC fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja. B'konsegwenza, soġġetta għad-deċiżjoni tagħhom biex jimplimentawh fl-ordni legali intern tagħhom, delegazzjonijiet mir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għandhom jipparteċipaw fil-Bord Ta' Tmexxija tal-Aġenzija, għalkemm mingħajr vot. Sabiex ikunu ddeterminati l-modalitajiet ulterjuri li jħallu l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja fl-attivitajiet tal-Aġenzija, għandu jiġi konkluż arranġament ieħor bejn il-Komunità u dawn l-Istati.

(28) Fir-rigward tal-Iżvizzera, sa fejn għandu x'jaqsam mas-SIS II u l-VIS, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[57], li jaqgħu fl-ambitu indikat fl-Artikolu 1, il-punti A, B u G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-EURODAC, dan ir-Reoglament jikkostitwixxi miżura ġdida dwar il-EURODAC fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera B'konsegwenza, soġġetta għad-deċiżjoni tagħhom biex jimplimentawh fl-ordni legali intern tagħhom, delegazzjonijiet mill-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tipparteċipa fil-Bord Ta' Tmexxija tal-Aġenzija, għalkemm mingħajr vot. Sabiex ikunu ddeterminati l-modalitajiet ulterjuri li jħallu l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni tal-Iżvizzera fl-attivitajiet tal-Aġenzija, għandu jiġi konkluż arranġament ieħor bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni tal-Iżvizzera.

(29) Fir-rigward ta’ Liechtenstein, sa fejn għandu x'jaqsam mas-SIS II u l-VIS, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Protokoll iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-assoċjazzjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein fll-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li jaqa’ fl-ambitu tal-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE[58]. Fir-rigward tal-EURODAC, dan ir-Reoglament jikkostitwixxi miżura ġdida dwar il-EURODAC fit-tifsira tal-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein għall-Ftehim bjen il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membure jew fl-Iżvizzera[59]. B'konsegwenza, delegazzjonijiet mill-Prinċipalità tal-Liechtenstein għandha tipparteċipa fil-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija, għalkemm bla dritt ta' vot. Sabiex ikunu ddeterminati l-modalitajiet ulterjuri li jħallu l-parteċipazzjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fl-attivitajiet tal-Aġenzija, għandu jiġi konkluż arranġament ieħor bejn il-Komunità u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT

Artikolu 1

It-twaqqif tal-Aġenzija

Aġenzija Ewropea (“l-Aġenzija”) għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), l-EURODAC u għall-iżvilupp u t-tmexxija ta' sistemi oħra ta' informazzjoni teknoloġika ("IT") fuq skala kbira, fl-applikazzjoni tat-Titlu IV tat-Trattat tal-KE b'dan qed tkun stabbillita.

KAPITOLU II

KOMPITI

Artikolu 2

Il-kompiti relatati mas-SIS II

L-aġenzija għandha twettaq il-kompiti mogħtija lill-Awtorità ta' Tmexxija mir-Regolament (KE) 1987/2006, torganizza taħriġ komuni għall-persunal involut fl-iskambju ta' informazzjoni supplimentari skont il-Manwal SIRENE, u twettaq il-kompiti relatati mat-taħriġ ta' esperti tas-SIS II kif stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) XXX dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex jivverifika l-applikazzjoni korretta tal-acquis ta' Schengen[60].

Artikolu 3

Il-kompiti relatati mal-VIS

L-aġenzija għandha twettaq il-kompiti mogħtija lill-Awtorità ta' Tmexxija mir-Regolament (KE) 767/2008 u twettaq kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tal-VIS.

Artikolu 4

Il-kompiti relatati mal-EURODAC

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti mogħtija lill-Awtorità ta' Tmexxija mir-Regolament (KE) XX/2009 dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] .

Artikolu 5

Il-monitoraġġ tar-riċerka

1. L-Aġenzija għandha tagħmel monitoraġġ tal-iżviluppi fir-riċerka relevanti għat-tmexxija operattiva tas-SIS II, l-VIS u l-EURODAC u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fl-applikazzjoni tat-Titlu IV tat-Trattat tal-KE.

2. L-Aġenzija għandha żżomm il-Kummissjoni infurmata fuq l-iżviluppi msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi regolari.

Artikolu 6

L-Iskemi pilota

1. Fuq talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha timplimenta l-iskema pilota għall-iżvilupp u/jew it-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira, fl-applikazzjoni tat-Titlu IV tat-Trattat tal-KE.

2. Fuq talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni, l-Aġenzija tista' wkoll tingħata r-responsabbiltà biex timplimenta l-iskemi pilota relatati ma' sistemi tal-IT fuq skala kbira oħra fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

3. L-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-iskemi pilota kif mitluba mill-Kummissjoni għandhom jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn sentejn finanzjarji suċċessivi.

KAPITOLU III

STRUTTURA U ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 7

Status legali

1. L-Aġenzija għandha tkun korp Komunitarju u għandu jkollha personalità ġuridika.

2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-iktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Tista', b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fi proċedimenti legali. Għandu jkollha s-setgħa li tikkonkludi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali mal-Istat Membru ospitanti.

3. L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

4. L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha fi [...]

Artikolu 8

Struttura

L-istruttura amministrattiva u ta' tmexxija tal-Aġenzija għandha tiġbor fiha:

1. Bord ta' Tmexxija;

2. Direttur Eżekuttiv;

3. Gruppi Konsultattivi.

Artikolu 9

Setgħat tal-Bord ta; Tmexxija

1. Sabiex ikun żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha, il-Bord ta' Tmexxija għandu b'mod partikolari:

4. jaħtar u jekk relevanti, ikeċċi lid-Direttur Eżekuttiv, skont l-Artikolu 15;

5. jeżerċita awtortità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv;

6. jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

7. jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Aġenzija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

8. jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-użu tal-lingwi mill-Aġenzija skont l-Artikolu 22 ta' dan ir-regolament;

9. japprova l-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali li għandu jkun iffirmat mid-Direttur Eżekuttiv mal-Istat Membru ospitatnti wara proposta mid-Direttur Eżekuttiv;

10. bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regloament tal-Persunal.

