Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XG1220(01)

    Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi għall-2009-2012

    ĠU C 326, 20.12.2008, p. 7–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 326/7


    Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi għall-2009-2012

    (2008/C 326/09)

    Introduzzjoni

    Id-drogi illeċiti huma preokkupazzjoni ewlenija għaċ-ċittadini tal-Ewropa, theddida prinċipali għas-sigurtà u s-saħħa tas-soċjetà Ewropea u theddida għall-kondizzjonijiet tal-għajxien mad-dinja kollha.

    F'Diċembru 2004, il-Kunsill Ewropew approva b'mod unanimu l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi għall-2005-2012 (1), li timmira lejn il-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni, benesseri u koeżjoni soċjali permezz tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-użu tad-drogi.

    L-adozzjoni tal-Istrateġija fiha nnifisha kienet sinjal ċar li t-tħassib politiku dwar id-drogi fl-Unjoni Ewropea kollha jmur lil hinn mid-differenzi li jeżistu fl-approċċ użat fl-Istati Membri. L-Istrateġija, implimentata permezz ta' żewġ Pjanijiet ta' Azzjoni tal-UE suċċessivi kontra d-Drogi, ikkonfermat li l-Istati Membri kollha jissottoskrivu għall-istess sett ta' prinċipji bażiċi: li għandu jkun hemm approċċ ibbilanċjat lejn it-tnaqqis tal-provvista u d-domanda għad-drogi, li jkun ibbażat l-ewwel u qabel kollox fuq il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-UE u li jkun jirrispetta b'kull mod il-valuri fundaturi tal-Unjoni: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. L-Istrateġija u l-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħha jimmiraw li jipproteġu u jtejbu l-benesseri tas-soċjetà u tal-individwu, li jipproteġu s-saħħa pubblika, li joffru livell għoli ta' sigurtà għall-pubbliku ġenerali. Dan għandu jkun akkumpanjat minn miżuri orizzontali fejn il-politika dwar id-drogi tkun ibbażata fuq data affidabbli fir-rigward tan-natura u l-limitu tal-problema, fuq koordinazzjoni u kooperazzjoni — dejjem aktar — transkonfinali mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u lejhom. L-Istrateġija u l-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħha huma bbażati wkoll fuq il-Konvenzjonijiet rilevanti tan-NU, li huma strumenti legali prinċipali biex tiġi indirizzata l-problema dinjija tad-drogi.

    L-Istrateġija dwar id-Drogi tipprovdi wkoll il-qafas għal żewġ Pjanijiet ta' Azzjoni konsekuttivi ta' erba' snin il-wieħed. L-ewwel Pjan ta' Azzjoni (2005-2008)  (2) stabbilixxa aktar minn 80 azzjoni biex jgħinu fil-koordinazzjoni tal-oqsma prinċipali ta' intervent mill-gvern fil-qasam tad-drogi illegali, li jkopru s-saħħa pubblika, l-infurzar tal-liġi, id-dwana, il-ġustizzja kriminali u r-relazzjonijiet esterni. Filwaqt li l-implimentazzjoni hija ta' spiss ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha rwol attiv fil-faċilitazzjoni u l-evalwazzjoni tal-ħidma li tkun qiegħda ssir, minbarra li tissorvelja l-leġislazzjoni ta' kontra d-droga, bħad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI dwar it-Traffikar ta' Drogi Illeċiti, fir-rigward ta' liema ser tirrapporta f'nofs l-2009. Barra minn hekk, iggwidata mil-lezzjonijiet mitgħallma f'dawn l-aħħar erba' snin, il-Kummissjoni issa qed tipproponi Pjan ta' Azzjoni ieħor (it-tieni wieħed) (2009-2012) li għandu jiġi endorsjat mill-Kunsill.

    X'kiseb s'issa l-Pjan ta' Azzjoni attwali kontra d-Drogi?

    Il-Pjan attwali jiddikjara bħala l-mira aħħarija tiegħu li:

    “…inaqqas b'mod sinifikattiv il-prevalenza tal-użu tad-drogi fost il-popolazzjoni u jnaqqas il-ħsara soċjali u lis-saħħa tal-bniedem ikkaġunata mill-użu tad-drogi illeċiti u l-kummerċ fihom”.

    Ir-rapport ta' evalwazzjoni (3) huwa sforz konġunt bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), l-Europol u n-netwerks tal-NGOs Ewropej rappreżentati fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili. Din hija l-aktar valutazzjoni estensiva tal-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar id-drogi sal-ġurnata tal-lum u turi li l-objettivi tal-Pjan attwali ntlaħqu parzjalment:

    fl-UE għad hemm livell għoli ta' użu tad-droga. Id-data disponibbli tissuġġerixxi li l-użu tal-eroina, il-kannabis u drogi sintetiċi sar stabbli jew qed jonqos iżda l-użu tal-kokaina qed jiżdied f'numru ta' Stati Membri. In-numru totali ta' persuni fl-UE li f'xi ħin għamlu użu mid-drogi (“prevalenza matul ħajjithom kollha”) — huwa stmat għal madwar 70 miljun fil-każ tal-kannabis, mill-inqas 12-il miljun fil-każ tal-kokaina, 9,5 miljun fil-każ tal-ekstasi, u 11-il miljun fil-każ tal-amfetamini, filwaqt li huwa magħruf li mill-inqas nofs miljun persuna qed jirċievu trattament ta' sostituzzjoni għal drogi bħall-eroina (4),

    għalkemm ma hemm l-ebda raġuni għall-kompjaċenza, id-data disponibbli għal pajjiżi komparabbli f'partijiet oħra tad-dinja turi li l-konsum tal-kannabis, tal-kokaina u ta' anfetamini fl-UE huwa iżjed baxx, b'mod sinifikanti, mill-konsum, pereżempju, fl-Istati Uniti. L-istess huwa veru għan-numru ta' infezzjonijiet b'HIV rappurtati relatati mal-injezzjonijiet tad-drogi,

    l-evalwazzjoni turi wkoll li l-linji politiċi tal-Istati Membri kontra d-drogi qed jikkonverġu u li qed ikun hemm preferenza għall-appoġġ tal-linji politiċi nazzjonali bi pjanijiet ta' azzjoni,

    l-evidenza miġbura s'issa turi li l-UE qed jirnexxielha tal-inqas trażżan il-fenomenu soċjali kumpless tal-użu u l-abbuż mifrux ta' sustanzi fost il-popolazzjoni, u li qed tiffoka dejjem aktar fuq miżuri biex tiġi indirizzata l-ħsara kkaġunata mid-drogi lill-individwi u lis-soċjetà. Huwa importanti li wieħed jinnota li hija għamlet dan minkejja l-fatt li matul il-perijodu taħt reviżjoni l-produzzjoni illeċita dinjija tal-opiates żdiedet sew u li kien hemm traffikar mingħajr preċedent ta' kokaina lejn l-UEF dan l-isfond ta' fornitura akbar sew, ir-reputazzjoni tal-UE fil-ġestjoni tal-problema tidher f'dawl aktar pożittiv,

    f'termini ta' kooperazzjoni internazzjonali, issa hemm koordinazzjoni aħjar tal-pożizzjonijiet tal-UE f'fora internazzjonali dwar id-drogi, bħal pereżempju fil-Kummissjoni tan-NU Kontra d-Drogi Narkotiċi (KDN). Barra minn hekk, l-approċċ integrat u bbilanċjata tal-UE fir-rigward tad-droga kull ma jmur qed dejjem aktar iservi ta' mudell għal pajjiżi oħra madwar id-dinja.

    Il-Pjan ta' Azzjoni attwali (2005-2008) huwa eżerċizzju ambizzjuż. Filwaqt li diġà sar progress f'bosta oqsma, ġew identifikati wkoll xi nuqqasijiet.

    Problemi marbuta mal-koordinazzjoni tal-politika jibqgħu jippersistu f'bosta oqsma, u minkejja li l-kwalità tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-użu, il-prevenzjoni u t-trattament fil-każ tad-droga fl-UE tjiebet b'mod konsistenti, għad hemm nuqqasijiet konsiderevoli fl-għarfien: hemm nuqqas persistenti ta' data affidabbli dwar il-provvista tad-drogi kif ukoll dwar l-ambitu u l-eżiti tal-assistenza relatata mad-droga lil pajjiżi terzi.

