This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DC0615
Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions - Mobilising private and public investment for recovery and long term structural change: developing Public Private Partnerships
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Il-mobilizzazzjoni tal-investiment privat u pubbliku għall-irkupru u tibdil strutturali fit-tul: l-iżvilupp tal-Partenarjati Pubbliċi Privati
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Il-mobilizzazzjoni tal-investiment privat u pubbliku għall-irkupru u tibdil strutturali fit-tul: l-iżvilupp tal-Partenarjati Pubbliċi Privati
/* KUMM/2009/0615 finali */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Il-mobilizzazzjoni tal-investiment privat u pubbliku għall-irkupru u tibdil strutturali fit-tul: l-iżvilupp tal-Partenarjati Pubbliċi Privati /* KUMM/2009/0615 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 19.11.2009 KUMM(2009) 615 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-mobilizzazzjoni tal-investiment privat u pubbliku għall-irkupru u tibdil strutturali fit-tul: l-iżvilupp tal-Partenarjati Pubbliċi Privati KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-mobilizzazzjoni tal-investiment privat u pubbliku għall-irkupru u tibdil strutturali fit-tul: l-iżvilupp ta' Partenarjati Pubbliċi Privati 1. Introduzzjoni Sabiex jindirizzaw il-kriżi finanzjarja u ekonomika, l-UE u l-Istati Membri tagħha qed jimplimentaw pjani ambizzjużi ta’ rkupru bil-għan li jistabbilizzaw is-settur finanzjarju u jillimitaw l-impatti tar-reċessjoni fuq iċ-ċittadini u l-ekonomija reali. L-investiment fi proġetti ta’ infrastruttura[1] huwa mezz importanti biex l-attività ekonomika tibqa’ għaddejja matul il-kriżi u jagħti sostenn biex dlonk ikun hemm ritorn għal tkabbir ekonomiku sostenut. Il-Partenarjati Pubbliċi Privati (PPP) jistgħu jipprovdu metodi effettivi jwettqu proġetti ta’ infrastruttura, jipprovdu servizzi pubbliċi u jirrinovaw f’sens usa’ fil-kuntest ta’ dawn l-isforzi ta’ rkupru. Fl-istess ħin, il-PPP huma mezzi interessanti għal żvilupp strutturali fit-tul ta’ infrastrutturi u servizzi, u jġibu flimkien vantaġġi distinti tas-settur privat u tas-settur pubbliku, rispettivament. Il-PPP huma forom ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoriajiet pubbliċi u s-settur privat[2] bil-għan li jimmodernizzaw il-ħolqien ta’ infrastruttura u servizzi pubbliċi strateġiċi. F’ċerti każi, il-PPP jinvolvu l-iffinanzjar, it-tfassil, il-kostruzzjoni, it-tiġdid, il-ġestjoni jew il-manutenzjoni ta’ assi infrastrutturali; f’każi oħra, jinkorporaw il-forniment ta’ servizz li tradizzjonalment jingħata minn istituzzjonijiet pubbliċi. Filwaqt li l-PPP għandhom primarjament jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi permezz ta’ qsim tar-riskju u l-użu tal-kompetenzi tas-settur privat, jistgħu wkoll inaqqsu l-pressjoni immedjata minn fuq il-finanzi pubbliċi billi jipprovdu għajn addizzjonali ta’ kapital. Min-naħa l-oħra, il-parteċipazzjoni tas-settur pubbliku fi proġett tista’ toffri salvagwardji importanti għal investituri privati, partikolarment l-istabbiltà ta’ likwidità fit-tul minn finanzi pubbliċi, u tista’ tinkorpora benefiċċji soċjali u ambjentali importanti fil-proġett. Fil-livell tal-UE, il-PPP[3] jistgħu joffru ingranaġġ miżjud fi proġetti ewlenin biex jitwasslu għanijiet ta’ politika komuni bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jitmexxew ’il quddiem sorsi ta’ enerġija alternattivi kif ukoll effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi; jingħata sostenn lil trasport sostenibbli; ikun żgurat livell għoli u bi prezz li jintlaħaq ta’ kura tas-saħħa; u jitwasslu proġetti ta’ riċerka importanti bħall-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti, li huma mfassla biex jistabbilixxu s-supremazija tal-Ewropa fil-qasam ta’ teknoloġiji strateġiċi. Jistgħu wkoll itejbu l-kapaċità ta’ innovazzjoni Ewropea u jixprunaw il-kompetittività tal-industrija Ewropea f’setturi bi tkabbir sinifikanti u potenzjal ta’ impjiegi. It-twaħħid ta’ kapaċitajiet u flejjes pubbliċi u privati jista’ għalhekk jgħin il-proċess ta’ rkupru u l-iżvilupp tas-swieq li fil-futur ikunu se jiffurmaw il-bażi tal-prosperità ekonomika Ewropea. Madanakollu, fil-mument meta l-użu iktar sistematiku tal-PPP kellu jġib benefiċċji konsiderevoli, il-kriżi għamlet il-kundizzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti iktar diffiċli. Minkejja li issa hemm xi evidenza ta’ rkupru, il-volum u l-valur tal-proġetti li qed jimmaturaw bħalissa huma ħafna iktar inqas mil-livell ta’ qabel il-kriżi[4]. Huwa għalhekk iktar urġenti u importanti li jinstabu toroq ġodda biex isostnu l-iżvilupp tal-PPP. 2. Il-każ għal Partenarjati Pubbliċi Privati [5]: GħALIEX U META JISTGħU JKUNU EFFETTIVI? Fl-UE, il-PPP żviluppaw fis-settur tat-trasport (toroq, ferroviji)[6], fil-qasam tal-binjiet pubbliċi u l-apparat (skejjel, sptarijiet, ħabsijiet)[7] u l-ambjent (trattament tal-ilma/l-iskart, ġestjoni tal-iskart)[8]. L-esperjenza dvarja ħafna bejn is-setturi u minn pajjiż għal ieħor. Ħafna Stati Membri għandhom biss esperjenza limitata tal-PPP jew xejn. Kollox ma’ kollox il-ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi jew tal-kostruzzjoni u l-operazzjoni tal-infrastruttura pubblika f’livell globali tal-UE, it- tixrid tal-PPP għadu limitat ħafna u jirappreżentaw parti żgħira mill-investiment pubbliku totali [9]. Għal dak li jirrigwarda n-netwerks tal-enerġija jew tat-telekomunikazzjoni, diġà hemm forniment ta’ servizz sinifkanti fis-settur pubbliku, iżda jista’ jkun hemm skop għall-iżvilupp ta’ iktar PPP, pereżempju fl-iżvilupp ta’ infrastruttura meħtieġa fl-enerġija fejn l-interessi kummerċjali ma jipprovdux biżżejjed inċentivi[10] jew fil-PPP għall-broadband – kemm bil-fil kif ukoll mingħajru – sabiex jegħlbu l-firda diġitali u jippromwovu transitu mgħaġġel għal servizzi broadband tal-internet b’veloċità għolja. Issa teżisti biżżejjed evidenza li l-PPP jistgħu: - Itejbu t-twassil tal-proġetti. Il-PPP għandhom rekord ta’ twassil fil-ħin[11] u fil-limiti tal-baġit[12]. Proġetti tal-PPP fin-netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T) jagħtu xhieda li l-istrutturi ta’ partenarjat jistgħu jiġu applikati b’suċċess fi proħetti varji f’kull xorta ta’ trasport. Eżempji jinkludu l-konċessjoni ferrovjarja għal 50 sena Perpignan – Figueras inkluża mina