Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0018

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati u l-ħut u l-prodotti tas-sajd u s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u tal-Anness għall-Protokoll 1 u l-Anness għall-Protokoll 2 u t-tibdiliet għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra

/* KUMM/2009/0018 finali - ACC 2009/0002 */

52009PC0018

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati u l-ħut u l-prodotti tas-sajd u s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u tal-Anness għall-Protokoll 1 u l-Anness għall-Protokoll 2 u t-tibdiliet għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra /* KUMM/2009/0018 finali - ACC 2009/0002 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.1.2009

KUMM(2009) 18 finali

2009/0002 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati u l-ħut u l-prodotti tas-sajd u s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u tal-Anness għall-Protokoll 1 u l-Anness għall-Protokoll 2 u t-tibdiliet għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (“Ftehim tal-Assoċjazzjoni”) fis-seħħ mill-1 ta' Ġunju 2004, liema dispożizzjonijiet kummerċjali u dawk relatati mal-kummerċ daħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2004 fil-forma ta’ Ftehim Interim, jiddikjara li l-Komunità u l-Eġittu għandhom jimplimentaw gradwalment iktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ tagħhom fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd.

Fl-14 ta’ Ottubru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tmexxi negozjati fi ħdan il-qafas tal-Ftehim Ewro-Mediterranju mar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, meta tikkonsidra il-progress li għamel l-Eġittu rigward il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat, adottat fis-6 ta’ Marzu 2007, sabiex tinkiseb iktar liberalizzazzjoni ta’ kummerċ reċiproku fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd, fl-ispirtu tal-Proċess ta’ Barċellona u konformi mal-prinċipji tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat u l-konklużjonijiet tal-Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin fil-Lussemburgu bejn it-30 u l-31 ta’ Mejju 2005. F’dan il-kuntest u abbażi tal-konklużjonijiet tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja dwar l-Agrikoltura f’Venezja fis-27 ta’ Novembru 2003, il-miżuri li ġejjin għandhom jiffurmaw b’mod partikolari parti integrali mill-proċess tan-negozjati: il-miżuri sanitarji u fitosanitarji; l-approssimazzjoni tal-istandards tekniċi u l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni; u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Eġittu uffiċjalment fetħu n-negozjati mis-7 sad-9 ta’ Frar 2007 fil-Kajr u kkonkludew fid-19 ta' Ġunju 2008 fi Brussell. Sabiex jiġu implimentati r-riżultati tan-negozjati konklużi mal-Eġittu, il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill biex jadotta s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u tal-Aness għall-Protokoll 1 u l-Anness għall-Protokoll 2, iħassar il-Protokoll 3, ibiddel it-titolu tal-Kapitolu 2, jemenda l-Artikolu 14(1) u (2), iħassar l-Artikolu 14(3) u jdaħħal l-Artikolu 15(3). L-intenzjoni taż-żewġ naħat hija li l-Ftehim jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009.

Barra minn hekk, biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni eżistenti fuq kwistjonijiet tal-SPS/TBT, ma’ dan il-ftehim hemm miżjud Dikjarazzjoni Komuni.

Rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini, il-Partijiet qablu li jkollhom djalogu separat dwar dan is-suġġett, minħabba l-kumplessità tiegħu.

Il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill biex jadotta s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u tal-Anness għall-Protokoll 1 u l-Anness għall-Protokoll 2, it-tħassir tal-Protokoll 3, it-tibdil tat-titolu tal-Kapitolu 2, l-emenda tal-Artikolu 14(1) u (2), it-tħassir tal-Artikolu 14(3), id-dħul tal-paragrafu 3 fl-Artikolu 15 u li jżid Dikjarazzjoni Komuni dwar l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji jew tekniċi għall-kwistjonijiet kummerċjali.

2009/0002 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati u l-ħut u l-prodotti tas-sajd u s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u tal-Anness għall-Protokoll 1 u l-Anness għall-Protokoll 2 u t-tibdiliet għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-Artikolu 13 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra[1] (“il-Ftehim tal-Assoċjazzjoni”) fis-seħħ mill-1 ta' Ġunju 2004, liema dispożizzjonijiet kummerċjali u dawk relatati mal-kummerċ daħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2004, jiddikjara li l-Komunità u l-Eġittu għandhom jimplimentaw gradwalment iktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ reċiproku tagħhom fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd.

(2) Fis-6 ta’ Marzu 2007, il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni UE-Eġittu adotta Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat li jinkludi dispożizzjoni speċifika għal iktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd.

(3) Fl-14 ta’ Ottubru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tmexxi negozjati fi ħdan il-qafas tal-Ftehim Ewro-Mediterranju mar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, sabiex tinkiseb iktar liberalizzazzjoni ta’ kummerċ reċiproku fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd.

