Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0222

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra

    /* KUMM/2009/0222 finali - CNS 2009/0065 */

    52009PC0222

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra /* KUMM/2009/0222 finali - CNS 2009/0065 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 13.5.2009

    KUMM(2009) 222 finali

    2009/0065 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Suġġett: Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra

    1. Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni (minn hawn 'il quddiem “il-ftehim ta’ assoċjazzjoni”) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002. L-Artikolu 64 ta' dan il-ftehim jidentifika l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bħala qasam ta' interess u potenzjal partikolari, u jipprovdi, fost l-oħrajn, għall-istabbiliment ta' rabtiet permanenti bejn il-komunitajiet xjentifiċi tal-partijiet. Bl-istess mod, l-Artikolu 62 isemmi li l-kooperazzjoni reġjonali se tiffoka, fost l-oħrajn, fuq ir-riċerka xjentifika u teknoloġika.

    2. F'ittra datata l-20 ta' Frar 2007, il-Ministru Ġordaniż tal-Ippjanar u l-Kooperazzjoni Internazzjonali, is-Sinjura Suhair Al-Ali, ippreżentat talba formali biex jinbdew in-negozjati fuq ftehim ta' kooperazzjoni fil-qasam tax-Xjenza u t-t-Teknoloġija (S&T). F'ittra datata l-14 ta' Marzu 2007, il-Kummissarju Potočnik wieġeb fil-pożittiv għal din it-talba.

    3. B’hekk, fuq proposta tal-Kummissjoni, fis-7 ta’ April, 2008 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex f’isem il-Komunità Ewropea tinnegozja ftehim ta’ kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan u ħareġ id-direttivi rilevanti tal-innegozjar. In-negozjati rriżultaw fl-abbozz tat-test ta’ ftehim mehmuż li kien inizjalizzat fl-28 ta’ Jannar 2009.

    4. Il-Ġordan huwa sieħeb attiv, b'vantaġġi importanti, bħal:

    - netwerk żviluppat sew ta' universitajiet u istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u ċentri ta' applikazzjoni tar-riċerka u tat-teknoloġija, bħall-NCARTT (Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka u t-Transfer tat-Teknoloġija fl-Agrikoltura – National Center for Agricultural Research and Technology) fil-qasam tal-agronomija;

    - intergrazzjoni tajba fin-netwerks xjentifiċi internazzjonali u reġjonali li jipparteċipaw fil-Forum Globali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u fil-konvenzjonijiet Internazzjonali tal- Conférence des Nations Unies sur l'environnement et le développement (CNUED) (il-bijodiversità, id-deżertifikazzjoni…);

    5. Il-Ġordan għandu l-kapaċità li jkun ċentru importanti għall-kooperazzjoni xjentifika ma' pajjiżi oħra tar-reġjun (is-Sirja, il-Libanu, l-Awtorità Palestinjana, l-Iżrael, l-Eġittu u t-Turkija). Fuq livell reġjonali, il-Ġordan jikkontribwixxi attivament għall-ħidma tal-MoCo (Kumitat ta' Monitoraġġ Ewro-Meditteranju għall-kooperazzjoni fl-RTD) fejn huwa rappreżentat mill-"Kunsill Ogħla tax-Xjenza u t-Teknoloġija" (HCST – Higher Council for Science and Technology). L-HCST kien stabbilit fl-1987 sabiex jibni bażi xjentifika u teknoloġika nazzjonali biex tikkontribwixxi għall-ilħiq tal-għanijiet ta' żvilupp nazzjonali, permezz ta' aktar għarfien tas-sinifikat tar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku billi jipprovdi l-finanzjament meħtieġ għal attività bħal din u jmexxi l-attività ta' R&D lejn prijoritajiet ta' żvilupp.

    6. Wara l-analiżi tas-sistema ta' riċerka nazzjonali mwettqa mill-HCST flimkien maċ-Ċentru Internazzjonali tal-Iżvilupp u r-Riċerka tal-Kanada, kien irrakkomandat li tinħoloq sistema nazzjonali ta' riċerka li tkun tista' tfassal u tistabbilixxi politika għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni li tinvolvi lis-setturi kollha, speċjalment lill-SMEs. L-oqsma ta' prijorità ppreżentati bħala dawk l-aktar ippreparati għall-kooperazzjoni internazzjonali u reġjonali kienu l-enerġija, l-iżvilupp sostenibbli (il-ġestjoni tal-ilma u r-riżorsi naturali), is-saħħa, l-agrikoltura u l-arkeoloġija. B'riżultat ta' dan, il-Gvern tal-Ġordan adotta dokument strateġiku għall-2005-2010 biex ix-xjenza u t-teknoloġija jintegrahom aħjar mal-programmi nazzjonali tiegħu, biex jistabbilixxi bażi xjentifika u teknoloġika li tiġbor flimkien in-netwerks multidixxiplinari u interistituzzjonali, u jsaħħaħ is-sħubija u s-sinerġiji bejn il-komunità xjentifika u l-atturi fl-innovazzjoni. L-oqsma identifikati huma konformi mal-prijoritajiet tal-FP7, u l-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' riċerka tal-Ġordan fit-timijiet xjentifiċi internazzjonali ċertament li tikkontribwixxi sabiex titjieb is-sistema ta' riċerka nazzjonali tal-Ġordan, minħabba l-fatt li ttejjeb il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fir-reġjun.