transkonfinali, il-ħolqa ferrovjarja fissa ta’ Oresund bejn l-Iżvezja u d-Danimarka, u linja ferrovjarja b’veloċità għolja fl-Olanda. Bħalissa jinsabu ppjanati diversi proġetti transkonfinali ta' PPP it-TEN-T. Dawn jinkludu pont ferrovija/triq bejn id-Danimarka u l-Ġermanja, il-Kanal Seine-Nord, u proġett ta’ sistema ta’ kanali transkonfinali interni fi Franza u l-Belġju. - Valur aħjar għall-ispejjeż mill-infrastruttura , billi jisfruttaw l-effiċjenza[13] u l-potenzjal innovattiv ta’ settur privat kompetittiv jew fl-infiq, jew biex jintlaħaq proporzjon aħjar bejn spiża u kwalità. - Jifirxu l-ispiża tal-finanzjament tal-infrastruttura fuq il-ħajja kollha tal-assi , għalhekk inaqqsu l-pressjoni immedjata fuq il-baġits fis-settur pubbliku u jippermettu li t-tlestija tal-proġetti ta’ infrastruttura – jew il-benefiċċji li jwasslu – jinġiebu ’l quddiem b’għadd ta’ snin. - Itejbu l-qsim tar-riskju [14] bejn il-partijiet pubbliċi u privati. Sakemm ikun imqassam kif suppost, ir-riskju iktar effiċjenti tal-ġestjoni jnaqqas l-ispejjeż globali tal-proġetti. - Iżidu s-sostenibbiltà, l-inovazzjoni, ir-riċerka u l-isforzi ta’ iżvilupp biex jitwasslu l-innovazzjonijiet meħtieġa għal soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi soċjo-ekonomiċi tas-soċjetà: dan huwa marbut mal-mekkaniżmu bażiku li huwa l-pedament ta’ PPP: - Huwa proċess kompetittiv; titmexxa ’l quddiem l-innovazzjoni (f’termini ta’ hardware jew sistemi) li tipprovdi vantaġġ kompetittiv. - Hija bbażata fuq impenji mill-parti privata li twassal prestazzjoni li tista’ tingħaqad ma’ kriterji tekniċi kif ukoll ambjentali u soċjali. - Jagħtu lis-settur privat rwol ċentrali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ stratteġiji fit-tul għal programmi industrijali, kummerċjali u ta’ infrastruttura importanti. - Iwessgħu is-sehem fis-suq ta’ impriżi tal-EU fil-qasam tal-appalti pubbliċi fi swieq ta’ pajjiżi terzi. Permezz tal-premju Ibni, Ħaddem u Ttrasferixxi (Build, Operate and Transfer – BOT) konċessjonijiet ta’ xogħol u servizz kif ukoll it-twaqqif ta’ soluzzjonijiet għal meżżi ta’ trasport speċjali, xogħolijiet pubbliċi Ewropej u kumpaniji li jipprovdu servizzi jiksbu kuntratti importanti f’pajjiżi li huma sħab kummerċjali importanti rigward pereżempju l-kostruzzjoni u l-ġestjoni ta’ ajruporti, arterji ta’ trasport ewlenin u l-forniment u t-trattament tal-ilma. Barra minn hekk, il-PPP joffru l-kapaċità li jinkiseb kapital minn fondi privati u jitwaħħad ma’ riżorsi pubbliċi. Dawn il-benefiċċji għandhom importanza partikolari fil-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-lum minħabba li Stati Membri qed ifittxu li jaċċelleraw l-investimenti bi tweġiba għall-kriżi, filwaqt li huwa konxji ħafna mill-ħtieġa li tinżamm dixxiplina finanzjarja. 3. Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġetti tal-PPP Il-kriżi qed iġġedded il-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi f’diversi Stati Membri, u fl-istess ħin tagħmilha iktar diffiċli li jiġi assigurat investiment privat fit-tul fi proġetti li jinvolvu kapital qawwi. L-iffinanzjar tal-UE permezz tal-Fondi Strutturali, il-Bank ta' Investiment Ewropew jew l-istrumenti TEN-T jistgħu jgħinu biex jiġu mmobilizzati soluzzjonijiet ta’ PPP għal investiment essenzjali fi proġetti anke fi żmien ta’ tnaqqis fid-disponibilità ta’ riżorsi nazzjonali pubbliċi jew privati. L-UE tinfluwenza wkoll l-ambjent li fih joperaw il-PPP premezz tal-qafas regolatorju tagħha. 3.1. Regoli tal-Komunità Diversi ġabriet ta’ regoli tal-Komunità għandhom impatt dirett jew indirett fuq il-PPP. Fil-mixja ’l quddiem huwa importanti li jkun assigurat li r-regoli applikabbli jkun xierqa u ta’ sostenn filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji tas-Suq Intern.. Fil-passat, kien hemm tħassib li l-gvernijiet tal-Istati Membri setgħu jagħmlu użu mill-PPP bħala mezz biex jaħbu l-ispiżi u obbligazzjonijiet ġodda fuq il-karti tal-bilanċ pubbliċi, u b'hekk iżidu l-ispejjeż għall-futur, b'kontradizzjoni mar-regoli tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir. Jista’ jkun hemm tħassib simili fil-kuntest preżenti ta’ dejn pubbliku li qed jinħoloq minħabba l-kriżi. L-Eurostat żviluppa regoli swar il- kontijiet statistiċi tal-PPP [15], li b’mod ċar jiddeterminaw f’liema każi assi tal-PPP għandu(hom) jkun/u mniżżla fil-karta tal-bilanċ tal-gvern. Dawn ir-regoli huma bbażati fuq id-distribuzzjoni tar-riskji ewlenin tal-proġett bejn il-gvern u l-operatur ta' PPP. Fejn ir-riskju finanzjarju tal-proġett jistrieħ l-aktar fuq il-gvern, l-assi tal-PPP jitniżżel fuq il-karta tal-bilanċ tal-gvern. Meta wieħed iqis il-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi minħabba l-kriżi ekonomika li tinsab għaddejja, ritorn mingġajr intoppi għal dixxiplina baġitarja tkun teħtieġ li l-Istati Membri jkunu konxji tal-impatt ta’ proġetti individwali fuq il-karti tal-bilanċ tagħhom u tal-konsegwenzi relatati (it-trattament tad-dejn u d-defiċit). Il-PPP huma strutturati madwar kuntratt pubbliku jew bħala konċessjonijiet ta’ xogħol jew servizz. Meta jkunu involuti kuntratti pubbliċi jew konċessjonijiet ta’ xogħol, dawn ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-direttivi dwar l-appalti pubbliċi jekk il-valur tagħhom jaqbeż il-limiti minimi tal-Komunità[16]. Wara li fl-2004 saru modifiki estensivi, il-liġi tal-UE dwar l-appalti pubbliċi[17] issa tipprovdi għal firxa ta’ proċeduri li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw meta jkunu qed jagħtu l-kuntratti. B’mod partikiolari, sabiex jinbeda djalogu ma’ dawk li jagħmlu l-offerti f’każi partikolarment kumplessi, ir-regoli tal-UE issa jippermettu l-għażla ta’ djalogu kompetittiv. It-tħaddim tieħu jista’ jkun adattat fil-każ ta’ PPP fejn l-awtorità kontraenti mhux dejjem tkun tista’ tiddetermina l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-prezz adattat minn qabel. Il-konċessjonijiet ta’ servizz mhux dejjen jaqgħu fl-ambitu tal-iskop tad-direttivi dwar l-appalti pubbliċi, iżda l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kkonfermat li l-prinċipji tat-Trattat tal-KE (bħat-trasparenza u t-trattament indaqs) japplikaw ukoll għall-konċessjonijiet ta’ servizz[18]. Tinsab għaddejja riflessjoni dwar il-ħtieġa li titjieb it-trasparenza, it-trattament indaqs bejn l-operaturi kollha, u, għaldaqstant, iċ-ċertezza legali fil-proċeduri tal-għoti tal-knċessjonijiet ta’ servizz. Il-Kummissjoni qed tħejji valutazzjoni tal-impatt biex tivvaluta liema inizjattivi futuri huma meħtieġa biex jiġi assigurat qafas ċar u prevedibbli f’dan il-qasam. Fl-aħħarnett, wieħed għandu jiftakar li l-PPP, sakemm ikunu qed iwettqu attività ekonomika, huma suġġetti għar-regoli tal-kompetizzjoni u, partikolarment, tr-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. 