(4) F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bil-ħsieb li tikkostitwixxi l-Protokolli 1 u 2 u l-Anness għall-Protokoll 1 u l-Anness għall-Protokoll 2 għall-Ftehim tal-Assoċjazzjoni, li tħassar il-Protokoll 3, li tbiddel it-titolu tal-Kapitolu 2, li temenda l-Artikolu 14(1) u (2), li tħassar l-Artikolu 14(3), li ddaħħal l-Artikolu 15(3) u li żżid Dikjarazzjoni Komuni dwar l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji jew tekniċi għall-kwistjonijiet kummerċjali.

(5) Il-ftehim li beda fid-19 ta’ Ġunju 2008 għandu jiġi approvat.

(6) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[2],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati u l-ħut u l-prodotti tas-sajd u s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u tal-Anness għall-Protokoll 1 u l-Anness għall-Protokoll 2 u t-tibdiliet għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa ta’ implimentazzjoni għall-Protokolli 1 u 2.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 195 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)[3], jew mill-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd stabbilit bl-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura[4] jew, fejn xieraq, mill-kumitati stabbilit mid-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ regolamenti oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq jew mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 248a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità[5].

Artikolu 3

Meta l-Komunità tkun teħtieġ li tieħu miżura ta' salvagwardja kif previst fil-Ftehim tal-Assoċjazzjoni, li jittratta l-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati u l-ħut u l-prodotti tas-sajd, għandha tiġi adottata skont il-proċeduri previsti bir-regoli rilevanti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew is-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jew f’dispożizzjonijiet speċifiċi adottati skont l-Artikolu 308 tat-Trattat u applikabbli għal prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u tas-sajd, sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti bid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija ppublikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

FTEHIM

fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati u l-ħut u l-prodotti tas-sajd u s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u tal-Anness għall-Protokoll 1 u l-Anness għall-Protokoll 2 u t-tibdiliet għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra

A. Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur(a),

Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati li saru skont il-Pjan Direzzjonali Ewro-Mediterranju għall-agrikoltura (il-Pjan tar-Rabat) adottat mill-Ministri Ewro-Mediterranji tal-Affarijiet Barranin fit-28 ta’ Novembru 2005 għall-aċċellerazzjoni tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd u skont l-Artikoli 13 u 15 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim tal-Assoċjazzjoni”), fis-seħħ mill-1 ta’ Ġunju 2004, liema dispożizzjonijiet kummerċjali u dawk relatati mal-kummerċ daħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2004, li jiddikjara li l-Komunità u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu għandhom jimplimentaw gradwalment iktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ tagħhom fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd.

Fil-konklużjoni tan-negozjati, iż-żewġ Partjiet ftiehmu fuq li ġej:

1. It-Titolu tal-Kapitolu 2 huwa sostitwit bi “Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd”.

2. Il-Paragrafu 1 tal-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

“1. Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Eġittu elenkati fil-Protokoll 1 dwar l-importazzjoni fil-Komunità, għandhom ikunu soġġetti għall-arranġamenti stabbilti f’dak il-Protokoll.”

3. Il-Paragrafu 2 tal-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

“2. Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Komunità elenkati fil-Protokoll 2 dwar l-importazzjoni fl-Eġittu, għandhom ikunu soġġetti għall-arranġamenti stabbilti f’dak il-Protokoll.”

4. Il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 14 jitħassar mill-Ftehim tal-Assoċjazzjoni.

5. Il-paragrafu 3 li ġej se jiddaħħal fl-Artikolu 15 tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni:

"3. Il-partijiet Kontraenti għandhom jiltaqgħu sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim biex jikkunsidraw il-possibiltà li jagħtu lil xulxin iktar konċessjonijiet ta’ kummerċ fi prodotti agrikoli, prodotti agrikolu pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd skont l-Artikolu 13 ta’ dan il-Ftehim. Minn hemm 'il quddiem din il-laqgħa għandha tibda ssir b’mod regolari kull sentejn.”

6. Il-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni u l-Annessi tagħhom huma sostitwiti bil-Protokolli 1 u 2 u l-Annessi tagħhom mehmużin ma' dan l-iskambju ta' ittri.

7. Il-Protokoll 3 tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni jitħassar.

8. Dikjarazzjoni Komuni dwar l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji jew tekniċi għall-kwistjonijiet kummerċjali, elenkati fl-Anness għal dan l-iskambju ta’ ittri, hija miżjuda ma’ dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

Inkun grat jekk inti tikkonferma li l-gvern tiegħek jaqbel ma’ dan ta’ hawn fuq.