    7. Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sakemm ikun hemm it-tmiem tal-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill li:

    - Japprova d-deċiżjoni mehmuża f’isem il-Komunità Ewropea;

    - Jinnotifika lill-awtoritajiet tal-Ġordan li l-Komunità Ewropea kkompletat il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    2009/0065 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 170, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

    Billi:

    (1) Fis-7 ta' April 2008 il-Kunsill awtorizza liIl-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati fuq Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan,

    (2) Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan,

    (3) Dan il-Ftehim ġie ffirmat mir-rappreżentattivi tal-Partijiet fi ....................... fi ........................ u qed ikun applikat provviżorjament minn [...] sakemm jidħol fis-seħħ,

    (4) Il-Ftehim għandu jkun konkluż f'isem il-Komunità Ewropea,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    (1) Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan huwa b’dan konkluż f'isem il-Komunità Ewropea[3].

    (2) It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea, għandu jagħmel in-notifika pprovduta fl-Artikolu 7(2) tal-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell, [...]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    FTEHIM

    dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

    Il-Komunità Ewropea, (minn hawn 'l quddiem "il-Komunità") minn naħa,

    Kif ukoll

    Ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (minn hawn 'il quddiem "il-Ġordan"), min-naħa l-oħra,

    Minn hawn ‘il quddiem il-"Partijiet",

    WARA LI KKUNSIDRAW it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 170 fi rbit mal-Artikolu 300, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza, u l-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu;

    WARA LI KKUNSIDRAW l-importanza tax-xjenza u tat-tekonoloġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u r-referenza li saret fl-Artikolu 43 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordna, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002;

    WARA LI KKUNSIDRAW il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-istrateġija tal-UE biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien, fil-qafas li fih il-partijiet iltaqgħu u ftehmu dwar Pjan ta' Azzjoni, li waħda mill-prijoritajiet tiegħu kienet "biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija". Il-Pjan ta' Azzjoni Konġunt tal-Politika Ewropea tal-Viċinat huwa konformi mal-Programm Eżekuttiv tal-Gvern tal-Ġordan (2007-2009) għall-Kuluna Al Urdun/l-Aġenda Nazzjonali li għandha l-għan li tiżviluppa proċess ta' riforma soċjoekomonika sostenibbli;

    BILLI l-Komunità Ewropea u l-Ġordan wettqu attivitajiet komuni ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni, f'diversi oqsma ta' interess komuni, u li jkun ta' vantaġġ reċiproku li kull wieħed minnhom jieħu sehem fl-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp tal-ieħor, fuq bażi reċiproka;

    WAQT LI JIXTIEQU li jistabbilixxu qafas formali għall-kooperazzjoni fir-riċerka xjentifika u teknoloġika li jagħmilha possibbli li jkunu estiżi u intensifikati l-isforzi ta' kooperazzjoni fl-oqsma ta' interess komuni u li jinkoraġġixxu l-użu tar-riżultati ta' din il-kooperazzjoni huma u jqisu l-interessi ekonomiċi u soċjali tagħhom;

    WAQT LI JIXTIEQU jiftħu ż-Żona Ewropea ta' Riċerka lill-pajjiżi mhux membri tal-UE u partikolarment lill-pajjiżi sħab tal-Mediterran;

    Ftehmu skont kif ġej:

    Artikolu 1

    Ambitu u prinċipji

    1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Ġordan fl-oqsma ta' interess komuni fejn qed isegwu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fix-xjenza u fit-teknoloġija.

    2. L-attivitajiet kooperattivi għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

    - Il-promozzjoni ta' soċjetà msejsa fuq l-għarfien biex irawmu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku taż-żewġ Partijiet;

    - Il-benefiċċju reċiproku bbażat fuq bilanċ kumplessiv ta' vantaġġi;

    - L-aċċess reċiproku għall-attivitajiet u proġetti ta' riċerka mwettqa minn kull Parti;

    - L-iskambju f'waqtu ta' informazzjoni li tista' tiffaċilita l-attivitajiet ta' kooperazzjoni;

    - L-iskambju u l-protezzjoni xierqa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

    - Il-parteċipazzjoni u l-finanzjament f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-partijiet.

    Artikolu 2

    Mezzi ta' kooperazzjoni

    1. L-entitajiet legali stabbiliti fil-Ġordan, kif definiti fl-Anness I, li jinkludu kemm il-persuni naturali kif ukoll il-persuni legali privati jew pubbliċi, għandhom jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti ta' kooperazzjoni tal-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (minn hawn 'il quddiem "Il-Programm Kwadru"), soġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti minn jew imsemmija fl-Annessi I u II.L-entitajiet legali stabbiliti fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif definiti fl-Anness 1, għandhom jipparteċipaw fil-programmi ta' riċerka u proġetti f'temi tal-Ġordan ekwivalenti għal dawk tal-Programm Kwadru taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal entitajiet tal-Ġordan, soġġetti għat-termini u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II jew imsemmija hemmhekk.