11. jadotta l-pjan ta' politika multiannwali tal-persunal u jibagħtu l-iktar tard sal-31 ta' Marzu kull sena lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja;

12. qabel it-30 ta' Settembru kull sena, u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot, u skont il-proċedura baġitarja annwali tal-Komunità u l-programm leġiżlattiv tal-Komunità fl-oqsma li jaqgħu taħt it-Titlu IV tat-Trattat tal-KE, il-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija tas-sena ta' wara; u jiżgura li l-programm ta' ħidma adottat ikun mibgħut lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni u ppubblikat;

13. qabel il-31 ta' Marzu, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta' qabel u jibagħtu l-aktar tard sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Qorti tal-Awdituri; ir-rapport annwali għandu jkun ippubblikat;

14. iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28, 29(6) u 30 ta' dan ir-Regolament;

15. jadotta regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija skont l-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament;

16. jaħtar membru tal-persunal tal-Aġenzija bħala uffiċjal tal-kontabilità li għandu jkun indipendenti fit-twettiq tal-ħidmiet tiegħu/ha;

17. jadotta il-miżuri ta' sigurtà meħtieġa, inkluż plan ta' sigurtà;

18. jaħtar membru tal-persunal tal-Aġenzija bħala Uffiċjal dwar il-Protezzjoni tad-Dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001;

19. fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta jibda japplika dan ir-Regolament, għandu jadotta arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

20. jadotta r-rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS II skont l-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(4) u d-Deċiżjoni 2007/533/JHA rispettivament, tal-VIS skont L-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/JHA u tal-EURODAC skont l-Artikolu [28] tar-Regolament (KE) Nru XX/2009, dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] ;

21. jikkummenta dwar ir-rapport dwar il-verifika tas-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 45 tar-Regolament 1987/2006 u l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u jiddeċiedi dwar is-segwitu tal-verifika;

22. jippubblika statistika relatata mas-SIS II skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA rispettivament;

23. jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta' awtoritajiet kompetenti awtorizzati biex ifittxu direttament id-dejta li qegħda fis-SIS II skont l-Artikolu 31(8) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 46(8) u d-Deċiżjoni 2007/533/JHA, flimkien mal-lista ta' Uffiċċji N.SIS II u l-Uffiċċji SIRENE kif imsemmi fl-Artkolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA rispettivament.

24. iwettaq kull kompitu ieħor mogħti lilu skont dan ir-Regolament.

2. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv rigward kull kwestjoni strettament relatata mal-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT.

Artikolu 10

Kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija

1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor mill-Kummissjoni.

2. Kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll supplent. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-supplentii tagħhom. Is-supplenti għandhom jirrappreżentaw lill-membri meta dawn ma jkunux hemm. Huma għandhom ikunu membri bi dritt għall-vot.

3. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom ikunu maħtura fuq il-bażi tal-esperjenza u għarfien espert relevanti ta' livell għoli fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-ġustizzja, libertà u sigurtà.

4. Il-mandat tal-membri għandu jkun ta' erba' snin. Jista' jiġi mġedded. Hekk kif jiskadi l-mandat tagħhom jew f'każ li jirriżenjaw, il-membri għandhom jibqgħu jżommu l-kariga tagħhom sakemm tiġġeddilhom il-ħatra jew jiġu mibdula.

5. Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC għandhom jieħdu sehem fl-Aġenzija. Kull wieħed minnhom għandu jaħtar rappreżentant u supplenti fil-Bord ta' Tmexxija u dawn għandhom ikunu membri mingħajr dritt għall-vot.

Artikolu 11

Il-Presidenza tal-Bord Amministrattiv

1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar lill-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu.

2. Il-mandat tal-President għandu jkun ta' erba’ snin u jista’ jiġġedded darba. Il-mandat tiegħu għandu jiskadi qabel jekk s-sħubija tiegħu/tagħha fil-Bord ta' Tmexxija tispiċċa.

3. Il-President jista' jkun maħtur biss minn fost dawk il-membri li jkunu maħtura mill-Istati Membri li jipparteċipaw b'mod sħiħ fl-adozzjoni tal-istrumenti legali li jirregolaw is-sistemi kollha mmexxija mill-Aġenzija.

Artikolu 12

Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija

1. Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jissejħu fuq l-inizjattiva tal-President jew fuq talba ta' mill-anqas terz tal-membri tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena.

2. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jieħu sehem fil-laqgħat.

3. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija jistgħu ikunu megħjuna minn esperti li huma membri tal-Gruppi Konsultattivi.

4. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jistieden lil kwalunkwe persuna oħra, li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

5. Is-segretarjat tal-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.

Artikolu 13

Voti

1. Bla ħsara għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikolu 9(1)(i), id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jitteħdu b'maġġoranza sempliċi mill-membri tiegħu li għandhom dritt għall-vot.

2. Bla ħsara għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, kull membru tal-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu vot wieħed.

3. Kull membru maħtur minn Stat Membru li jipparteċipa fl-adozzjoni ta' kull strument legali li jirregola s-sistema tal-IT immexxija mill-Aġenzija jista' jivvota fuq kwestjoni li għandha x'taqsam ma' dik is-sistema tal-IT.

4. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar jekk sistema tal-IT speċifika hiex affettwata mill-vot jew le, il-membri għandhom jiddeċiedu b'maġġoranza ta' żewġ terzi, li din mhix affettwata.

5. Id-Direttur Eżekuttiv m'għandux jivvota.

6. Arranġamenti iktar dettaljati ta' votazzjoni għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-Aġenzija, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet għal membru sabiex jaġixxi f'isem membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtiġijiet tal-kworum, fejn xieraq.

Artikolu 14

Il-funzjonijiet u s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv

1. L-Aġenzija għandha tkun immexxija u rrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu/ha. Bla ħsara għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u l-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv m'għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjoniijiet minn xi gvern jew korp ieħor.

3. Bla ħsara għall-Artikolu 9, id-Direttur Eżekuttiv għandu jassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti fdati lill-Aġenzija u għandu jkun suġġett għall-proċedura annwali ta' kwittanza mill-Parlament Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit.

4. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija biex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu/ tagħha.

