Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0223

    Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) {SEC(2009) 639} {SEC(2009) 640}

    /* KUMM/2009/0223 finali - COD 2009/0070 */

    52009PC0223




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 20.5.2009

    KUMM(2009) 223 finali

    2009/0070 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    {SEC(2009) 639}{SEC(2009) 640}

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Il-kuntest tal-proposta

    1.1. Il-Kuntest

    Il-GMES huwa inizjattiva tal-osservazzjoni tad-Dinja mmexxija mill-UE. L-Ewropa ddeċidiet li tiżviluppa kapaċità operattiva tagħha stess għall-osservazzjoni tad-Dinja biex tirrifletti r-responsabbiltà dejjem tikber tal-UE fl-affarijiet li jikkonċernaw lill-Ewropa u lid-dinja. It-twaqqif ta’ din is-sistema juri sinjal ta’ għażla strateġika, b’impatt dewwiem fuq l-iżvilupp politiku, ekonomiku, soċjali u xjentifiku ulterjuri tal-UE[1].

    Permezz tal-osservazzjoni tad-dinja tista’ tinġabar informazzjoni dwar is-sistemi fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi jew, b’mod aktar ġenerali, il-monitoraġġ tal-ambjent naturali. Din tutilizza faċilitajiet kemm spazjali (jiġifieri s-satelliti) kif ukoll dawk mhux spazjali, inklużi stallazzjonijiet tal-ajru, tal-baħar kif ukoll tal-art ( “in situ” ). Id-dejta miġbura permezz ta’ satelliti u infrastruttura in situ hija proċessata biex tipprovdi servizzi ta’ informazzjoni li jippermettu mmaniġġjar aħjar tal-ambjent u jsaħħu s-sigurtà għaċ-ċittadini. Permezz ta’ hekk se jkun possibbli, pereżempju, li r-riżorsi naturali u l-bijodiversità jkunu mmaniġġjati b’mod aktar effiċjenti, li jiġu mmonitorjati l-istat tal-oċeani u l-kompożizzjoni kimika tal-atmosfera, żewġ fatturi ewlenin fit-tibdil tal-klima, biex iwieġbu għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inklużi t-tsunamis, u biex tkun żgurata sorveljanza aktar effettiva tal-fruntiera.

    Tul l-aħħar 30 sena, l-UE, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u l-Istati Membri tagħhom għamlu sforzi sostanzjali ta’ riċerka u żvilupp fil-qasam tal-osservazzjoni tad-Dinja, bl-għan li jiżviluppaw l-infrastruttura u s-servizzi preoperattivi tal-osservazzjoni tad-Dinja[2].

    Madankollu, bl-eċċezzjoni tal-qasam tal-meteoroloġija operattiva, id-dejta mogħtija mis-servizzi eżistenti jew ma tkoprix il-parametri kollha meħtieġa minn dawk li jfasslu l-politika[3] jew mhijiex mogħtija fuq bażi kontinwa, b’mod partikolari għaliex it-tul ta’ żmien tas-servizz jew tal-infrastruttura tal-osservazzjoni sottostanti huwa limitat minħabba restrizzjonijiet baġitarji u/jew tekniċi. Fi kliem ieħor, ħafna mis-servizzi ta’ osservazzjoni tad-Dinja li jeżistu fl-Ewropa mhumiex affidabbli minħabba l-lakuni tal-infrastruttura u n-nuqqas ta’ garanziji dwar id-disponibbiltà tagħhom fuq medda twila ta’ żmien. Dan huwa kaġun ta’ tħassib għall-utenti aħħarija bħalma huma l-awtoritajiet pubbliċi, iżda wkoll il-fornituri tas-servizzi fil-livell suċċessiv, li mhumiex ħerqana li jinvestu b’mod sinifikanti fi swieq riskjużi u mhux maturi u jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet addizzjonali biex jiksbu l-kapital għal investiment bħal dan.

    Il-GMES kien maħsub biex jiżgura osservazzjoni operattiva tad-Dinja f’oqsma ambjentali u ta’ sigurtà lil hinn mill-meteoroloġija operattiva. F’dan il-kuntest, l-għanijiet ġenerali tal-GMES huma li:

    - jippermetti li jkun hemm servizzi sostenibbli ta’ osservazzjoni tad-Dinja mfassla skont il-ħtiġijiet tal-utenti, inklużi dawk li jfasslu l-politika pubblika u ċ-ċittadini privati. Permezz tas-servizzi tal-GMES dawk li jfasslu l-politika, b’mod partikolari, se jkunu jistgħu:

    - iħejju l-leġiżlazzjoni nazzjonali, Ewropea u internazzjonali dwar kwistjonijiet ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima;

    - jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni;

    - ikollhom aċċess għal informazzjoni komprensiva u preċiża dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà (eż. għas-sorveljanza tal-fruntieri);

    - jiżguraw is-sostenibbiltà tal-infrastruttura ta’ osservazzjoni meħtieġa biex tipprovdi s-servizzi tal-GMES. Dan se jsir jew billi jiġu stabbiliti sħubijiet mas-sidien tal-infrastrutturi jew billi tiġi żviluppata infrastruttura ġdida jekk l-infrastruttura eżistenti mhijiex biżżejjed biex tipproduċi d-dejta meħtieġa għas-servizzi tal-GMES;

    - joħolqu opportunitajiet biex is-settur privat jagħmel użu akbar mill-għejun ta’ informazzjoni, u b’hekk jiffaċilitaw il-penetrazzjoni fis-suq ta’ fornituri ta’ servizzi b’valur miżjud, li ħafna minnhom huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

    1.2. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

    Il-GMES jinkludi kemm attivitajiet ta’ żvilupp kif ukoll fażi operattiva. Fir-rigward tal-attivitajiet ta’ żvilupp, il-fondi mis-Seba’ Programm ta’ Qafas (FP7)[4] qed jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-infrastruttura spazjali, bħala parti mill-programm tal-komponent spazjali ESA GMES, u għall-finanzjament ta’ servizzi preoperattivi fl-oqsma tal-monitoraġġ tal-art, il-monitoraġġ tal-ibħra, il-monitoraġġ tal-atmosfera, ir-rispons ta’ emerġenza, is-sigurtà u l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

    B’segwitu għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà: Mill-Kunċett għar-Realtà”[5] u l-orjentament tat-Tielet Kunsill tal-Ispazju, l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-GMES qed issegwi approċċ maqsum f’diversi fażijiet, imsejjes fuq prijoritajiet identifikati b’mod ċar, billi jibda bl-iżvilupp ta’ tliet servizzi rapidi fuq ir-rispons ta’ emerġenza, il-monitoraġġ tal-art u s-servizzi marittimi.

    L-ewwel servizzi operattivi ta’ ġestjoni tal-emerġenza u monitoraġġ tal-art qed jiġu ffinanzjati bħala azzjonijiet preparatorji[6]. Mill-2011 sal-2013, is-servizzi operattivi tal-GMES għandhom jingħataw fuq skala akbar, filwaqt li jibnu fuq u jikkumplimentaw attivitajiet ta’ żvilupp iffinanzjati skont it-tema tal-ispazju tas-Seba’ Programm ta’ Qafas, kif ukoll attivitajiet intergovernattivi u nazzjonali. Din l-azzjoni Komunitarja se tiffoka fuq il-katina sħiħa tas-servizzi għar-rispons ta’ emerġenza u l-monitoraġġ tal-art, l-aċċess għad-dejta u l-operazzjonijiet ta’ infrastruttura. Din l-għażla hija msejsa fuq il-kriterji speċifiċi li ġejjin:

    - maturità teknika suffiċjenti;

    - kontinwità fir-rigward ta’ azzjonijiet preparatorji, u attivitajiet eżistenti oħra barra mill-programmi ta’ qafas għar-riċerka, bħall-Corine land cover;

    - potenzjal ippruvat għall-iżvilupp ta’ servizzi fil-livell suċċessiv;

    - il-fornituri tas-servizzi huma parteċipanti fl-industrija u jistgħu għalhekk itemmu l-attivitajiet mingħajr intervent addizzjonali mill-UE, filwaqt li fil-qasam tas-servizzi marittimi u tal-atmosfera, is-servizzi jingħataw prinċipalment minn istituzzjonijiet pubbliċi li jkunu jistgħu jkomplu l-attivitajiet (għalkemm probabbli fi skala anqas ambizzjuża) qabel l-2013 mingħajr appoġġ Komunitarju; kif ukoll

    - fir-rigward tas-servizzi ta’ emerġenza, jidher ċar li jkun preferibbli li l-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, diġà fl-2011, u mhux fl-2014, mapep ta’ emerġenza fuq bażi operattiva.

    Dawn il-prijoritajiet ġew diskussi b’mod estensiv wara l-Forum tal-GMES organizzat f’Lille mill-presidenza Franċiża, inklużi konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kunsill Konsultattiv tal-GMES. Il-partijiet interessati qablu li se jkun meħtieġ li jikkumplimentaw il-fondi ta’ riċerka eżistenti fil-perjodu 2011 - 2013 biex iniedu servizzi fuq bażi operattiva f’oqsma fejn hemm riskju ta’ interruzzjoni tas-servizzi. Huma għarfu wkoll li l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-ibħra u tal-atmosfera sejrin tajjeb. Minħabba n-natura istituzzjonali jew xjentifika tal-atturi Ewropej involuti fl-implimentazzjoni tagħhom, l-FP7 jidher adegwat biżżejjed, f’dan l-istadju, kemm fil-volum kif ukoll bħala strument ġuridiku, biex jippermetti l-ħolqien ta’ kapaċità li hi ferm qrib il-kundizzjonijiet operattivi għal servizzi marittimi u tal-atmosfera.

    Hu mistenni li jkun hemm fis-seħħ programm GMES komplut matul il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss (mill-2014 ’il quddiem).

    L-għan ta’ din il-proposta huwa li tiġi stabbilita bażi ġuridika għall-programm GMES u l-finanzjament Komunitarju tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES (2011-2013), kif indikat fil-Komunikazzjoni tal-2008 li l-Kunsill laqa’ fil-konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2008, biex:

    - ikunu jistgħu jingħataw servizzi ta’ rispons ta’ emerġenza (inklużi mapep ta’ emerġenza u mapep ta’ referenza) lil diversi atturi responsabbli mir-rispons ta’ emerġenza fil-livell Komunitarju u f’dak tal-Istati Membri, kif ukoll lill-aġenziji rilevanti ewlenin tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi fl-oqsma tal-protezzjoni ċivili, l-għajnuna umanitarja u l-ġestjoni tal-kriżijiet, bejn l-2011 u l-2013 għal 24 siegħa kuljum, biex ikunu jistgħu jwieġbu għal emerġenzi u diżastri umanitarji b’mod aktar effiċjenti u effettiv;

    - ikunu jistgħu jingħataw servizzi ta’ monitoraġġ tal-art (b’mod partikolari, dejta pproċessata minn qabel, prodotti pan-Ewropej ta’ kopertura tal-art, mapep tal-bliet b’riżoluzzjoni għolja, mapep tal-ħamrija u mapep tematiċi) lill-awtoritajiet pubbliċi (inklużi aġenziji ambjentali) fl-Ewropa bejn l-2011 u l-2013, biex ikunu jistgħu jwettqu aħjar il-ħidmiet tagħhom ta’ tfassil tal-politika, implimentazzjoni u monitoraġġ; is-servizzi ta’ monitoraġġ tal-art jistgħu jappoġġjaw, inter alia , l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija[7] u l-evalwazzjoni tal-ekosistemi;

    - tikkontribwixxi għall-produzzjoni u d-disponibbiltà għall-pubbliku ta’ informazzjoni dwar l-ambjent, b’konformità, b’mod partikolari, mal-prinċipji tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus[8], id-Direttiva INSPIRE u s-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali (SEIS)[9];

    - tistimola, billi tnaqqas l-ispiża ta’ aċċess għall-informazzjoni, it-tkabbir tas-settur fil-livell suċċessiv ta’ osservazzjoni tad-Dinja f’termini ta’ impjiegi, innovazzjoni u kompetittività internazzjonali bejn l-2011 u l-2013.