3.2. PPP fil-livell tal-UE: il-każ ta’ Inizjattivi Konġunti dwar it-Teknoloġija Is-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka introduċa tip ġdid ta’ partenarjat pubbliku-privat Ewropew fil-livell ta’ programm: l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (ITK) ibbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE[19]. Dan l-istrument ġdid inħoloq biex imexxi ’l quddiem ir-riċerka Ewropea fl-oqsma fejn l-objettivi segwiti huma ta' skala u natura tali li l-istrumenti tradizzjonali mhumiex suffiċjenti. L-ewwel ITK twaqqfu f’ħames oqsma: mediċini innovattivi, l-aeronawtika, ċelel ta’ materjal kombustibbli u l-idroġenu (fuel cells and hydrogen), n-nanoelettronika u sistemi dedikati ta’ kompjuters (embedded computing systems). L-ITK għandhom baġits totali li jvarjaw minn EUR 1 biljun sa EUR 3 biljuni għall-perjodu sal-2017. Fit-tliet ITK (Inizjattiva dwar Mediċini innovattivi, Clean Sky, u Fuel Cells and Hydrogen), ir-riżorsi pubbliċi huma esklussivament iffurmati minn fondi tal-Komunità, ipprovduti mill-baġit tal-ITK; fiż-żewġ ITK l-oħra (ARTEMIS u ENIAC), huma mwaħħdin ma’ fondi tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw jew il-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka , ipprovduti permezz tal-aġenziji nazzjonali għall-finanzjament. Il-kontribut tas-sħab privati huwa kompost minn kontributi ‘fi prodotti’ għall-proġetti ffinanzjati mill-ITK li fihom jippartċipaw is-sħab privati. Kemm is-sħab pubbliċi kif ukoll dawk privati jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-operat (spejjeż amminsitrattivi) tal-ITK. Dawn il-partenarjati jagħmluha possibbli: - Li jiġu żviluppati soluzzjonijiet kummerċjalment vjabbli billi jagħtu sostenn lil attivitajiet ta’ riċerka fuq skala multinazzjonali wiesgħa f’oqsma ta’ interess importanti għall-kompetittività industrijali Ewropea. - Li jiġu integrati u internalizzati objettivi ta’ rilevanza għolja għas-soċjetà, bħall-promozzjoni ta’ sorsi alternattivi ta’ enerġija u l-użu iktar effiċjenti[20] ta’ enerġija u riżorsi, l-appoġġ ta’ trasport iktar sostenibbli, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-assigurazzjoni ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja u bi prezz li jintlaħaq. - Li jitħalltu u jinġabru finanzjament u kompetenza (privati, Ewropej u nazzjonali) u li titnaqqas il-frammentazzjoni maħluqa minn proġetti multipli nazzjonali li jsegwu objettivi simili jew irduppjati. - Li jiħakmu l-kompetenzi u l-innovazzjoni tas-settur privat fi ħdan arranġamenti xierqa ta’ qsim ta’ riskju. L-esperjenza tal-ħames ITK eżistenti hekk kif isiru awtonomi u totalment operattivi għandha ddawwal l-approċċ għal kif jinħolqu iktar PPP ta’ riċerka. 3.3. Fondi Strutturali Proġetti ta' PPP jistgħu jkunu parzjalment iffinanzjati mir-riżorsi tal-Fondi Strutturali. Madanakollu, huma ftit l-Istati Membri s’issa li sistematikament ifasslu programmi li jwasslu fondi tal-Komunità għand l-istrutturi tal-PPP[21]. Il-kumplessità inerenti biex jingħaqdu gruppi differenti ta’ regoli u prassi u orarji tal-UE u nazzjonali fi pro[ett wie]ed jistgħu jservu ta’ diżinċentiv. Madanakollu, f’ħafna każi PPP jista’ joffri wieħed mill-aħjar approċċi biex jitwettqu l-proġetti. It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-Istati Membri u l-forniment ta’ gwida prattika dwar it-twaħħid ta’ ffinanzjar tal-Komunità mal-PPP huma miżuri importanti biex iwessgħu l-firxa ta’ għażliet disponibbli għall-amminsitrazzjonijiet nazzjonali meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjament futur ta’ proġetti maġġuri. Il-Pont Harilaos Trakoupis: Dan il-pont fuq l-istett ta’ Korintu, l-itwal pont miżmum bil-kejbils fid-dinja, jgħaqqad il-gżejjer Peloponesi mat-territorju prinċipali tal-Greċja Fl-1996, l-istat Grieg ta konċessjoni ta’ 42 sena lill-konsorzju Franko-Elleniku Gefyra S.A għall-kunċett, il-kostruzzjoni, l-użu u l-manutensjoni tal-pont Harilos Trikoupis. L-UE għaddiet sostenn finanzjarju sinifikanti, fil-forma ta’ għotja ERDF u self mill-EIB, għall-bini ta’ dan il-proġett. | Il-Fondi Strutturali għall-perjodu 2007-2013 joffru opportunitajiet importanti lill-Istati Membri biex jimplimentaw programmi operattivi permezz ta’ PPP organizzati mal-BEI, banek, fondi ta’ investiment u s-settur privat inġenerali. Inizjattivi li jimmiraw biex iwaħħdu l-Fondi Strutturali ma’ proġetti ta' PPP jistgħu jirrikorru għal: - JASPERS[22], faċilità għall-iżvilupp ta’ proġetti mnedija flimkien mal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERI), li intiż biex jipprovdi assistenza kif meħtieġa f'kull stadju ta' ċiklu ta' proġett PPP/infrastruttura - L-inizjattiva JESSICA[23] għal investiment urban sostenibbli għal PPP/proġetti urbani inklużi fi pjan ta’ żvilupp urban integrat - il-kuntest tal-inizjattiva JEREMIE[24] b’sostenn għall-ħolqien ta’ negozju ġdid u t-titjib tal-aċċess għall-finanzi mill-impriżi 3.4. Bank Ewropew tal-Investiment (BEI ) Il-BEI, l-istituzzjoni ta-UE għal self fit-tul, attivament fittex li jagħti sotenn lil skemi ta' PPP effiċjenti tul l-Ewropa, u b’mod partikolari fl-infrastruttura tat-trasport. Il-Bank qiegħed kważi EUR 30 biljun f’self għall-PPP mill-aħħar tas-snin 80. Il-BEI huwa wkoll il-finanzjatur ewlieni tan-netwerks TEN-T. Huwa mistenni li jikkontribwixxi 14% tat-total tal-invetiment għat-TENT-T bejn l-2007 u l-2013. Il-grupp tal-BEI huwa fuq quddiem tal-isforzi tal-UE biex jiffinanzja l-innovazzjoni u l-impriżi. Bl-użu li jagħmel mill-BEI u d-driegħ finanzjarju tiegħu tal-SMEs, il-Fond Ewropew għall-Investimenti (FEI) jipprovdi lill-UE b’għodda effiċjenti biex tiżviluppa PPP ġodda. Barra minn hekk, il-BEI flimkien mal-Kummissjoni u l-Istati Membri, stabbilixxew iċ-Ċentru Ewropew ta’ Esperti ta’ PPP (EPEC), li jiffoka fuq it-tisħiħ tal-kapaċita organizzattiva tas-settur pubbliku biex jingaġġa l-PPP permezz ta’ attivitajiet f’netwerk u appoġġ għall-politiki għall-membri tiegħu. Il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-BEI u s-settur privat sabiex iżżid l-effett globali