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu b'mod partikolari:

25. jiżgura t-tmexxija ta' kuljum tal-Aġenzija;

26. jieħu kull azzjoni meħtieġa biex jiżgura li l-Aġenzija topera skont dan ir-Regolament;

27. jipprepara u jimplimenta l-proċeduri, id-deċiżjonijiet, l-istrateġiji, il-programmi u l-attivitajiet adottati mill-Bord ta' Tmexxija, fil-limiti speċifikati min dan ir-Regolament, ir-regoli ta' implimetazzjoni tiegħu u kull liġi applikabbli;

28. Jistabbilixxi u jimplimenta sistema effettiva biex tippermetti monitoraġġ u evalwazzjoni regolari tas-sistemi tal-IT, inklużi l-istatistika, tal-Aġenzija;

29. jieħu sehem, mingħajr id-dritt għall-vot, fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija;

30. jeżerċita fir-rigward tal-impjegati tal-Aġenzija s-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 17(2) u jamministra kwestjonijiet tal-persunal;

31. Bla ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal, jistabbilixxi rekwiżiti ta' kunfidenzjalità biex ikun konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 17 u d-Deċiżjoni 2007/533/JHA u l-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 rispettivament u l-Artikolu [4(6)] tar-Regolament (KE) XX/2009, dwar it-twaqqif tal-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…];

32. jinnegozja u jiffirma Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali mal-Gvern tal-Istat Membru ospitanti wara li dan ikun approvat mill-Bord ta' Tmexxija.

6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord ta' Tmexxija l-abbozzi għal:

33. il-programm ta' ħidma annwali u r-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija wara konsultazzjoni minn qabel mal-Gruppi Konsultattivi;

34. ir-regoli finanzjarji ġenerali applikabbli għall-Aġenzija;

35. il-budget għas-sena li ġejja;

36. il-Pjan ta' Politika multiannwali tal-Persunal;

37. it-termini ta' referenza għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 27;

38. l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

39. il-miżuri ta' sigurtà meħtieġa, inkluż pjan ta' sigurtà;

40. ir-rapporti dwar il-funzjonament tekniku ta' kull sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 9(1)(q) ta' dan ir-Regolament, fuq il-bażi tar-riżultati mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

41. il-pubblikazzjoni annwali tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzati biex ifittxu direttament id-dejta fis-SIS II, inkluża l-lista ta' Uffiċċji N.SIS II u SIRENE, msemmija fl-Artikolu 9(1)(t) ta' dan ir-Regolament.

7. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq kull kompitu ieħor mogħti lilu skont dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv

1. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu ta' ħames snin.

2. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu/tagħhom.

3. Matul id-disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari:

42. ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif inkisbu;

43. id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Aġenzija fis-snin li ġejjin.

4. Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, u jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni, u f'dawk il-każijiet biss fejn ikun iġġustifikat mid-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Aġenzija, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal mhux iktar minn tliet snin.

5. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu/tagħha, id-Direttur Eżekuttiv jista'/tista' jiġi/tiġi mistieden/mistiedna jagħmel/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb/twieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu/jagħmlulha l-membri tiegħu/tagħhom.

6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont tal-attivitajiet tiegħu lill-Bord ta’ Tmexxija.

7. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-uffiċċju tiegħu mill-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 16

Il-Gruppi Konsultattivi

1. Il-Gruppi Konsultattivi li ġejjin għandhom jipprovdu lill-Bord ta' Tmexxija bl-għarfien espert relatat mas-sistemi tal-IT rispettivi u, b'mod partikolari fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali u r-rapport ta' attività annwali.

44. il-Grupp Konsultattiv tas-SIS II;

45. il-Grupp Konsultattiv tal-VIS;

46. il-Grupp Konsultattiv tal-EURODAC;

47. kull Grupp Konsultattiv ieħor li għandu x'jaqsam mas-sistema tal-IT fuq skala kbira żviluppata jew immexxija mill-Aġenzija.

2. Kull Stat Membru, kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC u kif ukoll l-Kummissjoni għandu jaħtar membru wieħed għal kull Grupp Konsultattiv għal kariga ta' tleit snin, li tista' tkun imġedda.

3. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija ma jistgħux ikunu membri tal-Gruppi Konsultattivi. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun intitolat biex jattendi l-laqgħat kollha tal-Gruppi Konsultattivi bħala osservaturi.

4. Il-proċeduri għat-tħaddim u l-koperazzjoni tal-Gruppi Konsultattivi għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-Aġenzija.

5. Fil-preparazzjoni ta' opinjoni, kull Grupp Konsultattiv għandu jagħmel dak li jista' sabiex jilħaq kunsens. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, l-opinjoni għandha tkun il-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-membri, inklużi r-raġunijiet għaliha. Il-pożizzjoni jew pożizzjonijiet tal-minoranza, inklużi r-raġunijiet għalihom, għandhom jiġu rreġistrati wkoll. L-Artikolu 13(3) għandu japplika skont dan. Il-membri li jirrapreżentaw il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis Schengen u mal-miżuri relatati mal-EURODAC għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-opinjonijiet li ma jitteħdux f'konsiderazzjoni fil-kalkolu tal-maġġoranza meħtieġa.

6. Kull Stat Membru, kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati mal-EURODAC għandu jiffaċilita l-attivitajiet tal-Gruppi Konsultattivi.

7. Għall-presidenza, l-Artikolu 11 għandu japplika hekk kif inhu.

KAPITOLU IV

IT-TĦADDIM

Artikolu 17

Persunal

1. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex ikunu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv.

2. Is-setgħat mogħtija mill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti permezz tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg ta' Ħaddiema oħra għandhom ikunu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward tal-pesunal tagħha stess.

3. Bla ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Persunal, l-Aġenzija għandha tapplika r-regoli xierqa ta' segretezza professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta' kunfidenzjalità.

4. Il-Bord ta' Tmexxija, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regloament tal-Persunal.

Artikolu 18

L-interess pubbliku

Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri l-oħra tal-Gruppi Konsultattivi għandhom jaħdmu biex jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dan il-għan, dawn għandom jagħmlu dikjarazzjoni ta' impenn bil-miktub kull sena.

Artikolu 19

Il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li l-Istat għandu jagħmel disponibbli kif ukoll ir-regoli partikolari applikabbli fl-Istat Membri ospitanti tal-Aġenzija, lid-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti konkluż wara li jkun approvat mill-Bord ta' Tmexxija. L-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jkun żgurat it-tħaddim bla xkiel tal-Aġenzija inkluż edukazzjoni multilingwali b'dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet ta' trasport xierqa.