    2. Il-kooperazzjoni tista' tieħu waħda mill-forom u l-mezzi li ġejjin:

    - Diskussjonijiet regolari dwar l-orjentazzjonijiet u l-prijoritajiet għal politika u ppjanar ta' riċerka fil-Ġordan u fil-Komunità;

    - Diskussjonijiet dwar kooperazzjoni, żvilupp u prospetti;

    - L-għoti f'waqtu ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' programmi u proġetti ta' riċerka tal-Ġordan u l-Komunità, u dwar ir-riżultati ta' xogħol magħmul fil-qafas ta' dan il-Ftehim;

    - Laqgħat konġunti;

    - Żjarat u skambji ta' ħaddiema, inġiniera u tekniċi ta' riċerka, għal għanijiet ta' taħriġ;

    - Skambju u qsim ta' apparat, materjali u servizzi ta' prova;

    - Kuntatti bejn il-maniġers ta' programmi jew proġetti tal-Ġordan u tal-Komunità;

    - Parteċipazzjoni ta' esperti f'seminars, simpożja u laqgħat ta’ ħidma;

    - Skambju ta' informazzjoni dwar il-prattika, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-programmi li għandhom x'jaqsmu mal-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim,

    - Taħriġ fl-iżvilupp tar-riċerka u tat-teknoloġija;

    - Aċċess reċiproku għal informazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-ambitu ta' din il-kooperazzjoni;

    - Kwalunkwe modalità oħra li tkun adottata mill-Kumitat Konġunt bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġordan għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, kif definit fl-Artikolu 4 u li titqies konformi mal-politiki u l-proċeduri applikabbli fiż-żewġ Partijiet.

    Artikolu 3

    Titjib tal-kooperazzjoni

    1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz, fil-limiti tal-qafas tal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom, biex jiffaċilitaw il-moviment u r-residenza ħielsa tar-riċerkaturi li jipparteċipaw fl-attivitajiet koperti min dan il-Ftehim u biex jiffaċilitaw il-moviment transkonfinali tal-merkanzija maħsuba għall-użu f'attivitajiet bħal dawn.

    2. Fejn, skont ir-regoli tagħha stess, il-Komunità unilateralment tagħti finanzjament lil entità legali tal-Ġordan li tipparteċipa f'attività kooperativa indiretta tal-Komunità, il-Ġordan se jiżgura li ma jkunux imposti ħlasijiet jew taxxi fuq dik it-tranżazzjoni.

    Artikolu 4

    Ġestjoni tal-Ftehim

    Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġordan

    Kumitat

    1. Il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni ta' attivitajiet taħt dan il-Ftehim għandhom jitwettqu f'isem il-Ġordan mill-Kunsill Ogħla għax-Xjenza u t-Teknoloġija u f'isem il-Komunità mill-Kummissjoni Ewropea, li jaġixxu bħala aġenti eżekuttivi tal-Partijiet (minn hawn 'il quddiem "l-Aġenti Eżekuttivi").

    2. L-Aġenti Eżekuttivi għandhom jistabbilixxu kumitat konġunt imsejjaħ "Il-Kumitat Konġunt bejn il-Komunita' Ewropea u l-Ġordan għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika" (minn hawn 'il quddiem "il-Kumitat Konġunt"), li l-funzjonijiet tiegħu għandhom jinkludu:

    - Jiżgura, jevalwa u jirrevedi l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, kif ukoll jimmodifika l-Annessi tiegħu jew jadotta oħrajn ġodda li jqisu l-iżviluppi tal-politika xjentifika tal-Partijiet, soġġetti għat-twettiq minn kull wieħed mill-Partijiet tal-proċeduri interni għal dak l-għan;

    - Jidentifika, fuq bażi annwali, setturi potenzjali fejn il-kooperazzjoni għandha tiġi żviluppata u mtejba u jeżamina kwalunkwe miżura għal dan l-għan;

    - Jiddiskuti regolarment dwar l-orjentazzjonijiet futuri u l-prijoritajiet ta' politiki u ppjanar ta' riċerka fil-Ġordan u l-Komunità u l-prospetti ta' kooperazzjoni futura fi ħdan dan il-Ftehim;

    - Jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet rigward l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-identifikazzjoni u r-rakkomandazzjoni ta’ żidiet mal-Attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) u miżuri konkreti sabiex jitjieb l-aċċess reċiproku kif imsemmi fl-Artikolu 1(2).

    3. Il-Kumitat Konġunt, li għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Aġenti Eżekuttivi, għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

    4. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' tal-anqas darba fis-sena, darba fil-Komunità u darba fil-Ġordan. Il-laqgħat straordinarji għandhom isiru kull meta jkun hemm bżonn u bi qbil bejn il-Partijiet. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt se jintbagħtu għall–informazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

    Artikolu 5

    Finanzjament

    Il-parteċipazzjoni reċiproka fl-attivitajiet ta' riċerka taħt dan il-Ftehim huma stabbiliti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I u huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti, il-politiki u l-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-programmi li jkunu fis-seħħ fit-territorju ta' kull Parti.

