Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XX0516(01)

    Komunikazzjoni tal-gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' l-idrokarburi (Avviż rigward it-talba għall-permess esklussiv għall-prospettar għall-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis de Gex) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 119, 16.5.2008, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 119/25


    Komunikazzjoni tal-gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' l-idrokarburi (1)

    (Avviż rigward it-talba għall-permess esklussiv għall-prospettar għall-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis de Gex”)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 119/08)

    Permezz ta' applikazzjoni ta' l-14 ta' Ġunju 2007, emendata fis-7 ta' Jannar 2008, il-kumpaniji Egdon Resources (New Ventures) Ltd., li għandha s-sede tagħha fi Suite 2, 90-96 High Street, Odiham, Hamphshire, RG29 1LP (ir-Renju Unit), Eagle Energy Limited, li għandha s-sede tagħha f'21 Beresford Avenue, East Twickenham, TW1 2PY (ir-Renju Unit) u Nautical Petroleum Plc, li għandha s-sede tagħha f'Parnell House, 25 Wilton Road, London SW1V 1YD (ir-Renju Unit) talbu li jingħataw, għal tul ta' ħames snin, permess esklussiv ta' prospettar għall-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis de Gex”, fuq medda ta' madwar 932 kilometru kwadru, li tinfirex fuq partijiet mid-dipartiment ta' Haute Savoie, l'Ain u Jura.

    Il-perimetru ta' dan il-permess huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

    Il-Punt A: l-intersezzjoni tal-parallel 51,60 grad Tramuntana mal-fruntiera li tifred Franza mill-Iżvizzera

    Punti

    Lonġitudni

    Latitudni

    B

    4,00 gr Lvant

    51,60 gr Tramuntana

    C

    4,00 gr Lvant

    51,40 gr Tramuntana

    D

    3,90 gr Lvant

    51,40 gr Tramuntana

    E

    3,90 gr Lvant

    51,10 gr Tramuntana

    F

    4,30 gr Lvant

    51,10 gr Tramuntana

    Il-Punt G: l-intersezzjoni tal-parallel 4,30 gradi Lvant mal-fruntiera li tifred Franza mill-Iżvizzera

    Il-Punti A sa G: il-fruntiera li tifred Franza mill-Iżvizzera

    Din l-applikazzjoni tinvolvi parti komuni ma' dik ta' Moussières li dehret fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea tal-11 ta' April 2007 u parti esterna. Il-parti esterna biss hija miftuħa għall-kompetizzjoni. Il-perimetru tagħha huwa magħmul mill-arki tal-meridjani u tal-paralleli li suċċessivament jgħaqqdu l-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali ikun dak ta' Pariġi.

    Il-Punt A: l-intersezzjoni tal-parallel 51,60 grad Tramuntana mal-fruntiera li tifred Franza mill-Iżvizzera

    Punti

    Lonġitudni

    Latitudni

    B

    4,00 gr Lvant

    51,60 gr Tramuntana

    C

    4,00 gr Lvant

    51.30 gr Tramuntana

    D

    3.90 gr Lvant

    51.30 gr Tramuntana

    E

    3.90 gr Lvant

    51.10 gr Tramuntana

    F

    4.30 gr Lvant

    51.10 gr Tramuntana

    Il-Punt G: l-intersezzjoni tal-parallel 4,30 gradi Lvant mal-fruntiera li tifred Franza mill-Iżvizzera

    Il-Punti A sa G: Il-fruntiera li tifred Franza mill-Iżvizzera

    Il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-kriterji ta' l-għoti tad-dritt minerarju

    Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

    Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, p.11, u stabbiliti bil-liġi 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz li jingħata hawn taħt.

    Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mit-18 ta' Ġunju 2009.

    Kundizzjonijiet u rekwiżiti dwar l-eżerċizzju ta' l-attività u l-waqfien mill-attività

    L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward il-ftuħ ta' xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

    Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru ta' l-Ekoloġija, l-Iżvilupp u l-Użu Sostenibbli (Direttorat Ġenerali ta' l-Enerġija u tal-Materja Prima, Direttorat tar-Riżorsi Enerġetiċi u tal-Minerali, Uffiċċju tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Minjieri), 61, boulevard Vincent Auriol, Télédoc 133, F-75703 Paris Cedex 13 Franza (tel. (33)144 97 23 02, Feks (33) 144 97 05 70). Id-dispożizzjonijiet regolatorji u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jistgħu jinkisbu mil-Légifrance fis-sit: http://www.legifrance.gouv.fr


    (1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


    Top