Artikolu 20

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Aġenzija.

Artikolu 21

Responsabbiltà

1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tiġi rregolata bil-liġi li tapplika għall-kuntratt fil-kwistjoni.

2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ li tinsab f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull ħsara kkawżata mid-dipartimenti tagħha jew mill-impjegati tagħha fis-servizz ċivili fit-twettiq ta' dmirijiethom.

4. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni f’tilwimiet li għandhom x’jaqsmu mal-kumpens għall-ħsara msemmija fil-paragrafu 3.

5. Ir-responsabbiltà personali tal-impjegati tal-Aġenzija lejn l-Aġenzija għandha tkun irregolati mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 22

Is-sistema lingwistika

1. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxu l-lingwa li għandha tintuża fil-Komunità Ekonomika Ewropea[61] għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

2. Bla ħsara għad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 290 tat-Trattat tal-KE, il-programm ta' ħidma annwali u r-rapport ta' attività annwali msemmija fl-Artikolu 9 (1)(i) u (j), għandhom ikunu ppubblikati fil-lingwi kollha uffiċjali tal-Komunità.

3. Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

4. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi l-arraġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-reġim tal-lingwa.

Artikolu 23

Aċċess għad-dokumenti

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandu japplika għad-dokumenti[62] miżmuma mill-Aġenzija.

2. Il-Bord ta' Tmexxija, fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta jibda japplika dan ir-regolament, għandu jadotta arranġamenti prattiċi għall-implientazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3. Id-Deċiżjonijiet meħudin mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jagħtu lok għall-preżentazzjoni ta' kwerela lill-Ombudsman jew jiffurmaw il-bażi għal kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

Artikolu 24

Informazzjoni u komunikazzjoni

1. L-Aġenzija tista' tikkomunika fuq inizjattiva proprja fl-oqsma fil-missjoni tagħha. Għandha tiżgura b'mod partikolari li, minbarra l-pubblikazjoni speċifikata fl-Artikolu 9(1) (i),(j),(s),(t), l-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 29(8), il-pubbliku u kull parti interessata jingħataw b'mod rapidu informazzjoni oġġettiva, ta' min jorbot fuqha u li tinftiehem faċilment fir-rigward tax-xogħol tagħha.

2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 25

Protezzjoni tad-dejta

1. L-informazzjoni pproċessata mill-Aġenzija skond dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data[63].

2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Aġenzija.

Artikolu 26

Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhix klassifikata

għal informazzjoni

1. L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji tas-sigurtà li hemm fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-regoli interni tal-proċedura[64]. Dan għandu jkopri, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni klassifikata.

2. L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-prinċipji ta' sigurtà relatati mal-ipproċessar ta' informazzjoni sensittiva mhix klassifikata kif adottati u implimentati mill-Kummissjoni Ewropea.

Artikolu 27

L-evalwazzjoni

1. Fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull ħames snin wara, il-Bord ta' Tmexxija għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi tat-termini ta' referenza maħruġa mill-Bord ta' Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

2. L-evalwazzjoni għandha tistima l-utilità, r-relevanza u l-effettività tal-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha. L-Evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-opinjonijiet ta' dawk kollha kkonċernati, fuq livell kemm Ewropew kif ukoll nazzjonali.

3. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jircievi l-evalwazzjoni u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar it-tibdiliet għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha lill-Kummissjoni, li tista’ tibgħathom flimkien mal-opinjoni tagħha kif ukoll proposti xierqa, lill-Kunsill. Pjan ta' azzjoni bi skeda ta' żmien għandu jiġi inkluż, fejn xieraq. Kemm l-evalwazzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 28

Il-baġit

1. Id-dħul tal-Aġenzija, bla ħsara għal forom oħra ta' dħul, għandu jikkonsisti f’:

48. sussidju mill-Komunità mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni Ewropea (taqsima tal-Kummissjoni);

49. kontribut mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC;

50. kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istati Membri.

2. L-infiq tal-Aġenzija għandu jinkludi, fost l-oħrajn, il-ħlas tal-persunal, l-ispejjeż amminstrattivi u infrastrutturali, l-ispejjeż operattivi u l-infiq li għandu x'jaqsam ma' kuntratti konklużi mal-Aġenzija. Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara u għandu jgħaddihom lill-Bord ta' Tmexxija, flimkien ma' abbozz ta' pjan għat-twaqqif.

3. Għandu jkun hemm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq tal-Aġenzija.

4. Kull sena l-Bord ta' Tmexxija, fuq il-bażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jadotta abbozz tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara.

5. L-abbozz tad-dikjarazzjoni ta' stima tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija u l-linji gwida ġenerali li jiddeskrivu dik l-istima, għandhom ikunu trażmessi mill-Bord ta' Tmexxija lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC sal-10 ta' Frar ta' kull sena u l-abbozz tad-dikjarazjzoni ta' stima finali sal-31 ta' Marzu.

6. Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu kull sena, il-Bord ta' Tmexxija għandu jissottometti lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja:

51. l-abbozz tal-programm ta' ħidma tiegħu,

52. il-Pjan multiannwali aġġornat tiegħu tal-Politika tal-Persunal, stabbilit skont il-linji gwida stipulati mill-Kummissjoni,

53. informazzjoni dwar in-numru ta' uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali if iddefiniti fir-Regolamenti tal-Persunal għas-snin n-1 u n kif ukoll stima għas-sena n+1,

54. informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji mogħtija mill-Istat Membru ospitanti lill-Aġenzija;

55. stima tal-bilanċ tal-kont tar-riżultat għas-sena n-1.

7. Id-dikjarazzjoni tal-estimi ghandha tintbagħat mill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (imsejħa l-awtorità tal-baġit) flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

8. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li hi tqis xierqa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont ta' sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali, li hi għandha tpoġġi quddiem l-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 272 tat-Trattat tal-KE.

9. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' twaqqif għall-Aġenzija.

10. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn hu xieraq, dan għandu jkun aġġustat kif meħtieġ.