    Fejn Parti waħda tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Parteċipanti tal-Parti l-oħra f'konnessjoni mal-Attivitajiet ta' Kooperazjoni Indiretti, kwalunkwe għajnuna u kontribuzzjoni finanzjarja jew ta' xort'oħra mill-Parti li qed tiffinanzja lill-Parteċipanti tal-Parti l-oħra f'appoġġ għal dawk l-attivitajiet għandha tkun eżentata mit-taxxa u d-dwana.

    Artikolu 6

    Tixrid u użu tar-riżultati u t-tagħrif

    It-tixrid u l-użu tar-riżultati miksuba u/jew skambjati kif ukoll dawk tal-informazzjoni, tal-ġestjoni, tal-attribuzzjoni u tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' riċerka mwettqa skont dan il-Ftehim huma soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

    Artikolu 7

    Dispożizzjonijiet finali

    1. L-Annessi I u II jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim. Il-mistoqsijiet jew kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet.

    2. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu lestew il-proċeduri interni sabiex ikun jista' jiġi konkluż. Sakemm ikunu konklużi l-proċeduri interni mill-Partijiet, dawn għandhom japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament hekk kif jiffirmawh. Jekk Parti tinnotifika lill-oħra li ma tkunx se tikkonkludi l-Ftehim, b'dan qed jinqabel reċiprokament li l-proġetti u l-attivitajiet mnedija taħt din l-applikazzjoni provviżorja u li jkunu għadhom għaddejjin meta ssir in-notifika msemmija hawn fuq, għandhom jitkomplew sakemm jitlestew skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

    3. Iż-żewġ Partijiet jistgħu jitterminaw dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin b'notifika ta' sitt xhur. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-ħin tat-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jissoktaw sa tmiemhom taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

    4. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ sakemm waħda milll-Partijiet tagħti notifika bil-miktub lill-Parit l-oħra tal-intenzjoni li tittermina dan il-Ftehim. F’każ bħal dan, dan il-Ftehim għandu jieqaf ikollu effett sitt xhur wara li tiġi riċevuta tali notifika.

    5. Jekk waħda mill-Partijiet tiddeċiedi li tirrevedi l-programmi u l-proġetti ta' riċerki tagħha msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1, l-Aġent Eżekuttiv ta' dik il-Parti għandu jinnotifika lill-Aġent Eżekuttiv tal-Parti l-oħra dwar il-kontenut eżatt ta' dawn ir-reviżjonijiet. B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dan il-Ftehim jista' jiġi tterminat taħt kundizzjonijiet maqbula b'mod reċiproku jekk waħda mill-Partijiet tinnotifika lill-oħra bl-intenzjoni tagħha li tittermina dan il-Ftehim fi żmien xahar wara l-adozzjoni tar-reviżjonijiet imsemmija aktar ‘il fuq f'dan il-paragrafu.

    6. Dan il-Ftehim għandu jgħodd, mill-banda waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jiġi applikat u fuq il-kundizzjonijiet preskritti f'dak it-Trattat u, mill-banda l-oħra, għat-territorju tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan. Dan ma għandux jostakola t-twettiq ta' azzjonijiet kooperattivi fl-ibħra miftuħa, fl-ispazju barra mill-atmosfera tad-dinja, jew fit-territorju ta' pajjiżi terzi, skont il-liġi internazzjonali.

    B’XIEHDA TA’ DAN, is-sottoskritti, debitament awtorizzati għal dan mill-Komunità Ewropea u mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.

    MAGĦMUL f’żewġ kopji fi …., fi … jum ta’ ….., bl-Ingliż, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż u bl-Għarbi, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

    GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA: | GĦAR-RENJU ĦAXEMIT TAL-ĠORDAN: |

    ANNESS I

    Termini u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġordan

    Għall-għan ta' dan il-Ftehim, entità legali tfisser kull persuna naturali, jew legali maħluqa taħt il-liġi nazzjonali tal-post tal-istabbiliment tagħha jew taħt il-liġi Komunitarja jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità legali u li hija intitolata li jkollha drittijiet u obbligi ta' kull xorta f'isimha proprju.

    I. Termini u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti fil-Ġordan f'azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru

    1. Il-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti fil-Ġordan f'azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru għandha ssegwi l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 167 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    Barra dan, entitajiet legali stabbiliti fil-Ġordan jistgħu jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti imwettqa skont l-Artikolu 164 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    2. Il-Komunità tista' tagħti fondi lill-entitajiet legali stabbiliti fil-Ġordan li qed jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti msemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq taħt it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-deċiżjoni meħuda mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)[4] skont l-Artikolu 167 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Regolamenti Finanzjarji tal-Komunità Ewropea u kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tkun tapplika.

    3. Ftehim ta' għotja konkluż mill-Komunità ma' kwalunkwe entità legali stabbilita fil-Ġordan sabiex twettaq azzjoni indiretta għandu jipprovdi li l-kontrolli u l-verifiki jsiru minn, jew taħt l-awtorità tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej.