Sinjur(a), jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Magħmul fi Brussell,

F’isem il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

PROTOKOLL 1 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

1. Importazzjonijiet fil-Komunità Ewropea tal-prodotti elenkati fl-Anness għal dan il-Protokoll, li joriġinaw fl-Eġittu, għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

2. Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, għandhom jitneħħew it-taxxi doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità Ewropea ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Eġittu, minbarra jekk ikun pprovdut mod ieħor fit-Tabella 1 fl-Anness għal dan il-Protokoll.

3. Għal dawk il-prodotti li joriġinaw fl-Eġittu elenkati fit-Tabella 2 fl-Anness għal dan il-Protokoll, it-taxxi doganali għandhom jitneħħew jew jitnaqqsu fi ħdan il-limitu tal-kwoti tariffarji elenkati fil-kolonna “b” għal kull waħda minnhom.

It-taxxi doganali fir-rigward tal-kwantitajiet li jaqbżu l-kwoti għandhom jitnaqqsu bil-perċentwali elenkat fil-kolonna “c” għal kull waħda minnhom.

Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-volumi ta’ kwoti tariffarji għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, b’konsiderazzjoni tal-parti tal-perjodu li tkun għaddiet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim.

4. Għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 0703 20 00 u 0707 00 05, il-volum tal-kwota tariffarja elenkat fil-kolonna “b”, kull sena għandu jiżdied b’3 % tal-volum tas-sena ta’ qabel, l-ewwel żieda ssir sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim.

5. Għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 0810 10 00, 1006 20, 1006 30 u 1006 40, il-volum tal-kwota tariffarja elenkat fil-kolonna “b”, kull sena għandu jiżdied b’3 % tal-volum tas-sena ta’ qabel fuq perjodu ta’ ħames snin, l-ewwel żieda ssir sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim.

6. Għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1806 10 30, 1806 10 90, 1806 20 95, 2101 20 98 u 2106 90 59, il-volum tal-kwota tariffarja elenkat fil-kolonna “b”, kull sena għandu jiżdied b’5 % tal-volum tas-sena ta’ qabel fuq perjodu ta’ ħames snin, l-ewwel żieda ssir sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim.

7. Għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1704 90 99, 1901 90 99, 2101 12 98, 2106 90 98 u 3302 10 29, il-volum tal-kwota tariffarja elenkat fil-kolonna “b”, kull sena għandu jiżdied b’10 % tal-volum tas-sena ta’ qabel fuq perjodu ta’ ħames snin, l-ewwel żieda ssir sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim.

8. (a) Minkejja l-kundizzjonijiet skont il-punt 2, għall-prodotti li għalihom japplika prezz tad-dħul skont l-Artikolu 140a tar-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1234/2007[6], u li għalihom it-Tariffa Doganali Komuni tipprovdi għall-applikazzjoni tad-dazji doganali u dazju speċifiku tad-dwana ad valorem , it-tneħħija tapplika biss għall-parti ad valorem tad-dazju.

(b) Għal-larinġ ħelu, frisk, li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0805 10 20[7], fi ħdan il-limitu ta’ kwota tariffarja ta’ 36 300 tunnellata applikabbli għall-konċessjoni fuq id-dazji doganali ad valorem , il-prezz tad-dħul miftiehem bejn il-Komunità Ewropea u l-Eġittu, li minnu d-dazju speċifiku pprovdut fil-lista tal-Komunità tal-konċessjonijiet għad-WTO jitnaqqas għal żero, huwa EUR 264/tunnellata, għal kull perjodu mill- ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju.

Jekk il-prezz tad-dħul ta' konsenja jkun 2, 4, 6 jew 8 % inqas mill-prezz tad-dħul miftiehem, id-dazji doganali speċifiċi tal-kwota għandhom ikunu ndaqs għal 2, 4, 6 jew 8 % rispettivament ta' dan il-prezz tad-dħul miftiehem. Jekk il-prezz tad-dħul ta’ konsenja huwa inqas minn 92 % tal-prezz tad-dħul miftiehem, għandu japplika d-dazju speċifiku tad-dwana miftiehem fi ħdan id-WTO.

ANNESS GĦALL-PROTOKOLL 1 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Importazzjonijiet fil-Komunità Ewropea tal-prodotti li ġejjin li joriġinaw fl-Eġittu għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

Tabella 1

Il-prodotti kollha li mhumiex inklużi fit-tabella ta’ hawn taħt huma bla dazju. Trattament preferenzjali għal ftit mill-prodotti elenkati hawn taħt, huwa indikat fit-Tabella 2.

