Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XX0524(02)

    Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/39.165 — Ħġieġ Ċatt (Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat- 23 ta' Mejju 2001 fuq it-termini ta' riferenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21 )

    ĠU C 127, 24.5.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 127/6


    Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/39.165 — Ħġieġ Ċatt

    (Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 fuq it-termini ta' riferenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

    (2008/C 127/09)

    L-abbozz tad-deċiżjoni jagħti lok għall-kummenti li ġejjin:

    INTRODUZZJONI

    Fit-22 u t-23 ta' Frar u fil-15 ta' Marzu 2005, il-Kummissjoni wettqet sensiela ta' spezzjonijiet għal għarrieda fl-uffuċji ta' diversi manifatturi tal-ħġieġ ċatt proprjetajiet tal-gruppi ta' kumpaniji Pilkington, Asahi/Glaverbel, Saint Gobain u Guardian. Fit-2 ta' Marzu 2005, il-grupp ta' kumpaniji Asahi/Glaverbel issottometta applikazzjoni għal immunità mill-multi, jew alternattivament, tnaqqis minnhom skond in-Notifika ta' Klemenza ta' l-2002 (1). Abbażi ta' l-informazzjoni miġbura waqt l-investigazzjoni, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-kumpaniji msemmija hawn fuq ipparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE li jkopri mill-inqas it-territorju taż-ŻEE, billi ftehimu dwar żjiediet fissi fil-prezzijiet, prezzijiet minimi u kundizzjonijiet kummerċjali oħra għal erba' kategoriji ta' prodotti tal-ħġieġ ċatt, jiġifieri ħġieġ “float”, ħġieġ low-E (ħġieġ li jimminimizza l-kondensazzjoni u t-telf tas-sħana), ħġieġ laminat u mirja mhux ipproċessati, fil-perjodu bejn id-9 ta' Jannar 2004 u t-22 ta' Frar 2005, kif ukoll skambjaw informazzjoni li hi kummerċjalment sensittiva.

    PROĊEDURA BIL-MIKTUB

    Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u tweġibiet

    Fit-12 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni indirizzat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lil dawn l-impriżi: Asahi Glass Company Limited (“Asahi”), Glaverbel SA/NV (“Glaverbel”, li biddlet isimha għal “AGC Flat Glass Europe SA” fl-1 ta' Settembru 2007), Guardian Europe S.à.r.l. u l-kumpanija proprjetarja tagħha Guardian Industries Corporation (minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa “Guardian”), Pilkington Deutschland AG, Pilkington Group Limited, Pilkington Holding GmbH (minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa “Pilkington”), Compagnie de Saint-Gobain SA u Saint-Gobain Glass France SA (minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa “Saint-Gobain”).

    Id-destinatarji rċivew id-DO bejn it-13 u l-15 ta' Marzu 2007 u d-data sa meta kellha tintbagħat it-tweġiba kienet is-7 ta' Mejju 2007. Il-partijiet kollha talbu estensjoni biex iwieġbu għad-DO. Wara li l-partijiet taw ir-raġunijiet għat-talbiet tagħhom, jien ikkonċedejt l-estensjonijiet lil Saint-Gobain sal-11 ta' Mejju 2007, lil Asahi u Glaverbel sa l-14 ta' Mejju 2007 u lil Pilkington sal-21 ta' Mejju 2007. Il-partijiet kollha wieġbu fil-ħin.

    Aċċess għall-fajl

    Il-partijiet kellhom aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fil-forma ta' DVD's li rċivew flimkien mad-DO. id-dikjarazzjonijiet korporattivi u d-dokumenti ippreżentati lill-Kummissjoni fil-qafas ta' struttura tan-Notifika ta' Klemenza kienu aċċessibli fl-uffiċji tal-Kummissjoni.

    PROĊEDURA ORALI

    Smigħ Orali

    Is-smigħ orali sar fis-7 ta' Ġunju 2007, li fih Asahi, Glaverbel u Guardian ipparteċipaw u taw il-veduti tagħhom. Il-preżentazzjoni ta' Asahi kienet tiffoka fuq l-argument tar-responsabbiltà tal-kumpanija propjetarja; filwaqt li dik ta' Glaverbel enfasizzat il-valur tal-koopoerazzjoni mal-Kumissjoni u ta' Guardian prinċipalment spejgat l-istruttura speċifika tan-negozju tagħhom.

    L-ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI

    Jien ta' l-opinjoni li l-abbozz ta' deċiżjoni sottomess lill-Kummissjoni fih biss oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jgħarrfu l-opinjonijiet tagħhom.

    Nikkonkludi li fil-każ preżenti d-drittijiet tal-partijiet li jinstemgħu bil-miktub ġew irrispettati.

    Brussell, il-21 ta' Novembru 2007.

    Serge DURANDE


    (1)  ĠU C 45, 19.2.2002, p. 3.


    Top