This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DC0543
Communication from the Commission to the Council and the European Parliament - Instrument for pre-accession assistance (IPA) - Multi-annual indicative financial framework for 2011-2013
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Strument għal għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) - Qafas finanzjarju indikattiv multiannwali għall-2011-2013
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Strument għal għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) - Qafas finanzjarju indikattiv multiannwali għall-2011-2013
/* KUMM/2009/0543 finali */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Strument għal għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) - Qafas finanzjarju indikattiv multiannwali għall-2011-2013 /* KUMM/2009/0543 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 14.10.2009 KUMM(2009) 543 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW STRUMENT GĦAL GĦAJNUNA TA’ QABEL L-ADEŻJONI (IPA) QAFAS FINANZJARJU INDIKATTIV MULTIANNWALI GĦALL-2011-2013 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW STRUMENT GĦAL GĦAJNUNA TA’ QABEL L-ADEŻJONI (IPA)QAFAS FINANZJARJU INDIKATTIV MULTIANNWALI GĦALL-2011-2013 Introduzzjoni Il-Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali (MIFF) għall-Istrument għal Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) huwa mfassal biex jipprovdi informazzjoni dwar l-analiżi indikattiva tal-pakkett IPA globali propost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-IPA (KE) 1085/2006. Dan jaġixxi bħala r-rabta bejn il-qafas politiku fi ħdan il-pakkett tat-tkabbir u l-proċess tal-baġit. Id-Dokumenti ta’ Ppjanar Indikattiv Multiannwali (MIPD) stabbiliti għal kull pajjiż benefiċjarju u għal programmi multibenefiċjarji, li permezz tagħhom tingħata l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, jikkunsidraw l-analiżi indikattiva proposta mill-MIFF. L-MIFF huwa bbażat fuq ċiklu ta’ pprogrammar kurrenti ta' tliet snin. F’ċirkostanzi normali, MIFF għas-snin N, N+1 u N+2 ser jiġi ppreżentat fl-aħħar tliet xhur tas-sena N-2 bħala parti mill-pakkett tat-tkabbir, li jirrappreżenta bidla finanzjarja proposta tal-prijoritajiet politiċi stipulati fi ħdan il-pakkett innifsu, billi jitqies il-Qafas Finanzjarju. Dan l-MIFF hu għas-snin 2011-2013. Dan jindika l-allokazzjoni tal-pakkett għal għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni skont il-pajjiż u skont il-komponent għal dawn is-snin, u jagħti wkoll indikazzjoni tal-pakkett għall-programm li jinvolvi diversi benefiċjarji u n-nefqa ta' appoġġ. Bħal fis-snin ta’ qabel, l-MIFF jiġi ppubblikat abbażi tal-istat preżenti tal-pajjiżi kkonċernati u b’hekk f’dan l-istadju ma jantiċipa l-ebda deċiżjonijiet dwar: l-istat ta’ pajjiżi li jkunu ssottomettew applikazzjoni għal adeżjoni (il-Montenegro, l-Albanija u l-Iżlanda); xi data probabbli għal xi pajjiż kandidat; jew l-inklużjoni tal-Iżlanda fir-Regolament tal-IPA[1]. Jekk ikun hemm bżonn xi emendi sinifikant għal dan il-MIFF fid-dawl ta' avvenimenti bħal dawn li jseħħu qabel il-pubblikazzjoni annwali li jmiss tal-MIFF fil-ħarifa tal-2010, il-Kummissjoni se tippubblika verżjoni emendata fiż-żmien xieraq. Darba li pajjiż kandidat jaderixxi mal-UE, il-fondi kollha ta’ pre-adeżjoni li jkunu ġew temporanjament allokati għal dak il-pajjiż mis-sena tal-adeżjoni ‘l quddiem ma jibqgħux aktar disponibbli għal dan l-Istati Membru ġdid. Il-prijoritajiet politiċi globali għal qabel l-adeżjoni huma stipulati