Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 52009DP0001

    Is-saħħa numerika tal-kumitati Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Lulju 2009 dwar is-saħħa numerika tal-kumitati

    ĠU C 224E, 19.8.2010, s. 34—35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 224/34


    L-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2009
    Is-saħħa numerika tal-kumitati

    P7_TA(2009)0001

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Lulju 2009 dwar is-saħħa numerika tal-kumitati

    2010/C 224 E/10

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar i l-poteri u r-reponsabbilitajiet tal-kumitati permanenti (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Iddeċieda li s-saħħa numerika tal-kumitati għandha tkun kif ġej:

    I.

    Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 76 membru

    II.

    Kumitat għall-Iżvilupp 30 membru

    III.

    Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 29 membru

    IV.

    Kumitat għall-Baġits 44 membru

    V.

    Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit 29 membru

    VI.

    Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 48 membru

    VII.

    Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 50 membru

    VIII.

    Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 64 membru

    IX.

    Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 55 membru

    X.

    Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur 39 membru

    XI.

    Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 45 membru

    XII.

    Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 49 membru

    XIII.

    Kumitat għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali: 45 membru

    XIV.

    Kumitat għas-Sajd: 24 membru

    XV.

    Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 32 membru

    XVI.

    Kumitati għall-Affarijiet Legali: 25 membru

    XVII.

    Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 55 membru

    XVIII.

    Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 25 membru

    XIX.

    Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 35 membru

    XX.

    Kumitat għall-Petizzjonijiet: 35 membru

    Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: 30 membru

    Sottokumitat dwar is-Sigurtà u d-Difiża: 30 membru;

    2.

    Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta' Lulju 2009 dwar il-kompożizzjoni tal-Bureaux tal-Kumitati, li l-Bureaux tal-Kumitati jistgħu jikkonsistu minn sa erba' viċi-presidenti;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, biex ikunu infurmati.


    (1)  Testi Adottati, P6_TA(2009)0348.


    Alkuun