    Kif jista' jiżdied l-impenn fis-soċjetà biex jitnaqqas l-użu tad-drogi

    Huwa ċar li l-UE jeħtieġ tagħmel iżjed biex tnaqqas l-impatt tal-problemi tas-saħħa, soċjali, tal-iżvilupp u ekonomiċi kkawżati mill-użu tad-drogi. Jekk miljuni ta' Ewropej ħadu, xi darba f'ħajjithom, id-drogi jew qed jagħmlu dan fil-preżent, jeżisti distakk bejn il-politika pubblika u l-imġiba pubblika li l-ebda soċjetà ma tista' tinjora.

    Hemm evidenza li tissuġġerixxi li wieħed mill-aktar approċċi (kost-) effettivi biex jiġi indirizzat l-użu tad-drogi huwa li s-servizzi pubbliċi involuti fi prevenzjoni, trattament, tnaqqis tal-ħsara u infurzar tal-liġi, jaħdmu flimkien fi sħubija ma' organizzazzjonijiet volontarji u dawk li jipprovdu s-servizzi. Fi kliem ieħor, alleanza bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet maħluqa minnhom u għalihom.

    Wasal iż-żmien li l-poplu Ewropew jitqiegħed fiċ-ċentru tal-politika f'dan il-qasam u li ċ-ċittadini Ewropej jiġu involuti aktar. Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni għenet biex jiġi stabbilit il-Forum tas-Soċjetà Ċivili Ewropew kontra d-Droga, fl-2006. Sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Droga, il-Kummissjoni ser teżamina, matul iż-żmien tal-Pjan ta' Azzjoni li jmiss, possibilitajiet biex timmobilizza lil dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f'impenn formali biex jagħmlu dak li huwa meħtieġ fil-livell tagħhom u bil-mezzi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex inaqqsu l-ħsara li d-drogi jikkawżaw lin-nies. Idea li għandha tiġi żviluppat f'dan ir-rigward hija l-formulazzjoni ta' “Alleanza Ewropea dwar id-Drogi”, li timmira li timmobilizza firxa wiesgħa ta' strutturi tas-soċjetà ċivili li huma attivi kemm fil-qasam tad-drogi kif ukoll barra.

    Lejn Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Drogi 2009-2012

    L-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi tittratta fenomenu kumpless li jirrikjedi approċċ għall-perijodu fit-tul biex ikun hemm bidla. L-istrateġija hija ċċentrata fuq żewġ dimensjonijiet ewlenin tal-politika dwar id-drogi, it-tnaqqis fid-domanda għad-drogi u t-tnaqqis fil-provvista tad-drogi, li huma kkumplimentati minn tliet temi trasversali, il-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-informazzjoni, ir-riċerka u l-evalwazzjoni.

    B'appoġġ għall-Istrateġija, il-Kummissjoni tipproponi Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Drogi (2009-2012), li jibni fuq il-qafas eżistenti iżda anke fuq il-lezzjonijiet meħuda matul dawn l-aħħar erba' snin. B'kont debitu għal-leġislazzjoni nazzjonali, huwa jidentifika l-prijoritajiet li ġejjin:

    1.   Titjib tal-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku

    Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-drogi jista' jissaħħaħ kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali sabiex il-linji politiċi dwar id-drogi jkunu rilevanti għall-professjonisti u s-soċjetà ċivili, filwaqt li fl-istess ħin jippermettu lil dawn l-istrutturi li jipprovdu informazzjoni li tgħin fil-formazzjoni tal-politika.

    2.   Tnaqqis fid-domanda għad-drogi

    Jeħtieġ li ntejbu ulterjorment l-effettività tal-miżuri biex jitnaqqas l-użu tad-drogi u l-konsegwenzi tiegħu billi jittejbu l-kopertura, il-kwalità u l-effettività tal-interventi għat-tnaqqis tad-domanda, jiġifieri: is-servizzi ta' prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara. Dan jinkludi attenzjoni partikolari għall-gruppi vulnerabbli u l-prevenzjoni tal-użu ta' tipi ta' drogi differenti (l-użu kkombinat ta' sustanzi leċiti u illeċiti, inkluż l-alkoħol, sustanzi volatili u t-tabakk).

    3.   Tnaqqis fil-provvista tad-drogi

    Neħtieġu infurzar tal-liġi aktar effettiv fil-livell tal-UE biex jiġu miġġielda l-produzzjoni u t-traffikar tad-drogi, filwaqt li jsir użu sħiħ mill-kapaċitajiet tal-Europol u ta' strutturi oħar tal-UE. L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq approċċ iggwidat mill-intelligence li sistematikament jipprijoritizza lill-fornituri li jkunu qed jikkawżaw l-akbar ħsara jew li jkunu tal-aktar theddida serja. Il-ħidma mwettqa attwalment biex jissaħħu r-rabtiet u l-koerenza bejn id-data użata mid-diversi entitatijiet tal-ĠAI tal-UE ser tkun meħtieġa b'appoġġ għal dan. Għandhom jiġu appoġġati operazzjonijet aktar ikkoordinati permezz ta' pjattaformi tas-sigurtà reġjonali. Il-pjattaformi l-ġodda għandhom jiġu stabbiliti mingħajr sovrapożizzjoni u jkunu kompatibbli mal-istrutturi eżistenti.

    4.   Titjib fil-kooperazzjoni internazzjonali

    L-effettività tal-UE, id-donatur ewlieni tad-dinja fil-ġlieda għal soluzzjonijiet sostenibbli għall-problema globali tad-drogi, tibbenefika bil-bosta minn koordinazzjoni aħjar tal-linji politiċi nazzjonali u Komunitarji. Aħna lesti nintensifikaw l-impenn tagħna fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali f'dan ir-rigward, filwaqt li naffermaw mill-ġdid li kontroll effettiv tad-drogi jrid ikun ibbażat fuq il-kunċett ta' “approċċ bilanċjat” — b'enfasi fuq il-fatt li l-koltivazzjoni ta' drogi illeċiti hija komponent importanti tal-provvista tad-drogi.

    5.   Titjib tal-intendiment tal-problema

    Jeħtieġ li nżidu l-għarfien tagħna dwar l-aspetti kollha tal-użu tad-drogi permezz ta' aktar riċerka u data b'koordinazzjoni aħjar, inkluża data dwar il-kriminalità relatata mad-drogi u dwar kif jaħdem is-suq tal-provvista tad-drogi illeċiti.

    Il-Pjan ta' Azzjoni li ġej huwa maħsub bħala qafas għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prijoritajiet u biex jiżdied valur Ewropew fejn adatt.

    I.   

    KOORDINAZZJONI

    Prijorità prinċipali: l-iżvilupp u l-implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-politika

    Objettiv

    Azzjoni

    Skeda ta' żmien

    Parti responsabbli

    Indikaturi

    Għodda ta' valutazzjoni

    1.

    Li jiġi żgurat li approċċ bilanċjata u integrat jiġi rifless fil-linji politiċi nazzjonali u fl-approċċ tal-UE lejn il-pajjiżi terzi u f'fora internazzjonali

    1.

    L-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE għandhom jikkoordinaw b'mod effettiv il-politika dwar id-drogi biex tirrifletti l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE 2005-2012 kontra d-Drogi u dan il-Pjan ta' Azzjoni

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Kunsill

    Objettivi tal-Istrateġija tal-UE kontra d-Drogi u Pjanijiet ta' Azzjoni inklużi fil-linji politiċi nazzjonali

    Il-politika dwar id-droga fil-livell tal-UE tirrifletti l-objettivi tal-Istrateġija dwar id-Drogi

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    2.

    Li tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva fil-livell tal-UE

    2.

    Il-Grupp ta' Ħidma Orizzontali tal-Kunsill dwar id-Drogi (HDG), bħala l-grupp ta' ħidma bir-responsabbiltà ta' tmexxija u gwida fir-rigward tad-drogi fil-Kunsill, għandu jikkoordina b'mod pro-attiv il-politika tal-UE dwar id-drogi. L-HDG għandu jidentifika oqsma speċifiċi ta' ħidma fi gruppi ta' ħidma oħra tal-Kunsill u jaħdem lejn koordinazzjoni effettiva

    Azzjoni kontinwa

    Kunsill

    Gruppi ta' Ħidma Rilevanti tal-Kunsill (5) jinfurmaw/jinvolvu lill-HDG b'mod attiv u viċiversa

    Rapport dwar il-ħidma relatata mad-drogi tal-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill lill-HDG

    3.

    Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw koerenza bejn il-politika interna u esterna dwar id-drogi

    Azzjoni kontinwa

    COM

    Kunsill

    Koerenza miksuba bejn il-politika interna u dik esterna dwar id-drogi

    Sal-2010: COM Komunikazzjoni dwar il-koerenza bejn il-politika interna u dik esterna dwar id-drogi

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni fil-politika interna u dik esterna dwar id-drogi

    4.

    Il-Kunsill għandu jeżamina s-sitwazzjoni fir-rigward tal-problema tad-drogi darba fis-sena, abbażi tar-reviżjoni annwali tal-progress tal-Kummissjoni, rapporti rilevanti mħejjija mill-EMCDDA, l-Europol u l-Eurojust

    Azzjoni kontinwa

    Kunsill

    COM

    SM

    EMCDDA

    Europol

    Eurojust

    Konklużjonijiet tal-Kunsill

    Konklużjonijiet tal-Presidenza

    5.

    Il-Presidenza għandha torganizza laqgħat bejn il-koordinaturi nazzjonali dwar id-droga jew l-ekwivalenti tagħhom fuq bażi regolari biex il-koordinazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi u urgenti li jeħtieġu azzjoni tavvanza. Il-koordinaturi għandhom jiġu mistiedna jikkontribwixxu għall-eżami annwali tas-sitwazzjoni min-naħa tal-Kunsill fir-rigward tal-problema tad-drogi (ara l-azzjoni 4 hawn fuq)

    Darbtejn fis-sena

    PRES

    SM

    Impatt effettiv fuq il-koordinazzjoni tal-politika

    Konklużjonijiet tal-Kunsill

    Rapport mill-Presidenza lill-HDG

    3.

    Li tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva fil-livell nazzjonali

    6.

    B'kont meħud tal-ħidma fir-rigward tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni fir-rigward tad-drogi fl-Istati Membri kollha tal-UE mwettqa mill-EMCDDA, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-koordinazzjoni inter-dipartimentali dwar id-drogi biex jiżguraw li l-pożizzjonijiet koordinati jkunu ppreżentati fil-livell tal-UE u li l-objettivi tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE jitmexxew għall-aktar livell implimentattiv effettiv

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fl-HDG u fi gruppi ta' ħidma oħra huma koerenti

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    4.

    Li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-politika dwar id-drogi

    7.

    Mill-inqas darba fis-sena l-Kummissjoni għandha tfittex rispons dwar il-politika dwar id-drogi mill-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

    Azzjoni kontinwa

    COM

    Il-Forum jiltaqa' mil-inqas darba fis-sena

    Il-Kummissjoni tirrapporta l-eżitu lill-HDG

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapporti mill-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

    8.

    Il-Kummissjoni għandha tvara inizjattiva, “L-Alleanza Ewropea dwar id-Drogi”, fejn tistieden lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-UE kollha (inklużi, pereżempju, skejjel, intrapriżi kummerċjali, korpi pubbliċi u NGOs) biex jieħdu sehem f'qafas komuni mfassal biex joħloq impenn politiku dwar il-problemi tad-drogi fis-soċjetà u biex jieħdu azzjoni dwarhom

    Azzjoni kontinwa

    COM

    Impenn wiesa' għall-Alleanza (COM)

    Rapport ta' valutazzjoni tal-attività

    9.

    L-Istati Membri għandhom jinvolvu lis-soċjetà ċivili fil-livelli adatti kollha tal-politika dwar id-drogi, skont il-prattiċi nazzjonali

    Azzjoni kontinwa

    COM

    SM

    Is-soċjetà ċivili tieħu sehem fid-djalogu nazzjonali

    Tinġabar informazzjoni mis-soċjetà ċivili

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapport mill-Istati Membri lil COM

    II.   

    TNAQQIS TAD-DOMANDA

    Prijorità prinċipali: It-tnaqqis tad-domanda għad-drogi, u l-konsegwenzi għas-saħħa u dawk soċjali tal-użu tad-drogi permezz tat-titjib tal-kopertura, il-kwalità u l-effettività tas-servizzi ta' prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara

    Objettiv

    Azzjoni

    Skeda ta' żmien

    Parti Responsabbli

    Indikatur

    Għodda ta' valutazzjoni

    5.

    Il-prevenzjoni tal-użu tad-drogi u r-risjki marbutin miegħu

    10.

    Azzjoni biex tkun promossa l-innovazzjoni fi, u jkunu sistematikament disponibbli, programmi u interventi ta' prevenzjoni universali bbażati fuq l-evidenza u evalwati f'sitwazzjonijiet differenti (pereżempju, immirati lejn iż-żgħażagħ f'ċentri taż-żgħażagħ, u skejjel u lejn l-adulti, fil-postijiet tax-xogħol u fil-ħabs), bil-għan li jkun prevenut jew ritardjat l-ewwel użu tad-drogi. Il-prevenzjoni għandha tkopri wkoll l-użu ta' aktar minn droga waħda (l-użu kkombinat ta' sustanzi leċiti u illeċiti, b'mod partikolari l-alkoħol) kif ukoll id-drogi u s-sewqan

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Disponibbiltà akbar ta' programmi evalwati u strateġiji komprensivi bbażati fuq l-evidenza fl-Istati Membri, inklużi dawk immirati lejn l-ewwel użu

    Il-prevalenza tal-użu tad-droga fost iż-zagħżagħ u l-perċezzjoni tal-użu tad-droga bejn il-pari

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    Stħarriġ tal-ESPAD & l-HSBC dwar it-tfal tal-iskola

    6.

    Il-prevenzjoni ta' imġiba ta' riskju għoli tal-utenti tad-drogi — inkluż l-utenti tad-drogi li jinjettaw — permezz ta' prevenzjoni mmirata

    11.

    Azzjoni biex ikunu żviluppati ulterjorment tekniki ta' skoperta bikrija u intervent u tkun implimentata prevenzjoni selettiva evalwata u effettiva għal gruppi vulnerabbli f'riskju kbir li jiżviluppaw problemi tad-drogi, inkluż l-użu tad-drogi b'injezzjoni

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Tendenzi fl-użu tad-drogi

    Analiżi tar-riskju u fatturi protettivi fl-użu tad-drogi

    Disponibbiltà akbar ta' programmi ta' prevenzjoni mmirati evalwati skont l-eżitu fl-Istati Membri

    Indikatur epidemjoloġiku ewlieni tal-PDU

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    12.

    Azzjoni biex tkun żviluppata u implimentata ulterjorment prevenzjoni indikattiva effettiva u evalwata għal gruppi ta' riskju għoli speċifiċi ta' utenti li jagħmlu użu minn aktar minn droga waħda, billi jkun offrut aċċess faċli għas-servizzi li joffru pariri, għall-ġestjoni ta' imġiba problematika u ħidma ta' outreach fejn rilevanti

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Tendenzi fl-użu tad-drogi

    Analiżi tar-riskju u fatturi protettivi fl-użu tad-drogi

    Disponibbiltà akbar ta' programmi ta' prevenzjoni mmirati evalwati skont l-eżitu fl-Istati Membri

    Indikatur epidemjoloġiku ewlieni tal-PDU

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    7.

    It-titjib tal-effettività tat-trattament mid-drogi u r-rijabilitazzjoni permezz tat-titjib tad-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi

    13.

    Iż-żieda tal-effettività u l-firxa ta' possibbiltajiet għat-trattament mid-drogi bbażati fuq l-evidenza li jkopru varjetà ta' approċċi psikosoċjali u farmakoloġiċi li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-utenti tad-drogi (inkluż trattament rilevanti adattat għal drogi ġodda jew tipi ġodda ta' użu)

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Tendenzi fl-eżitu u ż-żamma tad-domanda għal trattament

    Disponibbiltà akbar ta' trattament diversifikat u bbażat fuq l-evidenza fl-Istati Membri

    Indikatur epidemjoloġiku ewlieni tat-TDI

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    14.

