Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XX0426(01)

    Komunikazzjoni tal-gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-estensjoni tal-permess esklussiv imsejjaħ Permis de Lavignolle għat-tiftix għall-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 106, 26.4.2008, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 106/34


    Komunikazzjoni tal-gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (1)

    (Avviż dwar it-talba għall-estensjoni tal-permess esklussiv imsejjaħ “Permis de Lavignolle” għat-tiftix għall-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 106/13)

    Permezz ta' talba li ġġib id-data s-16 ta' Jannar 2008, il-kumpaniji Marex Petroleum Corporation (dba Marex, Inc.), li għandha s-sede tagħha f'13819 Threadall Park Drive, Houston, Texas 77077 (l-Istati Uniti), u Etablissements Maurel & Prom, li għandha s-sede tagħha fi 12, rue Volney, F-75002 Paris (Franza), applikaw għal estensjoni tal-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Lavignolle”, fuq medda li tinfirex fuq madwar 60 kilometru kwadru, li tolqot parti mid-dipartiment tal-Gironde.

    Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arki tal-meridjani u tal-paralleli li suċċessivament jgħaqqdu l-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, bil-meridjan oriġinali ikun dak ta' Pariġi.

    PUNTI

    LONĠITUDNI

    LATITUDNI

    A

    3,80 gr Punent

    49,60 gr Tramuntana

    B

    3,70 gr Punent

    49,60 gr Tramuntana

    C

    3,70 gr Punent

    49,50 gr Tramuntana

    D

    3,80 gr Punent

    49,50 gr Tramuntana

    Il-perimetru tal-konċessjoni ta' Tamaris huwa eskluż minn din il-medda

    PUNTI

    LONĠITUDNI

    LATITUDNI

    E

    3,79 gr Punent

    49,58 gr Tramuntana

    F

    3,75 gr Punent

    49,58 gr Tramuntana

    G

    3,75 gr Punent

    49,54 gr Tramuntana

    H

    3,77 gr Punent

    49,54 gr Tramuntana

    I

    3,77 gr Punent

    49,55 gr Tramuntana

    J

    3,79 gr Punent

    49,55 gr Tramuntana

    It-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u l-kriterji ta' l-għoti tad-dritt minerarju

    Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

    Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-liġi 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz li jingħata hawn taħt.

    Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mill-17 ta' Jannar 2010.

    Il-kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-eżerċizzju ta' l-attività u d-deċiżjoni relattiva

    L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward il-ftuħ ta' xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

    Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru ta' l-Ekoloġija, l-Iżvilupp u l-Użu Sostenibbli (Direttorat Ġenerali ta' l-Enerġija u tal-Materja Prima, Direttorat tar-Riżorsi Enerġetiċi u tal-Minerali, Uffiċċju tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Minjieri), 61, boulevard Vincent Auriol, Télédoc 133, F-75703 Paris Cedex 13 Franza [telefown: (33) 144 97 23 02, feks (33) 144 97 05 70].

    Id-dispożizzjonijiet regolamentari u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit: Légifrance

    http://www.legifrance.gouv.fr


    (1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


    Top