Il-kodiċi tan-NM (1) | Deskrizzjoni (2) |

0702 00 00 | Tadam, frisk jew imkessaħ |

0703 20 00 | Tewm, frisk jew imkessaħ |

0707 00 05 | Ħjar, frisk jew imkessaħ |

0709 90 70 | Zukkini (qarabali żgħir), friski jew imkessħin |

0709 90 80 | Qaqoċċ, frisk jew imkessaħ |

0806 10 10 | Għeneb tal-mejda, frisk |

0810 10 00 | Frawli, frisk |

1006 | Ross |

1604 13 | Sardin ippreparat jew ippreservat, sardinella u aringi żgħar jew spratt, sħaħ jew f’biċċiet, imma mhux mitħunin |

1604 14 | Tonn ippreparat jew ippreservat, tonn qabbieżi u bonito (Sarda spp.), sħiħ jew f’biċċiet, imma mhux mitħun |

1701 | Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrosju kimikament pur, fl-istat solidu |

1702 minbarra 1702 90 10 | Zokkor ieħor, inkluż lattożju, glukożju u fruttożju kimikament pur, f’forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx sustanzi ta’ togħma jew kulur miżjudin; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali u kemm jekk le; karamell |

1702 50 00 | Fruttożju kimikament pur f’forma solida |

eż | 1704 90 99 | Ħelu taz-zokkor ieħor, li ma jkunx fih kawkaw, imma fih: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju |

eż | 1806 10 30 | Trab tal-kawkaw miżjud biz-zokkor, li fih: 70 % jew iktar imma inqas minn 80 % tal-piż sukrożju |

1806 10 90 | Trab tal-kawkaw miżjud biz-zokkor , li fih: 80 % jew iktar tal-piż sukrożju |

eż | 1806 20 95 | Ċikkulata jew preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw, fi blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ li jiżnu iktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fi kwantità, f’reċipjenti jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut li jaqbeż iż-2 kg, li fih inqas minn 18 % butir tal-kawkaw fil-piż, li fih: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju |

eż | 1901 90 99 | Preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel tad-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, nuħħala, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % kawkaw fil-piż ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor, preparazzjonijiet tal-ikel tal-prodotti tal-intestaturi mill-0401 sal-0404, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 5 % kawkaw fil-piż ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra, li fihom: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju |

eż | 2101 12 98 | Preparazzjonijiet b'bażi ta' kafé, li fihom: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju |

eż | 2101 20 98 | Preparazzjonijiet b'bażi ta' té jew maté li fihom: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju |

eż | 2106 90 59 | Ġuleppijiet taz-zokkor oħrajn imħawrin jew ikkuluriti (minbarra l-ġuleppijiet tal-isoglukożju, tal-lattożju, tal-glukożju u tal-maltodestrin), li fihom: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju |

eż | 2106 90 98 | Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor, ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju |

eż | 3302 10 29 | Preparazzjonjiet oħrajn ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom is-sustanzi kollha li jagħtu t-togħma lil xorb partikolari, ta’ qawwa alkoħolika attwali b’volum li ma jaqbiżx 0.5 %, li fihom 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju |

(1) Il-kodiċijiet tan-NM jaqblu mar-Regolament (KE) Nru 1214/2007 (ĠU L 286, tal-31 ta’ Ottubru 2007).

(2) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, l-għażla tal-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tiġi kkunsidrata li ma għandha xejn iktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati l-kodiċijiet tan-NM "ex", l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

Tabella 2

Għal ftit mill-prodotti elenkati fit-Tabella 1 huwa pprovdut trattament preferenzjali f’forma ta’ kwoti tariffarji, dazji mnaqqsin lil hinn mill-kwota tariffarja u kalendarji kif elenkat hawn taħt:

Il-kodiċi tan-NM (1) | Deskrizzjoni (2) | a | b | c |

Tnaqqis tad-dazji doganali MFN % | Kwota tariffarja (piż nett f’tunnellati) | Tnaqqis fid-dazju doganali lil hinn mill-kwota tariffarja % |

0702 00 00 | Tadam, frisk jew imkessaħ, mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju | 100% | bla limitu | – |

0703 20 00 | Tewm, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju | 100% | 4 000 | 50% |

0707 00 05 | Ħjar, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta’ Novembru sal-15 ta’ Mejju | 100% | 3 000 | – |

0709 90 70 | Zukkini (qarabali żgħir), friski jew imkessħin, mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April | 100% | bla limitu | – |

0709 90 80 | Qaqoċċ, frisk jew imkessaħ, mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Marzu | 100% | bla limitu | – |

0806 10 10 | Għeneb tal-mejda, frisk, mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Lulju | 100% | bla limitu | – |

0810 10 00 | Frawli frisk, mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April | 100% | 10 000 | – |

1006 20 | Ross bla ħliefa (ismar) | 100% | 20 000 | – |

1006 30 | Ross nofsu mitħun jew mitħun kollu, kemm jekk illustrat jew igglejżjat u kemm jekk le | 100% | 70 000 | – |