    1.3. Il-finanzjament tal-GMES: mir-riċerka u l-iżvilupp għall-operazzjonijiet

    L-aspetti tar-riċerka u l-iżvilupp tal-GMES bħalissa huma, u se jkomplu jkunu, kofinanzjati fil-livelli Ewropej, intergovernattivi u nazzjonali, imsejsa fuq sħubijiet bejn il-parteċipanti fis-settur. Parti mill-ispiża tal-iżvilupp u tal-operazzjoni tal-installazzjonijiet kollha bbażati fl-ispazju[10] u dawk in situ li jipprovdu d-dejta għas-servizzi tal-GMES se titħallas mill-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet intergovernattivi, billi l-finanzjament tal-KE tal-ispejjeż totali għall-infrastruttura kollha meħtieġa jista’ jikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà. Minflok, il-KE se tikkonċentra fuq oqsma fejn l-intervent Komunitarju se jipprovdi valur miżjud ċar.

    L-UE se tikkoordina dawn is-sħubijiet kif ukoll timmaniġġja l-kontribuzzjoni tagħha stess lill-GMES. Bl-eċċezzjoni ta’ kontribuzzjoni limitata għall-operazzjoni tas-servizzi tar-rispons ta’ emerġenza u tal-monitoraġġ tal-art iffinanzjati bħala azzjonijiet preparatorji, din il-kontribuzzjoni bħalissa tikkonsisti, b’mod partikolari, fil-kofinanzjament tal-attivitajiet ta’ riċerka segwenti skont it-tema tal-ispazju tal-FP7:

    - żvilupp tal-infrastruttura spazjali[11] mwettaq mill-ESA biex jimtlew il-lakuni fl-infrastruttura spazjali eżistenti;

    - riċerka dwar l-integrazzjoni ta’ dejta in situ u dejta spazjali;

    - żvilupp ta’ servizzi preoperattivi.

    Għal servizzi preoperattivi, ir-riċerka tintuża biex tiżviluppa katini ta’ servizzi, billi timplimenta prototipi individwali, ittestjati f’żoni magħżula tal-Ewropa biex tiżgura li dawn jaħdmu b’mod sodisfaċenti. Il-finanzjament qed jiffoka prinċipalment fuq l-iżvilupp tal-katina tal-ipproċessar u l-isforzi biex jiġu vvalidati l-kunċetti u t-teknoloġiji u s-servizzi żviluppati.

    L-isfida li jmiss għall-GMES hija l-eżistenza ta’ servizzi operattivi tul il-perjodu 2011-2013. Jinħtieġ investiment biex jiġu introdotti prodotti msejsa fuq prototipi żviluppati fl-attivitajiet ta’ riċerka preċedenti biex tintlaħaq id-domanda f’termini ta’ volumi ta’ dejta biex jiġu proċessati għal kopertura pan-Ewropea jew globali kompluta kif ukoll operazzjoni kontinwa għal 24 siegħa kuljum, bl-iqsar ħinijiet possibbli ta’ rispons.

    L-FP7 huwa għodda ta’ riċerka u żvilupp u, bħala tali, mhuwiex maħsub biex jappoġġja l-operazzjonijiet inizjali tal-GMES, b’mod li dawn jeħtieġ li jiġu żgurati fuq bażi aktar permanenti. Fl-istess waqt, l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp se jkomplu, eż. fil-qasam tal-validazzjoni tal-prodott. Għaldaqstant, se jkun meħtieġ li fil-ġejjieni jintużaw simultanjament kemm fondi operattivi kif ukoll dawk maħsuba għar-riċerka, b’kull tip ta’ finanzjament jindirizza ħtiġijiet differenti iżda komplementari. Għall-perjodu 2011-2013, dan ifisser li l-fondi tal-FP7 li diġà huma allokati għat-tema tal-ispazju għandhom jiġu ssupplimentati minn fondi addizzjonali mhux maħsuba għar-riċerka skont ir-Regolament propost biex ikopru operazzjonijiet inizjali tal-GMES. Il-qafas ta’ tmexxija tal-GMES se jiżgura konsistenza bejn ir-riċerka u l-attivitajiet operattivi. Għat-tfassil u l-implimentazzjoni teknika tas-servizzi, il-Kummissjoni se sserraħ fuq iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (ĊKR) u s-servizzi tal-Eurostat.

    1.4. Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħrajn tal-Unjoni

    Il-Kummissjoni se tiżgura l-komplementarjetà u l-konsistenza ma’ politiki Komunitarji oħra, b’mod partikolari b’rabta mal-kompetizzjoni, il-programmi Ewropej GNSS, il-protezzjoni tad-dejta personali, il-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja, il-politika ta’ koeżjoni u l-politika agrikola. Barra minn hekk, il-GMES huwa għodda għall-kooperazzjoni marbuta mal-iżvilupp, l-għajnuna umanitarja u s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza madwar id-dinja u, b’mod aktar speċifiku, mal-Afrika.

    Barra minn hekk, is-servizzi tal-GMES jitqiesu essenzjali mhux biss għaliex l-utenti aħħarija prinċipali huma dawk li jfasslu l-politika, iżda wkoll għax jistimolaw l-innovazzjoni u t-tkabbir fis-settur fil-livell suċċessiv. Il-GMES hu għalhekk konformi għal kollox mal-istrateġija ta’ Liżbona.

    Il-GMES se jikkontribwixxi għas-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali (SEIS) u se jibbenefika minnha. L-ewwel nett, il-GMES jikkontribwixxi għad-disponibbiltà ta’ dejta/prodotti rilevanti pprovduti permezz tas-servizzi tagħha. It-tieni, l-SEIS tista’ tikkontribwixxi għal flussi ta’ dejta in situ għall-GMES billi tippermetti d-disponibbiltà tad-dejta kważi f’ħin reali (billi tibda bid-dejta koperta mil-leġiżlazzjoni ambjentali, l-enfasi inizjali tal-SEIS). Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiżgura l-koerenza tal-GMES mal-ġbir ta’ dejta meħtieġa għall-politika ambjentali fil-kuntest taċ-Ċentri ta’ Dejta Ewropej, b’mod partikolari safejn għandu x’jaqsam il-monitoraġġ tal-art.

    Kif imfisser fil-Komunikazzjoni tal-2008, jeħtieġ li l-GMES jikkonforma mal-qafas tal-Infrastruttura għall-Informazzjoni dwar l-Ispazji fl-Ewropa (INSPIRE). INSPIRE hi msejsa fuq Direttiva[12] li tkopri d-dejta spazjali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri. Din ma tqiegħed l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri biex joħolqu ġabriet ġodda ta’ dejta ġeospazjali, filwaqt li l-għan tal-GMES huwa li jiżgura d-disponibbiltà kontinwa ta’ servizzi operattivi ta’ osservazzjoni tad-Dinja.

    2. Il-kontenut tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011 – 2013)

    Kif imfisser fit-taqsima 1.2, l-għan speċifiku tar-Regolament propost huwa li jistabbilixxi bażi ġuridika għall-programm GMES u għall-finanzjament tal-KE tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES, li għandha tiżgura l-kontinwità tal-komponenti GMES wara l-2011, magħżula fuq il-bażi tal-kriterji deskritti hawn fuq. L-operazzjonijiet inizjali tal-GMES (2011-2013) se jitmexxew mill-Kummissjoni fil-qafas tal-attivitajiet globali tal-GMES tal-UE, li jkopru wkoll l-attivitajiet ta’ riċerka tal-UE u l-attivitajiet tal-imsieħba tal-GMES. Huwa ta’ importanza kruċjali li tiġi żgurata l-komplementarjetà mal-FP7 kemm f’termini ta’ fondi kif ukoll ta’ arranġamenti ta’ organizzazzjoni.

    L-Artikolu 1 tar-Regolament propost dwar il-GMES jiddefinixxi s-suġġett tar-Regolament jiġifieri t-twaqqif ta’ programm Komunitarju għall-osservazzjoni tad-Dinja (il-“programm GMES”) u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES (2011 – 2013).

    L-Artikolu 2 jiddetermina l-kontenut globali tal-programm GMES, li se jinkludi komponent tas-servizzi, komponent spazjali u komponent in situ .

    L-Artikolu 3 jiddeskrivi l-iskop tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES li se jibnu fuq u jikkumplimentaw l-attivitajiet iffinanzjati skont it-tema tal-ispazju tas-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-attivitajiet nazzjonali. L-għanijiet f’kull wieħed mill-oqsma huma stabbiliti fl-Anness għall-proposta. L-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2 ġew determinati skont l-approċċ modulari għall-implimentazzjoni tal-GMES. Fid-dawl tal-kriterji deskritti fit-taqsima 1.2. hawn fuq, l-operazzjonijiet inizjali tal-GMES (2011-2013) għandhom jinkludu azzjoni fl-oqsma li ġejjin:

    1. servizzi ta’ rispons ta’ emerġenza;

    2. servizzi ta' monitoraġġ tal-art;

    3. miżuri biex jappoġġjaw l-użu tas-servizzi mill-utenti;

    4. aċċess għad-dejta;

    5. il-komponent spazjali tal-GMES.

    Il-fatt li operazzjonijiet inizjali għandhom jitnedew aktar kmieni għal rispons ta’ emerġenza u servizzi ta’ monitoraġġ tal-art milli għal servizzi oħra tal-GMES ma jfissirx li l-UE mhijiex se tikkontribwixxi għal operazzjoni ta’ servizzi oħra (inklużi servizzi ta’ monitoraġġ tal-ibħra u tal-atmosfera) wara l-2013. Wara l-2013, l-UE beħsiebha żżomm is-sett sħiħ ta’ servizzi tal-GMES f’kuntest operattiv.

    L-Artikolu 4 jistabbilixxi arranġamenti ta’ organizzazzjoni għall-operazzjonijiet inizjali tal-GMES. B’mod partikolari, dan jiddikjara li l-Kummissjoni mhux biss se timmaniġġja l-kontribuzzjoni tagħha stess għall-GMES iżda se tkun ukoll responsabbli għall-koordinazzjoni globali tal-attivitajiet tal-imsieħba tal-GMES, jiġifieri l-Istati Membri, li se jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni effiċjenti tal-inizjattiva tal-GMES fil-livell tal-Istati Membri. Kif imfisser fil-Komunikazzjoni tal-2008, il-qafas ta’ tmexxija globali għandu jkun distint mil-livell tekniku ta’ implimentazzjoni, li għandu jiġi fdat prinċipalment f’idejn l-entitajiet Ewropej li jaħdmu flimkien mal-parteċipanti pubbliċi u privati, inklużi l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), u l-aġenziji speċjalizzati tal-UE[13]. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni teknika tal-komponent spazjali tal-GMES se jiġi fdat f’idejn l-ESA. Barra minn hekk, l-Artikolu 4 jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza tal-programm GMES ma’ politiki Komunitarji oħra.

    L-Artikolu 5 jiddefinixxi l-forom ġuridiċi li jista’ jieħu l-finanzjament Komunitarju.

    L-Artikolu 6 jinkludi regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-programm GMES ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE. Minħabba n-natura globali tal-GMES, huwa essenzjali li tkun prevista l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE, meta l-ftehimiet u l-proċeduri jippermettu hekk. L-Artikolu 7 dwar il-finanzjament jistabbilixxi l-pakkett finanzjarju globali għall-finanzjament Komunitarju tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES. L-approprjazzjonijiet se jiġu awtorizzati kull sena b’konformità mar-Regolament Finanzjarju. Bħalma jiġri fil-programmi Ewropej GNSS, il-pajjiżi li mhumiex fl-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu finanzjarjament jew xorta oħra għall-programmi fuq il-bażi ta’ ftehimiet xierqa.