    Fi spirtu ta' kooperazzjoni u interess reċiproku, l-Awtoritajiet rilevanti tal-Ġordan għandhom jipprovdu kull assistenza raġonevoli u possibbli kif ikun meħtieġ jew ta' għajnuna taħt iċ-ċirkostanzi biex jitwettqu tali kontrolli u verifiki.

    Termini u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġordan fi programmi u proġetti ta' riċerka.

    1. Kwalunkwe entità legali stabbilita fil-Komunità, maħluqa taħt il-liġi nazzjonali ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew taħt il-liġi tal-Komunità, tista' tipparteċipa fi proġetti ta' riċerka u żvilupp tal-Ġordan flimkien mal-entitajiet legali tal-Ġordan.

    2. Soġġett għall-paragrafu 1 ta’ hawn fuq u għall-Anness II, id-drittijiet u l-obbligi tal-entitajiet legali stabbiliti fil-Komunità li jipparteċipaw fi proġetti ta' riċerka tal-Ġordan fi ħdan il-programmi ta' riċerka u żvilupp, it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni u l-evalwazzjoni ta' proposti u għall-għoti u l-konklużjoni ta' kuntratti f'tali proġetti għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-gvern tal-Ġordan li jirregolaw l-operat ta' programmi ta' riċerka u żvilupp, kif applikabbli għall-entitajiet legali tal-Ġordan u li jiżguraw trattament ekwu, filwaqt li titqies in-natura tal-kooperazzjoni bejn il-Ġordan u l-Komunità f'dan il-qasam.

    Il-finanzjament ta' entitajiet legali stabbiliti fil-Komunità li jipparteċipaw fil-proġetti rilevanti tal-Ġordan fi ħdan il-programmi ta' riċerka u żvilupp għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-gvern tal-Ġordan li jirregolaw l-operat ta' programmi bħal dawn, kif applikabbli għall-entitajiet legali li mhumiex mill-Ġordan.

    III. Tagħrif dwar l-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni

    Il-Ġordan u l-Kummissjoni Ewropea għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni regolarment tagħrif dwar opportunitajiet attwali ta' programmi u parteċipazzjoni għall-benefiċċju tal-entitajiet legali stabbiliti fiż-żewġ Partijiet.

    ANNESS II

    Prinċipji dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-propjetà intellettwali

    I. Applikazzjoni

    Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, "proprjeta intelletwali" għandu jkollha t-tifsira mogħtija f‘Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija dwar Proprjetà Intellettwali, magħmula fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967.

    Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, “għarfien” għandha tfisser ir-riżultati, li jinkludu l-informazzjoni, kemm jekk jistgħu jkunu prottetti jew le, kif ukoll drittijiet tal-awtur jew drittijiet rilevanti għal tali informazzjoni wara l-applikazzjonijiet għal, jew il-ħruġ ta' privattivi, disinni, varjetajiet ta' pjanti, ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari jew forom simili ta' ħarsien.

    II. Drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' entitajiet legali tal-Partijiet f'Attivitajiet ta' Kooperazzjoni Indiretta

    1. Kull Parti għandha tiżgura ruħha li t-trattament li tagħti lid-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u lill-obbligi tal-entitajiet legali stabbiliti fit-territorji tal-Parti l-oħra li jipparteċipaw f'attivitajiet indiretti ta' kooperazzjoni mwettqa skont dan il-Ftehim, u lid-drittijiet u lill-obbligi relatati li jirriżultaw minn tali parteċipazzjoni, għandu jkun konsistenti mal-liġijiet u mar-regolamenti u mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti li huma applikabbli għall-Partijiet, inkluż il-Ftehim dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali, l-Anness 1C għall-Ftehim ta’ Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kif ukoll l-Att ta’ Pariġi tal-24 ta’ Lulju 1971 tal-Konvenzjoni ta’ Berne għall-Ħarsien tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Att ta’ Stokkolma tal-14 ta’ Lulju 1967 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-Ħarsien tal-Proprjetà Industrijali.

    2. Kull Parti għandha tiżgura ruħha li l-Parteċipanti f’Attivitajiet Kooperattivi Indiretti tal-Parti l-oħra għandu jkollhom l-istess trattament rigward il-Proprjetà Intelletwali kif jingħata lill-Parteċipanti tal-ewwel Parti skont ir-regoli rilevanti ta’ parteċipazzjoni ta’ kull programm jew proġett ta’ riċerka, jew skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha.

    III. Drittijiet ta' proprjetà intellettwali tal-Partijiet

    1. Ħlief jekk ikun maqbul mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal għarfien iġġenerat mill-Partijiet matul l-attivitajiet imwettqa ġewwa l-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim:

    a) Il-Parti li tiġġenera tali għarfien għandha tkun is-sid ta' dak l-għarfien. Fejn is-sehem rispettiv tagħhom fix-xogħol ma jistax ikun aċċertat, għandu jkollhom id-dritt tas-sjieda konġunta tat-tali għarfien.

    b) Il-Parti li tippossjedi t-tagħrif għandha tagħti drittijiet ta' aċċess għalih lill-Parti l-oħra għat-twettiq ta' attivitajiet riferiti f‘Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim. Dawn id-drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw mingħajr ħlas tad-drittijiet.