1006 40 00 | Ross imkisser | 100% | 80 000 | – |

1702 50 00 | Fruttożju kimikament pur f’forma solida | 100% | 1 000 | 100 % fuq id-dazju ad valorem u 30% fuq l-EA[8] |

eż | 1704 90 99 | Ħelu taz-zokkor ieħor, li ma jkunx fih kawkaw, imma fih: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju | 100% | 1 000 | – |

eż | 1806 10 30 | Trab tal-kawkaw miżjud biz-zokkor, li fih: 70 % jew iktar imma inqas minn 80 % sukrożju (zokkor) | 100% | 500 | – |

1806 10 90 | Trab tal-kawkaw miżjud biz-zokkor, li fih: 80 % jew iktar tal-piż sukrożju (zokkor) | 100% | 500 | – |

eż | 1806 20 95 | Ċikkulata jew preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw, fi blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ li jiżnu iktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fi kwantità, f’reċipjenti jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut li jaqbeż iż-2 kg, li fih inqas minn 18 % tal-piż butir tal-kawkaw, li fih: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju | 100% | 500 | – |

eż | 1901 90 99 | Preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel tad-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, nuħħala, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % kawkaw fil-piż ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor, preparazzjonijiet tal-ikel tal-prodotti tal-intestaturi mill-0401 sal-0404, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 5 % kawkaw fil-piż ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor, li fihom: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju | 100% | 1 000 | – |

eż | 2101 12 98 | Preparazzjonijiet b'bażi ta' kafé, li fihom: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju | 100% | 1 000 | – |

eż | 2101 20 98 | Preparazzjonijiet b'bażi ta' té jew maté, li fihom: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju | 100% | 500 | – |

eż | 2106 90 59 | Ġuleppijiet taz-zokkor oħrajn imħawrin jew ikkuluriti (minbarra l-ġuleppijiet tal-isoglukożju, tal-lattożju, tal-glukożju u tal-maltodestrin), li fihom: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju | 100% | 500 | – |

eż | 2106 90 98 | Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor, ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom: 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju | 100% | 1 000 | – |

eż | 3302 1029 | Preparazzjonjiet oħrajn ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom is-sustanzi kollha li jagħtu t-togħma lil xorb partikolari, ta’ qawwa alkoħolika attwali b’volum li ma jaqbiżx 0.5 %, li fihom 70 % jew iktar tal-piż sukrożju/isoglukożju | 100% | 1 000 | – |

(1) Il-kodiċijiet tan-NM jaqblu mar-Regolament (KE) Nru 1214/2007 (ĠU L 286, tal-31 ta’ Ottubru 2007).

(2) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, l-għażla tal-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tiġi kkunsidrata li ma għandha xejn iktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fi ħdan l-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi tan-NM. Fejn huma indikati l-kodiċijiet tan-NM "ex", l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

PROTOKOLL 2 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Komunità Ewropea

8. Importazzjonijiet fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu tal-prodotti li ġejjin li joriġinaw fil-Komunità Ewropea għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

9. Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, għandhom jitneħħew it-taxxi doganali applikabbli fuq l-importazzjoni fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Komunità Ewropea, minbarra jekk ikun pprovdut mod ieħor fit-Tabella 1 fl-Anness għal dan il-Protokoll.

10. Għal dawk il-prodotti li joriġinaw fil-Komunità Ewropea elenkati fit-Tabella 2 fl-Anness għal dan il-Protokoll, it-taxxi doganali għandhom jitneħħew jew jitnaqqsu fi ħdan il-limitu tal-kwoti tariffarji elenkati fil-kolonna “b” għal kull waħda minnhom.

Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-volumi ta’ kwoti tariffarji għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, b’konsiderazzjoni tal-parti tal-perjodu li tkun għaddiet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim.

ANNESS GĦALL-PROTOKOLL 2 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Komunità Ewropea

Importazzjonijiet fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu tal-prodotti li ġejjin li joriġinaw fil-Komunità Ewropea għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

Tabella 1

Il-prodotti kollha li mhumiex inklużi fit-tabella ta’ hawn taħt huma bla dazju. Trattament preferenzjali għal ftit mill-prodotti elenkati hawn taħt, huwa indikat fit-Tabella 2.

