EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XX0913(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-417-il laqgħa tiegħu fit- 23 ta' Ottubru 2006 dwar abbozz ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/C.38.907 — Travi ta' l-azzar

ĠU C 235, 13.9.2008, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-417-il laqgħa tiegħu fit-23 ta' Ottubru 2006 dwar abbozz ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/C.38.907 — Travi ta' l-azzar

(2008/C 235/02)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikabbiltà ta' l-Artikolu 65(1) tat-Trattat tal-KEFA minkejja li dan skada.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 65(1) tat-Trattat tal-KEFA.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni fir-rigward tas-suq tal-prodotti u tas-suq ġeografiku milquta mill-kartell fl-abbozz ta' deċiżjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mas-sejba tal-Kummissjoni li l-prinċipju “ne bis in idem” ma jipprojbixxix l-adozzjoni tad-deċiżjoni kurrenti.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji tad-deċiżjoni, partikolarment b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà għall-Arcelor Profil Luxembourg SA bħala suċċessur ekonomiku ta' l-attivitajiet ta' Arbed SA fil-qasam tat-travi ta' l-azzar.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mas-sejba li għamlet il-Kummissjoni li l-perjodu ta' limitazzjoni ma skadiex, la fir-rigward ta' l-Arcelor Luxembourg SA (ex-Arbed SA), lanqas fir-rigward ta' l-Arcelor Profil Luxembourg SA (ex-ProfilArbed SA) u lanqas fir-rigward ta' l-Arcelor International SA (ex-TradeArbed SA).

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-ammonti bażiċi tal-multa.

8.

Il-Kumitat Konsuktattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jiġi kkunsidrat — permezz ta' ċirkostanzi eċċezzjonali — li l-Kummissjoni diġà ddeċidiet dwar l-ammont tal-multa lil Arbed SA li l-Qorti tal-Prim'Istanza, fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-137/94, naqqset għal EUR 10 miljuni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-ammonti finali tal-multa.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-punti l-oħra kollha mqajma matul id-diskussjoni.


Top