This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DC0451
Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the use of the provisions on mutual assistance for the recovery of claims relating to certain levies, duties, taxes and other measures in 2005-2008
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-użu tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet li jirrigwardaw ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħrajn fl-2005-2008
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-użu tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet li jirrigwardaw ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħrajn fl-2005-2008
/* KUMM/2009/0451 finali */
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-użu tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet li jirrigwardaw ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħrajn fl-2005-2008 /* KUMM/2009/0451 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.9.2009 KUMM(2009) 451 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar l-użu tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet li jirrigwardaw ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħrajn fl-2005-2008 RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar l-użu tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet li jirrigwardaw ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħrajn fl-2005-2008 1. Introduzzjoni L-Istati Membri tal-KE jipprovdu għajnuna reċiproka lil xulxin għall-irkupru ta' pretensjonijiet relatati ma' ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħrajn. Il-leġiżlazzjoni kkonċernata oriġinalment ġiet stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976[1]. Din id-Direttiva ġiet sostitwita mid-Direttiva 2008/55/KE tas-26 ta' Mejju 2008[2]. Taħt dil-leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni hija meħtieġa li tħejji rapport regolari dwar l-użu ta’ arranġamenti ta’ għajnuna reċiproka. L-ewwel rapport (id-dokument COM(2006)43) ġie ppubblikat fit-8 ta’ Frar 2006. Ta ħarsa ġenerali lejn l-għajnuna reċiproka għall-irkupru pprovduta fl-2003 u l-2004. Dan ir-rapport jirrigwarda l-għajnuna għall-irkupru mogħtija fl-2005-2008. Jittratta wkoll l-inizjattivi attwali tal-Kummissjoni f’dan il-qasam. 2. ANALIżI TAL-UżU TA' MIżURI TA' GħAJNUNA REċIPROKA FL-2005-2007 2.1. Rimarka ta' introduzzjoni Fir-rapport preċedenti tagħha l-Kummissjoni indikat li l-istatistiċi ta’ diversi Stati Membri kien fihom ċerti inkonsistenzi. L-istatistiċi li jirrigwardaw in-numri tat-talbiet li saru fil-perjodu 2005-2007 ġeneralment juru tnaqqis sostanzjali f’dawn l-inkonsistenzi, minkejja li n-numru ta’ talbiet żdied konsiderevolment. Dan juri li l-Istati Membri taw aktar attenzjoni lit-tħejjija ta’ statistiċi korretti. L-adozzjoni ta’ istruzzjonijiet preċiżi dwar l-obbligi ta’ rappuraġġ statistiku fil-5 ta’ Diċembru 2005 mingħajr dubju kkontribwixxa għat-titjib fl-akkuratezza tal-istatistiċi. Barra minn dan, il-mistoqsijiet tal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni ġew eżaminati b'reqqa fil-Kumitat tal-Irkupru, li ppermetta lill-awtoritajiet nazzjonali li jnaqqsu l-possibbiltà ta’ opinjonijiet diverġenti li jistgħu jwasslu għal inkonsistenzi fl-istatistiċi rrappurtati. 2.2. Użu akbar ta’ talbiet ta’ għajnuna reċiproka tal-KE L-istatistiċi pprovduti mill-Istati Membri juru numru li qed jiżdied ta’ talbiet għall-għajnuna fuq il-bażi tad-Direttiva tal-KE ( l-ewwel kolonna tal-grafiċi ta’ hawn taħt). Jidher ukoll li l-qafas leġiżlattiv tal-KE jintuża aktar estensivament bejn l-Istati Membri tal-KE minn kwalunkwe ftehim jew arranġament ieħor dwar għajnuna reċiproka għall-irkupru. L-użu ta’ kwalunkwe arranġamenti oħrajn dwar għajnuna reċiproka bejn l-Istati Membri ( it-tieni kolonna tal-grafiċi hawn taħt) naqas fil-perjodu 2005-2008. (Dejta dwar l-użu ta’ ftehimiet oħra dwar għajnuna reċiproka hija biss disponibbli għall-perjodu mill-2005 sal-2008)[3]. 