    2. Ħlief jekk ikun maqbul speċifikament mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għax-xogħlijiet xjentifiċi letterarji tal-Partijiet:

    a) Fil-każ fejn Parti tippubblika dejta, tagħrif u riżultati xjentifiċi u tekniċi, permezz ta' ġurnali, artikoli, rapporti, kotba, inklużi vidjo u softwer, li joħorġu minn jew ikunu relatati ma' attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, liċenzja dinjija, mhux esklussiva, irrevokabbli, libera mill-ħlas ta' drittijiet għandha tingħata lill-parti l-oħra biex tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, tittrażmetti u tqassam pubblikament xogħlijiet bħal dawn;

    b) Il-kopji kollha ta' dejta u tagħrif, imħarsa mid-drittijiet tal-awtur, li għandhom jitqassmu pubblikament u jkunu ppreparati taħt din it-taqsima għandhom juru l-ismijiet tal-awtur(i) tax-xogħol ħlief jekk awtur jirrifjuta b'mod espliċitu li jissemma'. Dawn għandu jkollhom rikonoxximent ċar tas-sostenn kooperattiv tal-Partijiet.

    3. Ħlief jekk ikun maqbul speċifikament mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal tagħrif mhux żvelat tal-Partijiet:

    a) F'komunikazzjoni mal-Parti l-oħra dwar tagħrif konness ma' attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, kull Parti għandha tidentifika t-tagħrif li tixtieq li jibqa' mhux żvelat permezz ta' insinji konfidenzjali jew leġġendi.

    b) Il-Parti li tirċievi tista' taħt ir-responsabbiltà tagħha proprja tikkomunika tagħrif mhux żvelat lil korpi jew persuni taħt l-awtorità tagħha għall-għanijiet speċifiċi ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

    c) Bil-kunsens miktub minn qabel tal-Parti li tipprovdi tagħrif mhux żvelat, il-Parti li tirċievi tista' xxerred tali tagħrif mhux żvelat b'mod usa' milli permess fil-paragrafu b). Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fl-iżvilupp ta' proċeduri għat-talba ta' u l-kisba minn qabel ta' kunsens bil-miktub għal disseminazzjoni aktar wiesgħa, u kull Parti se tipprovdi din l-approvazzjoni sal-punt permess mill-politika, regolament u liġijiet domestiċi tagħha;

    d) It-tagħrif non-dokumentarju mhux żvelat jew tagħrif kunfidenzjali ieħor provdut f'seminars u laqgħat oħra bejn rappreżentanti tal-Partijiet organizzati taħt dan il-Ftehim, jew it-tagħrif li joħroġ mill-moviment tal-persunal, l-użu ta' faċilitajiet jew azzjonijiet indiretti, għandha tibqa' kunfidenzali meta r-riċevitur ta' tali tagħrif mhux żvelat jew tagħrif kunfidenzali jew privileġġjat ieħor ikun mgħarraf bil-karattru kunfidenzali tat-tagħrif ikkomunikat fiż-żmien li tali komunikazzjoni tkun saret, skont il-paragrafu a).

    e) Kull Parti għandha tagħmel sforz biex tiżgura li tagħrif mhux żvelat li jkun wasal għandha taħt il-paragrafi a u d jkun ikkontrollat kif ipprovdut hawnhekk. Jekk waħda mill-Partijiet issir konxja li mhijiex se tkun, jew tista' raġonevolment tistenna li ma tkunx, fil-qagħda li tissodisfa d-dispożizzjonijiet għan-nuqqas ta' tixrid stabbiliti fil-paragrafi a) u d), għandha minnufih tgħarraf b'dan lill-Parti l-oħra. Wara dan, il-Partijiet għandhom jidħlu f’konsultazzjoni biex ifasslu kif għandhom jimxu.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM TAL-PROPOSTA:

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra

    2. QAFAS TAL-ABM / ABB

    Strateġija ta’ politika u koordinazjoni ta’, b’mod partikolari, id-Direttorati Ġenerali RTD JRC, ENTR, INFSO, u TREN.

    3. LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (ex-linji BA)), inklużi l-intestaturi tagħhom:

    L-ispejjeż b’konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-ftehim (laqgħat ta’ ħidma, seminars, laqgħat, vidjokonferenzi), se jitniżżlu fil-linji baġitarji amministrattivi għall-programmi speċifiċi tal-programm Kwadru tal-Komunità Ewropea (XX.01.05.03).

    3.2. Tul taż-żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

    Il-Ftehim jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu wettqu l-proċeduri interni sabiex ikun jista' jiġi konkluż. Il-Partijiet għandhom japplikaw b'mod provvisorju dan il-ftehim mal-iffirmar tiegħu u jibqa' fis-seħħ sakemm Parti minnhom tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni li twaqqaf il-Ftehim, kif stipulat fl-Artikolu 7 (4) tal-Ftehim.