tal-ingranaġġ tal-finanzjament tal-BEI, pereżempju permezz ta’ taħlit bejn għotjiet mill-baġit tal-UE u self mill-BEI. 3.5. L-istrumenti TEN-T Tliet strumenti finanzjarji mfassla għal proġetti TEN-T ġew imnieda taħt ir-Regolament Finanzjarju TEN kurrenti, u kollha jfittxu li jżidu l-parteċipazzjoni mill-privat. Dawn l-istrumenti huma mfassla biex jibbenefikaw proġetti billi jimmiraw lejn ħtiġiet speċifiċi (bħall-ottimizzazzjoni tat-trasferiment tar-riskju, u l-kost tal-finanzjament). Mhux biss jippermettu rispons immirat, iżda jiggrantixxu l-ikbar effett ta’ ingranaġġ ta’ fondi tal-UE disponibbli. Il-valur ta’ tali livell ta’ sostenn finanzjarju għal proġetti ta' PPP ħafna drabi jmur ’lil hinn minn sempliċement il-forniment ta’ kapital. Huma wkoll espressjoni ta’ impenn politiku mill-UE li ħafna drabi jġiegħel lil istituzzjonijiet finanzjarji jħarsu b’mod iktar favorevoli lejn il-profil tar-riskju ta’ proġett u għaldaqstant jagmluha iktar faċli li l-finanzjament jinkiseb b’kundizzjonijiet iktr favorevoli. Il-granziji fil-livell tal-UE jaqdu l-istess funzjoni. L-Istrument ta’ Garanzija dwar Self għalProġetti TEN-T (LGTT) PPP għal proġetti TEN-T li fihom is-settur privat jitgħabba b’riskju relatat mal-varjazzjonijiet possibbli f’dak li hu mitlub ħafna drabi jiffaċċjaw diffikultajiet biex jattiraw finanzjament privat bi prezz kompetittiv. L-LGTT huwa faċilità ta’ garanzija li jgħin billi jkopri r-riskji parzjalment billi jagħmel tajjeb għal nuqqas fid-dħul li jirriżulta minn tkabbir li jkun inqas milli mistenni fl-ewwel żminijiet operattivi tal-proġett. B’dan il-mod, itejjeb il-vjabbiltà finanzjarja ta’ proġett u l-kwalità tal-kreditu inġenerali. Garanziji LGTT individwali huma disponibbli wkoll permezz tal-BEI. Tliet skemi ta’ PPP diġà bbenefikaw[25] u b’kollox sal-2013 il-faċilità LGTT mistennija ssostni 25-35 proġett TEN-T. Proġetti ppjanati jinkludu linja ferrovjarja b’veloċità għolja, trasport ekspress għal ajruport, konċessjonijiet għal arterji ta’ trasport ewlenin f’xi Stati Membri u proġetti ta’ merkanzija innovattivi. Għotja għall-kostruzzjoni bbażata fuq l-ispiża fil-qfas tal-iskemi ta’ ħlasijiet disponibbli Din l-iskema ta’ għotjiet speċjali tinkoraġġixxi lill-promotur tal-proġett jidħol fi ftehim ta' PPP ma’ sieħeb privat iktar milli juża sovvenzjonijiet pubbliċi biex jiffinanzja l-kostruzzjoni. Is-sovvenzjoni TEN-T, ekwilvalenti għal 30% tat-total tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni, tintuża’ mill-promotur biex isostni l-obbligazzjonijiet tal-ħlasijiet biss meta l-proġett ikun tlesta. Dan irendi l-prezz iktar milħuq għas-settur pubbliku, filwaqt li t-trasferiment tar-riskju jibqa’ għand is-sieħeb privat. Il-forniment ta’ kapital ta’ riskju – parteċipazzjoni fil-finanzjament tal-proġetti TEN-T Sa 1% jew EUR 80 miljun tal-baġit tat-TEN-T jistgħu jiġu investiti fi proġetti fil-forma ta’ interess azzjonarju jew kważi interess azzjonarju permezz ta’ struttura dedikata ta’ fondi. Il-Kummissjoni bħalissa qed tesplora għażliet sabiex taħmel użu minn dan l-istrument biex tinvesti fil-Fond għall-Enerġija, tibdil fil-klima u Infrastruttura 2020 (Marguerite)[26] li jimmira lejn fond ta’ EUR 1,5 biljun. 3.6. Il-Faċilità ta' Finanzjament għall-Qsim tar-Riskji u l-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni Il-Faċilità ta' Finanzjament għall-Qsim tar-Riskji (RSFF), skema nnovattiva ta’ kreditu dwar il-qsim tar-riskju mwaqqfa mill-Kummissjoni Ewropea u l-BEI, kif ukoll l-istrumenti ta’ finanzjament taħt il-Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (CIP), jappoġġaw partenarjati pubbliċi privati fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, id-dimostrazzjoni u l-innovazzjoni. Iż-żewġ strumenti RSFF u dak finanzjarju tal-CIP taw prova tas-suċċess tagħhom: - Minn meta tnieda l-RSFF f’Lulju 2007, ġew approvati EUR 4.4 biljun f’self għal investimenti fir-R&Ż u l-innovazzjoni. Il-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku jipprevedi implimentazzjoni aċċellerata tal-RSFF. - Sa tmiem it-tieni kwart tal-2009, taħt il-CIP ġew konklużi partenarjati mas-settur privat 16-il ftehim b'fondi għall-kapital minn 14-il pajjiż. Għall-istrument ta’ garanzija, partenarjati ma’ organizzazzjonijiet pubbliċi u privati rriżultaw f’16-il ftehim ma’ intermedjarji finanzjarji minn 10 pajjiżi. Sal-aħħar tal-ewwel kwrt tal-2009, ’il fuq minn 30 000 SME kienu rċivew sostenn finanzjarju mill-istrumenti. 3.7. PPP barra mill-UE L-UE ukoll għamle kontribuzzjonijiet lil PPP li jinsabu barra mill-UE. Pereżempju, il-Fond għal Enerġija Rinovabbli u l-Effiċjenza fl-Enerġija Globali huwa PPP li joffri opportunitajiet ta’ qsim ta’ riskju u kofinanzjament lil investituri kummerċjali u pubbliċi f'pajjiżi li qed jiżviluppaw. Filwaqt li bħalissa huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-gvernijiet tal-Ġermanja u n-Norveġja, se jinvesti f’fondi b’interess azzjonarju privat li jispeċjalizza fil-forniment ta’ finanzjament azzjonarju – finanzjament f’redditu minn ishma – fi proġetti u impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Fil-proċess ta’ tkabbir il-KE pparteċipat ukoll f’PPP permezz ta’ programmi bħall-ISPA u l-Phare. Fl-2003 il-Linji Gwida ġew mirquma biex jindirizzaw kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kooperazzjoni esterna[27]. Fin-negozjati mas-sħab kummerċjali, il-Kummissjoni Ewropea tfittex li żżid it-trasparenza u takkwista impenji għall-aċċess għas-suq għall-PPP kif tagħmel fil-kuntratti ta’ appalt pubbliku tradizzjonali meta tkun qed tittratta mal-appalti tal-gvern f'kummerċ ħieles u ftehimiet bilaterali oħra. L-ikbar suċċess f’dan ir-rigward huwa l-inklużjoni ta’ kuntratti u konċessjonijiet ta’ xogħol Ibni, Ħaddemk u Ittrasferixxi (BOT) fil-FTA li għandhom jiġu konklużi mal-Korea t’Isfel. Dan huwa l-każ ukoll fin-negozjati ma’ pajjiżi terzi, li huma msieħba fil-Ftehim dwar l-Appalti governattivi (Government Procurment Agreement –GPA) tal-WTO. 4. L-Isfidi: Għalfejn il-PPP mhux qed jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom? 4.1. Sfidi fil-kriżi kurrenti [28] Il-kriżi reċenti kellha impatt negattiv kbir fuq il-proġetti tal-PPP minħabba li (i) kien hemm tnaqqis konsiderevoli fid-disponibilità ta' self mill-banek u forom oħra ta' kreditu għall-PPP, u deterjorament sinifikattiv fil-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għas-self mill-PPP, żvilupp assoċjat ma kambjament