    L-Artikolu 8 jinkludi l-għanijiet tal-politika ta’ dejta u informazzjoni għal azzjonijiet iffinanzjati skont il-programm GMES. L-għan ewlieni huwa aċċess sħiħ u miftuħ[14], filwaqt li jitqies li l-aċess sħiħ u miftuħ jista’ jiġi ristrett, b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-protezzjoni xierqa tad-dejta u l-informazzjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà.

    L-Artikolu 9 jistipula monitoraġġ globali tal-azzjoni ffinanzjat skont ir-Regolament, b’konformità mar-regoli tal-KE applikabbli kif ukoll mal-aħjar prassi. Ir-rapporti ta’ valutazzjoni interim u ex-post se jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    L-Artikolu 10 jkopri l-miżuri ta’ implimentazzjoni. Id-dettalji tal-implimentazzjoni u l-programmi ta’ ħidma annwali se jiġu deċiżi permezz ta’ proċedura tal-kumitat. Il-programm ta’ ħidma annwali se jinkludi, b’mod partikolari, deskrizzjoni aktar dettaljata ta’ attivitajiet b’konformità mal-prijoritajiet tal-GMES. Il-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 11 tar-Regolament propost se jgħin lill-Kummissjoni bl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES, filwaqt li l-kumitat tal-programm FP7 fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-ispazju se jkompli jgħin lill-Kummissjoni fl-immaniġġjar tal-fondi tal-FP7.

    L-Artikolu 11 jistipula t-twaqqif ta’ kumitat tal-komitoloġija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni[15].

    L-Artikolu 12 jinkludi regoli dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità, biex jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi.

    3. Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u l-Istima tal-Impatt

    Il-proposta għal Regolament dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu hi msejsa fuq konsultazzjonijiet estensivi u akkumpanjata minn Stima tal-Impatt. Fl-2006, il-Kummissjoni intensifikat il-konsultazzjonijiet tagħha mal-partijiet interessati, inklużi:

    - workshops tematiċi mal-utenti tas-servizz futur;

    - it-twaqqif ta’ “Gruppi ta’ Implimentazzjoni” li jikkonsistu f’rappreżentanti tal-utenti. Il-Gruppi ta’ Implimentazzjoni ħejjew rakkomandazzjonijiet dwar l-ambitu, l-arkitettura u l-pjanijiet ta’ implimentazzjoni għas-servizzi, inklużi r-rekwiżiti ta’ infrastruttura meħtieġa;

    - konsultazzjoni tal-koordinaturi nazzjonali tal-GMES fil-Kunsill Konsultattiv tal-GMES;

    - laqgħat bilaterali regolari bejn l-uffiċċju GMES tal-Kummissjoni Ewropea u l-partijiet interessati mill-industrija, mir-reġjuni u minn postijiet oħra; kif ukoll

    - l-organizzazzjoni ta’ konferenzi dwar il-GMES mill-Presidenzi suċċessivi tal-UE.

    Il-konsultazzjoni tal-parti interessata wriet biċ-ċar li l-utenti ma jistgħux jiddependu fuq il-proġetti ta’ riċerka waħidhom. Dawn jeħtieġu aċċess għal dejta u informazzjoni affidabbli u preċiżi li jkunu disponibbli f’waqthom jew, għal servizzi ta’ emerġenza, anki b’mod urġenti. Biex jinkiseb dan l-għan, skont il-partijiet interessati hemm bżonn li:

    - jittieħdu l-passi meħtieġa biex titwessa’ l-linja baġitarja operattiva ta’ preparazzjoni introdotta fl-2008 biex tkopri l-operazzjonijiet inizjali tas-servizzi tal-GMES;

    - jiġi definit l-ambitu tal-attivitajiet b’mod li jikkomplementa l-iskemi ta’ ffinanzjar u programmar eżistenti;

    - jiġu stabbiliti sħubijiet biex jiżguraw servizzi operattivi sostenibbli;

    - jiġi żgurat li, bħala inizjattiva msejsa fuq l-utent, l-ispeċifikazzjonijiet tas-servizzi jikkorrispondu mal-ħtiġijiet tal-utenti; kif ukoll

    - tiġi ffaċilitata l-penetrazzjoni fis-suq mill-industrija tas-servizzi b’valur miżjud (inklużi SMEs) billi tiġi żgurata politika miftuħa ta’ dejta u informazzjoni.

    Minbarra x-xenarju ta’ bażi (“Ma jsir xejn”), ir-rapport tal-Istima tal-Impatt janalizza tliet għażliet għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES: (i) metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni biss, (ii) intervent regolatorju, u (iii) il-finanzjament Komunitarju. L-Istima tal-Impatt turi li l-finanzjament Komunitarju jitqies l-aħjar għażla, billi x’aktarx ikun aktar effettiv mil-lat tal-ispiża, anki meta mqabbel mal-aħjar xenarju possibbli għall-għażliet l-oħra. L-analiżi tal-impatt tal-finanzjament Komunitarju wriet li din l-għażla tkun toffri valur għall-flus u tagħti lis-settur fil-livell suċċessiv bażi sostenibbli li fuqha jista’ jiżviluppa servizzi personalizzati.

    4. SUSSIDJARITÀ U PROPORZJONALITÀ

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

    Għal servizzi b’kopertura pan-Ewropea (jew anki globali), b’mod partikolari servizzi pan-Ewropej ta’ kopertura tal-art, l-Istati Membri ma jistgħux jiksbu b’mod suffiċjenti l-għanijiet tal-azzjoni proposta, billi l-kontribuzzjonijiet minn Stati Membri differenti għandhom jiġu aggregati f’livell Ewropew. L-għoti ta’ servizzi oħra ta’ osservazzjoni tad-Dinja koperti mill-proposta (eż. mapep ta’ emerġenza jew mapep tematiċi ta’ monitoraġġ tal-art ta’ ambitu ġeografiku aktar limitat) jista’ jinkiseb aħjar mill-Komunità għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, l-immaniġġjar aktar koerenti u ċentralizzat tad-dejta mdaħħla minn sensuri bbażati fl-ispazju jew in situ se jippermetti li jkun hemm ekonomiji ta’ skala. It-tieni, l-għoti mhux ikkordinat ta’ servizzi ta’ osservazzjoni tad-Dinja fil-livell tal-Istati Membri jew f’dak reġjonali jista’ jwassal għal xogħol ripetut u jagħmilha diffiċli jew saħansitra impossibbli li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-KE fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u objettivi. Jekk l-informazzjoni prodotta fil-livell tal-Istati Membri mhijiex komparabbli, mhuwiex se jkun possibbli għall-Kummissjoni li taċċerta jekk il-leġiżlazzjoni ambjentali ġietx implimentata b’mod korrett f’kull Stat Membru.

    Il-proposta tikkonforma bis-sħiħ mal-prinċipju ta’ proporzjonalità billi (i) is-servizzi operattivi tal-GMES fl-oqsma tal-monitoraġġ tal-art u r-rispons ta’ emerġenza ma jiħdux post is-servizzi eżistenti iżda jikkumplimentawhom jew jiżguraw il-kontinwità tagħhom u (ii) l-għoti tas-servizzi se jkun ċentralizzat fil-livell Komunitarju meta jkun indispensabbli biss.

    5. L-għażla tal-Istrument Ġuridiku

    Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi stabbilit programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) permezz ta’ Regolament, jiġifieri strument ta’ applikazzjoni ġenerali li jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Dan għaliex l-att bażiku propost jiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet mhux biss tal-Kummissjoni, iżda wkoll tal-Istati Membri. Regolament għalhekk huwa l-istrument l-aktar adattat biex jilħaq l-għan mixtieq.

    6. L-implikazzjoni baġitarji

    Id-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja din il-proposta għal Regolament tistabbilixxi approprjazzjonijiet tal-baġit għall-operazzjonijiet inizjali tal-GMES. Il-proposta hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali għall-2007-2013.

    2009/0070 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[16],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[17],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[18],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[19],

    Billi:

    (1) Fil-laqgħa tiegħu tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001 f’Gothenburg, il-Kunsill Ewropew qabel fuq strateġija għal żvilupp sostenibbli, biex isaħħaħ b’mod reċiproku l-politiki ekonomiċi, soċjali u ambjentali u żied dimensjoni ambjentali fil-proċess ta’ Liżbona.

    (2) Fir-Riżoluzzjoni dwar il-Politika Spazjali Ewropea[20] tal-21.5.2007 adottata fir-raba’ laqgħa konġunta u konkomitanti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Aġenzija Spazjali Ewropea f’livell ministerjali (il-“Kunsill Spazjali”, stabbilit skont l-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta’ Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea[21]), il-Kunsill għaraf il-kontribuzzjonijiet attwali u potenzjali permezz ta’ attivitajiet spazjali għall-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi, li jipprovdu teknoloġiji u servizzi favorevoli għas-soċjetà emerġenti Ewropea tal-għarfien u jikkontribwixxu għall-koeżjoni Ewropea, u saħaq li l-ispazju huwa element sinifikanti tal-istrateġija għal żvilupp sostenibbli.

    (3) Il-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) jikkonsisti f’inizjattiva ta’ osservazzjoni tad-Dinja mmexxija mill-Komunità Ewropea u mwettqa bi sħubija mal-Istati Membri. L-għan tiegħu hu li jrawwem sfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politiki ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-osservazzjoni tad-Dinja u li jipprovdi servizzi ta’ informazzjoni, li jagħtu aċċess għal dejta u informazzjoni preċiżi fil-qasam tal-ambjent u s-sigurtà taħt il-kontroll Komunitarju u huma mfassla skont il-ħtiġijiet ta’ firxa wiesgħa ta’ utenti. L-utenti jinkludu dawk li jfasslu d-deċiżjonijiet fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali li jiżviluppaw u jimplimentaw politiki ambjentali.

    (4) Sabiex jinkiseb l-għan tal-GMES fuq bażi sostenibbli, jinħtieġ li jiġu kkoordinati l-attivitajiet tad-diversi msieħba involuti fil-GMES, u li tiġi żviluppata, stabbilita u mħaddma kapaċità ta’ servizz u osservazzjoni li tissodisfa d-domanda tal-utenti. Il-GMES se jkun għodda ewlenija li tappoġġja l-bijodiversità, il-monitoraġġ tal-ekosistema u l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

    (5) Is-servizzi tal-GMES huma meħtieġa biex irawmu l-użu ta’ sorsi ta’ informazzjoni mis-settur privat fuq bażi kontinwa, u b’hekk jiffaċilitaw l-innovazzjoni minn fornituri ta’ servizzi b’valur miżjud, li ħafna minnhom huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

    (6) Il-GMES jinkludi kemm attivitajiet ta’ żvilupp kif ukoll operazzjonijiet. Fir-rigward tal-operazzjonijiet, fit-tielet orjentazzjoni tiegħu adottata fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ispazju fit-28.11.2005, il-Kunsill appoġġja approċċ maqsum f’diversi fażijiet għall-implimentazzjoni tal-GMES imsejjes fuq prijoritajiet identifikati b’mod ċar, billi jibda bl-iżvilupp ta’ tliet servizzi rapidi fil-qasam tar-rispons ta’ emerġenza, il-monitoraġġ tal-art u s-servizzi marittimi.

    (7) L-ewwel servizzi operattivi fil-qasam ta’ rispons ta’ emerġenza u ta’ monitoraġġ tal-art kienu ffinanzjati bħala azzjonijiet preparatorji skont l-Artikolu 49(6)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[22] (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”).