fis-Sħubijiet ta' Adeżjoni u fis-Sħubijiet Ewropej, fir-rapport ta' progress annwali u fid-dokument ta' strateġija għat-tkabbir li jinsabu fil-pakkett tat-tkabbir ippreżentat kull sena lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. Programmar Finanzjarju Strateġiku 1. Allokazzjoni ta’ fondi bejn il-pajjiżi Il-punt tat-tluq għall-allokazzjonijiet fl-2007 kien impenn mill-Kummissjoni biex tassigura li l-ebda pajjiż benefiċjarju ma jirċievi inqas fl-2007 minn dak li rċieva fl-2006 u barra minn hekk li l-Bożnja u l-Herzegovina u l-Albanija ma għandhomx jirċievu inqas mill-medja annwali tal-finanzjament li kull wieħed irċieva bejn fl-2004 u l-2006. Dan l-aħħar punt irrifletta l-fatt li l-finanzjament għal dawn il-pajjiżi kien ikkonċentrat fl-2004. Fl-ewwel sentejn tal-IPA, l-impimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet għall-impenji kienet qrib il-100% (inkluż approprjazzjonijiet mgħoddija għas-sena ta' wara li kienu impenjati għal kollox). Iċ-ċifri għall-2008 ’il quddiem kienu kkalkulati fuq il-bażi tal-allokazzjoni per-capita li kienu kkwotati fil-passat bħala indikazzjoni għall-ħtiġijiet u l-impatt. Kontra din il-miżura, il-livelli għal kull kandidat potenzjali mill-Balkani tal-Punent żdiedu matul il-kors tal-qafas finanzjarju attwali għal iktar mill-medja per-capita għall-2004-2006 ta’ 23 EUR (fi prezzijiet għall-2004) rċevuti taħt il-CARDS. Għall-Montenegro, il-livelli per-capita tal-finanzjament huma ogħla minn dawn għall-pajjiżi kandidati potenzjali, li jirrifletti livell minimu ta' finanzjament meħtieġ għall-amministrazzjonijiet xierqa, irrispettivament mid-daqs tal-pajjiż. It-tqassim globali ta' fondi bejn il-pajjiżi ġie rispettat bl-eċċezzjoni tal-Kosovo[2] li rċieva aktar fondi tal-IPA. Fl-2008 € 60 miljun kienu mogħtija mill-awtorità tal-baġit bħala parti ta' mobilizzazzjoni iktar wiesgħa ta' fondi ġodda għas-sostenn tal-istabbilità u l-iżvilupp tal-Kosovo. Dan kien ġie supplimentat bi trasferiment ta’ € 60 miljun oħra minn approprjazzjonijiet ta’ assistenza (MFA) makro-finanzjarji mhux użati. Fl-2009, ġew impenjati €40 miljun bħala segwitu tal-konferenza tad-donaturi li nżammet f’Lulju 2008. Għall-Kroazja u għall-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħala pajjiżi kandidati, huwa previst livell ta' iktar minn 30 EUR per capita (fi prezzijiet tal-2004). Dan il-livell qed jinżamm matul il-perjodu għall-Kroazja. Għall-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-finanzjament f’termini per capita ikompli jiżdied, li jirrifletti livell minimu ta’ finanzjament meħtieġ għall-bini ta’ amministrazzjonijiet xierqa irrispettivament mid-daqs tal-pajjiż. Għat-Turkija, meta jitqies id-daqs u l-kapaċità ta’ assorbiment tal-pajjiż, hemm żieda gradwali fil-livelli ta’ għajnuna per-capita matul il-perjodu 2007-2013. 2. Allokazzjonijiet bejn il-komponenti L-IPA jitwassal permezz ta' dawn il-ħames komponenti li ġejjin: I – it-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet; A – il-Kooperazzjoni transkonfinali; III - l-Iżvilupp Reġjonali; IV – l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani; u V – l-Iżvilupp Rurali. Komponent I, l-Għajnuna għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet tkopri l-azzjonijiet tal-bini tal-istituzzjonijiet kollha u l-investimenti relatati mal-acquis communautaire; din tgħin il-pajjiżi benefiċjarji joħolqu kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja u tindirizza, skont il-prijorità, miżuri ta' kooperazzjoni mhux koperti b'mod espressiv mill-komponenti