EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DC0335

Rapport mill-Kummissjoni dwar il-ħidma tal-kumitati matul l-2008 {SEC(2009) 913}

/* KUMM/2009/0335 finali */

52009DC0335

Rapport mill-Kummissjoni dwar il-ħidma tal-kumitati matul l-2008 {SEC(2009) 913} /* KUMM/2009/0335 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.7.2009

KUMM(2009) 335 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

DWAR IL-ĦIDMA TAL-KUMITATI MATUL L-2008 {SEC(2009) 913}

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

DWAR IL-ĦIDMA TAL-KUMITATI MATUL L-2008

Skont l-Artikolu 7(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 (minn hawn 'il quddiem id-"Deċiżjoni dwar il-komitoloġija"), il-Kummissjoni qed tippreżenta r-rapport annwali tagħha dwar il-ħidma tal-kumitati għall-2008. Dan ir-rapport jagħti ħarsa lejn l-iżviluppi fis-sistema tal-komitoloġija u fih ukoll taqsira tal-attivitajiet tal-kumitati u kif ukoll Anness bi statistika dettaljata dwar il-ħidma tal-kumitati individwali[1].

1. Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi riċenti fis-sistema tal-komitoloġija

1.1. L-implimentazzjoni tar-riforma fil-proċedura tal-komitoloġija (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE)

1.1.1. Allinjament

L-eżerċizzju tal-allinjament għandu l-għan li jarmonizza l-atti bażiċi eżistenti mal-proċedura regolatorja l-ġdida bl-iskrutinju (RPS), introdotta permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE, li tkompliet fl-2008[2] permezz tal-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-ewwel sett ta' "allinjamenti prijoritarji" fil-11 ta' Marzu 2008[3], wara l-adozzjoni fit-22 ta' Ottubru 2008 ta' żewġ Regolamenti "omnibus", "omnibus parti 1"[4] u "omnibus parti 3"[5] li jġibu flimkien u jemendaw 59 u 4 atti legali bażiċi rispettivament, u fl-aħħar nett "omnibus parti 2"[6], li tkopri 47 att legali bażiku u ġie adottat fil-11 ta' Marzu 2009.

Il-Kummissjoni adottat proposta għar-raba' Regolament omnibus[7], li jkopri l-allinjament ta' 46 att, fi Frar 2008.

Minbarra dan, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni sabiex tagħmel proposti għall-allinjament ta' 14-il att legali bażiku addizzjonali. Il-Kummissjoni eżaminat dawn l-istrumenti mill-qrib iżda ma qisietx li huwa xieraq li tippreżenta proposti għal kull wieħed minnhom għaliex, fost affarijiet oħrajn, xi wħud minnhom kienu diġà ġew allinjati minn atti oħra jew minħabba li, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-poteri ta' implimentazzjoni li kien hemm fihom ma kinux suġġetti għall-RPS. B'riżultat ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni adottat proposta għall-ħames u l-aħħar Regolament omnibus li jkopri żewġ atti legali bażiċi, fit-30 ta' Marzu 2009[8].

1.1.2. Reviżjoni tal-ftehim interistituzzjonali

Ftehim interistituzzjonali revedut bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-komitoloġija ġie adottat fit-3 ta' Ġunju 2008[9]. Din ir-reviżjoni tagħmel il-ftehim konformi mat-tibdil fil-proċeduri tal-komitoloġija introdotti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE, u b'mod partikolari l-RPS, u mad-dikjarazzjonijiet annessi tagħha dwar it-trasparenza u reġistru mtejjeb tal-komitoloġija[10]. Minbarra dan, il-ftehim revedut għandu l-għan li jissimplifika l-arranġamenti eżistenti bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

1.1.3. Il-komitoloġija u t-trasparenza: ir-reġistru u repożitorju għal dokumenti dwar il-komitoloġija

Fi stqarrija dwar l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni tal-komitoloġija (dikjarazzjoni dwar it-trasparenza)[11], il-Kummissjoni kkomettiet ruħha li ttejjeb ir-reġistru tal-komitoloġija sabiex tgħin lill-Parlament Ewropew biex isegwi aħjar l-istadji u l-iskedi differenti ta’ kull proċedura ta’ komitoloġija u biex issir distinzjoni bejn id-diversi tipi ta’ dokumenti rċevuti.