    (8) Minbarra l-attivitajiet ta’ żvilupp iffinanzjati skont il-qasam tematiku spazjali, inklużi fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013)[23] (minn hawn ’il quddiem is-“Seba’ Programm ta’ Qafas”), tinħtieġ azzjoni Komunitarja fil-perjodu tal-2011-2013 biex tiżgura l-kontinwità mal-azzjonijiet preparatorji u biex tistabbilixxi servizzi operattivi fuq bażi aktar permanenti f’oqsma ta’ maturità teknika suffiċjenti b’potenzjal ippruvat għall-iżvilupp ta’ servizzi fil-livell suċċessiv, inklużi r-rispons ta’ emerġenza u l-monitoraġġ tal-art. Is-servizzi marittimi u tal-atmosfera se jkomplu jiġu żviluppati b’mod parallel mas-servizzi ta’ ġestjoni tal-emerġenza u ta’ monitoraġġ tal-art bis-sostenn tal-fondi ta’ riċerka u żvilupp skont is-Seba’ Programm ta’ Qafas, inkluż it-twaqqif ta’ kapaċità preoperattiva qabel l-2013.

    (9) Fil-Komunikazzjoni tagħha bit-titlu “Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES): għal qalbna dinja iżjed protetta”[24], il-Kummissjoni fissret l-approċċ tagħha għat-tmexxija u l-finanzjament tal-GMES u indikat l-intenzjoni tagħha li tiddelega l-implimentazzjoni teknika tal-GMES lil entitajiet speċjalizzati, inkluża l-ESA għall-komponent spazjali tal-GMES minħabba l-pożizzjoni unika u l-għarfien espert tagħha.

    (10) Is-servizzi operattivi fil-qasam tal-mitigazzjoni tal-emerġenza u r-risponsi umanitarji huma neċessarji biex jikkoordinaw il-kapaċità eżistenti tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha biex itejbu l-preparazzjoni, ir-rispons u l-irkupru wara diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, li ħafna drabi jkollhom ukoll impatt negattiv fuq l-ambjent. Billi t-tibdil fil-klima jista’ jwassal għal żieda fl-emerġenzi, il-GMES se jkun essenzjali għall-adattament tat-tibdil fil-klima. Is-servizzi tal-GMES għandhom għalhekk jipprovdu informazzjoni ġeospazjali biex jappoġġjaw diversi parteċipanti fil-qasam tar-risponsi ta’ emerġenza u dawk umanitarji.

    (11) Is-servizzi ta’ monitoraġġ tal-art huma importanti għall-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, il-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima u l-immaniġġjar ta’ firxa wiesgħa ta’ riżorsi u politiki, li ħafna minnhom huma marbuta mal-ambjent naturali: il-ħamrija, l-ilma, l-agrikoltura, il-foresti, l-enerġija u l-utilitajiet, iż-żoni mibnija, il-faċilitajiet ta’ rikreazzjoni, l-infrastruttura u t-trasport. Is-servizzi operattivi ta' monitoraġġ tal-art huma meħtieġa kemm fil-livell Eworpew kif ukoll f’dak globali, u jridu jiġu żviluppati b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, il-pajjiżi terzi fl-Ewropa u l-imsieħba barra mill-Ewropa u man-Nazzjonijiet Uniti.

    (12) L-għoti ta’ servizzi operattivi ffinanzjati skont dan ir-Regolament jiddependi fuq l-aċċess għal dejta miġbura permezz ta’ infrastruttura spazjali kif ukoll faċilitajiet tal-ajru, tal-baħar u tal-art (“infrastruttura in situ ”) u programmi ta’ stħarriġ. L-aċċess għal dejta bħal din għandu għalhekk jiġi assigurat u fejn ikun meħtieġ, għandu jiġi appoġġjat il-ġbir ta’ dejta in situ b’mod komplementari mal-attivitajiet Komunitarji u nazzjonali. Dan hu partikolarment importanti fejn din id-dejta miġbura ma tkunx meħtieġa skont il-liġi Komunitarja jew nazzjonali. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tal-ħtiġijiet ta’ infrastruttura in situ u spazjali sottostanti, inkluża infrastruttura spazjali żviluppata speċifikament għall-GMES fil-qafas tal-programm tal-komponent spazjali ESA GMES (il-missjonijiet Sentinella). L-ewwel Sentinelli se jibdew il-fażi operattiva inizjali tagħhom fl-2011.

    (13) Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp relatati mal-GMES skont is-Seba’ Programm ta’ Qafas, il-kontribuzzjoni tal-KE għall-operazzjonijiet inizjali tal-GMES, l-attivitajiet tal-imsieħba tal-GMES u l-istrutturi diġà eżistenti, bħaċ-Ċentri ta’ Dejta Ewropej.

    (14) L-operazzjonijiet inizjali tal-GMES għandhom jiġu implimentati b’mod konsistenti ma’ politiki, strumenti u azzjoni oħra rilevanti tal-Komunità, b’mod partikolari mal-politiki fil-qasam tal-kompetittività u l-innovazzjoni, il-koeżjoni, ir-riċerka, it-trasport u l-kompetizzjoni, il-programm Ewropew tas-Sistemi Globali għan-Navigazzjoni bis-Satelliti (GNSS) u l-protezzjoni tad-dejta personali. Barra minn hekk, il-GMES għandu jappoġġja l-iżvilupp tal-infrastruttura għall-informazzjoni spazjali fil-Komunità stabbilita mid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE)[25]. Il-GMES għandu wkoll jikkomplementa s-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali (SEIS)[26] u l-attivitajiet Komunitarji fil-qasam tar-rispons ta’ emerġenza.

    (15) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Ftehimiet ta’ Qafas mal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali jistipulaw il-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi fil-programmi Komunitarji. Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi oħra li mhumiex fl-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha ssir possibbli billi jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali għal dan l-għan.

    (16) Għat-tul kollu tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES, għandu jiġi stabbilit pakkett finanzjarju ta’ EUR 107 miljuni li jikkostitwixxi l-ewwel referenza, skont it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[27]. Huwa mbassar li dan il-pakkett finanzjarju se jiġi kkomplementat b’ammont ta’ EUR 43 miljun mit-tema spazjali tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka li jakkumpanjaw l-operazzjonijiet inizjali tal-GMES.

    (17) Skont ir-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri, il-pajjiżi li mhumiex fl-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi fuq il-bażi ta’ ftehimiet xierqa.

    (18) Is-servizzi tal-GMES għandhom ikunu aċċessibbli b’mod sħiħ u miftuħ. Dan hu meħtieġ biex jippromwovi l-użu u l-qsim ta’ dejta u informazzjoni tal-osservazzjoni tad-Dinja b’konformità mal-prinċipji tal-SEIS, INSPIRE u s-Sistema ta’ Sistemi għall-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (GEOSS).

    (19) L-azzjoni ffinanzjata skont dan ir-Regolament għandha tiġi mmonitorjata u vvalutata biex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti mill-ġdid.

    (20) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni[28].

    (21) B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Anness għall-progress tekniku u xjentifiku. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (22) Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa biex ma jitħallewx iseħħu irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa meta mhux dovuti jew użati ħażin, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[29] u (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni biex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u irregolaritajiet oħra[30] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[31].

    (23) Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif tal-programm GMES u tal-operazzjonijiet inizjali tiegħu, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri għax l-operazzjonijiet inizjali tal-GMES se jinkludu wkoll il-kapaċità pan-Ewropea u jiddependu fuq l-għoti kkoordinat ta’ servizzi fl-Istati Membri kollha li jrid jiġi kkoordinat fil-livell Komunitarju u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1 Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) (minn hawn ’il quddiem il-“programm GMES”) u jistipula r-regoli għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES.

    Artikolu 2 Il-programm GMES

    1. Il-programm GMES għandu jibni fuq l-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa skont id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (minn hawn 'il quddiem “is-Seba’ Programm ta’ Qafas”) u l-Programm tal-Komponent Spazjali tal-GMES tal-Aġenzija Spazjali Ewropea.

    2. Il-programm GMES għandu jinkludi dan li ġej:

    6. komponent tas-servizzi li jiżgura l-aċċess għall-informazzjoni li tkopri l-oqsma tematiċi li ġejjin:

    7. monitoraġġ tal-art;

    8. ġestjoni tal-emerġenza;

    9. sigurtà;

    10. monitoraġġ tal-ambjent marittimu;

    11. monitoraġġ tal-atmosfera;

    12. adattament u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

    13. komponent spazjali li jiżgura osservazzjonijiet sostenibbli tal-ispazju għall-oqsma tematiċi msemmija fil-punt (a);

    14. komponent in situ li jiżgura osservazzjonijiet permezz ta’ stallazzjonijiet tal-ajru, tal-baħar u tal-art għall-oqsma tematiċi msemmija fil-punt (a).

    Artikolu 3 L-operazzjonijiet inizjali tal-GMES (2011-2013 )

    1. L-operazzjonijiet inizjali tal-GMES għandhom ikopru l-perjodu mill-2011 sal-2013 u jinkludu azzjonijiet fl-oqsma li ġejjin:

    15. servizzi ta’ rispons ta’ emerġenza;

    16. servizzi ta' monitoraġġ tal-art;

    17. miżuri biex jappoġġjaw l-użu tas-servizzi mill-utenti;

    18. aċċess għad-dejta, inkluż l-appoġġ għall-ġbir ta’ dejta in situ ;

    19. il-komponent spazjali tal-GMES.

    2. L-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma definiti fl-Anness.

    Il-Kummissjoni tista’ tadatta l-Anness għall-progress tekniku u xjentifiku.

    Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).

    Artikolu 4 Arranġamenti ta’ organizzazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koordinazzjoni tal-programm GMES b’attivitajiet fil-livell nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali.

    2. Il-Kummissjoni għandha timmaniġġja l-fondi allokati għall-attivitajiet skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”) u għandha tiżgura l-komplementarjetà u l-konsistenza tal-programm GMES ma’ politiki, strumenti u azzjonijiet rilevanti oħra tal-Komunità, relatati b’mod partikolari mal-kompetittività u l-innovazzjoni, il-koeżjoni, ir-riċerka, it-trasport u l-kompetizzjoni, il-programmi Ewropej tas-Sistemi Globali għan-Navigazzjoni bis-Satelliti (GNSS), il-protezzjoni tad-dejta personali, id-Direttiva 2007/2/KE (INSPIRE), is-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali (SEIS) u attivitajiet Komunitarji fil-qasam tar-rispons ta’ emerġenza.

    3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-GMES fil-livell tal-Istati Membri u s-sinerġiji potenzjali b’inizjattivi nazzjonali, Komunitarji u internazzjonali rilevanti.

    L-Aġenzija Spazjali Ewropea għandha tingħata l-kompitu tal-implimentazzjoni tal-komponent spazjali tal-GMES, billi tiddependi fuq l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Utilizzazzjoni ta’ Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT) fejn ikun meħtieġ.

    Artikolu 5Forom ta’ finanzjament Komunitarju

    1. Il-finanzjament Komunitarju jista’ jieħu, b’mod partikolari, il-forom legali li ġejjin:

    20. għotjiet;

    21. kuntratti ta’ akkwist pubbliku.

    2. L-għotjiet Komunitarji jistgħu jiġu pprovduti f’forom speċifiċi, inkluż ftehim qafas ta’ sħubija, jew kofinanzjament ta’ għotjiet operattivi jew ta’ azzjoni. L-għotjiet operattivi lil entitajiet li jsegwu l-għanijiet ta’ interess ġenerali Ewropew ma għandhomx ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis gradwali fir-Regolament Finanzjarju. Għall-għotjiet, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għandha tiġi adottata skont il-proċedura tal-Artikolu 11(3).