    Azzjoni biex jitwasslu l-programmi ta' rijabilitazzjoni u reintegrazzjoni soċjali innovattivi eżistenti b'eżiti li jistgħu jitkejlu u biex jiġu żviluppati oħrajn

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Disponibbiltà u effettività akbar, meta jkun possibbli, ta' programmi ta' rijabilitazzjoni u reintegrazzjoni fl-Istati Membri

    Data dwar id-disponibbilta ta' reintegrazzjoni soċjali

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    15.

    Azzjoni biex tkun irriklamata, fejn ikun il-każ, l-eżistenza ta' servizzi ta' trattament u rijabilitazzjoni u l-varjetà ta' possibbiltajiet li joffru dawn is-servizzi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali għal udjenzi ta' mira potenzjali

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Strateġiji ta' informazzjoni stabbiliti fl-Istati Membri

    Reġistru pubbliku tas-servizzi disponibbli (pereżempju l-portal tal-internet)

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    16.

    Azzjoni biex jiżdied l-użu ta', tkun monitorjata l-implimentazzjoni ta' u jiġu żviluppati ulterjorment alternattivi effettivi għall-ħabs għal dawk li jagħmlu użu mid-drogi u li jwettqu xi reat

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Disponibbiltà akbar ta' ATP

    Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ATP (COM)

     

    8.

    Li jittejbu l-kwalità u l-effetività tal-attivitajiet għat-tnaqqis fid-domanda tad-drogi, b'kont meħud tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti tad-drogi skont is-sess, l-isfond kulturali, l-età, eċċ.

    17.

    Azzjoni biex jiġu żviluppati, implimentati u skambjati linji gwida dwar prattika tajba/standards ta' kwalità tal-interventi u s-servizzi ta' prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara

    2009-2012

    SM

    COM

    EMCDDA

    L-eżistenza ta' linji gwida rilevanti u/jew standards ta' kwalità

    Il-livell ta' implimentazzjoni tal-linji gwida u/jew l-istandards

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    18.

    L-Istati Membri għandhom jistħarrġu d-disponibbiltà u l-effettività tas-servizzi tal-prevenzjoni, it-trattament, it-tnaqqis tal-ħsar u r-rijabilitazzjoni, b'risons għal ħtiġijiet speċifiċi, abbażi ta' qafas metodoloġiku li għandu jiġi żviluppat mill-Kummissjoni — bl-appoġġ tal-EMCDDA — u li jkun kompatibbli mal-metodoloġiji eżistenti

    2012

    SM

    COM

    EMCDDA

    Qafas metodoloġiku għall-istħarriġ żviluppat

    In-numru ta' Stati Membri li jtemmu l-istħarriġ

    Inventarju tal-COM tar-rapporti ta' stħarriġ tal-Istati Membri

    19.

    Azzjoni biex jiġi żviluppat kunsens tal-UE dwar l-istandards ta' kwalità u valuri indikattivi minimi għal interventi u servizzi ta' prevenzjoni, trattament, tnaqqis tal-ħsara u rijabilitazzjoni b'kont meħud tal-ħtiġijiet ta' gruppi speċifiċi u l-ħidma mwettqa fil-livell nazzjonali u dak internazzjonali

    2012

    SM

    Kunsill

    COM

    EMCDDA

    L-iżvilupp tal-kunsens dwar l-istandards ta' kwalità u l-valuri ta' limitu għal interventi u servizzi ta' prevenzjoni, trattatment, tnaqqis tal-ħsara u rijabilitazzjoni

    Proposta minn COM dwar il-kunsens tal-UE

    Konklużjonijiet tal-Kunsill

    20.

    Azzjoni biex jiġu żviluppati, skont il-każ, servizzi għal minoranzi, inkluż, pereżempju, migranti

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Disponibbiltà ta' servizzi rilevanti

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    9.

    L-għoti ta' aċċess għall-kura tas-saħħa għall-utenti tad-drogi fil-ħabs għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara relatati mas-saħħa assoċjata mal-użu tad-drogi

    21.

    Azzjoni biex jiġu żviluppati u implimentata servizzi ta' prevenzjoni, trattament, tnaqqis tal-ħsara u rijabilitazzjoni għall-persuni fil-ħabs, li jkunu ekwivalenti għas-servizzi disponibbli barra l-ħabs. Għandha titqiegħed enfasi partikolari fuq l-kura ta' segwitu wara r-rilaxx mill-ħabs

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Linji politiċi u interventi implimentati speċifikament biex ikun hemm servizzi tad-drogi fil-ħabs u s-segwitu ta' dawk li m'għadhomx aktar ħabsin.

    It-tnaqqis tal-problemi tas-saħħa marbutin mal-użu tad-droga fil-ħabs

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    22.

    L-Istati Membri għandhom jendorsjaw u jimplimentaw fil-ħabsijiet indikaturi biex ikun monitorjati l-użu tad-drogi, il-problemi tas-saħħa relatati mad-drogi u l-forniment ta' servizzi tad-drogi abbażi ta' qafas metodoloġiku żviluppat mill-Kummissjoni — bl-appoġġ tal-EMCDDA li jkun kompatibbli mal-metodoloġiji eżistenti, u b'kont meħud tal-ħidma mwettqa mill-UNODC (fil-qasam tal-proġett tal-HIV/AIDS u treat.net) u mid-WHO (Saħħa fil-ħabsijiet)

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    EMCDDA

    Indikatur biex ikunu monitorati l-użu tad-drogi, il-problemi tas-saħħa relatati mad-drogi u s-servizzi tad-drogi ppjanati u implimentati

    Rapport dwar il-progress

    Protokoll ta' monitoraġġ standardizzat għas-sitwazzjoni u r-risponsi relatati mal-użu tad-drogi fil-ħabsijiet

    10.

    Li jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara biex titnaqqas il-firxa tal-HIV/AIDS, l-epatite Ċ u mard infettuż ieħor li jinsab fid-demm relatat mal-użu tad-drogi u biex jitnaqqas in-numru ta' mwiet fl-UE relatati mal-użu tad-drogi

    23.

    Azzjoni biex ikun provdut aċċess għal, u titjieb il-kopertura ta', servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara u l-varjetà ta' possibbiltajiet li dawn is-servizzi joffru bħala parti integrali nit-tnaqqis fid-domanda għad-drogi, billi jsir użu mill-interventi li għandhom effettività ppruvata, meta dawn ikunu disponibbli (6)

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM għandha tirraporta dwar il-progress

    Tnaqqis fil-mard infettuż relatat mad-drogi

    Tnaqqis fin-numru ta' mwiet relatati mad-drogi

    Kopertura aħjar tas-servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara

    Stħarriġ ta' segwitu tal-COM ta' CR 2003/488/KE

    Indikatur epidemjoloġiku ewlieni tad-DRID

    Indikatur epidemjoloġiku ewlieni tad-DRD

    III.   

    TNAQQIS TAL-PROVVISTA

    Prijorità prinċipali: Titjib li jista' jitkejjel fl-effettività tal-infurzar tal-liġi fil-qasam tad-drogi fil-livell tal-UE. L-Europol, l-Eurojust u strutturi oħra tal-UE għandhom jeżerċitaw bis-sħih ir-rwoli rispettivi li għalihom inħolqu, fl-interess ta' effiċjenza, kompatibbiltà mal-UE ta' inizjattivi nazzjonali, koodinazzjoni intra-UE, u ekonomiji ta' skala

    Objettiv

    Azzjoni

    Skeda ta' żmien

    Parti Responsabbli

    Indikatur

    Għodda ta' valutazzjoni

    11.

    Li tiġi mtejba l-kooperazzjoni effettiva fl-infuzar tal-liġi fl-UE għall-ġlieda kontra l-produzzjoni u t-traffikar tad-drogi

    24.