Għaldaqstant, biex tkompli mar-riforma tad-Deċiżjoni tal-komitoloġija, il-Kummissjoni żviluppat reġistru ta’ komitoloġija ġdid u mtejjeb ferm aktar biex il-Parlament Ewropew u l-pubbliku inġenerali jingħataw aċċess aktar trasparenti u koerenti għad-dokumenti u informazzjoni oħra rilevanti. Ir-reġistru l-ġdid beda jopera fl-1 ta' April 2008[12].

1.2. Żvilupp tal-każistika

Fis-sentenza tagħha tal-1 ta' April 2008 (kawżi magħquda C-14/06 u C-295/06, il-Parlament Ewropew u r-Renju tad-Danimarka vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat il-Punt 2 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni[13] 2005/717/KE li temenda għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku l-Anness għad-Direttiva RoHS[14] f'dak li jirrigwarda l-eżenzjoni għall-eteru Dekabromodifenilu (DecaBDE) f'applikazzjonijiet polimeriċi. Il-Qorti ddikjarat ukoll li l-effetti ta' dik id-dispożizzjoni għandhom madankollu jinżammu sat-30 ta' Ġunju 2008, inklużiv.

Il-Qorti kkonkludiet li d-deċiżjoni, li kienet ekwivalenti għal eżenzjoni ġenerali għall-użu tad-DecaBDE fit-tagħmir elettriku u elettroniku, ġiet adottata meta l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlatura tal-Komunità fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva RoHS ma kinux ġew issodisfati u kienet tmur kontra l-għan segwit minn dik il-leġiżlatura li tistabbilixxi l-prinċipju tal-projbizzjoni tal-komponenti msemmija f'dik id-direttiva. Bl-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni fir-rigward tal-eżenzjoni tad-DecaBDE, il-Kummissjoni għalhekk kisret l-Artikolu 5(1).

Il-Qorti għalhekk tikkonferma l-prinċipju ġenerali li, fl-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta l-miżuri kollha meħtieġa jew xierqa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni bażika, sakemm ma jkunux imorru kontriha.

2. Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet

2.1 Għadd ta’ kumitati u laqgħat

Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-kumitati tal-komitoloġija, fuq in-naħa l-waħda, u l-entitajiet l-oħra, b’mod partikolari “il-gruppi tal-esperti” li ġew iffurmati mill-Kummissjoni stess, fuq in-naħa l-oħra. Dawn tal-aħħar jipprovdu għajnuna esperta lill-Kummissjoni fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-politika, filwaqt li l-kumitati tal-komitoloġija jgħinu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni li ġew mogħtija lilha mill-atti legali bażiċi. Dan ir-rapport jiffoka esklussivament fuq il-kumitati tal-komitoloġija. L- għadd tal-kumitati tal-komitoloġija fil-31 ta' Diċembru 2008 kien ikkalkulat skont is-settur tal-attività (ara t- Tabella I ). Iċ-ċifri għas-sena preċedenti (fil-31 ta’ Diċembru 2007) qed jingħataw ukoll biex ikun jista’ jsir paragun.

TABELLA I – Numru totali ta' kumitati

Settur ta’ politika | 2007 | 2008 |

Impriża u Industrija (ENTR) | 33 | 34 |

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Ugwali (EMPL) | 4 | 5 |

Agrikoltura u Żvilupp Rurali (AGRI) | 31 | 28 |

Trasport u Enerġija (TREN) | 35 | 36 |

Ambjent (ENV) | 35 | 35 |

Riċerka (RTD) | 5 | 6 |

Soċjetà tal-Informazzjoni u Xandir (INFSO) | 9 | 9 |

Sajd u Affarijiet Marittimi (MARE) | 4 | 4 |

Suq intern (MARKT) | 13 | 14 |

Politika reġjonali (REGIO) | 1 | 1 |

Tassazzjoni u Unjoni Doganali (TAXUD) | 11 | 10 |

Edukazzjoni u Kultura (EAC) | 6 | 7 |

Saħħa u Konsumaturi (SANCO) | 17 | 17 |

Ġustizzja, Libertà u Sigurtà (JLS) | 21 | 24 |

Relazzjonijiet Esterni (RELEX) | 3 | 3 |

Kummerċ (TRADE) | 12 | 12 |

Tkabbir (ELARG) | 3 | 3 |

EuropeAid (AIDCO) | 9 | 8 |

Għajnuna Umanitarja (ECHO) | 1 | 1 |

Statistika (ESTAT) | 9 | 9 |

Baġit (BUDG) | 2 | 2 |

Uffiċċju ta’ kontra l-Frodi (OLAF) | 1 | 1 |

Teknoloġija tal-Informatika (DIGIT) | 1 | 1 |

TOTAL | 266 | 270 |

Il-kumitati tal-komitoloġija jistgħu ġeneralment ikunu klassifikati skont it-tip ta’ proċedura li jaħdmu taħtha (proċedura konsultattiva, proċedura ta’ ġestjoni, proċedura regolatorja, proċedura regolatorja bi skrutinju u proċedura ta’ salvagwardja – ara t- Tabella II). Peress illi ċerti kumitati japplikaw proċeduri multipli (li jvarjaw mill-proċedura konsultattiva sal-proċedura regolatorja, flimkien mal-proċedura ta’ salvagwardja), huma ġew individwati mill-bqija tal-kumitati li jaħdmu bi proċedura unika.