    Artikolu 6 Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi

    Il-pajjiżi li ġejjin jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1):

    22. il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE

    23. il-pajjiżi kandidati, kif ukoll kandidati potenzjali inklużi fil-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni skont il-Ftehimiet ta’ Qafas, jew il-Protokoll għal Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi Komunitarji, konklużi ma’ dawk il-pajjiżi

    24. il-Konfederazzjoni Żvizzera, pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija fil-punti (1) u (2), u organizzazzjonijiet internazzjonali, skont il-ftehimiet konklużi mill-Komunità Ewropea ma’ dawn il-pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE, li għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għall-involviment tagħhom.

    Artikolu 7 Finanzjament

    1. Il-pakkett finanzjarju allokat għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun ta’ EUR 107 miljun.

    2. L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu awtorizzati kull sena mill-awtorità baġitarja fil-limiti stabbiliti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

    3. Il-pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jipprovdu wkoll finanzjament addizzjonali għall-programm GMES.

    Il-fondi addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 8 Politika ta’ Dejta u Informazzjoni tal-GMES

    1. Il-politika ta’ dejta u informazzjoni għal azzjonijiet iffinanzjati skont il-programm GMES għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin:

    25. jitħeġġeġ l-użu u l-qsim ta’ informazzjoni u dejta tal-GMES;

    26. aċċess sħiħ u miftuħ għall-informazzjoni prodotta mis-servizzi tal-GMES u d-dejta miġbura permezz tal-infrastruttura tal-GMES, suġġett għal restrizzjonijiet rilevanti ta’ sigurtà;

    27. it-tisħiħ tas-swieq ta’ osservazzjoni tad-Dinja fl-Ewropa, b’mod partikolari s-settur fil-livell suċċessiv, bl-għan li jippermetti t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;

    28. il-kontribuzzjoni lejn is-sostenibbiltà tal-għoti ta’ dejta u informazzjoni tal-GMES;

    29. l-appoġġ għall-komunitajiet ta’ riċerka Ewropej.

    2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-għanijiet tal-politika ta’ dejta u informazzjoni tal-GMES għall-komponent tas-servizzi, il-komponent spazjali u l-komponent in situ , b’mod partikolari billi tiżgura li l-ftehimiet ta’ għotja, il-kuntratti tal-akkwist u l-ftehimiet ta’ delegazzjoni konklużi mal-fornituri tas-servizzi tal-GMES, l-operaturi tal-infrastruttura tal-GMES u l-fornituri tad-dejta huma konformi mal-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 9 Monitoraġġ u valutazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorizza u tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1).

    2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ valutazzjoni interim sal-31 ta’ Diċembru 2012 kif ukoll rapport ta’ valutazzjoni ex-post .

    Artikolu 10Miżuri ta' implimentazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta’ ħidma annwali skont l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 90 u 166 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002[32]skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3);

    2. L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm GMES tista’ tkopri wkoll spejjeż relatati ma’ attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, verifika u valutazzjoni li huma meħtieġa direttament għall-immaniġġjar tal-programm GMES u l-kisba tal-għanijiet tiegħu, u b’mod partikulari studji, laqgħat, azzjonijiet ta’ informazzjoni u pubblikazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha għal għajnuna teknika u amministrattiva li l-Kummissjoni tista’ ġġarrab għall-immaniġġjar tal-programm GMES.

    Artikolu 11 Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat (il-“Kumitat GMES”).

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

    3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

    Artikolu 12 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità

    1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-irkupru tal-ammonti indebitament imħallsa u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, permezz ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

    2. Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati skont dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ irregolarità imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni ta’ liġi Komunitarja jew kull nuqqas ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew omissjoni minn operatur ekonomiku, li għandha jew se jkollha, l-effett li tippreġudika l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet, minn element ta’ spiża mingħajr ġustifikazzjoni.

    3. Il-ftehimiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, inklużi ftehimiet konklużi ma’ pajjiżi terzi parteċipanti u organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jipprovdu għas-sorveljanza u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew kull rappreżentant awtorizzat minnha, kif ukoll verifiki li jsiru mill-Qorti tal-Awdituri, jekk ikun meħtieġ fuq il-post.

    Artikolu 13Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    ANNESS

    L-għanijiet tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES (2011-2013)

    L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin:

    30. servizzi ta’ rispons ta’ emerġenza, imsejsa fuq attivitajiet eżistenti fl-Ewropa, għandhom jiżguraw li d-dejta tal-osservazzjoni tad-Dinja u l-prodotti derivati jkunu disponibbli għall-benefiċċju tal-parteċipanti fir-rispons ta’ emerġenza fil-livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali għal tipi differenti ta’ diżastri, inklużi perikli meteoroloġiċi (inklużi maltempati, nirien u għargħar), perikli ġeofiżiċi (inklużi terremoti, tsunamis, żbroffi ta’ vulkani u żerżiq ta’ ġebel minn ġnub l-għoljiet), diżastri kkawżati mill-bniedem bi ħsieb jew b’mod aċċidentali u diżastri umanitarji oħra. Billi t-tibdil fil-klima jista’ jwassal għal żieda fl-emerġenzi, ir-rispons ta’ emerġenza tal-GMES se jkun essenzjali biex jappoġġja l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima f’dan il-qasam bħala parti mill-attivitajiet ta’ prevenzjoni, preparazzjoni, rispons u rkupru fl-Ewropa;

    31. is-servizzi ta’ monitoraġġ tal-art għandhom jiżguraw li d-dejta tal-osservazzjoni tad-Dinja u l-prodotti derivati jkunu disponibbli għall-benefiċċju tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u reġjonali responsabbli għall-monitoraġġ ambjentali tal-bijodiversità, il-ħamrija, l-ilma, il-foresti u r-riżorsi nazzjonali, kif ukoll fl-implimentazzjoni ġenerali tal-politiki ambjentali, il-ġbir ta’ informazzjoni ġeografika, l-agrikoltura, l-enerġija, l-ippjanar urban, l-infrastruttura u t-trasport. Is-servizzi ta’ monitoraġġ tal-art għandhom jinkludu l-monitoraġġ tal-varjabbli tat-tibdil fil-klima;

    32. il-miżuri biex jappoġġjaw l-użu tas-servizzi mill-utenti għandhom jinkludu l-implimentazzjoni ta’ interfaces tekniċi adattati għall-ambjent, it-taħriġ, il-komunikazzjoni u l-iżvilupp speċifiċi tal-utent tas-settur fil-livell suċċessiv;

    33. l-aċċess għad-dejta, inkluż l-appoġġ għal ġbir ta’ dejta in situ għandu jiżgura li d-dejta tal-osservazzjoni tad-Dinja minn firxa wiesgħa ta’ missjonijiet Ewropej u tipi oħra ta’ infrastruttura, inkluża infrastruttura in situ , jinġabru u jkunu disponibbli biex jinkisbu l-għanijiet tal-GMES u, b’mod partikolari, ir-rispons ta’ emerġenza u s-servizzi ta’ monitoraġġ tal-art;

    34. L-operazzjonijiet inizjali tal-GMES għandhom jiżguraw l-operazzjonijiet tal-komponent spazjali tal-GMES, li jikkonsisti f’infrastruttura spazjali ta’ osservazzjoni tad-Dinja u jimmira li jiżgura l-osservazzjoni ta’ subsistemi tad-Dinja (inklużi s-superfiċji terrestri, l-atmosfera u l-oċeani). Dan għandu jkun imsejjes fuq infrastruttura spazjali nazzjonali u Ewropea ppjanata u fuq infrastruttura spazjali żviluppata fil-Programm tal-Komponent Spazjali GMES.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM IL-PROPOSTA:

    Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011–2013).

    2. QAFAS ABM / ABB

    Taqsima/taqsimiet ta’ politika: Impriża.

    Attività/Attivitajiet: Kompetittività, politika industrijali, innovazzjoni u imprenditorija.

    3. LINJI BAĠITARJI

    3.1. Il-linji baġitarji (linji operattivi u linji relatati tal-għajnuna teknika u amministrattiva (li qabel kienu l-linji B.A)), inklużi l-intestaturi:

    Linja baġitarja ġdida: 02.02.15

    3.2. It-tul ta’ żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

    2011-2013 għall-impenji u 2011-2016 għall-ħlasijiet.

    3.3. Il-karatteristiċi baġitarji ( żid iktar ringieli jekk ikun meħtieġ ):

    Linja baġitarja | It-tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-qafas finanzjarju |

    02.02.15.XX | Obbligatorju | Differenzjat[33] | IVA | IVA | IVA | 1a |

    02.01.04.05 | Obbligatorju/ Mhux obbligatorju | Differenzjat | IVA | IVA | IVA | 1a |

    4. ĠABRA FIL-QOSOR TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi finanzjarji

    4.1.1. Ġabra fil-qosor tal-approprjazzjonijiet ta’ impenji (CA) u l-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet (PA)

    f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    L-għadd totali tar-riżorsi umani | 18 | 22 | 24 |

    5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

    5.1. Ħtiġijiet li jridu jiġu sodisfatti fil-medda qasira jew twila ta’ żmien

    Kif imfisser fil-Kapitolu 1 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, il-GMES huwa inizjattiva ta’ osservazzjoni tad-Dinja. Din tutilizza faċilitajiet kemm spazjali (jiġifieri s-satelliti) kif ukoll dawk mhux spazjali, inklużi stallazzjonijiet tal-baħar kif ukoll tal-art ( “in situ” ). Id-dejta miġbura permezz tas-satelliti u l-infrastruttura in situ hija proċessata biex tipprovdi servizzi ta’ informazzjoni fl-oqsma tal-monitoraġġ tal-art, il-monitoraġġ tal-ibħra, il-monitoraġġ tal-atmosfera, ir-rispons ta’ emerġenza, is-sigurtà u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima.

    Il-GMES bħalissa hu kofinanzjat fil-livelli Ewropej, intergovernattivi u nazzjonali, imsejjes fuq sħubijiet bejn il-parteċipanti differenti. Bl-eċċezzjoni ta’ kontribuzzjoni limitata b’mod partikolari għal operazzjoni ta’ servizz ta’ rispons ta’ emerġenza u monitoraġġ tal-art iffinanzjat bħala azzjoni preparatorja[38], din il-kontribuzzjoni bħalissa tikkonsisti, b’mod partikolari, f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp skont l-FP7.

    Mill-2011 sal-2013, il-pakkett disponibbli fi ħdan is-Seba’ Programm ta’ Qafas (FP7) se jkollu jiġi miżjud b'rispons għall-ħtiġijiet li ġejjin: L-ewwel nett, is-servizzi operattivi inizjali tal-GMES għandhom jiġu pprovduti fuq skala akbar biex iħejju t-triq għal programm GMES komplut li jrid jiġi stabbilit skont il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss (mill-2014). It-tieni, xi wħud mill-proġetti ta’ servizzi preoperattivi ffinanzjati skont l-FP7, b’mod partikolari s-servizzi ta’ emerġenza u mapep tal-art, laħqu grad ta' maturità li jippermetti tranżizzjoni għal servizzi operattivi (jiġifieri mhux fuq bażi ta’ riċerka) anki qabel il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss.

    L-aċċess għal mapep ta’ emerġenza għandhom jiġu organizzati fuq bażi operattiva kemm jista’ jkun malajr biex jippermettu lill-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili fl-Istati Membri jwieġbu b’mod aktar effettiv għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem u jippromwovu koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn il-pajjiżi milquta fil-każ ta’ emerġenzi transnazzjonali. It-twassil effettiv tas-servizzi tal-protezzjoni ċivili bl-ebda mod ma għandu impatt ekonomiku insinifikanti billi jista’ jkun kritiku mhux biss għall-protezzjoni tas-sikurezza tal-individwi iżda wkoll għall-preżervazzjoni tal-infrastruttura ekonomika kritika.

    Is-servizzi ta’ monitoraġġ tal-art se jappoġġjaw lil dawk li jfasslu l-politiki (inklużi l-aġenziji ambjentali) fl-ifformular, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità tal-azzjoni indirizzata għall-użu tal-art, it-tibdil tal-kopertura tal-art u kwistjonijiet ta' mmaniġġjar urban.