    3.3. Il-karatteristiċi baġitarji ( żid il-linji jekk meħtieġ ):

    Linja baġitarja | Tip ta' nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    XX.01.05.03 | Obblig./ Mhux obblig. | Differenzjata[5]/ Mhux diff.[6] | LE | IVA | IVA | Nru [1A] |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

    EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Tip ta’ nefqa | Nru. tat-Taqsima | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | n + 5 u ta’ wara | Total |

    Spiża operattiva[7] |

    Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1 | a |

    Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b |

    Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[8] |

    Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 |

    L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 |

    Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 |

    Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza[9] |

    Riżorsi umani u l-infiq assoċjat (NDA) | 8.2.5 | d |

    Spejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e |

    Spiża finanzjarja indikattiva totali tal-intervent

    AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 |

    AĦ TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 |

    Dettalji tal-kofinanzjament

    F’każ li l-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar linji f’każ li entitajiet differenti huma previsti għall-għoti tal-kofinanzjament):

    EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Korp tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u ta’ wara | Total |

    …………………… | f |

    TOTAL tal-AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

    4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

    X Il-proposta hija kompatibbli mal-programm finanzjarju attwali.

    ( Il-proposta se tkun tfisser l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Il-proposta tista' titlob li jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[10] (jiġifieri l-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

    X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

    ( Impatt finanzjarju – L-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej:

    NB: Kull dettall u osservazzjoni dwar il-mod kif jinħadem l-effett fuq id-dħul għandu jitniżżel f'anness separat.

    EUR miljuni (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

    Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Qagħda wara l-azzjoni |

    Għadd totali ta’ riżorsi umani |

    5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    Dettalji relatati mal-kuntest tal-Proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi t-tagħrif komplementari speċifika li ġej:

    5.1. Iridu jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul

    Din id-deċiżjoni se tippermetti li ż-żewġ Partijiet jaġġornaw u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom f’oqsma ta’ interess xjentifiku u teknoloġiku komuni.

    5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

    Il-Ftehim huwa bbażat fuq il-prinċipji ta’ benefiċċju reċiproku, fuq opportunitajiet reċiproċi għal aċċess għall-programmi u għall-attivitajiet ta’ xulxin li jkunu rilevanti għall-fini tal-Ftehim, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni, il-ħarsien effettiv tal-proprjetà intelletwali u l-kondiviżjoni ekwa tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. Il-proposta hija konformi wkoll mal-infiq amministrattiv li għalih tħallas il-Komunità, li jipprovdi għal missjonjiet min-naħa ta' esperti u uffiċjali tal-UE, kif ukoll għal laqgħat ta' ħidma, seminars u laqgħat li għandhom jiġu organizzati fil-Komunità Ewropea u fil-Ġordan.

    5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

    Din id-deċiżjoni għandha tippermetti sew lill-Ġordan kif ukoll lill-Komunità Ewropea jieħdu benefiċċju reċiproku mill-progress xjentifiku u teknoloġiku li jintlaħaq mill-programmi speċifiċi ta' riċerka tagħhom. Se tippermetti skambju ta’ għarfien speċifiku u trasferiment ta’ għarfien għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, tal-industrija u taċ-ċittadini.

    5.4. Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

    Hawn isfel uri l-metodu/i[12] magħżul(in) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

    ٱ Ġestjoni Ċentralizzata

    ٱX Direttament mill-Kummissjoni

    ٱ Indirettament b’delega lil:

    ٱ Aġenziji Eżekuttivi

    ٱ Korpi stabbiliti mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

    ٱ Korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    ٱ Ġestjoni konġunta jew iddeċentralizzata

    ٱ Ma’ Stati Membri

    ٱ Ma’ Pajjiżi Terzi

    ٱ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema )

    Kummenti rilevanti:

    6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

    Id-dipartimenti tal-Kummissjoni se jevalwaw regolarment l-azzjonijiet kollha mwettqa skont il-ftehim ta' kooperazzjoni, li se jkunu wkoll soġġetti għall-evalwazzjoni konġunta regolari min-naħa tal-Komunità u tal-Ġordan. Din l-evalwazzjoni se tkopri:

    (a) Indikaturi ta' prestazzjoni - għadd tal-missjonijiet u tal-laqgħat; għadd ta’ oqsma differenti ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni.

    (b) Ġbir ta' tagħrif - fuq il-bażi tat-tagħrif mill-programmi speċifiċi tal-Programm Kwadru u tal-informazzjoni pprovduta mill-Ġordan lill-Kumitat Konġunt ipprovdut mill-Ftehim.

    6.2. Evalwazzjoni

    Il-Kummissjoni se tevalwa l-azzjonijiet koperti minn dan il-ftehim ta' kooperazzjoni fuq bażi regolari.

    6.3. Termini u frekwenza tal-evalwazzjoni futura

    Il-partijiet għall-Ftehim se jevalwaw l-applikazzjoni tiegħu mill-inqas kull sentejn fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt li jissemma fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.