11. Kwalunkwe modifika lill-baġit, inkluż il-pjan ta' twaqqif, għandha ssegwi l-istess proċedura.

12. Il-Bord ta' Tmexxija, malajr kemm jista' jkun, għandu jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti fuq il-finanzjament tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari xi proġetti relatati mal-proprjetà bħal kera jew xiri ta' bini. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni kif ukoll lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC b'dan. Jekk jagħti l-każ li kwalunkwe fergħa tal-awtorità baġitarja ikollha l-intenzjoni li toħroġ opinjoni, fi żmien ġimagħtejn tal-wasla tal-informazzjoni dwar il-proġett, għandha tinnotifika lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-intenzjoni tagħha li toħroġ it-tali opinjoni. Jekk tonqos milli twieġeb, l-Aġenzija tkun tista' tipproċedi bl-operat ippjanat.

Artikolu 29

L-implimentazzjoni tal-baġit

1. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun implimentat mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja kull tagħrif rilevanti dwar ir-riżultat tal-proċeduri tal-valutazzjoni.

3. L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Aġenzija għandu jibgħat lill-Iffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri l-kontabilità provizzorja tiegħu sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, flimkien mar-rapport dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja matul is-sena. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jgħaqqad flimkien il-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[65].

4. L-uffiċjal tal-kontablità tal-Aġenzija għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar l-amminstrazzjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux itar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

5. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jibgħathom lill-Bord ta' Tmexxija għal opinjoni.

6. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

7. Mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat l-kontabilità finali flimkien tal-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija, lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kif ukoll lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC.

8. Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppubblikati.

9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tiegħu sa mhux aktar mit-30 ta' Settembru. Huwa għandu wkoll jibgħat din ir-risposta lill-Bord ta' Tmexxija.

10. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan tal-aħħar, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiġi applikata bla xkiel il-proċedura ta' rilaxx għas-sena finanzjarja fil-kwisjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002.

11. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill huwa u jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena n +2, jagħti r-rilaxx lid-Direttur Eżekuttiv rigward l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena n.

Artikolu 30

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord ta Tmexxija wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Ma jistgħux jitilqu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[66] tad-19 ta' Novembru 2002 għajr jekk dan it-tluq huwa meħtieġ speċifikament għall-ħidma tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem.

Artikolu 31

Il-ġlieda kontra l-frodi

1. Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999[67] għandhom japplikaw.

2. L-Aġenzija għandha tkun parti mill-Ftehim Interistituzzjonali dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u mingħajr dewmien, għandha toħroġ id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija.

3. Id-Deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-għoti ta' fondi u l-ftehim ta' implimentazzjoni u l-istrumenti li rriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament illi l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jekk meħtieġ iwettqu kontrolli fuq il-post fost ir-riċevituri tal-iffinanzjar tal-Aġenzija u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tagħhom.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 32

Azzjonijiet ta' tħejjija

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għat-twaqqif u t-tħaddim inizjali tal-Aġenzija sakemm din ikollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess.

2. Għal din ir-raġuni, sakemm id-Direttur Eżekuttiv j/tassumi d-dmirijiet tiegħu/tagħha wara l-ħatra tiegħu/tagħha mill-Bord ta' Tmexxija skont l-Artikolu 15 tar-Regolament, il-Kummissjoni tista' tassenja numru limitat ta' uffiċjali inkluż wieħed biex iwettaq il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv, fuq bażi temporanja.

3. Id-Direttur Eżekuttiv temporanju jista' jawtorizza l-ħlasijiet kollha koperti mill-krediti pprovduti fil-Baġit tal-Aġenzija, la darba jkunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija u jista' jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta' twaqqif tal-Aġenzija.

Artikolu 33

Il-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC

Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ser isiru arranġamenti li għandhom, fost l-oħrajn, jispeċifikaw in-natura u l-firxa ta', u r-regoli dettaljati, għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC fix-xogħol tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ u applikabilità

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. L-Aġenzija għandha tieħu r-responsabbilitajiet tagħha stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 6 mill-1 ta' Jannar 2012.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell,…

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il–President Il–President

[ …]

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija għat-tmexxija operattiva sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

2. QAFAS ABM/ABB

Qasam tal-Politika : Iż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (titolu 18)

Attivitajiet:

Solidarjetà – Fruntieri esterni, politika tal-viża u l-moviment liberu tan-nies (kapitlu 18.02)

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta' assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex-linji B.A.) inklużi l-intestaturi:

Il-qafas finanzjarju 2007-2013: L-Intestatura 3 A

Taħt il-Kapitolu 18.02 Solidarjetà – Fruntieri esterni, politika tal-viża u l-moviment liberu tan-nies, ħolqien tal-istruttura xierqa għall-Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja, jiġifieri:

- – il-ħolqien ta' artikolu 18 02 XX – bit-titlu "Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, s-sigurtà u ġustizzja"

- il-ħolqien ta' punt 18 02 XX XX – bit-titlu "Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja"- Sussidju skont it-Titli 1 u 2

- il-ħolqien ta' punt 18 02 XX XX – bit-titlu "Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja"- Sussidju skont it-Titlu 3

L-għażla tal-artikolu u tal-punti, taħt il-Kapitolu 18 02, għandu jiġi ddeterminat fil-proċedura baġitarja għall-2011.

3.2. It-tul tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Huwa mistenni li l-Aġenzija se tkun imwaqqfa legalment fl-2011 u ssir Aġenzija vera u proprja kapaċi li tieħu f'idejha l-kompiti relatati mat-tmexxija operattiva tas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fl-2012. Il-ħidma preparatorju għal dan il-għan tibda' fl-2010 u se tkun iffinanzjata fuq il-bażi tal-bażi legali eżistenti: ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 għas-SIS II[68], ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 għall-VIS[69], u r-Regolament (KE) Nru XX/2009. dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] għall-EURODAC.