l-oħrajn. Komponent II, il-Kooperazzjoni transkonfinali, tappoġġja attivitajiet transkonfinali fost il-pajjiżi benefiċjarji u bejn il-pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri; din tkopri wkoll il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji tal-IPA fil-programmi tal-kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali tal-ERDF u fil-programmi tal-baċiri tal-baħar tal-ENPI, kif xieraq. Komponent III, l-Iżvilupp Reġjonali hu aċċessibbli għall-pajjiżi kandidati u jemula, sal-iktar limitu possibbli, l-ERDF u l-Fond ta' Koeżjoni, b'hekk jagħti lill-pajjiżi benefiċjarji l-ogħla approssimazzjoni possibbli għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali taħt ir-regoli tal-Għajnuna Esterna. Komponent IV l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani, aċċessibbli għall-pajjiżi kandidati, jippreparhom għall-ipprogrammar, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-Fond Soċjali Ewropew, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi. Komponent V, l-Iżvilupp Rurali, jgħin lill-pajjiżi kandidati biex jippeparaw għall-programmi ta' żvilupp rurali wara l-adeżjoni ffinanzjati mill-UE billi jimplimenta għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni permezz ta' sistemi li huma simili kemm jista' jkun ta' dawk li huma meħtieġa wara l-adeżjoni. Fid-determinazzjoni tal-allokazzjoni bejn il-komponenti, kien ikkunsidrat sew li jkunu lesti s-sistemi ta’ ġestjoni deċentralizzata neċessarji għall-implimentazzjoni tal-komponenti III, IV u V fil-pajjiżi kandidati preżenti kif ukoll il-ħtieġa għall-finanzjament tal-komponent II peress li hu relatat mal-kooperazzjoni transkonfinali mal-Istati Membri biex ikunu bħall-finanzjament ekwivalenti tal-ERDF mill-intestatura 1b. 3. Allokazzjonijiet oħrajn Nefqa ta' appoġġ Dan il-pakkett ikopri l-ispejjez amministrattivi marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-IPA. Fl-2007, l-2008 u l-2009 kienet tinkludi wkoll l-ispejjeż amministrattivi biex jintemm għal kollox il-finanzjament preċedenti ta’ qabel l-adeżjoni, inkluż għall-Bulgarija u r-Rumanija. Allokazzjoni għall-programmi multibenefiċjarji L-għan tal-programmi multibenefiċjarji skont il-Komponent I huwa li jikkomplimenta l-Programmi Nazzjonali u li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet multilaterali fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija. L-istrateġija tiffoka fuq żoni identifikati bħala kruċjali għall-integrazzjoni Ewropea u għall-istabbilità fir-reġjun. Il-programmi b'impatt reġjonali, u / jew dawk li jistgħu jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' skala jew ambitu jekk ikunu implimentati orizzontalment madwar numru ta' pajjiżi benefiċjarji, huma ffinanzjati taħt dan il-pakkett. Il-programmi b’benefiċjarji multipi jsostnu, fost affarijiet oħrajn, l-Iskola Reġjonali għall-Amministrazzjoni Pubblika, il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles fl-Ewropa Ċentrali (CEFTA), il-Kunsill Reġjonali ta' Kooperazzjoni (RCC) u l-Faċilità ta' Soċjetà Ċivili ġdida. Il-bini tal-istituzzjonijiet hi appoġġjata permezz tal-istrument TAIEX, u, l-allokazzjonijiet huma magħmula għall-verifiki u għall-valutazzjoni tal-programmi reġjonali u nazzjonali, kif ukoll għall-informazzjoni u attivatijiet ta' komunikazzjoni. Ħtiġijiet ta' investiment għall-SMEs, effiċjenza tal-enerġija u żvilupp tal-infrastruttura, mqassma f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Bank Ewropew għall-Investiment u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs), ser ikomplu