    7. MIżURI KONTRA L-FRODI

    Meta l-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru titlob l-użu ta’ kuntratturi esterni jew tinvolvi l-għotja ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-partijiet tagħhom, il-Kummissjoni se twettaq verifiki finanzjarji, fejn ikun xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha raġuni biex tiddubita n-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti ta’ attività.

    Il-verifiki finanzjarji tal-Komunità se jitwettqu jew mill-persunal tagħha stess jew minn esperti fil-kontabbiltà approvati skont il-liġi tal-parti li fuqha tkun qed issir il-verifika. Il-Komunità se tagħżel dawn tal-aħħar mingħajr ebda indħil, filwaqt li tevita kwalunkwe riskju ta’ konflitti ta’ interess li jistgħu jkunu indikati lilha mill-Parti soġġetta għall-verifika.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiżgura ruħha, li meta twettaq l-attivitajiet ta’ riċerka, l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikunu mħarsa b’kontrolli effettivi u fejn ikunu skoperti xi irregolaritajiet, minn miżuri u pieni deterrenti u proporzjonati. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-regoli dwar il-kontrolli, il-miżuri u l-pieni, b’referenza għar-Regolamenti Nri 2988/95, 2185/96 u 1073/99, se jkunu inkorporati fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru.

    B’mod partikolari, fil-kuntratti għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dwar il-punti li ġejjin:

    - l-introduzzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-KE fit-twettiq tal-verifiki u tal-kontrolli li għandhom x’jaqsmu max-xogħol imwettaq;

    - il-parteċipazzjoni ta’ spetturi amministrattivi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nri 2185/96 u 1073/99;

    - l-applikazzjoni ta’ pieni amministrattivi għall-irregolaritajiet intenzjonali jew negliġenti kollha fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, skont ir-Regolament Kwadru Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu ta’ lista sewda;

    - il-fatt li, fil-każ ta’ irregolaritajiet u frodi, l-ordnijiet possibbli ta’ rkupru jkunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 256 tat-Trattat tal-KE.

    Barra minn dan u bħala miżuri ta’ rutina, l-istaff tad-DĠ għar-Riċerka responsabbli se jwettaq programm ta’ kontroll rigward l-aspetti xjentifiċi u baġitarji. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri se twettaq spezzjonijiet lokali.

    8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispejjeż tagħhom

    Approprjazzjonijiet għall-impenn f’EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Sena n | Sena n+1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 |

    L-uffiċjali jew il-persunal temporanju[14] (XX 01 01) | A*/AD |

    B*, C*/AST |

    Persunal iffinanzjat[15] permezz tal-art. XX 01 02 |

    Persunal ieħor[16] iffinanzjat permezz tal-art. XX 01 04/05 |

    TOTAL |

    8.2.2. Deskrizzjoni tax-xogħlijiet li jirriżultaw mill-azzjoni

    Il-ġestjoni tal-Ftehim se tinvolvi missjonijiet u l-attendanza għal laqgħat minn esperti u uffiċjali tal-UE u tal-Ġordan.

    8.2.3. Oriġini tar-riżorsi umani (statutarji)

    (Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors)

    X Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandu jinbidel jew jiġi estiż

    ( Karigi allokati minn qabel fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n

    ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fis-servizz ta’ ġestjoni (tqassim intern mill-ġdid)

    ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

    8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza ( XX 01 04/05 – In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva)

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Linja baġitarja (numru u intestatura) | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Sena n + 5 u wara | TOTAL |

    Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 |

    -intra muros |

    -extra muros |

    Għajnuna Teknika u amministrattiva totali | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.10 |

    8.2.5. Kost finanzjarju ta' riżorsi umani u kostijiet assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara |

    Uffiċjali u persunal temporarju (XX 01 01) |

    Persunal iffinanzjat permezz tal-Art XX 01 02 (awżiljarju, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) |

    Kost totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji

    (122.000 € fis-sena għall-uffiċjali)

    8.2.6. Spejjeż oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) |

    Sena n | Sena n+1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

    XX 01 02 11 03 — Kumitati[18] |

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijet |

    XX 01 02 11 05 –Sistemi ta’ informatika |

    2 Total ta’ nfiq ieħor ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

    3 Spejjeż oħra ta' natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja baġitarja) |

    Spiża Amministrattiva Totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu – Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

    [1] ĠU C, , p...

    [2] ĠU C, , p...

    [3] Għat-test tal-Ftehim, ara ĠU L xxxx.

    [4] ĠU L391, p.1, 30.12.2006

    [5] Approprjazzjonijiet differenzjati

    [6] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati, minn hawn ’il quddiem NDA

    [7] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx O1 tat-Titolu xx ikkonċernat.

    [8] Nefqa fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [9] Nefqa fil-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [10] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

    [11] Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul taż-żmien tal-azzjoni jaqbeż is-6 snin.

    [12] Jekk diversi metodi huma indikati, jekk jogħġbok agħti dettalji oħra fit-taqsima “Kummenti rilevanti” ta’ dan il-punt.

    [13] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3.

    [14] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

    [15] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

    [16] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta' referenza.

    [17] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

    [18] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.

    Top