    Kemm is-servizzi tar-rispons ta’ emerġenza kif ukoll dawk ta’ monitoraġġ tal-art jiddependu fuq attivitajiet awżiljarji bħall-aċċess għad-dejta. Il-ġabriet ta’ dejta miksuba għas-servizzi għandhom ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid mill-utenti għal elaborazzjoni ulterjuri, jiġifieri billi jinkisbu liċenzji multiutenti fil-limiti permessi mill-baġit. Lil hinn minn hekk, l-infrastruttura meħtieġa biex tinġabar id-dejta jeħtieġ ukoll li tiġi operata.

    Din il-proposta hija mmirata lejn organizzazzjonijiet u negozji pubbliċi u privati li jipprovdu servizzi msejsa fuq l-osservazzjoni tad-Dinja.

    5.2. Valur miżjud ta’ l-intervent tal-Komunità, kompatibbiltà tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

    Kif juri l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, il-finanzjament Komunitarju huwa l-aktar forma xierqa ta’ intervent biex jindirizza dawn il-ħtiġijiet.

    Għal prodotti pan-Ewropej, l-Istati Membri ma jistgħux jiksbu b’mod suffiċjenti l-għanijiet tal-azzjoni proposta, billi l-kontribuzzjonijiet minn Stati Membri differenti għandhom jiġu aggregati f’livell Ewropew. L-għoti ta’ servizzi oħra (eż. mapep ta’ emerġenza jew mapep tematiċi ta’ monitoraġġ tal-art ta’ ambitu ġeografiku aktar limitat) jista’ jinkiseb aħjar mill-Komunità għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, l-immaniġġjar aktar koerenti u ċentralizzat tad-dejta mdaħħla minn sensuri bbażati fl-ispazju jew in situ se jippermetti li jkun hemm ekonomiji ta’ skala. It-tieni, l-għoti mhux ikkoordinat ta’ servizzi ta’ osservazzjoni tad-Dinja f’livell tal-Istati Membri jista’ jwassal għal xogħol ripetut u jagħmilha diffiċli jew saħansitra impossibbli li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-KE fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u oġġettivi.

    Billi tiżgura użu akbar ta’ dawn is-servizzi madwar l-UE kollha minn firxa dejjem akbar ta' utenti potenzjali, il-Komunità tista' wkoll tikkontribwixxi biex jiġi mmassimizzat il-valur miżjud ta' dawn is-servizzi u biex jitgawdew il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali sħaħ li jirriżultaw minn żvilupp b'saħħtu tas-swieq fil-livell suċċessiv, li jwassal għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u servizzi innovattivi ġodda fis-settur privat.

    Bħalissa m'hemm l-ebda strument finanzjarju ieħor li jiffoka speċifikament fuq il-ħtiġijiet indirizzati minn din il-proposta. Madankollu, se jkun hemm rabtiet bejn l-azzjonijiet biex jiġi implimentat dan il-programm u l-attivitajiet ta’ riċerka f’dawn l-oqsma ffinanzjati mill-Programmi ta’ Qafas tal-KE. Dawn ir-rabtiet huma ferm mixtieqa għax juru t-tlestija b'suċċess tal-fażi ta' riċerka u d-dħul gradwali fl-istadju operattiv, li jista’ jingħata appoġġ minn dan il-programm.

    Il-Kummissjoni se tiżgura l-komplementarjetà u l-konsistenza ma’ politiki Komunitarji oħra, b’mod partikolari b’rabta mal-kompetizzjoni, it-trasport, il-programm Ewropew GNSS, il-protezzjoni tad-dejta personali, il-politika ta’ koeżjoni[39], INSPIRE u SEIS. Barra minn hekk, il-GMES għandu jkun għodda għall-kooperazzjoni marbuta mal-iżvilupp, l-għajnuna umanitarja u s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza madwar id-dinja u, b’mod aktar speċifiku, mal-Afrika.

    Barra minn hekk, is-servizzi tal-GMES jitqiesu essenzjali mhux biss għaliex l-utenti aktar diretti huma dawk li jfasslu l-politika, iżda wkoll għax jistimolaw l-innovazzjoni u t-tkabbir fis-settur fil-livell suċċessiv. Il-GMES hu għalhekk konformi għal kollox mal-istrateġija ta’ Liżbona.

    5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

    Din il-proposta hi marbuta mal-politiki tal-Komunità fil-qasam tal-kompetittività, l-industrija, l-innovazzjoni u l-imprenditorija u għandha l-għanijiet li ġejjin:

    35. jiġu permessi servizzi operattivi inizjali tal-GMES, imfassla skont il-ħtiġijiet tal-utenti, inklużi dawk li jfasslu l-politika pubblika u ċ-ċittadini privati;

    36. tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-infrastruttura ta’ osservazzjoni meħtieġa biex tipprovdi s-servizzi tal-GMES;

    37. jinħolqu opportunitajiet biex is-settur privat jagħmel użu akbar mis-sorsi ta’ informazzjoni, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni minn fornituri ta’ servizzi b’valur miżjud.

    B’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ servizzi msejsa fuq l-osservazzjoni tad-Dinja għandu rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-kompetittività u l-innovazzjoni fl-industriji f’dan is-settur u fis-swieq fil-livell suċċessiv. L-għoti sostenibbli ta’ servizzi relatati mal-osservazzjoni tad-Dinja fl-Ewropa għadu jeħtieġ l-intervent pubbliku konsistenti. Dan mhuwiex biss għax in-nuqqasijiet tas-swieq li jwieġbu għal ħtiġijiet pubbliċi differenti iżda wkoll għax is-suq fil-livell suċċessiv huwa suq mhux matur li jiddependi ferm fuq il-finanzjament pubbliku u li l-iżvilupp tiegħu, sal-lum, ġie mrażżan b'mod sinifikanti minħabba l-inċertezzi dwar l-affordabilità u d-disponibbiltà tas-servizzi bażiċi fuq medda twila ta’ żmien u d-dejta li jibnu fuqha. Għaldaqstant, il-kisba tal-għanijiet speċifiċi mfissra hawn fuq se jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi f’settur innovattiv, li s-segment tiegħu fil-livell suċċessiv huwa magħmul prinċipalment minn SMEs. Dawn is-servizzi se jiffaċilitaw l-aċċess għal dejta ewlenija meħtieġa fit-tfassil tal-politika fil-livell lokali u f'dak reġjonali f'oqsma bħall-agrikoltura, inkluża l-forestrija, u l-immaniġġjar tal-ilma. Pereżempju, dawn jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tan-netwerk, id-disinn u l-manutenzjoni tat-toroq. Fl-aħħar nett, dan se jikkontribwixxi wkoll għal titjib fl-evalwazzjoni tat-tibdil fil-klima.

    Il-komponent ta’ emerġenza mistenni li jwassal għal twassil aktar effettiv tas-servizzi tal-protezzjoni ċivili, filwaqt li jikkontribwixxi biex jiġi evitat it-telf ta’ ħajjiet u tittaffa l-ħsara għall-infrastruttura ekonomika kritika, billi jippermetti tbassir aħjar taż-żoni suġġetti għal riskji, aċċess għal servizzi ta’ mmappjar f'waqthom u korretti waqt id-diżastri u mmaniġġjar aħjar tal-kriżi wara li jkun seħħ il-każ. L-għanijiet operattivi, il-prodotti, ir-riżultati u l-indikaturi relatati jinsabu miġbura fil-qosor fit-tabella hawn taħt.

    L-għan operattiv | Prodott | Indikatur tal-mira tal-prodott | Riżultati | Indikatur tar-riżultat | Impatt | Indikatur tal-impatt |

    1. Li jiġi pprovdut l-għoti ta' servizzi ta' rispons ta' emerġenza | 1.1. Servizz ta’ mmappjar Ewropew għal rispons ta’ emerġenza | Immappjar attivat mad-domanda fil-livell Ewropew | It-titjib tad-disponibbiltà u t-tempestività tat-twassil tal-mapep | Domanda sodisfatta fi ħdan il-baġit disponibbli | Aċċess aktar f'waqtu u affidabbli għal dejta u informazzjoni prodotti mill-azzjoni | Grad ta’ sodisfazzjon tal-utent rilevanti |

    1.2. Integrazzjoni tal-prodott għal rispons ta’ emerġenza | Immappjar speċifiku attivat mad-domanda | Disponibbiltà msaħħa tas-servizz tal-immappjar reġjonali speċifiku |

    2. Li jiġi pprovdut l-għoti ta' servizzi ta' monitoraġġ tal-art | 2.1. Servizz perjodiku ta’ mmappjar tal-kopertura tal-art | Servizz ta’ mmappjar ta’ kopertura tal-art madwar l-UE u ta’ kopertura tal-art f’punti sensittivi | Disponibbiltà msaħħa ta’ servizz ta’ mmappjar Fluss stabbli tad-dejta | Domanda sodisfatta fi ħdan il-baġit disponibbli |

    2.2. Attivitajiet ta’ monitoraġġ dinamiku tal-art | Varjabbli essenzjali tal-klima prodotti fuq bażi ta’ kuljum |

    3. Li jkun appoġġjat l-użu tas-servizzi mill-utenti | 3. Miżuri biex jappoġġjaw l-użu tas-servizzi operattivi mill-utenti | Miżuri ta’ akkumpanjament (inklużi interfaces u taħriġ) biex jistimolaw l-użu tal-informazzjoni mill-utenti | Interfaces tekniċi fis-seħħ u utenti informati dwar is-servizzi | Għarfien imsaħħaħ tal-utenti u użu ta’ servizzi |

    4. Li jingħata appoġġ finanzjajru għall-operazzjonijiet tal-komponent spazjali tal-GMES | 4. Operazzjonijiet ta’ rutina ta’ sentinelli 1A, 2A u 3A[40] u operazzjonijiet fuq l-art relatati mal-aċċess għad-dejta | Għotjiet li jappoġġjaw operazzjonijiet sentinella | Operazzjonijiet ta’ rutina tat-tliet sentinelli huma żgurati | L-ebda interruzzjoni tal-operazzjonijiet | Operazzjonijiet ta’ rutina żgurati tul il-perjodu kollu tal-azzjoni |

    5. Kisba u għoti ta’ dejta | 5. Akkwist ta’ dejta b’appoġġ għall-operazzjonijiet tas-servizzi | Kuntratt għall-kisba/aċċess għad-dejta | Liċenzji multiutenti għad-dejta | Tisħiħ tad-disponibbiltà u l-aċċess għad-dejta |

    5.4. Metodi għall-implimentazzjoni (indikattivi)

    Uri hawn taħt il-metodu/i[41] magħżul(a) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

    X Immaniġġjar ċentralizzat

    X Direttament mill-Kummissjoni

    X Indirettament permezz ta’ delegazzjoni għal:

    ( Aġenziji eżekuttivi

    X Entitajiet maħluqa mill-Komunitajiet, kif previst fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

    X Entità nazzjonali tas-settur pubbliku/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    X Organizzazzjonijiet internazzjonali

    Immaniġġjar konġunt jew deċentralizzat

    Mal-Istati Membri

    Mal-Pajjiżi terzi

    X Immaniġġjar konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (Aġenzija Spazjali Ewropea)

    Id-diversi azzjonijiet se jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni permezz ta':

    - Għotjiet mogħtija permezz ta' sejħa miftuħa għal proposti;

    - Għotjiet mogħtija lil benefiċjarji maħtura identifikati fil-programm ta' ħidma annwali

    - Proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti.