Il-kodiċi tal-SA jew Eġizzjani (1) | Deskrizzjoni (2) |

0203 | Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

eż | 0206 | Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali bovini, majjali, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tal-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat: |

0206 30 | - tal-majjal, frisk jew imkessaħ |

0206 41 | - tal-fwied tal-majjal, iffriżat: |

0206 49 | - Oħrajn |

eż | 0207 | Laħam u ġewwieni li jittiekel, tat-tjur tal-intestatura 0105, frisk, imkessaħ jew iffriżat: |

- tat-tajr tal-ispeċi Gallus domesticus: |

0207 11 | - Mhux imqatta' f’biċċiet, frisk jew imkessaħ |

0207 12 | - Mhux imqatta' f’biċċiet, iffriżat |

0209 | Xaħam tal-ħanżir, mingħajr laħam dgħif, u xaħam tat-tjur, mhux mirdud jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat |

eż | 0210 | Laħam u laħam ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti tal-laħam u tal-ġewwieni li jittieklu: |

- Laħam tal-majjal: |

0210 11 | - Prieżet, spalel u qatgħat minnhom, bl-għadma fihom |

0210 12 | - Żquq (strixxjati) u qatgħat minnhom |

0210 19 | - Oħrajn |

eż | 0406 10 | Ġobon frisk (mhux misjur jew ikkurat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta (inqas minn 20 kg) |

1501 | Xaħam tal-ħnieżer (inkluż il-lardu) u xaħam tat-tjur, għajr dak tal-intestatura 0209 jew 1503 |

eż | 1602 | Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat, ġewwieni tal-laħam jew demm: |

1602 10 | - preparazzjonijiet omoġenizzati |

1602 20 | - tal-fwied ta' kwalunkwe annimal |

- tal-majjal: |

1602 41 | - Prieżet u qatgħat minnhom |

1602 42 | - Spalel u qatgħat minnhom |

1602 49 | - Oħrajn, inkluż taħlit |

- Oħrajn, inkluż preparazzjonijiet tad-demm ta' kwalunkwe annimal: |

1602 90 10 | - tal-majjal |

1704 | Ħelu taz-zokkor (inkluż ċikkulata bajda), li ma fihx kawkaw |

1806 | Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw |

1902 | Għaġin, kemm jekk imsajjar jew mimli (bil-laħam jew xi sustanzi oħra) u kemm jekk le jew ippreparat mod ieħor, bħall-ispagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lażanja, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, kemm jekk ippreparat u kemm jekk le |

1905 | Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw u kemm jekk le; ostji tat-tqarbin, kapsuli vojta tat-tip adattat għall-użu farmaċewtiku, ostji għas-siġilli, karta tar-ross u prodotti simili |

2004 | Ħxejjex oħrajn ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tal-intestatura 2006. |

eż | 2106 | Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor: |

2106 90 20 | - Preparazzjonijiet alkoħoliċi komposti, għajr dawk ibbażati fuq sustanzi li jfuħu, tat-tip użat għall-manifattura tax-xorb |

2203 | Birra magħmula mix-xgħir |

2204 | Inbid ta' għeneb frisk, inkluż inbejjed imsaħħin; l-għenba għandha tkun għajr dik tal-intestatura 2009 |

2205 | Vermut jew inbid ieħor magħmul mill-għeneb frisk bit-togħma ta’ pjanti jew sustanzi aromatiċi |

2206 | Xorb ieħor iffermentat (pereżempju, sajder, perry, mead); taħlitiet ta' xorb iffermentat u taħlitiet ta' xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor |

2207 | Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika b’volum ta’ 80 % vol jew ogħla; alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ kwalunkwe saħħa |

2208 | Alkoħol etiliku mhux żnaturat ta’ qawwa alkoħolika b’volum ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor ta’ spirti |

2401 | Tabakk mhux immanifatturat; skart tat-tabakk |

2402 | Sigarri, cheroots, sigarri żgħar u sigaretti, mit-tabakk jew mis-sostituti tat-tabakk |

2403 | Tabakk ieħor immanifatturat u sostituti ta' tabakk immanifatturat; tabakk “omoġenizzat” jew “rikostitwit”; estratti u essenzi tat-tabakk |

eż | 3302 | Taħlitiet ta' sustanzi li għandhom ir-riħa u taħlitiet (inkluż soluzzjonijiet alkoħoliċi) b'bażi ta' waħda jew iktar minn dawn is-sustanzi, tat-tip użat bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq sustanzi li fihom ir-riħa, tat-tip użat għall-manifattura tax-xorb: tat-tip użat fl-industriji tal-ikel u tax-xorb: |

3302 10 10 | Preparazzjonijiet ta’ alkoħol kompost ta’ tip użat għall-manifattura tax-xorb |

(1) Il-kodiċijiet Eġizzjani jaqblu mat-Tariffa Doganali Eġizzjana, ippubblikata fil-5 ta’ Frar 2007

(2) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HS) jew in-nomenklatura tariffarja Eġizzjana, l-għażla tal-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tiġi kkunsidrata li ma għandha xejn iktar minn valur indikattiv.

