Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XX0916(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tas- 6 ta' Mejju 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.4854 — TomTom/Tele Atlas — Relatur: L-Irlanda

ĠU C 237, 16.9.2008, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 237/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tas-6 ta' Mejju 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.4854 — TomTom/Tele Atlas

Relatur: L-Irlanda

(2008/C 237/10)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament KE dwar l-Amalgamazzjonijiet u li tista' titqies li għandha dimensjoni Komunitarja skond l-Artikolu 4(5) ta' dak ir-Regolament.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li din hija amalgamazzjoni vertikali li tinkludi is-swieq tal-prodotti li ġejjin:

Database ta' Mapep Diġitali Navigabbli, suq 'il fuq,

Softwer ta' Navigazzjoni, suq intermedjarju,

Strumenti ta' Navigazzjoni Portabbli, suq l-isfel.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Database ta' Mapep Diġitali Navigabbli huwa globali fl-iskop tiegħu.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Softwer ta' Navigazzjoni huwa globali fl-iskop tiegħu.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Strumenti ta' Navigazzjoni Portabbli huwa mifrux sal-KEE fl-iskop tiegħu..

6.

Il-Kumitat Konsultttiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-entità magħquda jista' jkollħa s-saħħa tgħolli l-prezz jew twaqqa' l-kwalità/iddewwem l-aċċess għal Databases ta' Mapep Diġitali Navigabbli lil uħud mill-kompetituri tagħha fis-swieq ta' l-Istrumenti ta' Navigazzjoni Portabbli u Softwer ta' Navigazzjoni.

7.

Il-Kumitat Konsultttiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-entità amalgamata ma jkollha ebda inċentiv li tgħolli l-prezz jew twaqqa' l-kwalità/iddewwem l-aċċess għal databases ta' Mapep Diġitali Navigabbli lil uħud mill-kompetituri tagħha fis-swieq ta' l-Istrumenti ta' Navigazzjoni Portabbli u Softwer ta' Navigazzjoni.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrzzjoni proposta x'aktarx li mhux se tirriżulta f'impatt anti-kompetittiv għad-detriment tal-konsumatur.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta m'hix se tirriżulta f'ostakolu sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha titqies bħala waħda li hija kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament KE dwar l-Amalgamazzjonijiet.


Top