3.3. Karatteristiċi baġitarji:

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

Ara Punt 3.1 | Mhux obblig | Diff[70] | IVA | LE | LE | 3A |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-flus allokati (CA) u tal-pagamenti allokati (PA)

Miljuni ta' EUR (sa ċifra 1 wara l-punt deċimali)

Tip ta’ nefqa | In-nru tat-Taqsima | Is-sena 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | n+4 | n + 5 u ta’ wara | Total |

Nefqa operattiva[71] |

L-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (AI) | 8.1. | a | 0.000 | 13.7 | 54.5 | 39.4 | 107.6 |

L-Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas (AĦ) | b | 0.000 | 13.7 | 54.5 | 39.4 | 107.6 |

Infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta' referenza[72] |

Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

TOTAL TAL-AMMONT TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 0.000 | 13.7 | 54.5 | 39.4 | 107.6 |

L-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | 0.000 | 13.7 | 54.5 | 39.4 | 107.6 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluzi fl-ammont ta' referenza[73] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 1.2 | 1.5 | 0.9 | 0.6 | 4.2 |

L-ispejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0.3 | 0.3 | 0.3 | 0.3 | 1.2 |

Spiża finanzjarja totali indikattiva tal-intervent |

TOTAL AI, inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | a+c+d+e | 1.5 | 15.5 | 55.7 | 40.3 | 113 |

TOTAL AĦ, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 1.5 | 15.5 | 55.7 | 40.3 | 113 |

Dettalji dwar il-kofinanzjament

Minbarra mil-linja tal-baġit tal-Komunità, l-Aġenzija se tibbenefika mill-kofinanzjament mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen f'konformità mal- Artikolu 28.1.b ta' dan ir-Regolament.

4.1.2. Il-kompatibbiltà ma’ l-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. L-approprjazzjonijiet meħtieġa biex ikopru l-attivitajiet tal-Aġenzija se jiġu mill-approprjazzjonijiet previsti bħalissa mill-Programmazzjoni Finanzjarja 2001-2013 fil-linji tal-baġit 18 02 04 "Is-Sistema tal-Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)", 18 02 05 "Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)" u 18 03 11 "il-EURODAC".

( Il-proposta se tikkonsisti fl-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[74] (jiġifieri, strument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

EUR miljuni (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 10 | 12 | 7 | 5 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Iridu jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul

Fi żmien qasir hemm neċessità li jitwettqu numru ta' attivitajiet ta' preparazzjoni u tal-fażi tal-bidu biex l-Aġenzija issir operattiva kompletament. Dan ix-xogħol potenzjalment jinkludi t-twettiq ta' studji ta' fattibilltà fuq siti potenzjali, l-akkwist ta' siti ġodda biex jospitaw is-sistemi, xogħol ta' kostruzzjoni jew adattament, rilokazzjoni tas-sistemi, l-ingaġġ u t-taħriġ ta' persunal u l-iżgurar li l-Aġenzija jkollha t-tagħmir, ir-riżorsi u l-proċeduri meħtieġa.

Fuq il-medda t-twila taż-żmien l-Aġenzija se tipprovdi soluzzjoni ta' tmexxija effettiva għas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja.

Hemm bżonn li titwaqqaf Aġenzija li tissodisfa l-ħtiġijiet li ġejjin:

- Operat u amministrazzjoni effettivi u sikuri tas-sistemi, b'garanzija ta' kwalità ta' servizz adegwat għall-utenti ta' dawn is-servizzi, kontinwità u servizz bla waqfien, sigurtà u integrità tad-dejta u konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta;

- Il-provvista ta' struttura ta' governanza adegwata li tindirizza l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri li qed jipparteċipaw u partijiet oħra kkonċernati. L-istruttura għandha takkomoda l-elementi fuq diversi pilastri tal-bażi legali ta' dawn is-sistemi;

- Amministrazzjoni finanzjarja b'saħħitha, kontinwa, effiċjenti u responsabbli ta' dawn is-sistemi tal-IT, bil-perfezzjonament tas-sinerġiji possibbli u tal-ekonomiji ta' skala, bil-ħolqien ta' massa kritika, bl-iżgurar tal-ogħla rata ta' użu possibbli tal-kapital u tar-riżorsi umani u ż-żieda fil-produttività tal-persunal;

- L-organizzazzjoni effettiva, bil-perfezzjonament tal-użu tar-riżorsi umani u l-produttività.

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti oħrajn finanzjarji u s-sinerġiji possibbli

Din il-proposta se tipprovdi soluzzjoni għal żmien twil għat-tmexxija tas-SIS II, il-VIS, il-EURODAC u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja permezz tal-perfezzjonament tas-sinerġiji u l-iżgurar tal-ekonomiji ta' skala.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għanijiet ta' din il-proposta l-ewwel nett, huma biex iwaqqfu Aġenzija responsabbli għat-tmexxija operattiva għal tul ta' żmien tas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC.

Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tingħata r-responsabbiltà għat-tmexxija operattiva ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

L-indikaturi se jkunu l-istatistika assoċjata mar-riżultati pożittivi reġistrati għall-allerti differenti (għal kull sistema).

5.4. Il-metodu tal-implimentazzjoni (indikattiv)

X Tmexxija Ċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament permezz ta’ delegazzjoni lill-:

( Aġenziji eżekuttivi

X korpi maħluqa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Art.185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Tmexxija konġunta jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ

Id-Direttur Eżekuttiv se jkun responsabbli milli jwaqqaf u jimplimenta monitraġġ u evalwazzjoni effettivi tar-rendiment tal-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv se jipprepara rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija li, b'mod partikolari, se jqabblu r-riżultati milħuqa mal-għanijiet tal-programm ta' ħidma annwali. Dan ir-rapport, wara konsultazzjoni mal-Gruppi Konsultattivi u l-adozzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, se jintbgħat mhux iktar tard mill-15 ta' Ġunju tas-sena ta' wara lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti tal-Awdituri. L-ewwel rapport se jsir fl-2013 u se jkun ippublikat.

Kull sena l-Aġenzija għandha tippubblika statistika li turi n-numru ta' rekords għal kull kategorija ta' allert, in-numru ta' riżultati pożittivi għal kull kategorija ta' allert u d-drabi li kien hemm aċċess fis-SIS II, bħala total u għal kull Stat Membru.

Fi żmien sentejn mid-data meta l-Aġenzija tkun ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull sentejn wara dan, l-Aġenzija għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-sistema tas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, inkluż is-sigurtà tagħha, dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.

Fi żmien sentejn mid-data meta l-Aġenzija tkun ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-iffunzjonar tekniku tal-VIS u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, inkluż is-sigurtà tagħha.

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-EURODAC, kull sentejn l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-iffunzjonar tekniku tas-Sistema Ċentrali, inkluż is-sigurtà tagħha kif ukoll rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali.

Fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull ħames snin wara, il-Bord ta' Tmexxija għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni għandha teżamina kemm l-Aġenzija tissodisfa l-missjoni tagħha b'mod effettiv. Għandha wkoll tanalizza l-impatt tal-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha. L-Evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-opinjonijiet ta' dawk kollha kkonċernati, fuq livell kemm Ewropew kif ukoll nazzjonali. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jirċievi l-evalwazzjoni u joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar bidliet għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn ir-rakkomandazzjonijiet flimkien mal-opinjoni tagħha kif ukoll ma' proposti xierqa, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. Pjan ta' azzjoni bi skeda ta' żmien għandu jiġi inkluż, fejn xieraq. Kemm l-evalwazzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi.

6.2. L-evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

L-evalwazzjoni ex-ante ġiet inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi):

It-twaqqif ta' Aġenzija Regolatorja biex tmexxi is-SIS II, il-VIS u l-EURODAC huwa approċċ ġdid u innovattiv għall-iskambju ta' informazzjoni. Konsegwentament m'hemm l-ebda esperjenza preċedenti ma' liema tista' titqabbel biex ikun hemm tagħlimiet diretti.

Madanakollu, ittieħdu f'konsiderazzjoni kif xieraq l-aħjar prattiċi mit-twaqqif ta' aġenzija oħra tal-Komunità.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni futura

Fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull ħames snin wara, il-Bord ta' Tmexxija għandu jikkummissjona valutazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

7. Miżuri kontra l-frodi

Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw għal din l-Aġenzija mingħajr restrizzjonijet.

L-Aġenzija għandha tidħol fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni tal-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha toħroġ, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal.

Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehim implementattivi u l-istrumenti li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b'mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jwettqu, jekk ikun meħtieġ, kontrolli fuq il-post ta' dawk li jirċievu l-fondi mill-Aġenzija u tal-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tagħhom.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI[76]

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 1 punti deċimali)

Is-sena 2010 | Is-sena 2011 | Is-sena 2012 | Is-sena 2013 | Is-sena n+4 | Sena n + 5 |

Uffiċjali jew persunal temporanji[82] (XX 01 01) | A*/AD | 6 | 7 | 4.5 | 3.5 |

B*, C*/AST | 4 | 5 | 2.5 | 1.5 |

Persunal iffinanzjat[83] permezz tal-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor[84] iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL | 10 | 12 | 7 | 5 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li ġejjin mill-azzjoni

Attivitajiet preparatorji relatati mal-mandat tal-Aġenzija tat-tmexxija operattiva għal tul ta' żmien tas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC u wara koordinazzjoni u segwitu tal-Aġenzija mill-Kummissjoni.

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandu jinbidel jew jiġi estiż

( Impjiegi allokati minn qabel fl-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n

X Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura tal-APS/PDB li jmiss

X Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizzi ta’ ġestjoni (tqassim intern mill-ġdid)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom jiġu koperti fi ħdan l-allokazzjoni li tista’ tingħata lid-Direttorat Ġenerali inkarigat mill-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit.

Numru ta' riżorsi umani fl-aġenzija (fażi tal-bidu u fażi operattiva)

L-informazzjoni hawn taħt hija indikattiva. Se tkun dettaljata iktar tard ladarba il-kompiti u l-ħtiġijiet finali tal-Aġenzija fir-rigward tar-riżorsi umani u amminstrattivi jsiru magħrufa.

Sena | Persunal li se jkun reklutat gradwalment |

l-ewwel semestru tal-2001 | 15 |

It-tieni semestru tal-2001 | 60 |

2012 | 40 |

2013 | 5 |

TOTAL | 120 |

Ir-reklutaġġ estern li jkun immexxi mill-Aġenzija.

Il-persunal tal-Aġenzija se jikkonsisti minn persunal operattiv kif ukoll amminstrattiv, b'total ta' 120 persuna. Din hija stima tar-riżorsi umani meħtieġa bbażata fuq cifri aġġornati mill-valutazzjoni ta' impatt.

Stima ta' 75 persuna huma meħtieġa għat-tmexxija operattiva tas-SIS II u l-VIS (inkluża l-kapaċità biometrika). Il-45 persuna li baqa' se jkunu allokati għat-tmexxija operattiva tal-EURODAC u l-kompiti amminstrattiv kollha fi ħdan l-Aġenzija. Din iċ-ċifra tieħu wkoll f'konsiderazzjoni r-responsabbiltajiet allokati lill-aġenzija relatati mal-moniteraġġ ta' sistemi ta’ riċerka, l-implimentazzjoni ta’ skemi pilota fuq talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni kif ukoll l-assistenza għall-Gruppi Konsultattivi.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jiġu mill-azzjoni (fażi tal-bidu u fażi operattiva)

Tkun żgurata t-tmexxjia operattiva tas-SIS II, il-VIS u l-EURDAC, ikun żgurat it-taħriġ dwar il-VIS u s-SIS II inkluż it-taħriġ relatat mal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari, il-monitoraġġ ta' attivitajiet ta' riċerka u l-implimentazzjoni ta' skemi pilota fuq talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni.

8.2.4. Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 - Infiq għall-ġestjoni amministrattiva)

Miljuni ta' EUR (sa ċifra 1 wara l-punt deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n + 1 | Sena n+2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra | M/A | M/A | M/A | M/A |

-intra muros | M/A | M/A | M/A | M/A |

-extra muros | M/A | M/A | M/A | M/A |

It-total tal-assistenza teknika u amministrattiva |

8.2.5. Infiq finanzjarju fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

Miljuni ta' EUR (sa ċifra 1 wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Is-sena 2010 | Is-sena 2011 | Is-sena 2012 | Is-sena 2013 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (18 01 01) | 1.2 | 1.5 | 0.9 | 0.6 |

Il-persunal iffinanzjat skont l-Art XX 01 02 (awżiljarju, SNEs, persunal b’kuntratt, eċċ.)[86] (speċifika l-linja baġitarja) |

L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u tal-ispejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 1.2 | 1.5 | 0.9 | 0.6 |

Din hija n-nefqa fuq il-persunal li jaħdem fuq il-preparazzjoni, l-evalwazzjoni, il-kontroll u l-koordinazzjoni tal-Aġenzija fi ħdan il-Kummissjoni.