    Azzjoni biex jiġu mmirati organizzazzjonijiet kriminali u theddid li qed jiżviluppa ġdid, bl-użu ta' approċċ iggwidat mill-intelligence (ibbażat fuq il-metodoloġija tal-Mudell ta' Intelligence Kriminali Ewropew (ECIM)) li jagħti prijorità lin-netwerks kriminali u s-swieq li huma tal-akbar theddid

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Europol

    Eurojust

    Kunsill

    Numru ta' organizzazzjonijiet kriminali li huma ta' theddida serja li huma taħt il-mira tal-Istati Membri bl-użu tal-kunċett tal-ECIM

    Numru u natura ta' theddid li qed jiżviluppa ġdid (bħal drogi ġodda, rotot u metodi ta' traffikar ġodda, metodi ta' produzzjoni ġodda) identifikat

    Valutazzjoni tal-UE ta' Theddid mill-Kriminalità Organizzata (VTKO) (u konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata)

    25.

    Operazzjonijiet ta' infurzar tal-liġi multidixxiplinarji li jinvolvu lill-Europol u l-Eurojust, kif ukoll lill-pulizija, lid-dwana u lis-servizzi tal-kontroll tal-fruntiera, ser jintużaw aktar permezz ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni bilaterali u multilaterali, gruppi konġunti ta' investigazzjoni (JIT) u operazzjonijiet doganali konġunti (JCO). L-Istati Membri ser jeżaminaw liema miżuri huma possibbli biex ikun iffaċilitat u mgħaġġel il-proċess u biex ikun inkoraġġut użu akbar ta' dawn l-istrumenti f'każijiet ta' drogi

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Europol

    Eurojust

    Numru u eżitu ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni bilaterali u multilaterali relatati mad-drogi, JITs u JCOs

    Numru ta' Stati Membri involuti

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapport mill-Istati Membri lil COM

    Rapport ta' valutazzjoni dwar ir-riżultati miksuba

    26.

    Azzjoni biex tittejjeb il-kwalità tad-data tal-intelligence provduta permezz tal-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol lill-Europol u l-proġetti relatati tiegħu inklużi l-Fajls ta' Ħidma ta' Analiżi (AWF). L-enfasi għandha tkun fuq il-kriminalità organizzata serja u l-kooperazzjoni minn dawk l-Istati Membri li qed ikollhom l-akbar impatt fuq is-swieq usa' tad-drogi tal-UE

    2012

    SM

    Europol

    Rapport tal-Europol li jivvaluta l-kwantità u l-kwalità tad-data riċevuta

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapport ta' valutazzjoni tal-Europol

    27.

    Implimentazzjoni ta' proġetti COSPOL relatati mad-drogi, b'attenzjoni speċjali mogħtija lil

    kontribut ta' livelli adatti ta' ħila fil-laqgħat ta' COSPOL

    valur miżjud f'termini ta' intelligence adatta u kapaċità ta' investigazzjoni, u l-użu adatt għal dan il-għan ta' Fajls ta' Ħidma Analitika (AWF) li diġà jeżistu jew oħrajn futuri

    2012

    SM

    Europol

    Ħila tal-Istati Membri rappreżentati fil-laqgħat tat-tmexxija u l-anzjanità tar-rappreżentanza tal-Istati Membri

    Rapport tal-muturi ta' COSPOL li jivvaluta ż-żieda f'riżultati operattivi identifikabbli

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapport mill-Istati Membri lil COM

    28.

    Il-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew (CEPOL) (7) għandu jipprovdi taħriġ avvanzat rilevanti (8) għall-uffiċjali anzjani tal-pulizija u tad-dwana u uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi permezz tal-kulleġġi nazzjonali għat-taħriġ tal-pulizija

    Azzjoni kontinwa

    CEPOL

    SM

    Kurrikulum żviluppat għall-infurzar tal-liġi dwar id-drogi

    Taħriġ rilevanti addizzjonali inkluż f' CEPOL AWP

    Numru ta' korsijiet ta' taħriġ

    Numru ta' uffiċjali mħarrġa

    Kurrikulum ippubblikat

    Rapport annwali ta' CEPOL

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    29.

    Azzjoni biex isir użu aktar sistematiku mill-uffiċjali ta' kollegament tal-Istat Membru u l-maġistrati ta' kollegament, fejn ikun il-każ, f'pajjiżi terzi għall-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-Europol b'kont meħud tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/170/ĠAI tas-27 ta' Frar 2003 dwar l-użu komuni tal-uffiċjali tal-kuntatt ippustjati barra l-pajjiż mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri fil-verżjoni tal-24 ta' Lulju 2006, Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/560/ĠAI

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Europol

    Eurojust

    Żieda fil-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi operattiva internazzjonali rrappurtata mill-Istati Membri, Europol, Eurojust

    Numru ta' kooperazzjonijiet għall-infurzar tal-liġi internazzjonali

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapport ta' evalwazzjoni dwar il-kontributi mill-Istati Membri, Europol u Eurojust

    30.

    Azzjoni biex tiġi adottata u implimentata sistema mifruxa mal-UE li permezz tagħha jista' jsir profil forensiku fir-rigward tal-infurzar tal-liġi għad-drogi sintetiċi u għal drogi oħra, fejn adatt, abbażi tal-esperjenza miksuba permezz ta' proġetti bħal SYNERGY u CHAIN, l-istruttura u l-ħila tal-Europol kif ukoll taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, u minn attivitajiet attwali tal-Istati Membri ta' infurzar tal-liġi u esperjenzi f'dan il-qasam

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Europol

    Sistema jew sistemi eżistenti

    Reviżjoni tal-Progress 2012 (inkluża l-valutazzjoni tal-valur)

    12.

    Li tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi u l-infurzar tal-liġi fir-rigward tal-produzzjoni, it-traffikar tad-drogi u/jew il-prekursuri, u l-money laundering relatat ma' dan it-traffiku

    31.

    Azzjoni biex jiġi inkoraġġut l-użu sħiħ tal-istrumenti eżistenti tal-UE dwar assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, ta' mandati ta' arrest Ewropej, u ta' sanzjonijiet maħruġa mill-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Eurojust

    Rapport dwar l-aħjar prattiki u rakkomandazzjonijiet

    Żieda fin-numru ta' talbiet ta' assistenza reċiproka

    Żieda fin-numru ta' mandati ta' arrest Ewropej

    Indikaturi oħra li għandhom jiġu żviluppati (ara l-azzjoni 61)

    Valutazzjoni minn COM tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu tad-drogi

    Reviżjoni tal-progress minn COM (indikaturi ġodda)

    32.

    L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw, fejn ikun il-każ, l-iżvilupp ta' programmi għall-protezzjoni tax-xhieda u l-esplorazzjoni tal-valur miżjud potenzjali ta' kooperazzjoni konġunta f'dan il-qasam

    2012

    SM

    COM

    Eurojust

    Leġislazzjoni nazzjonali eżistenti

    Rapport finali mill-Presidenza

    33.

    Azzjoni biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri tal-UE sabiex tinkiseb l-applikazzjoni sħiħa tal-istrumenti legali relatati mar-rikonoxximent reċiproku tal-konfiska ta' ordnijiet

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Kunsill

    Eurojust

    Europol

    Il-Komunikazzjoni ta' COM adottata

    Valutazzjonijiet tal-assi sekwestrati

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapporti mill-Istati Membri lil COM dwar l-assi sekwestrati

    34.

    Azzjoni biex ikun appoġġat l-istabbiliment ta' Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi effettivi fl-Istati Membri skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI u biex ikunu appoġġati ulterjorment l-Istati Membri involuti permezz tan-netwerk CARIN. Azzjoni biex ikunu appoġġati investigazzjonijiet permezz tal-Europol u AWFs tal-Europol relatati

    Azzjoni kontinwa

    COM

    SM

    Europol

    Eurojust

    Żieda fin-numru ta' investigazzjonijiet appoġġati relatati mal-intraċċar u l-identifikazzjjoni tal-assi

    Żieda fin-numru u l-valur ta' kontanti u assi kkonfiskati

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapport implimentattiv ta' COM dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI

    13.

    Li jkun hemm rispons rapidu u effettiv fil-livell operattiv, ta' politika u dak politiku għal theddid li qed jirriżulta ġdid (pereżempju drogi li qed jidhru għall-ewwel darba, rotot ġodda)

    35.

