Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0285

    Proposta ta’ Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    /* KUMM/2009/0285 finali */

    52009PC0285

    Proposta ta’ Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran /* KUMM/2009/0285 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 17.6.2009

    KUMM(2009) 285 finali

    Proposta ta’

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Bi tkomplija mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1737 (2006), 1747 (2007) u 1803 (2008), il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK u r-Regolament tal-Kunsill Nru 423/2007, kif emendati, jistipulaw dispożizzjonijiet għal ċerti miżuri restrittivi kontra l-Iran.

    2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1110/2008 tal-10 ta’ Novembru 2008 emenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 u introduċa miżuri restrittivi ġodda kontra l-Iran, inkluż obbligu ta’ notifika minn qabel fejn jidħlu kunsinni minn żewġ kumpaniji implikati f'attivitajiet ta' proliferazzjoni: Iran Air Cargo (IAC) u Islamic Republic of Iran Shipping Line (IRISL).

    3. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni għal din il-miżura huma bbażati fuq ċerti regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali tal-Komunità u b’mod partikolari r-regoli dwar id-dikjarazzjonijiet elettroniċi sommarji dwar id-dħul u l-ħruġ li għandhom jiġu applikati mill-1 ta' Lulju 2009[1]. Madankollu, minħabba l-komplessità tal-proċeduri għall-introduzzjoni ta' dawn id-dikjarazzjonijiet, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2009 tat-2–ta' April 2009 introduċa perjodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2010 li matulu t-trasportaturi mhumiex obbligati li jdaħħlu minn qabel dikjarazzjonijiet elettroniċi sommarji ta’ dħul u ta’ ħruġ.

    4. Din il-proposta hija maħsuba biex iġġib id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, dwar il-perjodu ta' tranżizzjoni għar-regolamenti dwar l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' notifika minn qabel għall-kunsinni ta' ċerti kumpaniji, konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-dwana.

    5. Proposta ta’

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropa, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK tas-7 ta’ Awwissu 2008 li temenda l-Pożizzjoni komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran[2],

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1110/2008 tal-10 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran[3] impona miżuri restrittivi addizzjonali skont il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK, u b’mod partikolari obbligu ta’ notifika minn qabel fejn jidħlu ċerti kunsinni lejn u mill-Iran.

    (2) Għal raġunijiet tekniċi, saret dispożizzjoni għal derogi mir-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu ta’ notifika minn qabel matul żmien ta' tranżizzjoni. Peress li l-kumplessità tar-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ din il-miżura wasslet għal dewmien mhux mistenni fl-implimentazzjoni tagħha, il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandu jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2010.

    (3) Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-raba’ u l-ħames paragrafi tal-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 huma mibdula b’dan li ġej:

    “Sal-31 ta’ Diċembru 2010, id-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul u ta' ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa kif imsemmi aktar ‘l fuq jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub bl-użu ta' informazzjoni kummerċjali, portwali jew ta' trasport, sakemm dawn ikun fihom id-dettalji neċessarji.

    Mill-1 ta' Jannar 2011 ‘l quddiem, l-elementi addizzjonali meħtieġa, kif imsemmi hawn fuq, għandhom jiġu ppreżentati jew bil-miktub jew inkella bl-użu tad-dikjarazzjonijiet sommarji ta' dħul u ta' ħruġ, kif ikun xieraq."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta ' Lulju 2009.

    Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti kollu kemm hu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, [...]

    Għall-Kunsill

    Il-President[pic][pic][pic]

    [1] Dispożizzjonijiet introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità

    [2] ĠU L 213 tat-8.8.2008, p. 58.

    [3] ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1110/2008 (ĠU L 300, 11,11,2008, p.1)

    Top