EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XX0822(01)

Komunikazzjoni mingħand il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda abbażi ta' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni ta' l-idrokarburi

ĠU C 214, 22.8.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 214/12


Komunikazzjoni mingħand il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda abbażi ta' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni ta' l-idrokarburi

(2008/C 214/05)

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonmiċi b'dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall- prospettar ta' l-idrokarburi f'żona F6 kif indikata fuq il-mappa mehmuża bħala Anness 3 tar-Regolament dwar il-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B'referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u fl-Artikolu 15 ta' l-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (Bulletin ta' Atti u Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi b'dan qed jistieden lill-partijiet interessati jiressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar ta' l-idrokarbonji f'żona F6 tal-blata kontinentali Olandiża.

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti ta' l-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 5(1) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar il-Minjieri (Bulletin ta' Atti u Digrieti, 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil: De Minister van Economische Zaken, ter attentie van J.C. De Groot, directeur Energiemarkt, ALP A/562, Bezuidenhoutseweg 30, Postbus 20101, 2500 EC Den Haag, Nederland.

Applikazzjonijet li jaslu wara d-data ta' l-għeluq ta' dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għandha tittieħed sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar mill-għeluq ta' dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb minn fuq dan in-numru tat-telefown: (31) 70 379 77 62 (persuna ta' kuntatt: E.J. Hoppel).


Top