    Azzjoni biex jiġu stabbiliti, fejn meħtieġ, pjattaformi ta' sigurtà reġjonali (pereżempju MAOC-N, Baħar Baltiku TF) biex jiġġieldu theddid li qed jirriżulta ġdid permezz ta' risponsi operattivi kkoordinati. Azzjoni bħal din għandha tkun kompatibbli ma' arranġamenti legali u operattivi fil-livell tal-UE u bbażata fuq valutazzjonijiet ta' theddid speċifiku (ara wkoll azzjoni 48). Il-pjattaformi l-ġodda għandhom jiġu stabbiliti mingħajr sovrapożizzjoni u jkunu kompatibbli mal-istrutturi eżistenti

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Kunsill

    Europol

    COM

    Fi żmien relattivament qasir inħolqu miżuri ta' rispons biex ir-riskju jkun ittrattat b'mod pro-attiv u biex jiġi minimizzat it-theddid

    Żieda fin-numru ta' operazzjonjiet kriminali mfixkla (sekwestri, tibdil fil-mod kif id-droga tiġi ttraffikata)

    Rapporti minn pjattaformi ta' sigurtà reġjonali

    Rapport ta' valutazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kunsill

    Rapport ta' evalwazzjoni tal-pjattaformi ta' sigurtà

    36.

    L-UE għandha tiffoka fuq sforzi konġunti u kkoordinati bejn l-Istati Membri u r-reġjuni li huma l-aktar esposti għal fenomeni partikolari marbuta mal-produzzjoni/it-traffikar tad-drogi, f'kooperazzjoni mal-Europol skont il-każ

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Europol

    Eurojust

    Kunsill

    Eżiti operattivi u strateġiċi tal-azzjoni tal-Istati Membri

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapport mill-Istati Membri lil COM

    14.

    Li titnaqqas il-produzzjoni u l-provvista ta' drogi sintetiċi

    37.

    L-Istati Membri għandhom, b'mod attiv, ikomplu bil-kooperazzjoni/operazzjonijiet konġunti marbutin mal-infurzar tal-liġi f'dan il-qasam u jikkondividu l-intelligence u l-aħjar prattika. Għandu jsir l-aħjar użu mill-Fajl ta' Ħidma Analitika SYNERGY tal-Europol, il-komponenti (9) tiegħu u l-EJUP u l-inizjattivi COSPOL assoċjati

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Europol

    Eurojust

    Eżiti ta' proġetti konġunti mibdija/mitmuma

    Faċilitajiet ta' produzzjoni żmantellati rrappurtati lill-EILCS

    Numru ta' rapporti SYNERGY li tħejjew

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    15.

    Li jitnaqqsu d-diverżjoni u t-traffikar fl-UE jew minnha ta' prekursuri tad-drogi użati għall-produzzjoni ta' drogi illeċiti

    38.

    L-UE għandha tiżviluppa pożizzjoni ċara u magħquda dwar din il-kwistjoni fil-livell internazzjonali u fil-fora internazzjonali rilevanti, abbażi tal-leġislazzjoni eżistenti u prattiki kooperattivi mas-settur privat permezz ta' koordinazzjoni effettiva permezz tal-kumitati rilevanti tal-Kunsill

    Azzjoni kontinwa

    COM

    Kunsill

    SM

    Pożizzjonijiet konġunti tal-UE f'fora internazzjonali

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapport ta' COM dwar il-prattiki kollha

    39.

    Is-servizzi doganali u tal-fruntiera għandhom jintegraw il-kontrolli tal-prekursuri f'livell strateġiku, b'hekk itejbu l-effettività tal-ġestjoni tal-kontroll tal-fruntiera billi jimplimentaw il-Sistema Komunitarja ta' Ġestjoni tar-Riskju u jikkoordinaw aktar mill-qrib ma' aġenziji tal-infurzar tal-liġi oħra impenjati fil-ġlieda kontra l-produzzjoni tad-drogi u t-traffikar

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Titjib fil-kontroll tal-prekursuri, il-kxif, is-sekwestru u t-tħejjija ta' profil tas-sitwazzjoni meta mqabbla mal-2008

    Tfassil ta' profili għad-determinazzjoni tal-prekursuri kimiċi

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapport mill-Istati Membri lil COM

    40.

    L-UE għandha tagħti appoġġ sħiħ lill-kooperazzjoni operattiva internazzjonali mmirata lejn il-prevenzjoni tad-diverżjoni tal-prekursuri tad-droga, bħall-proġetti PRISM u COHESION immexxijin mill-INCB. Il-kooperazzjoni operattiva fost l-awtoritajiet tal-investigazzjoni fl-UE għandha tkun appoġġata mill-qafas ta' kooperazzjoni EJUP u l-qafas ta' kooperazzjoni Europol-AWF. Dan il-qafas ta' kooperazzjoni għandu jkun ulterjorment intensifikat/utilizzat

    Azzjoni kontinwa

    COM

    SM

    Żieda fin-numru ta' kunsinni mwaqqfa u/jew sekwestrati

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    41.

    Mill-perspettiva tal-infurzar tal-liġi u dik iggwidata mill-intelligence, l-UE u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw bis-sħiħ il-proġetti tal-Europol relatati mad-drogi u l-EJUP, bil-ħsieb li jiġu miġġielda n-netwerks kriminali involuti fit-traffikar tal-prekursuri

    Azzjoni kontinwa

    SM

    EJUP

    Europol

    Żieda fir-rappurtar lill-proġetti tal-Europol dwar it-traffikar tal-prekursuri mill-Istati Membri u EJUP

    Rapport ta' Progress tal-Istati Membri u EJUP

    42.

    Biex tiġi evalwata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kontroll tal-prekursuri tad-droga u l-implimentazzjoni tagħha

    Azzjoni kontinwa

    COM

    SM

    Konklużjoni tal-evalwazzjoni

    Rapport ippubblikat

    43.

    L-UE għandha tiżviluppa u tisfrutta, fejn ikun possibbli f'konsultazzjoni mal-Europol, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi identifikati bħala s-sors ewlieni tal-perkursuri tad-drogi sintetiċi prinċipali

    Azzjoni kontinwa

    COM

    Ftehimiet stabbiliti

    Tnaqqis fil-kunsinni illeċiti ta' perkursuri tad-drogi mill-pajjiżi kkonċernati

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapporti mill-Istati Membri lil COM

    44.

    Il-Kummissjoni, OLAF, Europol, EJUP u COSPOL għandhom itejbu l-kooperazzjoni inter-dixxiplinarja bil-ħsieb li jistabbilixxu inizjattivi konġunti

    Azzjoni kontinwa

    COM

    SM/EJUP

    Europol

    Numru ta' laqgħat/inizjattivi konġunti interdixxiplinari stabbiliti

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    IV.   

    KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

    Prijorità prinċipali: It-titjieb tal-effettività tal-kooperazzjoni tal-UE ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tad-drogi permezz ta' koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-linji politiċi fl-UE. Li tiġi promossa l-projezzjoni konsistenti madwar id-dinja tal-approċċ bilanċjata Ewropew fir-rigward tal-problema tad-drogi

    Objettiv

    Azzjoni

    Skeda ta' żmien

    Parti Responsabbli

    Indikatur

    Għodda ta' valutazzjoni

    16.

    Li sistematikament jiġu inklużi interessi ta' politika tal-UE dwar id-drogi ma' pajjiżi terzi u reġjuni fejn adatt u fl-aġenda usa' ta' żvilupp u sigurtà. Li dan isir abbażi ta' ppjanar u koordinazzjoni strateġiċi bejn l-atturi kollha kkonċernati

    45.

    Azzjoni biex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi jirriflettu l-objettivi tal-Istrateġija u l-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-UE fir-rigward tad-Drogi

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Il-prijoritajiet tal-politika dwar id-droga riflessi dejjem aktar fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi

    Ftehimiet, dokumenti ta' strateġija, pjanijiet ta' azzjoni, eċċ.

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    46.

    Azzjoni biex tittejjeb l-effettività tal-oqfsa eżistenti kontra d-drogi bħall-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Koordinazzjoni bejn l-UE u l-LAC, id-Djalogu Speċjalizzat UE-Andean u tat-“Trojki tad-Drogi” ma' pajjiżi terzi u reġjuni, bl-identifikazzjoni ta' oqsma speċifiċi ta' kooperazzjoni u l-istabbiliment ta' indikaturi tal-eżitu

    Azzjoni kontinwa

    Kunsill

    COM

    Inizjattivi ta' kooperazzjoni stabbiliti u implimentati

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    47.