Tabella 2

Għal ftit mill-prodotti elenkati fit-Tabella 1 huwa pprovdut trattament preferenzjali f’forma ta’ kwoti tariffarji u dazji mnaqqsin kif elenkat hawn taħt:

Il-kodiċi tal–SA jew Eġizzjani (1) | Deskrizzjoni (2) | a | b |

Tnaqqis tad-dazji doganali MFN % | Kwota tariffarja (piż nett f’tunnellati) |

eż | 0207 0207 11 0207 12 | Laħam u ġewwieni li jittiekel, tat-tjur tal-intestatura 0105, frisk, imkessaħ jew iffriżat: - tat-tajr tal-ispeċi Gallus domesticus: - Mhux imqatta' f’biċċiet, frisk jew imkessaħ - Mhux imqatta' f’biċċiet, iffriżat | 35% | 5 000 |

eż | 0406 10 | Ġobon frisk (mhux misjur jew ikkurat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta (inqas minn 20 kg) | 50% | 1 000 |

1704 | Ħelu taz-zokkor (inkluż ċikkulata bajda), li ma fihx kawkaw | 50% | bla limitu |

1806 | Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw | 50% | bla limitu |

1902 | Għaġin, kemm jekk imsajjar jew mimli (bil-laħam jew b'sustanzi oħra) u kemm jekk le jew ippreparat b'mod ieħor bħall-ispagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lażanja, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, kemm jekk ippreparat u kemm jekk le | 50% | bla limitu |

1905 | Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw u kemm jekk le; ostji tat-tqarbin, kapsuli vojta tat-tip adattat għall-użu farmaċewtiku, ostji għas-siġilli, karta tar-ross u prodotti simili | 50% | bla limitu |

2004 | Ħxejjex oħrajn ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tal-intestatura 2006 | 50% | bla limitu |

eż | 3302 3302 10 10 | Taħlitiet ta' sustanzi li għandhom ir-riħa u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b'bażi ta' waħda jew iktar minn dawn is-sustanzi, tat-tip użat bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq sustanzi li fihom ir-riħa, tat-tip użat għall-manifattura tax-xorb: tat-tip użat fl-industriji tal-ikel u tax-xorb: - preparazzjonijiet ta’ alkoħol kompost ta’ tip użat għall-manifattura tax-xorb | 35% | bla limitu |

(1) Il-kodiċijiet Eġizzjani jaqblu mat-Tariffa Doganali Eġizzjana, ippubblikata fil-5 ta’ Frar 2007.

(2) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HS) jew in-nomenklatura tariffarja Eġizzjana, l-għażla tal-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tiġi kkunsidrata li ma għandha xejn iktar minn valur indikattiv.

ANNESS GĦALL-FTEHIM TAL-ASSOĊJAZZJONIID-DIKJARAZZJONI KOMUNI DWAR L-OSTAKOLI SANITARJI U FITOSANITARJI JEW TEKNIĊI GĦALL-KWISTJONIJIET KUMMERĊJALI

Il-Partijiet għandhom isolvu kwalunkwe problemi, b'mod partikolari l-ostakoli sanitarji, fitosanitarji jew tekniċi għall-kummerċ, li jxekklu l-implimentazzjoni ta’ dan il-fehim, permezz ta’ arranġamenti amministrattivi eżistenti. Ir-riżultati għandhom imbagħad ikunu rrappurtati lis-Sottokumitat għall-agrikoltura u s-sajd, kif ukoll is-Sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ, is-servizzi u l-investiment u għall-Kumitat tal-Assoċjazzjoni. Il-Partijiet se jimpenjaw ruħhom biex jeżaminaw u jsolvu dawn it-tipi ta’ każijiet bl-iqsar dewmien possibbli b’mod amikevoli, konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli rispettiva.

B. Ittra mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Sinjur(a),

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data ta’ llum, li tgħid dan li ġej:

“Sinjur(a),

Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati li saru skont il-Pjan Direzzjonali Ewro-Mediterranju għall-agrikoltura (il-Pjan tar-Rabat) adottat mill-Ministri Ewro-Mediterranji tal-Affarijiet Barranin fit-28 ta’ Novembru 2005 għall-aċċellerazzjoni tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd u skont l-Artikoli 13 u 15 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim tal-Assoċjazzjoni”), fis-seħħ mill-1 ta’ Ġunju 2004, liema dispożizzjonijiet kummerċjali u dawk relatati mal-kummerċ daħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2004, li jiddikjara li l-Komunità u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu għandhom jimplimentaw gradwalment iktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ tagħhom fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd.