    6. MONITORAĠĠ U VALUTAZZJONI

    6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

    Se tinħoloq sistema ta' monitoraġġ biex tiżgura prodotti tal-ogħla kwalità u l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. Il-monitoraġġ se jibqa' għaddej tul il-perjodu kollu tal-programm. Dan se jkun imsejjes fuq ir-reazzjoni tal-utenti istituzzjonali u l-benefiċjarji rigward il-programm, inklużi r-reviżjoni tad-dejta u l-ġbir tad-dejta permezz ta' stħarriġiet immirati.

    6.2. Valutazzjoni

    6.2.1. Valutazzjoni ex-ante

    Twettqet stima tal-impatt estiża li tintegra r-rekwiżiti ta' valutazzjoni ex-ante . Wara li saret stima komparattiva tal-għażliet politiċi disponibbli, l-għażla politika preferuta ġiet identifikata u ġew evalwati l-impatt, ir-riskji, is-suppożizzjonijiet u l-effettività tal-ispiża assoċjati magħha. Din il-proposta hija konsisteni għal kollox mal-konklużjonijiet tal-istima.

    6.2.2. Il-miżuri meħuda wara valutazzjoni intermedja/ex-post (lezzjonijiet miksuba permezz ta’ esperjenza simili fl-imgħoddi)

    Din il-proposta tibni fuq l-esperjenza miksuba matul l-iżvilupp tal-GMES bħala inizjattiva tar-riċerka matul dawn l-aħħar għaxar snin. Din l-esperjenza turi li, filwaqt li l-fondi għar-riċerka għadhom meħtieġa biex jitkompla l-iżvilupp tal-GMES, qed jinħass il-bżonn li jiġi appoġġjat it-twassil ta' xi wħud mis-servizzi ta' osservazzjoni tad-Dinja ewlenin biex jitgawdew il-benefiċċji sħaħ tal-investimenti li saru s'issa u biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet identifikati hawn fuq.

    6.2.3. Termini u frekwenza ta’ valutazzjoni ġejjiena

    18-il xahar wara li beda l-programm, se ssir valutazzjoni interim esterna tar-riżultati miksuba u tal-aspetti kwalitattivi tal-implimentazzjoni tal-programm. Sentejn wara t-tmiem tal-programm, se tkun ippreżentata valutazzjoni ex-post esterna tar-riżultati u l-impatt tiegħu.

    7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

    Il-monitoraġġ amministrattiv tal-kuntratti, l-għotijiet u l-ħlasijiet relatati se jkun ir-responsabbiltà tas-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni u/jew tad-Delegazzjonijiet tal-KE fil-pajjiżi benefiċjarji.

    Se tingħata attenzjoni partikolari lin-natura tal-infiq (eliġibbiltà), li l-baġit jiġi osservat (spejjeż reali) u lill-verifika tad-dokumenti ta' sostenn u tad-dokumentazzjoni rilevanti

    8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. L-għanijiet tal-proposta skont l-ispiża finanzjarja tagħhom

    Approprjazzjonijiet għall-impenn f’EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    (Indika l-intestaturi tal-għanijiet, tal-azzjonijiet u tal-prodotti) | Tip ta’ prodott | L-ispiża medja | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

    2011 | 2012 | 2013 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

    Uffiċjali jew persunal temporanju[42] (XX 01 01) | A*/AD | 11 | 12 | 12 |

    B*, C*/AST | 6 | 8 | 9 |

    Persunal iffinanzjat[43] skont l-Artikolu XX 01 02 | 1 | 2 | 3 |

    Persunal ieħor[44] iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 04/05 | 0 | 0 | 0 |

    TOTAL | 18 | 22 | 24 |

    Id-DĠ se jfittex li jirrazzjonalizza l-aspett organizzattiv tiegħu billi jfittex sinerġiji akbar u jeżamina mill-ġdid il-qagħda tal-persunal tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dakinhar u b'mod partikolari fid-dawl tas-sejbiet tal-proċess ta' skrining tar-riżorsi umani li qed jitwettaq mill-Kummissjoni. Hu mistenni li permezz tal-eżami tagħhom jiġu identifikati l-possibbiltajiet ta' riallokazzjoni interna suffiċjenti biex ikopru l-biċċa l-kbira tal-persunal meħtieġ għal din l-inzjattiva. Jekk in-numru sħiħ tal-persunal meħtieġ ma jistax jiġi identifikat f'dan il-proċess, id-DĠ utenti se jitolbu għall-bilanċ tal-ħtiġijiet tal-persunal fl-eżerċizzju rispettiv tal-APS

    8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet imnissla mill-azzjoni

    - Uffiċjali tal-politika (AD/SNE): responsabbli għat-tfassil tal-politika relatata mal-programm u l-koordinazzjoni globali;

    - Maniġers tal-programm (AD): responsabbli għall-implimentazzjoni, is-sorveljanza u l-valutazzjoni tal-programm;

    - Maniġers assistenti tal-programm (AST): responsabbli biex jgħinu l-maniġers tal-programm fil-ħidmiet tagħhom;

    - Assistenti finanzjarji u b’kuntratti (AST/aġenti b'kuntratt): responsabbli għall-immaniġġjar tal-għotjiet u l-kuntratti;

    - Assistenti amministrattivi (AST): responsabbli għall-appoġġ amministrattiv u segretarjali.

    8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

    ( Karigi li bħalissa jinsabu allokati għall-immaniġġjar tal-programm li jridu jiġu sostitwiti jew estiżi

    ( (Karigi allokati minn qabel fl-ambitu tal-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

    X (Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

    X Karigi li se jiġu riallokati billi jintużaw ir-riżorsi eżistenti fid-DĠ ta’ ġestjoni (riallokazzjoni interna)

    ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata.

    Il-ħtiġijiet tar-riżorsi umani u amministrattivi se jkunu koperti fl-allokazzjoni li tista' tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni fil-proċedura annwali fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq ġestjoni amministrattiva)

    f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Linja baġitarja (in-numru u l-intestatura) | 2011 | 2012 | 2013 | Sena n+3 | Sena n+4 u wara | TOTAL |

    1. Għajnuna teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati mal-persunal) |

    Aġenziji eżekuttivi[45] |

    Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

    - intra muros |

    - extra muros[46] | 1 | 2 | 2 |

    Għajnuna teknika u amministrattiva totali | 1 | 2 | 2 |

    8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani | 2011 | 2012 | 2013 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

    L-uffiċjali u l-persunal temporanju (XX 01 01) | 2.1 | 2.4 | 2.6 |

    Persunal iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, SNE, persunal b'kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | 0.06 | 0.14 | 0.2 |

    Spiża totali tar-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 2.1 | 2.5 | 2.8 |

    Kalkolu - Uffiċjali u aġenti temporanji

    Jekk ikun meħtieġ, għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1.

    EUR 122 000 għal kull uffiċjal kull sena

    EUR 73 000 għal kull SNE kull sena

    EUR 64 000 għal kull aġent b’kuntratt kull sena

    Kalkolu – Persunal iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02

    2011 – aġent b'kuntratt wieħed

    2012 – aġent b'kuntratt wieħed + SNE wieħed

    2013 – żewġ aġenti b'kuntratt + SNE wieħed

    8.2.6. Spejjeż oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    2011 | 2012 | 2013 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.023 | 0.025 | 0.030 | 0.078 |

    XX 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi | 0.208 | 0.208 | 0.208 | 0.624 |

    XX 01 02 11 03 — Kumitati[47] | 0.139 | 0.139 | 0.139 | 0.417 |

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

    2. Total ta’ nfiq ieħor ta’ mmaniġġjar (XX 01 02 11) | 0.350 | 0.352 | 0.357 | 1.059 |

    3. Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja baġitarja) |

    Total tal-infiq amministrattiv minbarra r-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.350 | 0.352 | 0.357 | 1.059 |

    Kalkolu - Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

    Massimu ta’ 20 missjoni ta’ jumejn kull sena bi spiża medja ta’ kuljum ta’ EUR 750 kull wieħed = EUR 30 000

    Sitt laqgħat ta’ jumejn li jinvolvu medja ta’ 30 parteċipant għal EUR 1 044 (EUR 860 tal-ivvjaġġar + EUR 92 per diem * għal jumejn) = EUR 187 920

    Tliet laqgħat tal-kumitati: EUR 860 għal kull parteċipant * 54 parteċipant (kull sena) = EUR 139 320

    Ir-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa se jkunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni li tista' tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni fil-proċedura annwali fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    8.2.7. Implimentazzjoni - riżorsi umani

    Biex jiġu kkalkolati r-riżorsi umani meħtieġa għal din l-azzjoni, twettqu l-analiżijiet li ġejjin:

    - Identifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni għat-twassil tal-prodotti varji;

    - Identifikazzjoni tal-kategoriji ġenerali ewlenin tal-ħidmiet meħtieġa mill-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni;

    - Identifikazzjoni tal-għadd ta’ drabi li l-ħidma tiġi ripetuta tul il-perjodu kollu tal-azzjoni;

    - Stima tar-rekwiżiti tal-persunal f’ekwivalenti ta’ full-time (FTE) għal kull ħidma kull sena.

    Deskrizzjoni fil-qosor tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni

    Għanijiet operattivi | Prodott | Mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni |

    1. Li jiġi pprovdut l-għoti ta' servizzi ta' rispons ta' emerġenza | 1.1. Servizz ta’ mmappjar Ewropew għal rispons ta’ emerġenza | Akkwist biex jiġi stabbilit servizz rapidu ta’ mmappjar fuq talba; servizz ieħor ta’ mmappjar fuq talba li jkopri fażijiet differenti taċ-ċiklu tar-rispons; immappjar ta’ referenza; validazzjoni u kontroll tal-mapep; funzjonijiet ta’ arkivjar, referenzjar u tixrid ta’ dejta. Immaniġġjar taċ-ċiklu tal-akkwist. Segwitu tas-servizz. Koordinazzjoni ta’ fornituri tas-servizz rilevanti oħra. |

    1.2. Integrazzjoni tal-prodott għal rispons ta’ emerġenza | Sejħa għal proposti għal għotjiet immirati lejn entitajiet rilevanti f'dan il-qasam li jiffokaw fuq informazzjoni speċifika għall-utenti aħħarija fil-livell reġjonali fuq il-bażi ta' dejta mogħtija fil-livell tal-UE. Immaniġġjar tas-sejħa għaċ-ċiklu tal-proposti. Segwitu tal-implimentazzjoni tal-għotjiet. Koordinazzjoni meħtieġa bejn l-organizzazzjonijiet ta’ protezzjoni ċivili differenti. |

    2. Li jiġi pprovdut l-għoti ta' servizzi ta' monitoraġġ tal-art | 2.1. Servizz perjodiku ta’ mmappjar tal-kopertura tal-art | Azzjonijiet fuq livell Ewropew: Akkwist biex jiġu stabbiliti s-servizzi li ġejjin fil-livell Ewropew: ipproċessar ta' qabel tal-immaġni; aċċess għal dejta ta’ referenza; diversi prodotti fuq il-kopertura tal-art u l-bidla fil-kopertura tal-art; validazzjoni u kontroll tal-mapep; funzjonijiet ta’ arkivjar, referenzjar u tixrid ta’ dejta. Immaniġġjar taċ-ċiklu tal-akkwist. Segwitu tas-servizz. Koordinazzjoni ta’ fornituri tas-servizz rilevanti oħra. Azzjonijiet fuq livell reġjonali: Sejħa għal proposti għal għotjiet immirati lejn entitajiet rilevanti f’dan il-qasam bl-għan li jitnisslu prodotti Ewropej minn aggregazzjoni ta’ inventarji li jeżistu fl-Istati Membri billi jintuża mudell komuni orjentat fuq l-oġġetti. Segwitu tal-implimentazzjoni tal-għotjiet. Koordinazzjoni meħtieġa bejn l-organizzazzjonijiet rilevanti. |