jkunu appoġġjati b'parti sostanzjali tal-allokazzjoni reġjonali u orizzontali. Dan l-appoġġ ser ikun allinjat mad-diskussjonijiet dwar l-Inizjattiva ta' Infrastruttura fil-kuntest tal-Qafas il-ġdid ta' Investiment fil-Balkani tal-Punent, li l-għan tiegħu hu li jtejjeb il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-inizjattivi differenti sponsorjati mid-donaturi u l-IFIs impenjati b'mod attiv fil-Balkani tal-Punent. Prijorità oħra hija l-edukazzjoni, li għaliha ser tiżdied l-allokazzjoni għal boroż ta' studju. Mill-2010, parti mill-komponent II, jiġifieri l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi fi programmi transnazzjonali tal-ERDF "Mediterran" u "Ewropa tax-Xlokk" ukoll se jkunu implimentati fuq bażi multibenefiċjarja, għall-ħeffa tal-implimentazzjoni. Preżentazzjoni taċ-ċifri It-tabella li ġejja tagħti ċ-ċifri ta’ hawn fuq fi prezzijiet attwali u f’ euro . Din turi l-allokazzjonijiet skont il-pajjiż u skont il-komponent, kif ukoll għall-programm multibenefiċjarju u n-nefqa ta’ appoġġ. Iċ-ċifri finali ta’ impenn għall-2007 u l-2008, kif ukoll iċ-ċifri aġġornati għall-2009 u l-2010 huma inklużi għall-ħeffa ta’ referenza. Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali: Analiżi tal-Pakkett għall-Istrument għal Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-2011-2013 f’allokazzjonijiet skont il-pajjiż u l-komponent Komponent | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | IL-KROAZJA | L-għajnuna tranżitorja u l-bini tal-istituzzjonijiet | 49,611,775 | 45,374,274 | 45,601,430 | 39,483,458 | 39,959,128 | 40,872,310 | 38,513,885 | Il-kooperazzjoni transkonfinali | 9,688,225 | 14,725,726 | 15,898,570 | 15,601,136 | 15,869,158 | 16,142,542 | 16,698,384 | L-iżvilupp reġjonali | 45,050,000 | 47,600,000 | 49,700,000 | 56,800,000 | 58,200,000 | 59,348,000 | 62,000,000 | L-iżvilupp tar-riżorsi umani | 11,377,000 | 12,700,000 | 14,200,000 | 15,700,000 | 16,000,000 | 16,040,000 | 18,000,000 | ŻVilupp rurali | 25,500,000 | 25,600,000 | 25,800,000 | 26,000,000 | 26,500,000 | 27,268,000 | 27,700,000 | TOTAL | 141,227,000 | 146,000,000 | 151,200,000 | 153,584,594 | 156,528,286 | 159,670,852 | 162,912,269 | DIK LI QABEL KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA | L-għajnuna tranżitorja u l-bini tal-istituzzjonijiet | 41,641,613 | 41,122,001 | 39,328,499 | 36,317,068 | 28,803,410 | 28,207,479 | 27,941,228 | Il-kooperazzjoni transkonfinali | 4,158,387 | 4,077,999 | 4,371,501 | 5,067,526 | 5,124,876 | 5,183,373 | 5,243,041 | L-iżvilupp reġjonali | 7,400,000 | 12,300,000 | 20,800,000 | 29,400,000 | 39,300,000 | 42,300,000 | 51,800,000 | L-iżvilupp tar-riżorsi umani | 3,200,000 | 6,000,000 | 7,100,000 | 8,400,000 | 8,800,000 | 10,380,000 | 11,200,000 | Żvilupp rurali | 2,100,000 | 6,700,000 | 10,200,000 | 12,500,000 | 16,000,000 | 19,000,000 | 21,028,000 | TOTAL | 58,500,000 | 70,200,000 | 81,800,000 | 91,684,594 | 98,028,286 | 105,070,852 | 117,212,269 | Komponent | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | IT-TURKIJA | L-għajnuna tranżitorja u l-bini tal-istituzzjonijiet | 256,702,720 | 256,125,297 | 239,550,810 | 211,312,664 | 228,620,919 | 233,900,336 | 238,325,843 | Il-koop. transkonfinali | 2,097,280 | 2,874,709 | 3,049,190 | 9,587,336 | 9,779,081 | 9,974,664 | 10,174,157 | L-iżvilupp reġjonali | 167,500,000 | 173,800,000 | 182,700,000 | 238,100,000 | 293,400,000 | 367,805,000 | 378,000,000 | L-iżvilupp tar-riżorsi umani | 50,200,000 | 52,900,000 | 55,600,000 | 63,400,000 | 77,600,000 | 89,930,000 | 96,000,000 | Żvilupp rurali | 20,700,000 | 53,000,000 | 85,500,000 | 131,300,000 | 172,500,000 | 197,890,000 | 213,000,000 | TOTAL | 497,200,000 | 538,700,006 | 566,400,000 | 653,700,000 | 781,900,000 | 899,500,000 | 935,500,000 | L-ALBANIJA | L-għajnuna tranżitorja u l-bini tal-istituzzjonijiet | 54,318,790 | 62,117,756 | 71,377,079 | 82,711,421 | 84,301,650 | 85,987,683 | 87,446,037 | Il-koop. transkonfinali | 6,681,210 | 8,582,244 | 9,822,921 | 9,973,173 | 10,126,636 | 10,283,169 | 10,666,232 | TOTAL | 61,000,000 | 70,700,000 | 81,200,000 | 92,684,594 | 94,428,286 | 96,270,852 | 98,112,269 | IL-BOŻNIJA U ĦERZEGOVINA | L-għajnuna tranżitorja u l-bini tal-istituzzjonijiet | 58,136,394 | 69,854,783 | 83,892,254 | 100,688,099 | 102,681,861 | 104,673,499 | 106,870,228 | Il-koop. transkonfinal | 3,963,606 | 4,945,217 | 5,207,746 | 4,696,495 | 4,746,425 | 4,797,353 | 4,942,041 | TOTAL | 62,100,000 | 74,800,000 | 89,100,000 | 105,384,594 | 107,428,286 | 109,470,852 | 111,812,269 | Komponent | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | IL-MONTENEGRO | L-għajnuna għat-tranżizzjoni u l-bini tal-istituzzjonijiet | 27,490,504 | 28,112,552 | 28,632,179 | 29,238,823 | 29,843,599 | 30,446,471 | 30,996,035 | Il-kooperazzjoni transkonfinali | 3,909,496 | 4,487,448 | 4,667,821 | 4,282,690 | 4,310,344 | 4,338,551 | 4,418,687 | TOTAL | 31,400,000 | 32,600,000 | 33,300,000 | 33,521,513 | 34,153,943 | 34,785,022 | 35,414,722 | IS-SERBJA | L-għajnuna għat-tranżizzjoni u l-bini tal-istituzzjonijiet | 181,496,352 | 179,441,314 | 182,551,643 | 186,206,679 | 189,956,810 | 193,801,948 | 203,101,005 | Il-kooperazzjoni transkonfinali | 8,203,648 | 11,458,686 | 12,248,357 | 11,751,753 | 11,922,790 | 12,097,244 | 11,630,694 | TOTAL | 189,700,000 | 190,900,000 | 194,800,000 | 197,958,432 | 201,879,600 | 205,899,192 | 214,731,699 | IL-KOSOVO | L-għajnuna għat-tranżizzjoni u l-bini tal-istituzzjonijiet | 68,300,000 | 184,700,000 | 106,100,000 | 64,484,594 | 65,828,286 | 67,070,852 | 70,712,269 | Il-kooperazzjoni transkonfinali | 0 | 0 | 0 | 2,815,406 | 2,871,714 | 2,929,148 | 2,987,731 | TOTAL | 68,300,000 | 184,700,000 | 106,100,000 | 67,300,000 | 68,700,000 | 70,000,000 | 73,700,000 | PROGRAMMI TOTALI TAL-PAJJIŻI | 1,109,427,000 | 1,308,600,006 | 1,303,900,000 | 1,395,818,321 | 1,543,046,687 | 1,680,667,622 | 1,749,395,497 | Komponent | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | PROGRAMMI TOTALI TAL-PAJJIŻI | 1,109,427,000 | 1,308,600,006 | 1,303,900,000 | 1,395,818,321 | 1,543,046,687 | 1,680,667,622 | 1,749,395,497 | PROGRAMMI MULTIBENEFIĊJARJI | L-għajnuna għat-tranżizzjoni u l-bini tal-istituzzjonijiet | 108,980,000 | 135,700,000 | 166,055,000 | 138,967,000[3] | 173,460,000 | 168,860,000 | 183,845,477 | Il-kooperazzjoni transkonfinali | 0 | 0 | 0 | 4,921,679 | 5,293,313 | 5,672,378 | 6,059,026 | NEFQA TA' APPOĠĠ | 44,793,000 | 51,950,000 | 47,648,000 | 52,993,000 | 75,000,000 | 80,500,000 | 84,500,000 | IS-SOMMA FINALI | 1,263,200,000 | 1,496,250,006 | 1,517,603,000 | 1,592,700,000 | 1,796,800,000 | 1,935,700,000 | 2,023,800,000 | Iċ-ċifri huma f’miljuni ta’ euro, fi prezzijiet attwali [1] Qed titħejja emenda lill-Anness II tar-Regolament IPA (KE) 1085/2006 għal dan l-iskop. [2] Taħt ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244/99. [3] Dan jinkludi tnaqqis ta’ €29 miljun għall-faċilità tas-sigurtà tal-ikel li se titħallas lura fl-2011 (€14-il miljun), l-2012 (€6 miljun) u l-2013 (€9 miljun). Il-fondi li tħallsu lura f'dawn is-snin huma murija wkoll fit-tabella.