TABELLA II – NUMRU TA' KUMITATI SKONT IL-PROċEDURA (2008)

Tip ta’ proċedura | Kumitat li jopera taħt diversi proċeduri |

Konsultattiva | Ta’ ġestjoni | Regolatorja | Regolatorja bi skrutinju | Ta’ salvagwardja |

ENTR | 6 | 3 | 15 | 0 | 0 | 10 |

EMPL | 2 | 0 | 2 | 0 | 0 | 1 |

AGRI | 0 | 19 | 5 | 0 | 0 | 4 |

TREN | 3 | 3 | 9 | 0 | 0 | 21 |

ENV | 0 | 2 | 21 | 0 | 0 | 13 |

RTD | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 4 |

INFSO | 0 | 4 | 0 | 0 | 0 | 5 |

MARE | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 3 |

MARKT | 1 | 1 | 7 | 2 | 0 | 3 |

REGIO | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 |

TAXUD | 1 | 3 | 5 | 0 | 0 | 1 |

EAC | 1 | 1 | 0 | 0 | 0 | 5 |

SANCO | 2 | 0 | 8 | 0 | 0 | 7 |

JLS | 4 | 1 | 4 | 2 | 0 | 13 |

RELEX | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 1 |

TRADE | 3 | 3 | 3 | 0 | 0 | 2 |

ELARG | 0 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 |

AIDCO | 0 | 7 | 0 | 0 | 0 | 1 |

ECHO | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 |

ESTAT | 0 | 3 | 2 | 0 | 0 | 4 |

BUDG | 1 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 |

OLAF | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 |

DIGIT | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 |

TOTAL | 24 | 59 | 83 | 4 | 0 | 100 |

Il-figuri jindikaw illi madwar 31% tal-kumitati (83 minn 270) jaħdmu esklussivament taħt il-proċedura regolatorja, segwiti min-numru konsiderevolment iżgħar ta’ kumitati li jaħdmu esklussivament taħt il-proċedura ta’ ġestjoni (59). Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-kumitati (37%) joperaw taħt diversi proċeduri (100 minn 270). Id-diviżjoni skont is-settur ta' politika turi illi l-użu tat-tipi ta’ proċeduri jvarja minn settur ta’ politika għall-ieħor. Madanakollu, f’xi setturi ta' politika, wieħed jista' jinnota d-dominanza ċara ta’ waħda mill-proċeduri: is-setturi tat- Trasport u l-Enerġija , l-Ambjent u l-Impriża u l-Industrija jaħdmu b’numru kbir ta’ kumitati li jiffunzjonaw taħt il-proċedura regolatorja, waqt li l- Agrikoltura taħdem b’numru kbir ta’ kumitati li jiffunzjonaw bil-proċedura tal-ġestjoni.

In-numru ta’ kumitati mhuwiex l-uniku indikatur ta’ attività fuq il-livell tal-komitoloġija. In- numru ta’ laqgħat li saru fl-2008 jirrifletti l-intensità tax-xogħol b’mod ġenerali, fuq il-livell settorjali u f’kumitati individwali ( Tabella III ).

TABELLA III – NUMRU TA' LAQGħAT

2007 | 2008 | 2007 | 2008 |

ENTR | 42 | 57 | SANCO | 167 | 123 |

EMPL | 5 | 4 | JLS | 31 | 37 |

AGRI | 256 | 226 | RELEX | 4 | 4 |

TREN | 67 | 60 | TRADE | 23 | 24 |

ENV | 75 | 57 | ELARG | 12 | 6 |

RTD | 60 | 62 | AIDCO | 35 | 38 |

INFSO | 30 | 28 | ECHO | 7 | 6 |

MARE | 17 | 15 | ESTAT | 19 | 16 |

MARKT | 43 | 42 | BUDG | 7 | 5 |

REGIO | 9 | 9 | OLAF | 3 | 3 |

TAXUD | 91 | 114 | DIGIT | 3 | 3 |

EAC | 15 | 14 | TOTAL | 1.021 | 953 |

Bħal fis-sena 2007, l-Agrikoltura tiddomina b'226 laqgħa, peress illi l-ġestjoni tad-diversi swieq agrikoli teħtieġ laqgħat ta’ spiss. L-Agrikoltura hija segwita mis- Saħħa u l-Konsumatur b'123 laqgħa u t-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali b'114-il laqgħa.