Fil-konklużjoni tan-negozjati, iż-żewġ Partjiet ftiehmu fuq li ġej:

11. It-Titolu tal-Kapitolu 2 huwa sostitwit bi “Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd”.

12. Il-Paragrafu 1 tal-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

“1. Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Eġittu elenkati fil-Protokoll 1 dwar l-importazzjoni fil-Komunità, għandhom ikunu soġġetti għall-arranġamenti stabbilti f’dak il-Protokoll.”

13. Il-Paragrafu 2 tal-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

“2. Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Komunità elenkati fil-Protokoll 2 dwar l-importazzjoni fl-Eġittu, għandhom ikunu soġġetti għall-arranġamenti stabbiliti f’dak il-Protokoll.”

14. Il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 14 jitħassar mill-Ftehim tal-Assoċjazzjoni.

15. Il-paragrafu 3 li ġej se jiddaħħal fl-Artikolu 15 tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni:

"3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiltaqgħu sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim biex jikkunsidraw il-possibiltà li jagħtu lil xulxin iktar konċessjonijiet ta’ kummerċ fi prodotti agrikoli, prodotti agrikolu pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd skont l-Artikolu 13 ta’ dan il-Ftehim. Minn hemm 'il quddiem din il-laqgħa għandha tibda ssir b’mod regolari kull sentejn.”

16. Il-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni u l-Annessi tagħhom huma sostitwiti bil-Protokolli 1 u 2 u l-Annessi tagħhom mehmużin ma' dan l-iskambju ta' ittri.

17. Il-Protokoll 3 tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni jitħassar.

18. Dikjarazzjoni Komuni dwar l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji jew tekniċi għall-kwistjonijiet kummerċjali, elenkati fl-Anness għal dan l-iskambju ta’ ittri, hija miżjuda ma’ dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni.”

Ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu għandha l-unur illi tikkonferma l-ftehim tagħha mal-kontenut ta' din l-ittra.

Sinjur(a), jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Magħmul fil-Kajr / fi Brussell,

Għar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

RAPPORT FINANZJARJU |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT Kapitolu 10 – Dazji agrikoli | APPROPRJAZZJONIJIET: PDB2009: €1 403.5 miljun |

2. | TITOLU: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli u l-prodotti agrikoli pproċessati u l-ħut u l-prodotti tas-sajd u s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u tal-Anness għall-Protokoll 1 u l-Anness għall-Protokoll 2 u t-tibdiliet għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra. |

3. | BAŻI ĠURIDIKA: It-Trattat tal-KE u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 300 |

4. | MIRI: Li jiġu adottati s-sostituzzjoni ta’ diversi Protokolli u Annessi għall-Protokolli, it-tħassir tal-Protokoll 3 u tal-Artikolu 14(3), it-tibdil tat-titolu ta’ Kapitolu 2, l-emenda tal-Artikolu 14(1) u (2), id-dħul tal-paragrafu 3 fl-Artikolu 15 u li tiżdied Dikjarazzjoni Komuni dwar l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji jew tekniċi għall-kwistjonijiet kummerċjali. |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (EUR miljun) | IS-SENA FINANZJARJA ATTWALI 2008 (EUR miljun) | IS-SENA FINANZJARJA LI JMISS 2009 (EUR miljun) |

5.0 | NEFQA – IMĦALLSA MILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) – AWTORITAJIET NAZZJONALI – OĦRAJN | – | – | – |

5.1 | DĦUL – RIŻORSI TAL-KE STESS (ĠBIR TAT-TAXXI/DAZJI DOGANALI) – NAZZJONALI | – | – | –4.5 |

2010 | 2011 | 2012 |

5.0.1 | NEFQA STMATA |

5.1.1 | DĦUL STMAT | – | – | – |

5.2 | METODU TA' KALKOLU: – |

6.0 | IL-PROĠETT JISTA' JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE |

6.1 | IL-PROĠETT JISTA' JIĠI FFINANZJAT MIT-TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT PREŻENTI? | IVA LE |

6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA' BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE |

6.3 | SE JKUN HEMM BŻONN LI L-APPROPRJAZZJONIJIET JIDĦLU FIL-BAĠITS FUTURI? | IVA LE |

OSSERVAZZJONIJIET: Il-proposta tittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd. F’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi tagħhom stess, huwa stmat li din il-proposta tista’ tirriżulta fi tnaqqis ta’ dawn ir-riżorsi b’madwar €4.5 miljun (ammont nett wara t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ġbir). |

[1] ĠU L 304, 30.09.2004, p. 39.

[2] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[3] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[4] ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

[5] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

[6] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[7] Il-kodiċi tan-NM li jaqblu mar-Regolament (KE) Nru 1214/2007 (ĠU L 286 tal-31.10.2007, p. 1).

[8] EA: komponent agrikolu kif imsemmi fir-Regolament (KEE) Nru 3448/93, kif emendat.

Top