Kalkolu – Uffiċjali u persunal temporanju – spiża medja annwali: 122000 EUR /ras għal ras

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza Miljuni ta' EUR (sa ċifra 1 wara l-punt deċimali) |

Is-sena 2010 | Is-sena 2011 | Is-sena 2012 | Is-sena 2013 | Sena n + 5 | Sena n + 6 u wara | TOTAL |

18 01 02 11 01– Missjonijiet | 0.3 | 0.3 | 0.3 | 0.3 | 1.2 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[87] |

XX 01 02 11 04 – Studji & konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 –Sistemi ta’ tagħrif |

2 Total Nfiq Ieħor ta’ Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Nfiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi r-referenza għal-linja baġitarja) |

In-nefqa amministrattiva totali, għajr għar-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) | 0.3 | 0.3 | 0.3 | 0.3 | 1.2 |

Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

Il-missjonijiet jinkludu żjajjar fl-Istati Membri li jospitaw is-sistemi u fil-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija inkluża l-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija u tal-Gruppi Konsultattivi.

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom jiġu koperti fi ħdan l-allokazzjoni li tista’ tingħata lid-Direttorat Ġenerali inkarigat mill-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit.

[1] Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, marbut ma' dokument għall-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxjia operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja u ma' Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti lill-Aġenzija stabbilita mir-Regolament XX kompiti dwar it-tmexxija operattiva tas-SIS II u l-VIS fl-applikazzjoni tat-Titlu VI tat-Trattat tal-UE, COM (2009) XX finali.

[2] Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar it-twaqqif, l-operat u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4;

Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi, ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1.;

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar it-twaqqif, l-operat u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63;

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/JHA tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra, ĠU L218, 13.8.2008, p. 129.

[3] Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-iċċekkjar fil-fruntieri komuni tagħhom, ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

[4] ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4, u ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

[5] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

[6] ĠU C 254, 19.8.1997, p. 1.

[7] ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1 .

[8] ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4.

[9] ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1.

[10] ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

[11] ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1.

[12] ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

[13] ĠU L 79, 20.3.2007, p. 20.

[14] ĠU L 57, 1.3.2008, p. 1.

[15] ĠU L 57, 1.3.2008, p. 14.

[16] ĠU L 123, 8.5.2008, p. 1.

[17] ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1.

[18] ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43.

[19] ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5.

[20] ĠU L 305, 4.11.2006, p. 13.

[21] ĠU L 267, 27.9.2006, p. 41.

[22] ĠU L 194, 23.7.2008, p. 3.

[23] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

[24] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129.

[25] ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1. Verżjoni mfassla mill-ġdid kienet mibgħuta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill COM (2008) 825 finali.

[26] ĠU L 62, 5.3.2002, p. 1.

[27] Il-valutazzjoni tal-għażliet għat-tmexxija għal medda twila ta' żmien tas-Sistema tal-Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS u l-EURODAC u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira filz-zona tal-Ġustizzja, Libertà u Sigurta, Rapport finali, 15 ta' Ottubru 2007, RAND Europe.

[28] Proposta tal-Kummissjoni mibgħuta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill COM (2009) 825 finali. (Verżjoni mfassla mill-ġdid)

[29] ĠU L 396, 31.12.2004, p. 45.

[30] Protokoll dwar l-Artikolu 67 mehmuż mat-Trattat ta' Nizza.

[31] Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli li jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ieħor u l-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin, ĠU L66, 8.3.2006, p. 38.

[32] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[33] Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dawr il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responasbbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja, ĠU L93, 3.4.2001, p.40-47.

[34] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52

[35] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera, ĠU L 53, 27.2.2008, p.3.

[36] ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

[37] Il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein għall-Ftehim bjen il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera. ĠU...

[38] Il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera jew fil-Liechtenstein, (ĠU..) u l-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responasbbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja, ĠU L 57, 28.2.2006, p.16.

[39] ĠU …

[40] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' xxx u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' xxx (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali)

[41] ĠU L 381, 28. 12. 2006, p. 4

[42] ĠU L 205, 7. 8. 2007, p. 63

[43] ĠU L 213, 15.6. 2004, p. 5

[44] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

[45] ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.

[46] ĠU L 8, , 12.1.2001, p. 1.

[47] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

[48] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[49] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

[50] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[51] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

[52] ĠU L 66, 8.3.2006, p. 38.

[53] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

[54] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

[55] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[56] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

[57] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

[58] ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

[59] ĠU …

[60] ĠU …

[61] ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385.

[62] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

[63] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[64] ĠU L 317, 03.12.2001, p. 1.

[65] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[66] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

[67] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[68] Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar it-twaqqif, l-operat u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4

[69] Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60

[70] Approprjazzjonijiet differenzjati

[71] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[72] Nefqa skont l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[73] Nefqa skont il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[74] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

[75] Għandhom jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun meħtieġ, jiġifieri jekk it-tul ta' żmien tal-azzjoni jkun ta' aktar minn 6 snin

[76] Iċ-ċifri huma prinċipalment ibbażati fuq il-valutazzjoni tal-Impatt

[77] L-ispejjeż jinkludu: spejjeż kurrenti, enerġija, kontroll tas-sigurtà, assikurazzjoni.

[78] Iċ-ċifri stmati se jkollhom bżonn aġġustament.

[79] Din l-approprijazzjoni għandha tkopri n-nefqa operattiva inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien u l-ispejjeż tal-interpretazzjoni. (Żewġ laqgħat għall-Bord ta' Tmexxija, 6 laqgħat tal-gruppi Konsultattivi fis-sena).

[80] Ix-xogħol ta' traduzzjoni se jitwettaq prinċipalment miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-UE fil-Lussemburgu

[81] Din iċ-ċifra tinkludi l-istudji ta' fattibbiltà u l-iskemi pilota li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 5 u 6 rispettivament ta' dan ir-Regoalment.

[82] L-ispiża tagħha MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

[83] L-ispiża tagħha MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

[84] L-ispiża tagħha hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

[85] Għandha ssir referenza għar-rapport finanzjarju leġiżlattiv speċifiku għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i konċernata/i.

[86] F'dan l-istadju, ma ġiet identifikata l-ebda ħtieġa għall-persunal estern (awżiljarju, END, staff b’kuntratt, eċċ)

[87] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jagħmel parti minnu.

Top