    F'konformità mad-deċiżjonijiet u l-istrateġiji politiċi tal-UE u bl-appoġġ tal-programmi ta' assistenza tal-Istati Membri u tal-KE, biex jiġi indirizzat tħassib relatat mal-problema tad-drogi fil-pajjiżi produtturi u fil-pajjiżi fuq ir-rotot (ġodda) ta' traffikar, bħall-Afrika tal-Punent, permezz ta' proġetti mmirati biex inaqsu d-domanda għad-drogi u l-provvista tagħhom, inklużi miżuri ta' żvilupp alternattiv, u biex tiġi prevenuta d-diverżjoni tal-prekursuri kimiċi. L-assistenza għandha tiġi kkoordinata, fejn ikun il-każ, mal-pjanijiet ta' azzjoni kontra d-drogi bejn l-UE u pajjiżi u reġjuni terzi ( ara l-Azzjonijiet 51 u 60)

    Azzjoni kontinwa

    COM

    SM

    Il-prijoritajiet tal-politika dwar id-drogi riflessi fil-proġetti ffinanzjati

    Il-proġetti ffinanzjati jirriflettu bilanċ bejn it-tnaqqis fid-domanda u l-provvista

    Sinerġiji stabbiliti bejn l-Istati Membri u l-programmi ta' finanzjament tal-KE

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    48.

    Azzjoni biex tiżdied il-kooperazzjoni reġjonali u intrareġjonali biex titnaqqas id-domanda għad-drogi u l-provvista tagħhom f'pajjiżi terzi bl-appoġġ tal-programmi ta' finanzjament tal-Istati Membri u tal-KE, bħall-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, l-Istrument għall-Istabbbiltà u l-Istrument Ewropew tal-Politika tal-Viċinat

    Azzjoni kontinwa

    COM

    SM

    Inizjattivi ġodda ta' kooperazzjoni interreġjonali stabbiliti u implimentati

    Sinerġiji stabbiliti bejn l-Istati Membri u l-programmi ta' finanzjament tal-KE

    Żieda fin-numru u l-baġit ġenerali tal-proġetti ffinanzjati

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    49.

    Fl-interess tal-koordinazzjoni, biex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' monitoraġġ dwar l-assistenza tal-EU relatata mal-problema tad-drogi mogħtija lil pajjiżi terzi

    Annwali

    Kunsill

    SM

    COM

    Mekkaniżmu stabbilit

    Rapporti annwali minn dan il-mekkaniżmu

    Ħarsa ġenerali tal-proġetti tal-KE u tal-Istati Membri relatati mad-drogi f'pajjiżi terzi

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    50.

    Azzjoni biex isir stħarriġ dwar l-ambitu u l-eżitu tal-proġetti tal-KE relatati mad-drogi f'pajjiżi terzi

    2010

    COM

    Stħarriġ imwettaq

    Ir-rapport ta' stħarriġ tal-COM ippubblikat

    51.

    Azzjoni biex jiġu aġġornati u implimentati l-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Drogi għar-Repubbliki Asjatiċi Ċentrali (10); l-Amerika Latina u l-Karibew (11); u l-Balkani tal-Punent u l-Pajjiżi Kandidati (12)

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Prijoritajiet identifikati

    Livell ta' implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    52.

    L-użu tal-mekkaniżmu konsultattiv tal-Grupp ta' Dublin u ż-żamma ta' djalogu attiv mal-pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Mini Gruppi ta' Dublin

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Grupp ta' Dublin

    Numru ta' rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Dublin implimentati

    Rapporti tal-Grupp ta' Dublin

    17.

    Il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-approċċ tal-UE għall-iżvilupp alternattiv (kif definit fid-dokument 9597/06 CORDROGUE 44 u UNODC/CND/2008/WG.3/CRP.4) f'kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, b'kont meħud tad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tal-bniedem u l-kondizzjonijiet ta' qafas speċifiċi

    53.

    Azzjoni biex ikun intensifikat l-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi ta' żvilupp alternattivi, filwaqt li jkun żgurat li l-interventi jkunu b'sekwenza adatta u l-assistenza għall-iżvilupp ma tkunx soġġetta għat-tnaqqis tal-koltivazzjoni tal-pjanti li minnhom jiġu prodotti drogi illeċiti u biex ikunu finanzjati inizjattivi għall-prevenzjoni tal-koltivazzjoni ta' pjanti li minnhom jiġu prodotti drogi illeċiti

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Numru ta' proġetti u programmi ffinanzjati f'konformità mal-approċċ tal-UE dwar l-iżvilupp alternattiv (9598/06 CORDROGUE 44 u UNODC/CND/2008/WG.3/CRP.4)

    Tnaqqis rappurtat fil-koltivazzjoni ta' pjanti li minnhom jiġu prodotti d-drogi illeċiti u tkattir tal-iżvilupp ekonomiku fil-livell tal-partijiet interessati primarji (13) f'pajjiżi terzi appoġġati finanzjarjament mill-fondi tal-UE

    (Proġett/Programmi) Ftehimiet

    Sistema interna ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni ta' Proġetti u Programmi u rapporti

    Statistika Nazzjonali ta' pajjiżi terzi

    Rapporti mill-Istati Membri lil COM

    54.

    Azzjoni biex l-iżvilupp alternattiv jiġi inkluż fl-aġenda tal-iżvilupp usa' tal-Istati Membri u biex il-pajjiżi terzi jkunu mħeġġa jintegraw l-iżvilupp alternattiv fil-linji politiċi nazzjonali tagħhom

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Linji politiċi, strateġiji u pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali li jirriflettu l-kwistjonijiet relatati mad-drogi

    Strateġiji għat-Tnaqqis tal-Faqar (STF), Strateġiji ta' Assistenza għall-Pajjiżi (SAP), Strateġiji ta' Żvilupp Nazzjonali, Pjani ta' Azzjoni (Nazzjonali)

    Rapporti mill-Istati Membri lil COM

    55.

    Azzjoni b'kontribut għal inizjattivi f'ambjent ta' drogi bil-għan tat-tnaqqis tal-faqar, il-kunflitt u l-vulnerabbiltà permezz tal-appoġġ ta' mezzi tal-għajxien legali, vijabbli u sostenibbli

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Numru ta' inizjattivi appoġġati

    Impatt tal-inizjattivi appoġġati fuq is-sostenibbiltà ta' sistemi ta' modi ta' għajxien legali:

    is-sigurtà alimentari u l-ħolqien tal-qligħ tal-foqra jiżdiedu,

    l-aċċess tal-persuni foqra għal infrastruttura soċjali u produttiva jiżdied,

    numru ta' proġetti evalwati li wrew impatt pożittiv

    Inizjattivi

    Rapporti mill-Istati Membri lil COM

    Sistema interna ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni ta' Proġetti u Programmi u rapporti

    Stħarriġ tal-linja ta' bażi implimentat mid-WHO, id-WFP, l-FAO

    18.

    Li tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-UE fil-kuntest multilaterali u jiġi promoss approċċ integrat u bilanċjat

    56.

    Azzjoni biex ikunu żgurati koordinazzjoni u kontinwità aħjar bejn l-HDG u d-delegazzjonijiet tal-Istati Membri għall-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi (CND), inkluż permezz tal-kondiviżjoni adatta tal-piż fost l-Istati Membri fuq l-inizjattiva tal-Presidenza

    2009

    Kunsill

    PRES

    SM

    Il-koordinazzjoni bejn id-delegazzjonjiet ta' Vjenna u l-HDG imsaħħa

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    57.

    Azzjoni biex jiġu mħejjija, ikkoordinati u adottati pożizzjonijiet komuni riżoluzzjonjiet konġunti tal-UE fis-CND

    Azzjoni kontinwa

    PRES

    SM

    COM

    Kunsill

    Numru ta' riżoluzzjonijiet konġunti tal-UE

    Il-pożizzjonijiet komuni tal-UE appoġġati minn regjuni oħra

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Indikatur ta' Konverġenza (9099/05 CORDROGUE 27)

    58.