2.2.1. Evoluzzjoni tat-talbiet għal informazzjoni [pic] 2.2.2. Evoluzzjoni tat-talbiet għal notifika [pic] 2.2.3. Evoluzzjoni tat-talbiet għall-irkupru [pic] 2.2.4. Tip tal-pretensjonijiet li għalihom intalbet għajnuna għall-irkupru It-tip ta’ pretensjonijiet, bħala perċentwali tal-ammonti totali tal-pretensjonijiet kollha, qed jintwera mis-statistiċi li ġejjin[4]: - [pic] talbiet li jirrigwardaw pretensjonijiet rigward il-VAT (imsemmija fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2008/55/KE) jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tat-talbiet għal miżuri għall-irkupru: is-sehem tagħhom tela’ minn 43% fl-2005 għal 57% fl-2007; fl-2008 naqas għal 34%. - [pic] talbiet relatati ma’ taxxi fuq id-dħul u l-kapital (imsemmija fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva) jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira oħra tat-talbiet. Din il-parti naqset minn 37% mit-talbiet kollha fl-2005 għal 26% mit-talbiet kollha fl-2007; fl-2008, 50% mit-talbiet kollha kienu jirrigwardaw pretensjonijiet ta’ din il-kategorija. - [pic] talbiet li jirrigwardaw rifużjonijiet, interventi u miżuri oħra li jiffurmaw parti mis-sistema tal-iffinanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, imposti u dazji oħra li għalihom hemm ipprovdut taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur taz-zokkor u dazji fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 2(a) - (e) tad-Direttiva) jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 10% mit-talbiet kollha; - [pic] talbiet li jirrigwardaw dazji tas-sisa (imsemmija fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva) jirrappreżentaw ukoll madwar 10% mit-talbiet kollha (ħlief fl-2007 meta dan is-sehem naqas għal 4%); - [pic] talbiet li jirrigwardaw it-taxxi fuq il-poloz tal-assigurazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 2(h) tad-Direttiva) jirrappreżentaw biss parti żgħira mit-talbiet kollha. Saħansitra, fl-2008, ma kien hemm l-ebda talbiet relatati ma’ dawn it-taxxi. [pic] 2.3. Aktar ammonti rkuprati 2.3.1. Evoluzzjoni globali tal-ammonti rkuprati L-evoluzzjoni tal-ammonti li jiġu effettivament irkuprati turi wkoll tendenza li qed tiżdied. Meta mqabbla mal-ammonti rkuprati fl-2003 (100%), l-ammonti rkuprati żdiedu b'aktar minn 600% fl-2006 u l-2008[5]. [pic] 2.3.2. Id-distribuzzjoni tal-ammonti rkuprati mill-Istati Membri l-oħrajn, skont is-snin relatati mat-talbiet ikkonċernati Jeħtieġ xi ftit taż-żmien qabel jittieħdu miżuri għall-irkupru u qabel ma dawn iwasslu għall-effett tagħhom. Pereżempju, l-ammonti rkuprati minn Stat Membru mitlub fl-2008, ikunu relatati biss parzjalment mat-talbiet irċevuti fl-2008; dawn l-ammonti jkunu relatati wkoll ma’ talbiet irċevuti fi snin preċedenti. Il-grafiċi li jmiss juru, rigward l-ammonti effettivament irkuprati fis-snin 2005-2008, ma’ liema sena t-talbiet huma relatati. Minn dawn l-istatistiċi jidher li (aktar minn) 80% tal-ammonti rkuprati f’dawn is-snin huwa relatat ma’ talbiet magħmulin fl-istess sena (indikati b’“=” fil-grafiċi hawn isfel) jew fis-sentejn kalendarji ta’ qabel (indikati bħala “-1” u “-2” fil-grafiċi hawn isfel). [pic] 2.4. Nuqqas ta’ effiċjenza L-istatistiċi dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru relatati mal-2005-2008 juru li l-ammonti rkuprati żdiedu konsiderevolment. Madankollu, in-numru ta’ talbiet u l-ammonti li għalihom hija mitluba l-għajnuna għall-irkupru ukoll qed jiżdiedu. Konsegwentement, għad baqa’ differenza kbira bejn l-ammonti li