fl-valutazzjoni tar-riskju ta’ proġetti ta' PPP min-naħa tal-banek, u (ii) uħud mill-gvernijiet nazzjonali u awtoritajiet reġjonali naqqsu jew issospendew il-programmi ta' PPP tagħhom. L-iżvilupp tal-PPP għalhekk, bħalissa jinsab miżmum minħabba: - żieda sinifikanti fl-ispiża tad-dejn għal proġetti ta' PPP bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ kreditu; - tqassir sostanzjali fid-dati tal-għeluq offruti mill-banek[29] fuq id-dejn tagħhom; - il-fatt li fondi impenjati huma disponibbli biss fl-aħħar tal-proċess tal-appalt . Ikkonfrontati b’din is-sitwazzjoni, l-Istati Membri jvarjaw fit-tweġibiet li jagħtu. Uħud mill-awtoritajiet iddeċidew lijnaqqsu, jew jissospendi temporanjament il-programmi ta' PPP tagħhom. Madanakollu, oħrajn qed jieħdu miżuri ta’ sostenn, li jvarjaw minn skemi statali ta’ garanzija , li ġew introdotti fi Franza, il-Belġju u l-Portugall, sa faċilitajiet għal dejn fis-settur pubbliku li ġew introdotti fir-Renju unit, il-Ġermanja u Franza. Għadd ta’ awtoritajiet pubbliċi qegħdin ukoll jimmodifikaw il-mod kif ikunu ġestiti l-appalti ta’ proġetti ta' PPP jew qed jissimplifikaw ir-regoli u l-prattiki tal-appalti pubbliki nazzjonali, li ħafna drabi jmorru ’lil hinn mill-ħtiġiet proċedurali minimi tar-regoli tal-Komunità f’dan il-qasam. Dawn l-iżviluppi jirriflettu l-impenji tal-gvernijiet biex jaċċertaw li l-PPP ikollhom rwol iktar importanti fl-investiment – rwol li għandu jassumi iktar importanza sakemm il-finanzi pubbliċi jibqgħu taħt pressjoni għall-futur qrib[30]. It-tnaqqis tal-aċċess għall-finanzi jista’ jkollu impatt ukoll fuq l-effettività u l-limitu tal-kompetizzjoni fil-proċess tal- appalt pubbliku . Il-fatt li m’hemmx biżżejjed kapaċità bankarja fis-suq biex issostni żewġ offerti ffinanzjati jew aktar, u li l-banek m’humiex lesti jikkommettu ruħhom ħafna qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, għandu implikazzjoinjiet sinifikanti fuq l-appalt. Il-kwistjoni għalhekk hija kif jiġi assigurat li jibqgħu jiġu konklużi ftehimiet, u li s-settur pubbliku jieħu l-aħjar mill-finanzjament filwaqt li ma jiksirx ir-regoli tal-appalt pubbliku. Il-Kummissjoni se tesplora metodi dwar kif tittratta dawn id-diffikultajiet (Taqsima 5). Fil-livell tal-UE , il-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008[31] appoġġja l-użu ta’ proċeduri aċċellerati matul l-2009 u l-2010, u rrikonoxxa n-natura eċċezzjonali tal-qagħda ekonomika preżenti u l-ħtieġa li matul il-kriżi l-ispiża pubblika tiġi aċċellerata. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll “Qafas Komunitarju Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jappoġġja l-aċċess għall-fondi’[32], li jikkonsisti f’għadd ta’ dispożizzjoinjiet relevanti għall-PPP. Dan jipprovdi strument kumplimentari flessibbli li jippermetti lill-Istati Membri jintervjenu fejn miżuri ġenerali, interventi skont il-kundizzjoinjiet tas-suq u interenti taħt ir-regoli normali ta’ għajnuna mill-istat mhumiex biżżejjed biex iwieġbu għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li nħolqu mill-kriżi[33]. 4.2. Sfidi inerenti fil-mudelli ta’ appalt kumplessi bħall-PPP Jeżistu għadd ta’ diffikultajiet inerenti fit-twaqqif tal-PPP li jeħtieġ jiġu indirizzati b’mod iktar wiesa’: - Jeħtieġu l-impenn ta’ ħafna riżorsi fil-fażi tat-tħejjija u tal-offerti u ħafna drabi dan jinvolvi sġejjeż ta’ tranżazzjoni importanti. - Jeħtieġu sett ta’ kapaċitajiet speċifiċi fi ħdan is-settur pubbliku , li jinvolu t-tħejjija, l-għeluq u l-ġestjoni tal-kontratti. Il-firxa ta’arranġamenti finanzjarji kumplessi meħtieġa għall-PPP u n-nuqqas relattiv ta’ għarfien f’dawn il-materji jistgħu jillimitaw il-kapaċità li s-settur pubbliku jipproduċi PPP tajbin. It-taħriġ u l-assistenza huma għalhekk meħtieġa sabiex jiġi akkumulat għarfien għat-tħejjija soda ta’ proġetti ta' PPP. - F’każi li jinvolvu fondi tal-Komunità , fit-teminu l-qasir l-Istati Membri jistgħu jqisu l-PPP b’mod negattiv meta mqabblin ma' għotjiet ta’ fondi għal proġetti miksuba u mħaddma b’meżżi tradizzjonali. Hemm tendenza li l-benefiċċji fit-tul tal-potenzjalità ta’ effiċjenza ikbar permezz tal-parteċipazzjoni tas-settur privat jintesew meta wieħed jikkunsidra l-bżonn iktar urġenti li jiġu ssodisfati l-ħtiġiet tal-proċeduri tal-UE. Barra minn hekk, għandu jiġi ggarantit ambjent ekwu bejn il-ġestjoni pubblika u privata tal-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi fl-allokazzjoni tal-fondi tal-UE għal proġetti. Għal dan il-għan, ir-regoli u l-prattiki għandhom jiġi riveduti sabiex ikun żgurat li m’hemmx diskriminazzjoni fl-allokazzjoni ta’ fondi għall-proġetti ta’ investiment li fihom jipparteċipa s-settur privat. - Il-PPP jeħtieġu impenn governattiv fit-tul u rieda politika li l-investiment fi proġetti maġġuri jinqasam mas-settur privat. B’mod partioklari, il-possibbiltà ta’ tibdil futur fil-politika f’diversi oqsma regolatorji (l-ambjent, l-awtonomija tal-awtoritajiet lokali, il-politika fiskali, il-politika ekonomika) jistgħu jintroduċu inċertezza fil-proċess tal-appalti u jista’ jżid l-ispejjeż. - Biex il-PPP ikollhom suċċess jeħtieġ li jitfasslu b’mod li jippermetti lis-sħab privati jiġġeneraw profitt proporzjonali mar-riskji li jieħdu. Minħabba li r-riskji huma maqsuma mas-sħab pubbliċi, anke l-profitti jeħtieġ jinqasmu. Il-proċessi ta’ offerti jridu jkunu kompetittivi u jeħtieġu qafas regolatorju u finanzjarju xieraq fil-livell nazzjonali. L-entitajiet pubbliċi għandu jkollhom flessibbiltà fit-tipi ta’ ftehimiet li jistgħu jikkonkludu, u jżommu l-possibbiltà li jagħtu kuntratti skont il-valur għall-flus, li jirriżulta mill-aħjar taħlita tal-allokazzjoni ta’ riskju pubbliku u privat. 