    2.2. Attivitajiet ta’ monitoraġġ dinamiku tal-art | Akkwist biex jiġi stabbilit servizz għall-produzzjoni, fuq bażi ta’ kuljum, ta’ sett ta’ parametri bijofiżiċi f’ħin reali u f’livell globali Immaniġġjar taċ-ċiklu tal-akkwist. Segwitu tas-servizz. Koordinazzjoni ta’ fornituri tas-servizz rilevanti oħra. |

    3. Li jkun appoġġjat l-użu tas-servizzi mill-utenti | 3. Miżuri biex jappoġġjaw l-użu tas-servizzi operattivi mill-utenti | Akkwist biex jingħata servizz immirat biex jistimola l-użu ta’ dejta u informazzjoni minn utenti aħħarija u biex jiġu “konnessi” s-servizzi tal-GMES mal-ambjent u l-fluss tal-informazzjoni speċifiċi tal-utenti. Immaniġġjar taċ-ċiklu tal-akkwist. Segwitu tas-servizz. Koordinazzjoni ta’ fornituri tas-servizz rilevanti oħra. |

    4. u 5 biex jingħata appoġġ finanzjarju għall-komponent spazjali tal-GMES u l-aċċess għad-dejta | 4. Operazzjonijiet ta’ rutina ta’ sentinelli 1A, 2A u 3A[1], operazzjonijiet fuq l-art relatati mal-aċċess għad-dejta u l-ftehimiet ta’ aċċess għad-dejta ma’ proprjetarji ta’ dejta | Finanzjament għal attivitajiet imwettqa mill-ESA possibbilment skont immaniġġjar konġunt Immaniġġjar ta’ ftehim ta’ mmaniġġjar konġunt. Akkwist ta' dejta in situ u mmaniġġjar taċ-ċiklu tal-akkwist. Segwitu ta’ attivitajiet rilevanti. |

    Riżorsi umani meħtieġa għal kull prodott u għal kull ħidma

    Prodott | Kategorija ta’ ħidma ġenerali | Nru ta’ ħidmiet | 2011 (FTE) | 2012 (FTE) | 2013 (FTE) |

    1.1. Servizz ta’ mmappjar Ewropew għal rispons ta’ emerġenza | (a) Pjan tal-akkwist, pubblikazzjoni, valutazzjoni u kuntrattazzjoni | 1 | 1 |

    (b) Segwitu tas-servizz ta’ mmappjar kuntrattat | 2 | 0.5 | 0.5 |

    (c) Koordinazzjoni tal-immappjar Ewropew | 3 | 0.25 | 0.5 | 1 |

    (d) Proċessar finanzjarju u segwitu amministrattiv tal-attività | 3 | 0.5 | 0.5 | 0.5 |

    Total 1.1: | 1.75 | 1.5 | 2 |

    1.2. Integrazzjoni tal-prodott għal rispons ta’ emerġenza | (a) Għotjiet – Sejħa għal pjan tal-proposti, pubblikazzjoni, valutazzjoni u kuntrattazzjoni | 3 | 0.75 | 0.5 | 0.5 |

    (b) Segwitu tal-għotjiet għal attivitajiet speċifiċi ta’ mmappjar | 15 | 0.25 | 1 | 1 |

    (c) Koordinazzjoni fil-livell Ewropew ta' operaturi rilevanti | 3 | 0.5 | 0.5 | 0.5 |

    (d) Proċessar finanzjarju u segwitu amministrattiv tal-attività | 15 | 1 | 1.5 | 1.5 |

    Total 1.2: | 2.5 | 3.5 | 3.5 |

    Total tal-għan 1: | 4.25 | 5 | 5.5 |

    2.1. Servizz perjodiku ta’ mmappjar tal-kopertura tal-art | (a) Pjan tal-akkwist, pubblikazzjoni, valutazzjoni u kuntrattazzjoni | 3 | 1 |

    (b) Segwitu tas-servizzi kuntrattati | 9 | 0.5 | 1 | 2 |

    (c) Għotjiet – Sejħa għal pjan tal-proposti, pubblikazzjoni, valutazzjoni u kuntrattazzjoni | 3 | 0.25 | 0.5 | 0.5 |

    (d) Segwitu tal-għotjiet | 9 | 0 | 0.5 | 0.5 |

    (e) Koordinazzjoni fil-livell Ewropew ta' operaturi rilevanti | 3 | 0.5 | 0.5 | 0.5 |

    (f) Proċessar finanzjarju u segwitu amministrattiv tal-akkwist u tal-għotjiet għall-attività | 18 | 1.5 | 2.5 | 3 |

    Total 2.1: | 3.75 | 5 | 6.5 |

    2.2 Attivitajiet ta’ monitoraġġ dinamiku tal-art | (a) Pjan tal-akkwist, pubblikazzjoni, valutazzjoni u kuntrattazzjoni | 1 | 0.75 |

    (b) Segwitu tas-servizzi kuntrattati | 2 | 0.25 | 0.5 | 0.5 |

    (c) Tixrid u miżuri ta’ akkumpanjament | 3 | 0.75 | 0.75 |

    (d) Proċessar finanzjarju u segwitu amministrattiv tal-attività | 3 | 0.75 | 0.75 | 0.75 |

    Total 2.2: | 1.75 | 2 | 2 |

    Total tal-għan 2: | 5.5 | 7 | 8.5 |

    3. Użu ta’ servizzi operattivi | (a) Pjan tal-akkwist, pubblikazzjoni, valutazzjoni u kuntrattazzjoni | 1 | 1 |

    (b) Segwitu tas-servizzi kuntrattati | 2 | 0.5 | 0.5 |

    (c) Attivitajiet ta' koordinament | 2 | 0.5 | 0.5 |

    (d) Proċessar finanzjarju u segwitu amministrattiv tal-attività | 2 | 0.25 | 0.5 | 0.5 |

    Total tal-għan 3 | 1.25 | 1.5 | 1.5 |

    4. u 5 operazzjonijiet spazjali tal-GMES u l-aċċess għad-dejta | (a) Preparazzjoni ta’ ftehim konġunt ta’ mmaniġġjar mal-ESA | 1 | 1 |

    (b) Sorveljanza operattiva tal-ftehim | 3 | 1 | 1 |

    (c) Koordinazzjoni fil-livell nazzjonali/tal-Istati Membri | 3 | 0.5 | 0.5 |

    (d) Monitoraġġ amministrattiv u finanzjarju tal-ftehim | 3 | 0.5 | 0.5 |

    Total tal-għanijiet 4 u 5 | 1 | 2 | 2 |

    Immaniġġjar, parir espert u spejjeż ġenerali | (a) Immaniġġjar - Kap tal-Unità | 3 | 1 | 1 | 1 |

    (b) Koordinazzjoni finanzjarja | 3 | 0.5 | 0.5 | 0.5 |

    (c) Konsulent legali | 3 | 0.5 | 1 | 1 |

    (d) Speċjalista tal-ispazju | 3 | 1 | 1 | 1 |

    (e) Interface tal-utenti – persuna ta’ kuntatt | 3 | 1 | 1 | 1 |

    (f) Segretarjat | 3 | 2 | 2 | 2 |

    Total ta’ spejjeż ġenerali | 6 | 6.5 | 6.5 |

    Total ta' riżorsi umani meħtieġa | 18 | 22 | 24 |

    [1] Ara l-Komunikazzjoni bit-titlu “Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà: għal qalbna dinja iżjed protetta” - COM(2008) 748, 12.11.2008, (“il-Komunikazzjoni tal-2008”).

    [2] Fl-FP6, l-UE nefqet EUR 100 miljun fuq proġetti tal-GMES, filwaqt li l-ESA investiet EUR 100 miljun oħra fil-proġetti ta’ elementi ta’ servizzi tal-GMES. Fit-tema spazjali tal-programm speċifiku “kooperazzjoni” tal-FP7, l-UE se tqiegħed EUR 430 miljun għad-dispożizzjoni tal-proġetti ta’ servizzi tal-GMES u l-ksib ta’ dejta għal dawn is-servizzi bejn l-2007 u l-2013. Se jiġu pprovduti EUR 624 miljun oħra mit-tema spazjali tal-FP7 għall-iżvilupp tal-programm ta’ komponent speċjali ESA GMES, li jammonta għal total (inklużi l-fondi mill-Istati Membri tal-ESA) ta’ EUR 2 246 miljun (fil-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-2008).

    [3] B’mod partikolari, l-informazzjoni ta’ kwalità suffiċjenti miġbura f’livell Ewropew jew globali bħalissa mhijiex disponibbli għal dawk li jfasslu l-politika Ewropea.

    [4] Ara d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013).

    [5] COM(2005) 565, 10.11.2005.

    [6] B’konformità mal-Artikolu 49(6)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

    [7] COM(2006) 231, 22.9.2006.

    [8] Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-25 ta’ Ġunju 1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tagħti lil kulħadd id-dritt li jirċievi informazzjoni ambjentali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi (“ aċċess għal informazzjoni ambjentali ”), li jipparteċipa f’teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-ambjent u li jirrevedi proċeduri biex jisfida d-deċiżjonijiet pubbliċi li saru mingħajr ma ġew irrispettati ż-żewġ drittijiet imsemmija hawn fuq jew il-liġi ambjentali b’mod ġenerali (“ aċċess għall-ġustizzja ”).

    [9] Ara wkoll it-taqsima 1.4.

    [10] Il-missjonijiet spazjali eżistenti li se jipprovdu dejta għall-GMES jinkludu Spot, TerraSAR-X, is-satelliti EUMETSAT, CosmoSkymed, DMC Deimos, Ikonos, GeoEye, Quickbird u ENVISAT.

    [11] L-ESA bħalissa qiegħda tiżviluppa ħames missjonijiet “sentinella” skont il-programm tagħha tal-komponent spazjali tal-GMES.

    [12] ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

    [13] Fosthom l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC), l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX).

    [14] Kif imfisser fil-Komunikazzjoni tal-2008, il-Kummissjoni se tkompli tesplora jekk l-iżvilupp ta’ opportunitajiet tas-suq u tariffi għall-utenti bbażati fuq in-nefqa jistgħux eventwalment jippermettu li jitnaqqas il-proporzjon ta’ investiment pubbliku wara l-2014.

    [15] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    [16] ĠU C , , p. .

    [17] ĠU C , , p. .

    [18] ĠU C , , p. .

    [19] ĠU C , , p. .

    [20] ĠU C 136, 20.6.2007, p. 1.

    [21] ĠU L 261, 6.8.2004, p. 64.

    [22] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    [23] ĠU L 400, 30.12.2006, p 1.

    [24] COM(2008) 748, 12.11.2008.

    [25] ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

    [26] COM(2008) 46 finali

    [27] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    [28] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    [29] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

    [30] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

    [31] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

    [32] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

    [33] Approprjazzjonijiet Differenzjati.

    [34] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx.

    [35] Spejjeż skont l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [36] L-infiq skont il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [37] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [38] B’konformità mal-Artikolu 49(6)(b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [39] It-taqsima 1.1.2 tal-Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunità dwar il-Koeżjoni għall-2007-2013 tisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu r-rabtiet bejn il-protezzjoni ambjentali u t-tkabbir u tirreferi b’mod speċifiku għall-GMES.

    [40] Is-Sentinelli huma missjonijiet spazjali żviluppati fil-qafas tal-programm fakultattiv tal-ESA kofinanzjat mill-UE.

    [41] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok ipprovdi aktar dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti Rilevanti” f’dan il-punt.

    [42] Li l-ispiża għalih MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

    [43] Li l-ispiża għalih MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

    [44] L-ispiża tiegħu tinsab inkluża fl-ammont ta' referenza.

    [45] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-aġenzija jew aġenziji eżekuttivi kkonċernati.

    [46] Għajnuna teknika u amminsitrattiva relatata biex tipprovdi koordinazzjoni f’livell tal-Istati Membri għall-attività 1 u l-monitoraġġ tal-art.

    [47] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.

    Top