għalihom tintalab l-għajnuna u l-ammonti attwalment irkuprati permezz tal-għajnuna reċiproka. Kif diġà ġie indikat taħt il-punt 2.3.2, il-miżuri ta’ rkupru li jittieħdu biex tiġi eżegwita talba rċevuta f’sena partikolari ma jwasslux għal irkupru immedjat matul dik l-istess sena. M’hemmx statistiċi disponibbli dwar dan l-effett pospost tal-miżuri ta' rkupru għas-snin ta’ qabel l-2005. Għaldaqstant, bħalissa mhuwiex possibbli li tinkiseb idea preċiżi tal-ammonti li huma effettivament irkuprati, meta mqabbla mal-ammonti li ntalbet għajnuna għall-irkupru fil-każ tagħhom f'sena partikolari. Madankollu, l-informazzjoni parzjali li hija disponibbli bħalissa tagħmilha ċara li jista' jkun mistenni li l-proporzjon globali tal-irkupru għal talbiet ta' rkupru bejn l-Istati Membri tal-KE huwa madwar 5%[6]. B’riżultat taż-żieda fit-talbiet u ż-żieda fl-ammonti li għalihom tintalab għajnuna għall-irkupru, jinħtieġu sforzi speċjali biex titjieb l-effiċjenza ta’ din l-għajnuna. Dawn l-isforzi jridu jsiru fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Komunità: - l-Istati Membri individwali jridu jsaħħu l-istrumenti għall-irkupru disponibbli fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; u - il-Komunità Ewropea trid issaħħaħ u tiffaċilita l-għajnuna reċiproka għall-irkupru bejn l-Istati Membri. 3. Inizjattivi ġodda tal-Komunità biex tissaħħaħ l-għajnuna reċiproka għall-irkupru 3.1. Id-Direttiva tal-Kunsill il-ġdida Id-Direttiva oriġinali tal-Kunsill dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta' pretensjonijiet relatati ma’ ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħrajn – id-Direttiva 76/308/KEE – ġiet emendata diversi drabi. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva ġiet ikkodifikata. Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE il-ġdida ġiet adottata fis-26 ta’ Mejju 2008 u daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2008. 3.2. Ir-Regolament tal-Kummissjoni l-ġdid li jiffaċilita l-iskambju ta’ talbiet għal għajnuna Fit-28 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 1179/2008, li ssostitwixxa d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/94/KE sa mill-1 ta’ Jannar 2009. Din il-leġiżlazzjoni l-ġdida, li tistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill, tiffaċilita l-għajnuna reċiproka fil-prattika, b’mod partikolari l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti. Dan hu tabilħaqq indispensabbli, fid-dawl taż-żieda kontinwa fit-talbiet. Skont ir-regoli l-ġodda, il-komunikazzjoni elettronika tat-talbiet u r-risposti hija, fil-prinċipju, applikata għat-tipi kollha ta’ talbiet għal għajnuna reċiproka. Formoli standard ġodda għat-talbiet jikkontribwixxu wkoll għal komunikazzjoni aktar mgħaġġla bejn l-awtorità li tagħmel it-talba u l-awtorità rikjesta. Issa qed tiġi żviluppata verżjoni elettronika ta’ dawn il-formoli ġodda għat-talbiet li tippermetti t-traduzzjoni awtomatika. Fl-1 ta’ Ġunju 2008 bdiet fażi ta’ ttestjar għall-użu ta’ dawn il-formoli elettroniċi għat-talbiet. Tinvolvi l-awtoritajiet minn 6 Stati Membri. Huwa mistenni li l-Istati Membri kollha se jkunu jistgħu jużaw il-formoli elettroniċi l-ġodda matul l-2010. 