4.3. Sfidi speċifiċi ta’ Inizjattivi Konġunti dwar it-Teknoloġija PPP fil-qasam tar-riċerka huma orjentati lejn il-koordinazzjoni tal-investiment pubbliku u privat biex jiġi ġġenerat għarfien ġdid u skoperti teknoloġiċi. Ir-riżultati għalhekk huma inqas prevedibbli u tanġibbli milli għall-appalti ta’ infrastruttura u servizzi, iżda potenzjalment enormi. L-ewwel ħames ITK waqqfu bħala “korpi tal-Komunità”, skont l-Artikolu 185 tal-Qafas għar-Regolament Finanzjarju, suġġett għal regoli u proċeduri, bħalma hu r-Regolament Finanzjarju għall-korpi tal-Komunità, ir-Regolamenti tal-persunal u l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-Immunitajiet, li nħolqu biex jiġu mminimizzati r-riskji għall-fondi pubbliċi Ewropej iktar milli biex jiffaċilitaw il-koinvestiment ma’ sħab privati fir-riċerka fi swieq ji joperaw b'pass mgħaġġel. Dawn l-ITK dalwaqt se jsiru awtonomi operattivament u l-istrument il-ġdid iwieġeb għal ħtieġa li ġiet enfasizzata mill-komunità ta' riċerka industrijali. Fl-istess waqt, is-sħab huma tal-opinjoni li l-istrument jista’ jitħaddem b’mod iktar effiċjenti jekk l-istruttura u l-proċeduri operattivi jiġi ssimplifikati u l-qafas tal-amministrazzjoni legali jkun imfassal għal PPP li joperaw qrib is-suq. Dan it-tħassib għandu jiġi indirizzat kif xieraq biex jiġi żgurat li l-JTIs eżistenti jikkunsinnaw dak li jwegħedu u ma jtellfux l-interess tas-settur privat f’JTIs f’oqsma fejn il-PPP huma meħtieġa. Il-Kummissjoni għaldaqstant bi ħsiebha tesplora mudelli alternattivi li jistgħu jwassli għal proċess iktar issimplifikat għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ partenarjati pubbliċi privati fir-riċerka Ewropea. Fid-dawl tal-ewwel esperjenza bil-JTIs u bil-ħsieb li jitwaqqfu PPP ġodda għat-tul, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-għazliet kollha fir-reviżjoni tal-qafas legali u r-regoli finanzjarji (kif ukoll il-proċeduri operattivi) biex tipprovdi mudell sempliċi u kost-effikaċi, ibbażat fuq għarfien reċiproku, partenarjat ġenwin u kondiviżjoni tar-riskju. Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet mill-programmi ewlenin ta’ innovazzjoni fl-UE (PK7, PKI) direttament lill-PPP jistgħu jsiru biss permezz ta’ għotjiet jew appalti pubbliċi. Din hija limitazzjoni fejn l-iktar forma effiċjenti ta’ kooperazzjoni ssir investiment. Sabiex jitjieb l-investiment fl-innovazzjoni, il-Kummissjoni se tesplora għażliet differenti sabiex tiipermetti lill-PPP jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment li jinkludu fondi Komunitarji. 5. It-triq ’il quddiem: X’hemm bżonn li jsir? Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-PPP bħala għodda għall-irkupru ekonomiku u l-bini s-sostenibbiltà, il-kompetittività u servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja għall-futur kif ukoll għall-manteniment ta’ livelli ambjentali għoljin, il-Kummissjoni bi ħsiebha tibni qafas ta’ kooperazzjoni effettiv u li jagħti s-setgħa bejn is-settur pubbliku u dak privat. B’dak li jirriżulta minn djalogu mal-partijiet interessati relevanti kollha permezz ta’ grupp ta' PPP apposta, sensiela ta’ azzjonijiet se jikkompletaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jiġu rimedjati tal-ostakoli għall-iżvilupp tal-PPP u biex jippromwovu l-użu tagħhom. Dawn l-azzjonijiet proposti se jiffukaw, fuq naħa waħda, fuq l-istrumenti u l-qafas regolatorju tal-Komunità, u fuq in-naħa l-oħra, fuq miżuri msaħħa mmirati biex jitjieb l-aċċess għall-finanzjament ta’ inizjattivi tal-PPP u jikber ir-rwol tal-BEI biex jiffinanzja proġetti essenzjali. Id-deċiżjoni aħħarija dwar l-użu tal-PPP tinsab f’idejn l-awtorità pubblika tal-Istati Membri u huwa għall-Istati Membri li jirrevedu l-qafas nazzjonali kif xieraq biex jippermettu li dan isir. Il-Kummissjoni se: 1. Ittejjeb l- aċċess għall-finanzjament tal-PPP s permezz: - It-tisħiħ u twessigħ tal-ambitu tal-istrumenti tal-Komunità li huma disponibbli bħalissa biex issostni l-PPPs, bħall-LGTT u l-EPEC u inizjattivi oħra li, minkejja li mhux speċifikament immirati lejn skemi PPP, jistgħu jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ proħetti PPP (JASPERS, JESSICA, RSFF, il-Fond Marguerite). - Tikkoordina mill-qrib mal- BEI sabiex tesplora t-triqat possibbli biex iżżid il-parteċipazzjoni tal-Bank fil-finanzjament tal-infrastruttura tal-UE, b’mod partikolari rigward inizjattivi ewlenin fl-UE b’valur miżjud soċjo-ekonomiku u Ewropew (pereżempju proġetti transkonfinali, inizjattivi favur l-ambjent eċċ.). Fl-isforzi tiegħu l-BEI għand jsib appoġġ sabiex ikun jista’ jagħmel użu sħiħ mill-istrumenti multipli disponibbli għall-PPP u biex jintegra lill-PPP bħala wieħed mill-għanijiet ewlwnin tal-Bank. Barra minn hekk, il-BEI huwa mistieden ikompli jiżviluppa u jimplimenta strumenti ta’ granzija biex jiffaċilita l-finanzjament tal-PPPs, billi jippromwovi r-rwol tas-swieq kapitali, investituri istituzzjonali u s-settur pubbliku bħala fornituri ta’ likwidità għal skemi PPP. 2. Jitħaffef it-twaqqif tal-PPP permezz tal- proċess tal-appalti għall-PPP billi: - Jiġi eżaminat l-impatt tar-rispons tal-Komunità għall-kriżi fuq id-disponibbiltà ta’ finanzi għall-investiment fl-infrastruttura, inkluża l-ħtieġa għal aġġustament tal-programmi u l-proċessi tal-appalt biex jittieħed kont tal-aċċess imnaqqas għall-fondi. - Titlesta l-valutazzjoni tal-impatt li tinsab għaddejja u xogħol preparatorju ieħor bil-ħsieb li fl-2010 ssir proposta legali fil-qasam tal- konċessjoni tas-servizzi. 3. Jiġi żgurat trattament xieraq tad-dejn jew defiċit tal-PPP permezz ta’: - Tiġi studjata l-implikazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji riveduti fuq it-trattament fil-karti tal-bilanċ tal-assi tal-PPPs u jinħarġu kjarifiki dwar it-trattament tal-kontabbiltà eżistenti fil-kontijiet nazzjonali ta’ kuntratti tal-PPP. - Tingħata gwida fuq it-trattament kontabbli tal-garanziji pprovdut fil-kuntest tal-iskemi PPP. - Jibqa’ jingħata parir ċar lill-Istati Membri dwar ir-reġistrazzjoni statistika ta’ kuntratti PPP individwali, jekk jitolbuh. 4. Titjieb l- informazzjoni u tinxtered il-kompetenza relevanti u ‘know-how’ billi: - Il-Kummissjoni tippubblika gwida dwar il-kwistjonijiet legali u ta’ metodoloġija involuti fit-taħlit ta’ fondi mill-UE mal-PPP, b’mod partikolari fil-qafas tal-inizjattiva JASPERS, sabiex jiġi ffaċilitat u jiżdied is-sehem tal-PPPs mill-fondi strutturali. Jiġi ppubblikati wkoll Linji Gwida dwar l-applikabbiltà tal-PPP għal forom iktar sempliċi ta’ PPP bħall-kuntratti Fassal-Ibni-Ħaddem. - Proġetti pilota ta’ PPP jistgħu jservu ta’ mudell għall-aħjar prattiki, governanza tajba u għandhom jiġu żviluppati u replikati soluzzjonijiet fuq skala usa’ bl-użu ta’ elementi ta’ assitenza teknika tal-programmi ta’ finanzjar relevanti. - F’ħidma flimkien maċ-Ċentru Ewropew ta’ Esperti ta’ PPPs (EPEC) biex jidentifika mezzi biex jitwassal sostenn aħjar fit-tul liul dawk l-Istati Membri li jfittxuli jużaw lill-PPPs biex jottimizzawl-użu tagħhom tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni bħala komponent tal-programmi ta’ investiment. L-EPEC għandu jissaħħaħ u jiġi żviluppat fi pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki u jaġixxi bħala punt fokali għal netwerk Ewropew ta’ korpi nazzjonali biex isostni l-PPP. Dan jista’ jżid mar-rwol tal-JASPERS u l-Kommissjoni, li t-tnejn li huma jagħtu spostenn lil applikazzjonijiet u għal għotjiet u proġetti individwali. Jiġu studjati għażliet għall-promozzjoni ta' tħejjija aħjar tal-proġetti u jitfasslu proġetti li huma aktar adattati għall-involviment tas-settur privat. - Jinxterdu l- prattiki tajba , b’kooperazzjoni mal-EPEC, sabiex titjieb il-kapaċità ta’ ġestjoni mis-settur pubbliku u jonqsu l-ispejjeż tal-PPP. Pereżempju, l-EPEC żviluppat analiżi ta’ azzjonijiet ta’ rimedju potenzjali biex jappoġġjaw l-inizjattivital-PPP fiċ-ċirkostanzi li jipprevalu fis-swieq finanzjarji[34]. - Issir ħidma mal-Istati Membri biex jiġu identifikati d-dispożizzjoinjiet fil-liġi nazzjonali li ma jippermettux jew ixekklu t-twaqqif tal-PPP , bħala parti mill-imlimentazzjoni tal-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku. Fejn huma nvoluti fondi tal-UE, għandu jiġi żgurat li ma ssirx diskriminazzjoni fl-allokazzjoni tal-fondi għal proġetti ta' investiment skont il-ġestjoni tal-proġett, sew jekk hu privat sew pubbliku. Flimkien mal-Istati Membri l-Kummissjoni se teżamina r-regoli u l-prattiki tal-UE u dawk nazzjonali u tippreżenta s-sejbiet tagħha flimkien ma’ proposti għal modifiki, fejn xieraq, sal-aħħar tal-2010. 5. Jiġu indirizzati sfidi speċifiċi ta’ ITK u l-iffinanzjar għall-innovazzjoni billi : - L-ITK jitmexxew kemm jista’ jkun malajr lejn l-awtonomija u jsir studju tal-tagħlimiet miksubin, filwaqt li fl-istess ħin jiġu esplorati toroq oħra biex il-qafas legali u amministrattiv li japplika għall-ITK jiġi ssimplifikat. Filwaqt li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE, l-għan għandu jkun li jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn il-kontroll u r-riskju u jkun hemm flessibbiltà biżżejjed biex tippermetti partenarjat effiċjenti mal-atturi privati, li tiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE bbażata fuq il-qsim ekwu tal-ispejjeż u l-benefiċċji. - Tittieħed perspettiva strateġika mad-diriġenti tal-ITK u partijiet interessati oħra biex jiġi identifikat liema huma l-ostakoli speċifiċi u kif l-aħjar jistgħu jiġu indirizzati, inklużi l-bidliet fir-regoli tal-Komunità li jiggvernawhom, bħar-Regolament Finanzjarju, kif meħtieġ. Rapport li jinkludi r-rakkomandazzjoinjiet tal-politika se jiġi ppreżentat fix-xhur li ġejjin. Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni se tipproponi qafas ġdid għall-ITK , li jista’ jkun ibbażat fuq korpi legali privati. Se jittieħed kont ta’ dan il-qafas ġdid fir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, li se jiġi ppreżentat matul l-ewwel nofs tal-2010. - Issir ħidma mal-grupp tal-BEI u partijiet interessati oħra biex jiġi studjat kif l-istrumenti finanzjarji jistgħu jissaħħu sabiex jitjieb il-finanzjament għall-innovazzjoni. Din il-ħidma tista’ wkoll teżamina jekk u kif tista’ tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-UE f’korpi legali privati bħala mezz li jwassal għall-għanijiet tal-politiki dwar l-innovazzjoni. Ir-riżultati ta’ dan ix-xogħol jistgħu jiġu inklużi fil-proposti tal-Kummissjoni għal politika ġdida dwar l-innovazzjoni, li għandha tiġi ppreżentata kmieni fl-2010, u jittieħed kont tagħhom fejn xieraq, fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni se tieħu kont tar--riżultati ta’ dawn l-inizjattivi bil-għan li ttejjeb il-qafas tal-UE għall-PPP qabel l-aħħar tal-2011 u jekk meħtieġ, tipproponi inizjattivi ġodda. 6. Konklużjoni L-iżvilupp tal-PPP bħala strument isir kritiku hekk kif il-kriżi finanzjarja u ekonomika qed ikollha effett negattiv fuq il-kapaċità tal-fondi pubbliċi li jsibu meżżi finanzjarji u jallokaw riżorsi għal politiki importanti u proġetti speċifiċi. L-interess tas-settur pubbliku fi strumenti finanzjarji innovattivi żdied kif ukoll ir-rieda politika biex jinħolqu kundizzjonijiet għal toroq iktar effiċjenti biex jitwasslu proġetti infrastrutturali, sew fit-trasport kif ukoll fis-setturi soċjali, tal-enerġija u l-ambjent. Min naħa l-oħra, l-interess tas-settur privat biex jinvolvi ruħu fil-PPPs jista’ jkun imxekkel mill-qafas regolatorju preżenti u l-pressjonijiet ekonomiċi ġodda, kif ukoll minn fatturi oħra iktar fil-fond li ilhom jeżistu bħall-kapaċità limitata tas-settur pubbliku li jwettaq programmi PPP f’diversi partijiet tal-Ewropa. Sabiex il-PPPs jibqgħu jipparteċipaw fuq medda twila ta’ żmien, ħames azzjonijiet ewlenin huma partikolarment indispensabbli fl-2010: - Il-Kummissjoni se twaqqaf grupp ta' PPP u tistieden lill-partijiet interessati relevanti biex jiddiskutu t-tħassib tagħhom u ideat oħra rigward il-PPP. Fejn xieraq, se tippubblika gwida biex tassisti lill-Istati Membri jtaffu l-piż amministrattiv u d-dewmien biex jiġu implimentati l-PPP: f’dan il-kuntest, se teplora toroq biex tiffaċilita u tħaffef il-ħruġ ta’ permessi ta’ pjanifikazzjoni għal proġetti ta’ PPP. - Il-Kummissjoni se taħdem mal-BEI biex iżżid il-fondi disponibbli għall-PPP , billi tiffoka mill-ġdid strumenti eżistenti tal-Komunità u billi tiżviluppa strumenti finanzjarji għall-PPP f’oqsma tal-politika importanti. - Il-Kummissjoni se tirrevedi r-regoli u prattiki relevanti sabiex tiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fl-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi, fejn huma nvoluti l-finanzi tal-Komunità pubbliċi, skont il-ġestjoni tal-proġett, sew jekk privat sew pubbliku. Fejn xieraq, se tagħmel proposti għal emendi. - Il-Kummissjoni se tipproponi qafas għall-innovazzjoni iktar effettiv inkluża l-possibbiltà għall -UE li tipparteċipa f’korpi legali privati u tinvesti direttament fi proġetti speċifiċi. - Il-Kummissjoni se tikkunsidra proposta għal strument leġiżlattiv fuq konċessjoinjiet ta’ servizz, ibbażata fuq il-Valutazzjoni tal-Impatt li tinsab għaddejja bħalissa. L-azzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom il-għan li joħolqu qafas Komunitarju għall-PPPs imfassal biex jissodisfa l-bżonnijiet taċ-ċittadini, imexxi ’l quddiem l-għanijiet tal-Komunità permezz ta’ analiżi fil-futur u jiżgura li r-riżultati jissodisfaw dawn il-ħtiġiet. [1] Kważi l-Istati Membri kollha żiedu l-pass fil-proġetti ta’ infrastruttura li jinsabu għaddejjin jew li huma previsti. [2] Il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni dwar il-PPP fl-2004 (COM(2004)327) u