2.2 Għadd ta’ opinjonijiet u miżuri ta’ implimentazzjoni

Bħar-rapporti preċedenti, dan ir-rapport jagħti ċ-ċifri globali tal- opinjonijiet formali mogħtija mill-kumitati u l- miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti (jiġifieri l-atti legali jew deċiżjonijiet amministrattivi u ta’ finanzjament) adottati mill-Kummissjoni[15]. Dawn iċ-ċifri jikkwantifikaw il-produttività tanġibbli tal-kumitati (ara t- Tabella IV ). L-għadd totali ta’ opinjonijet li ġew mogħtija mill-kumitati fl-2008 kien ta’ 2 185 (meta mqabbel ma’ 2 613 fl-2007); l-għadd ta’ miżuri ta’ implimentazzjonii adottati mill-Kummissjoni kien ta’ 2 022 (meta mqabbel ma’ 2 522 fl-2007).

TABELLA IV - Għadd ta’ opinjonijiet u miżuri ta’ Implimentazzjoni (2008)

Opinjonijiet | Miżuri ta’ implimentazzjoni | Opinjonijiet | Miżuri ta’ implimentazzjoni |

ENTR | 362 | 307 | SANCO | 358 | 311 |

EMPL | 21 | 20 | JLS | 117 | 106 |

AGRI | 456 | 439 | RELEX | 0 | 0 |

TREN | 68 | 63 | TRADE | 11 | 12 |

ENV | 78 | 85 | ELARG | 69 | 69 |

RTD | 168 | 168 | AIDCO | 115 | 110 |

INFSO | 79 | 79 | ECHO | 47 | 47 |

MARE | 39 | 39 | ESTAT | 23 | 20 |

MARKT | 26 | 16 | BUDG | 4 | 6 |

REGIO | 4 | 0 | OLAF | 3 | 0 |

TAXUD | 65 | 55 | DIGIT | 1 | 1 |

EAC | 71 | 69 | TOTAL | 2.185 | 2.022 |

L-għadd kbir ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni adottati f’ċerti setturi ta' politika - Agrikoltura (439), Impriżi (307), Saħħa u Konsumaturi (311), Riċerka (168) EuropeAid (110) – għal darba oħra jirriflettu l-intensità tax-xogħol iddelegat lill-Kummissjoni f’dawn l-oqsma[16]. Meta mqabbel mas-sena preċedenti, kien hemm tnaqqis, partikolarment fir-rigward tal- Agrikoltura (439 miżura ta’ implimentazzjoni fl-2008, imqabbla ma’ 963 fl-2007) u l- EuropeAid (110 fl-2008, imqabbla ma’ 388 fl-2007).

2.3 Introduzzjoni tal-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju (RPS)

Iċ-ċifri pprovduti fit-Tabella IV dwar in-numru tal-miżuri ta' implimentazzjoni adottati jinkludu n-numru ta' miżuri adottati skont l-RPS. Din iċ-ċifra hija ta' 71 għall-2008, u l-Ambjent huwa s-settur li juża din il-proċedura l-aktar (21 miżura), segwit mill- Impriża u l-Industrija (13) (ara t- Tabella V ).

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għamlu użu mid-dritt tal-veto tagħhom dwar abbozzi ta' miżuri f'10% tal-każijiet biss (7 miżuri):

- Il-Kunsill oppona l-adozzjoni ta' sitt abbozzi ta' miżuri fil-qasam tal- Ambjent , għar-raġuni li dawn kienu jeċċedu l-poteri tal-implimentazzjoni stipulati fl-istrumenti bażiċi għaliex kienu jimponu fuq l-Istati Membri obbligu li jikkomunikaw il-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom permezz ta' tabelli ta' korrelazzjoni. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni neħħiet id-dispożizzjonijiet ikkontestati mill-abbozzi tal-miżuri u ssottomettiethom mill-ġdid kif emendati lill-Kumitati kompetenti.