3.3. Proposta għal leġiżlazzjoni ġdida tal-Kunsill Fit-2 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta COM(2009)28 biex tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE b’dispożizzjonijiet ġodda biex issaħħaħ l-għajnuna għall-irkupru. L-għanijiet u l-elementi ewlenija ta’ din il-proposta jirrigwardaw: - estensjoni tal-ambitu għal imposti li għadhom mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni attwali tal-KE, minħabba li l-kompetittività u n-newtralità fiskali tas-suq intern mhumiex biss milquta min-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2008/55/KE. Id-distorsjonijiet fil-kundizzjonijiet tas-suq intern, kif ukoll it-theddida għall-interessi finanzjarji tal-Komunità u tal-Istati Membri jistgħu wkoll jirriżultaw minn frodi li tirrigwarda taxxi oħrajn; - l-użu preferenzjali tal-leġiżlazzjoni tal-KE għat-talbiet kollha għal għajnuna reċiproka għall-irkupru bejn Stati Membri tal-KE. Dan għandu jippermetti lill-uffiċjali kkonċernati jevitaw id-diffikultajiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ bosta ftehimiet u arranġamenti, kull wieħed b’possibiltajiet, kundizzjonijiet, modalitajiet u metodi ta’ komunikazzjoni differenti. - it-tisħiħ tal-possibiltajiet biex tintalab għajnuna reċiproka u biex jitħaffef l-ipproċessar ta’ talbiet għal għajnuna reċiproka. Dan jidher li hu essenzjali, minħabba li l-possibiltajiet biex jiġu rkuprati pretensjonijiet huma kjarament relatati ma’ kemm ila l-pretensjoni. Sabiex jitjiebu l-possibiltajiet ta' rkupru, il-Kummissjoni qed tipproponi miżuri bħal: - il-possibbiltà li jintalbu miżuri ta’ rkupru, anki meta ma jkunux għadhom ittieħdu l-azzjonijiet għall-irkupru xierqa kollha fl-Istat Membru applikant; - L-iskambju spontanju ta’ ċerti kategoriji ta’ informazzjoni; - il-possibbiltà għall-uffiċjali għall-irkupru li jkunu preżenti fl-uffiċċji amministrattivi u li jipparteċipaw f'inkjesti amministrattivi fi Stat Membru ieħor; - is-simplifikar tal-proċeduri għan-notifika ta’ dokumenti bl-introduzzjoni ta’ metodu ta’ notifikazzjoni uniformi, bl-użu ta' formola standard; - l-iżvilupp ta’ strumenti uniformi tal-Komunità li jippermettu l-infurzar jew ta’ miżuri kawtelatorji, li jwasslu biex jiġu evitati problemi ta’ traduzzjoni u ta’ rikonoxximent ta’ strumenti barranin. 4. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 4.1. Konklużjonijiet Iż-żieda fin-numru tat-talbiet għal għajnuna turi li l-Istati Membri jħossu l-ħtieġa li jaħdmu mill-qrib flimkien fil-ġlieda kontra l-frodi fiskali. Minkejja li l-ammonti rkuprati żdiedu matul il-perjodu 2005-2008, huwa meħtieġ tisħiħ ulterjuri tal-leġiżlazzjoni eżistenti f’dan il-qasam, sabiex jiġi affaċċjat in-numru dejjem jikber ta’ talbiet għal għajnuna u sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-għajnuna għall-irkupru. 4.2. Rakkomandazzonijiet l-Istati Membri qed jitħeġġu jsaħħu l-istrumenti għall-irkupru disponibbli fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Il-Kunsill u l-Parlament huwa mistiedna biex jadottaw malajr il-proposta li l-Kummissjoni ppreżentat fit-2 ta’ Frar 2009 biex tissaħħaħ l-għajnuna reċiproka għall-irkupru. [1] ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18. [2] ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28. [3] L-informazzjoni hija skont l-istatiċi li għaddew l-Istati Membri mitluba. [4] L-istatistiċi huma bbażati fuq il-medja tat-talbiet irċevuti u mibgħuta. Għall-2005, l-istatistiċi huma bbażati fuq id-dejta rrappurtata minn 17-il Stat Membru; għall-2006, fuq dejta rrappurtata minn 20 Stat Membru; għall-2007, fuq dejta rrappurtata minn 24 Stat Membru; u għall-2008, fuq dejta rrappurtata minn 25 Stat Membru. [5] L-istatistiċi kif rappurtati mill-Istati Membri mitlubin kif irkuprati fuq it-talba ta’ Stati Membri oħrajn. [6] Madankollu għandu jinżamm amment li s-somma totali tal-ammonti msemmija fit-talbiet ta’ rkupju ma tikkorrispondix neċessarjament mal-ammonti verament dovuti; eż. l-istess pretensjoni tista' tkun is-suġġett ta’ bosta talbiet lil Stati Membri differenti. jew it-talbiet jistgħu jiġu rtirati fi stadju ulterjuri, minħabba li l-pretensjonijiet tħallsu volontarjament jew ġew ikkontestati b’suċċess. Bħalissa, l-istatistiċi disponibbli ma jippermettux li jitqiesu dawn is-sitwazzjonijiet kollha.