rrappurtat dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni fl-2005(COM(2005)569) [3] Pereżempju tliet PPP ġew identifikati fil-Programm Ewropew għall-Irkupru ekonomiku:: fabbriki tal-futur, bijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija u karrozzi li ma jniġġsux l-ambjent. [4] It-tnaqqis ta’ PPP li ssodisfaw il-kundizzjonijiet finanzjarji sal-ewwel 9 xhur tal-2009, huwa madwar 30% mis-sena l-oħra, kemm fil-volum l-għadd, riċerka tal-EPEC, Ottubru 2009 [5] Ibbażat fuq xogħol fi ħdan l-EPEC, l-UNECE, il-Fond Monetarju internazzjonali, il-Bank Dinji, u l-OECD [6] Il-Greċja, l-Irlanda, l-Olanda, Spanja u r-Renju Unit: Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Governanza Tajba rigward is-Partenarjati Pubbliċi Privati, UNECE 2007, p. 20. [7] Franza, ir-Renju Unit idem. [8] Il-mudell prevalenti għall-involviment as-settur privat fis-settur ambjentali kien dak t’ konċessjonijiet ta’ servizz pubbliku. [9] Skont stħarriġ globali li sar fl-2007 minn Siemens, il-PPP jiffurmaw 4% biss tal-investiment tas-settur pubbiku kollu. [10] Pereżempju fil-każ ta’ interkonnetturi tas-swieq, il-proġetti jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-għanijiet tal-forniment u l-kooperazzjoni fir-riċerka tal-enerġija. [11] Rapport reċenti (Ottubru 2009) mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (National Audit Offive) fir-Renju Unit jaġġorna r-rapport tal-2003 “PFI construction performance report”. Dan ir-rapport jikkonferma l-prestazzjoni ġeneralment aħjar tal-PPP vis a vis l-appalt konvenzjonali rigward l-aspetti ta’ fil-limiti tal-baġit (65% tal-proġetti PFI) u twassil fil-ħin (60%). Meta l-ispejjeż qabżu l-limitu, f’90% tal-każi dan kien ikkawżat mill-awtorità jew talbiet minn partijiet terzi. Brra minn hekk, 91% tal-proġetti mitmuma kienu ġudikati mill-utenti ewlenin bħala tajbin ħafna jew mhux ħażin f’dak li jirrigwarda kwalità tal-kostruzzjoni u diżinn. [12] Dawn il-konklużjonijiet ġew ikkonfermati minn aġġornament intern tal-BEI ippubblikat fl-2005, ibbażat fuq reviżjoni dettaljata ta’ 15-il PPP “Evaluation of PPP projects financed by the EIB", http://www.bei.europa.eu/projects/publications/evaluation-of-ppp-projects-financed-by-the-eib.htm [13] Ir-riżultati ta’ studju globali dwar l-impatt tas-settur privat fid-distribuzzjoni tal-ilma u l-elettriku (Mejju 2009) jindikaw li s-settur privat jissodisfa l-aspettattivi ta' produttività ogħola fix-xogħol u effiċjenza operattiva, http://www.ppiaf.org/content/view/480/485/. [14] Canoy et al (2001) jenfasiżżaw li l-arranġamenti ta’ qsim tar-riskju fi ħdan il-PPP jipprovdu strument biex jinħolqu inċentivi għaż-żewġ partijiet biex tiżdied l-eefiċjenza tal-proġett. [15] Stqarrija għall-Istampa, Eurostat, Nru 18/2004: It-trattament ta’ partenarjati pubbliċi privati u l-Manwal ESA95 dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern Edizzjoni tal-2004: Il-kapitlu dwar kuntratti fit-tul bejn unitajiet governattivi u sħab mhux governattivi (PPP). [16] Għal kuntratti pubbliċi jew konċessjoinjiet ta’ xogħol iktar ‘l isfel mil-limiti, japplikaw il-prinċipji tat-Trattat (it-trasparenza, it-trattament indaqs, in-non-diskriminazzjoni). [17] Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri dwar l-appalt ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta (30.04.2004) Ġurnal Uffiċjali Journal L 134, 30/04/2004 P. 0001 – 0113. Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xogħolijiet pubbliċi, kuntratti ta’ forniment pubbliku u kuntratti ta’ servizz pubbliku (30.04.2004) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114–240. [18] Sentenza tas-26 ta’ April 1994, każ C-272/91, Il-Kummissjoni v. l-Italja (Loto); Sentenza tad-9 ta’ Settembru 1999, Każ C-108/98, RI.SAN; Sentenza tas-7 ta’ Settembru 2000, każ C-324/98, Telasutria Verlags; Sentenza tal-21 ta’ lulju 2005, każ C-231/03, Consorzio Aziende Metano (Coname); Sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2005, każ C-458/03, Parking Brixen; Sentenza tas-6 ta’ April 2006, każ C-410/04, Associazione Nazionale Autotrasporto Viaggiatori (ANAV); Sentenza tat-18 ta’ Lulju 2007, każ C-382/05, Il-Kummissjoni v. l-Italja (Skart muniċipali ġġenerat fir-Reġjun ta’ Sqallija). [19] Artikolu 171 TEC jippermetti l-Komunità toħloq Impriżi Konġunti għall-eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tar-riċerka u żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni Komunitarji. [20] PPP jistgħu b'mod partikulari jixprunaw iktar żvilupp fil-kooperazzjoni tar-riċerka pan-Ewropea u se jkunu promossi permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ġiet addottata reċentement għall-Investigazzjoni fl-Iżvilupp tat-Teknoloġiji b’Karbonju Baxx (SET-Plan), COM (2009)519. [21] Skont stħarriġ tad-DĠ REGIO, 7 Stati Membri għandhom esperjenza ta’ PPP b’komponent ta’ Fond Strutturali. [22] Assistenza Konġunta għas-Sostenn ta’ Proġetti fir-Reġjuni Ewropej. [23] Sostenn Konġunt Ewropew għal Investiment Sostenibbli f’Żoni Urbani. [24] Riżorsi Konġunit Ewropej għall-Intrapriżi Mikro u ta' daqs medju. [25] Skemi ta’ toroq ‘IP4 Amarante — Villa Real’ u ‘Baixo Alentejo’ fil-Portugall, u il-PPP A5 Autobahn A-model fil-Ġermanja. [26] Il-proposta biex jinħoloq tali fond li jinvesti fl-oqsma importanti tal-infrastruttura ta’ interess għall-UE kienet ikkkonfermata mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2008. [27] http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/guides/ppp_en.pdf [28] Il-materjal f’din it-taqsima ttieħed minn analiżi taċ-Ċentru ta' Għarfien Espert għall-Partenarjati Pubbliċi Privati Ewropej (European PPP Expertise Centre (EPEC), bħala parti mill-ħidma tiegħu dwar l-impatt tal-kriżi tal-krediti fuq il-PPP. L-EPEC twaqqfet bħala inizjattiva konġunta bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-BEI. Iktar dettalji jinsabu f'www.eib.org/epec [29] L-istandard tas-suq għad-dati tal-għeluq issa huma minn 7 sa 10 snin. Qabel, dati tal-għeluq ta’ 25 sa 30 sena ma kinux rari għal proġetti ta’ infrastruttura maġġuri. [30] Miżuri ta’ sostenn għall-PPP jisgħu jinkludu għajnuna mill-Istat, li teħtieġ tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. [31] Punt 11, it-8 inċiż. [32] IP/08/2040 tad-19.12.2008 [33] ĠU C 83, 7.4.2009, p. 1. [34] C.f. Pubblikazzjoni taċ-Ċentru Espert Ewropew- EPEC- "The financial Crisis and the PPP market, potential remedial actions" of August 2009 at www.eib.org/epec.