- Il-Parlament Ewropew oppona l-adozzjoni ta' abbozz ta' miżura wieħed fil-qasam tas- Suq Intern , għar-raġuni li dan kien jeċċedi l-poteri tal-implimentazzjoni stipulati fl-istrument bażiku għaliex kien jinkludi dispożizzjoni li kienet tmur lilhinn minn aġġustament tekniku u għalhekk kellha tiġi trattata skont il-proċedura tal-kodeċiżjoni. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni neħħiet id-dispożizzjoni kkontestata mill-abbozz tal-miżura u ssottomettiet l-abbozz tal-miżura mill-ġdid kif emendat lill-Kumitat kompetenti.

TABELLA V - Numru ta' miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju (RPS) (2008)

Nru ta' miżuri adottati skont l-RPS | Nru ta' drabi li l-PE oppona l-adozzjoni ta' abbozzi ta' miżuri taħt l-RPS | Nru ta' drabi li l-Kunsill oppona l-adozzjoni ta' abbozzi ta' miżuri taħt l-RPS |

ENTR | 13 | 0 | 0 |

EMPL | 0 | 0 | 0 |

AGRI | 0 | 0 | 0 |

TREN | 9 | 0 | 0 |

ENV | 21 | 0 | 6 |

RTD | 0 | 0 | 0 |

INFSO | 0 | 0 | 0 |

MARE | 0 | 0 | 0 |

MARKT | 10 | 1 | 0 |

REGIO | 0 | 0 | 0 |

TAXUD | 8 | 0 | 0 |

EAC | 0 | 0 | 0 |

SANCO | 3 | 0 | 0 |

JLS | 0 | 0 | 0 |

RELEX | 0 | 0 | 0 |

TRADE | 0 | 0 | 0 |

ELARG | 0 | 0 | 0 |

AIDCO | 0 | 0 | 0 |

ECHO | 0 | 0 | 0 |

ESTAT | 3 | 0 | 0 |

BUDG | 4 | 0 | 0 |

OLAF | 0 | 0 | 0 |

DIGIT | 0 | 0 | 0 |

TOTAL | 71 | 1 | 6 |

3. TAGħRIF DETTALJAT DWAR L-ATTIVITAJIET TAL-KUMITATI

L-Anness ta' dan ir-rapport jipprovdi tagħrif dettaljat dwar il-ħidma tal-kumitati individwali fl-2008, ikklassifikat fuq il-bażi tad-dipartimenti differenti tal-Kummissjoni kkonċernati. Huwa jipprovdi wkoll kummenti dwar it-tibdiliet fl-għadd ta’ kumitati u dwar sitwazzjonijiet speċifiċi marbuta ma' abbozzi ta' miżuri partikolari, bħal opinjonijiet mhux favorevoli, referenzi lill-Kunsill jew oppożizzjonijiet tal-Kunsill jew il-Parlament taħt l-RPS.

[1] L-Anness hu ppreżentat bħala dokument separat ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni.

[2] Għal aktar tagħrif dwar l-isfond tal-proċess tal-allinjament u kif ukoll dwar l-attivitajiet li saru f'dan il-qasam fl-2007, jekk jogħġbok ikkonsulta r-rapport mill-Kummissjoni dwar l-operat tal-Kumitati matul l-2007 (COM(2008)844 finali).

[3] ĠU L 76, 19.03.2008; ĠU L 81, 20.03.2008; ĠU L 97, 09.04.2008.

[4] Regolament (KE) Nru 1137/2008, ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1.

[5] Ir-Regolament (KE) Nru 1103/2008, ĠU L 304, 14.11.2008, p. 80.

[6] ĠU L 87, 31.03.2009, p. 109.

[7] COM(2008) 71.

[8] COM(2009)142.

[9] ĠU C 143, 10.6.2008, p. 1.

[10] ĠU C 171, 22.7.2006, p. 21.

[11] ĠU C 171, 22.7.2006, p. 21.

[12] http://ec.europa.eu/transparency/regcomitology/index_en.htm

[13] Id-Deċiżjoni 2005/717/KE tat-13 ta' Ottubru 2005

[14] Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku

[15] Għandu jiġi nnutat li jista' jkun hemm diskrepanzi bejn in-numru ta' opinjonijiet u n-numru ta' miżuri ta' implimentazzjoni f'sena partikolari. Ir-raġunijiet għal dawn hija spjegata fl-introduzzjoni għall-Anness.

[16] Ta’ min jinnota li l-għadd ta’ miżuri adottati bħala tali ma jagħtix indikazzjoni tal-importanza politika, ekonomika jew finanzjarja tad-deċiżjonijiet meħuda.

Top