    Azzjoni biex tiġi ppreżentata pożizzjoni tal-UE fil-parti ta' livell għoli tat-52 CND dwar l-evalwazzjoni ta' u s-segwitu għall-UNGASS '98 (14), b'riflessjoni tal-prinċipji fundamentali tal-politika tal-UE dwar id-drogi

    2009

    Kunsill

    SM

    COM

    Inklużjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE fid-Dikjarazzjoni Politika tan-NU

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    59.

    Azzjoni biex ikunu kkoordinati attivitajiet ma' fora jew programmi internazzjonali oħra, b'mod partikolari l-UNODC, il-Grupp ta' Pompidou, id-WHO, l-UNAIDS, id-WCO u l-Interpol

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Informazzjoni reċiproka regolari dwar l-attivitajiet f'fora adatti, b'mod partikolari l-laqgħat tal-HDG

    Koordinazzjoni msaħħa

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    19.

    L-appoġġ għall-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni

    60.

    Azzjoni biex tiġi provduta l-assistenza teknika u assistenza oħra meħtieġa lil dawn il-pajjiżi biex isiru familjari mal-acquis tal-UE fil-qasam tad-drogi u biex jiġu megħjuna jwettqu l-azzjonijiet meħtieġa, inklużi dawk adottati fil-pjan ta' azzjoni dwar id-drogi mal-Balkani tal-Punent (15)

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Kunsill

    EMCDDA

    Europol

    Il-pajjiżi li qed jikkonformaw dejjem aktar mal-acquis tal-UE

    In-numru u l-kwalità tal-proġetti li tlestew

    Avvanz fid-djalogu u/jew fil-kooperazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-UE

    Livell ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    Rapporti tal-pajjiżi

    20.

    Li titjieb il-kooperazzjoni mal-pajjizi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat

    61.

    Azzjoni biex jittejjeb id-djalogu dwar id-drogi mal-pajjizi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat f'kuntest bilaterali jew regjonali, b'mod partikolari permezz ta' sottokumitati eżistenti

    Azzjoni kontinwa

    SM

    COM

    Riżultat effettiv tad-djalogu

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    62.

    Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lil dawn il-pajjiżi biex jużaw l-Istrument tal-Politika Ewropea tal-Viċinat biex jimplimentaw il-taqsimiet tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-PEV relatati mad-drogi

    Azzjoni kontinwa

    COM

    Numru ta' proġetti relatati mad-drogi implimentati taħt l-Istrument tal-PEV

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    V.   

    INFORMAZZJONI, RIĊERKA U EVALWAZZJONI

    Prijorità prinċipali: It-titjib tal-intendiment tal-aspetti kollha tal-fenomenu tal-użu tad-drogi sabiex titwessa' l-bażi tal-għarfien għall-politika pubblika u ż-żieda tas-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini tal-implikazzjonijiet soċjali u tas-saħħa marbutin mal-użu tad-drogi, u biex issir riċerka

    Objettiv

    Azzjoni

    Skeda ta' żmien

    Parti Responsabbli

    Indikatur

    Għodda ta' valutazzjoni

    21.

    L-espansjoni tal-bażi tal-għarfien fil-qasam tad-drogi permezz tal-promozzjoni tar-riċerka

    63.

    Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom:

    jidentifikaw prijoritajiet futuri tal-UE fir-rigward tar-riċerka fil-qasam tad-drogi illeċiti u l-mekkaniżmi meħtieġa biex jitkattar għarfien ġdid,

    jiżviluppaw approċċi u teknoloġiji ġodda,

    isaħħu l-kapaċità ta' riċerka permezz tal-iżvilupp u l-iffukar tad-direzzjoni strateġika tagħha u jieħdu passi biex itejbu l-kooperazzjoni fl-UE

    2009

    SM

    COM

    EMCDDA

    Kunsill

    Prijoritajiet ta' riċerka stabbiliti

    Mekkaniżmi identifikati u stabbiliti

    Proposta minn COM dwar ir-riċerka fl-UE

    Konklużjonijiet tal-Kunsill

    22.

    Li jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni preċiża u rilevanti għall-politika fil-qasam tad-drogi illeċiti

    64.

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Punti Fokali Nazzjonali tar-Reitox (16) (PFN) bir-riżorsi meħtieġa biex jirrispettaw l-obbligi u l-istandards ta' kwalità tas-sħubija fl-EMCDDA. Il-PFNs għandhom jikkontribwixxu għall-EMCDDA abbazi ta' ftehimiet annwali u bl-appoġġ adatt mill-EMCDDA

    Azzjoni kontinwa

    SM

    EMCDDA

    Skambju ta' data meħtieġa għal finijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

    Il-livell ta' finanzjament tar-Reitox u ta' riżorsi oħra jaqbel mal-ħtiġijiet

    Il-PFN jikkontribwixxu skont standards mifthiema

    Rapport annwali tal-EMCDDA dwar il-kapaċità tal-PFN

    Rappurtar nazzjonali Reitox

    23.

    Li jiġu żviluppati ulterjorment strumenti għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni fir-rigward tad-drogi u l-effettività tar-risponsi għaliha

    65.

    Azzjoni biex jittejbu ulterjorment u jiġu implimentati bis-sħiħ il-ħames indikaturi epidemjoloġiċi ewlenin tal-EMCDDA u l-iżvilupp ta' indikaturi u miżuri ġodda fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi

    2012

    SM

    EMCDDA

    COM

    Żieda fil-konformità tal-Istati Membri mal-kriteiji tal-implimentazzjoni għall-indikaturi ewlenin

    Titjib tal-indikaturi relatati mad-domanda għal trattament u l-użu problematiku (17)

    Indikaturi/miżuri għal riabilitazzjoni u reintegrazzjoni

    Miżuri fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi

    Numru ta' Stati Membri li implimentaw bis-sħiħ l-Indikatur tad-Domanda għal Trattament

    Rapport ta' konformità tal-EMCDDA

    Dokument tas-servizzi ta' COM dwar data relatata mad-drogi

    66.

    Azzjoni biex jitwettaq studju xjentifiku biex jiġi vvalutat l-użu tal-internet bħala għodda fir-rigward tat-traffikar illeċitu tad-drogi u biex jiġi analizzat liema miżuri nazzjonali, Ewropej u/jew internazzjonali jistgħu jkunu effettivi għal din il-ġlieda

    2010

    SM

    COM

    Eżiti tal-istudju xjentifiku

    Rapport tal-istudju minn COM

    67.

    Azzjoni biex jiġu żviluppati indikaturi ewlenin għall-ġbir ta' data rilevanti għall-politika fir-rigward tal-kriminalità relatata mad-drogi, il-koltivazzjoni illegali, is-swieq tad-drogi u l-interventi maħsuba biex inaqqsu l-provvista u biex tkun żviluppata strateġija għall-ġbir ta' din id-data

    Azzjoni kontinwa

    COM

    EMCDDA

    Europol

    SM

    Indikaturi prinċipali identifikati

    Strategija ta' implimentazzjoni żviluppata

    Dokument tas-servizzi ta' COM dwar data relatata mad-drogi

    68.

    Azzjoni biex jiġu żviluppati strumenti analitiċi biex ikunu valutati aħjar l-effettività u l-impatt tal-politika dwar id-drogi (pereżempju għodda ta' evalwazzjoni mudell, indiċi tal-effettività tal-politika, analiżi tan-nefqa pubblika, eċċ.)

    2010

    COM

    EMCDDA

    SM

    Strumenti analitiċi żviluppati

    Analiżi aktar preċiża tas-sitwazzjoni fir-rigward tad-drogi

    Studji ta' COM

    EMCDDA

    69.

    Azzjoni biex jiġi evalwat il-funzjonament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda, u jekk ikun meħtieġ, tiġi emendata

    2010

    COM

    Kunsill

    EMCDDA

    Europol

    EMEA

    Valutazzjoni mwettqa

    Emenda possibbli proposta

    Rapport ta' valutazzjoni

    24.

    Li tiġi żgurata evalwazzjoni kontinwa tal-politika dwar id-drogi

    70.

    L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jipperfezzjonaw il-linji politiċi nazzjonali dwar id-drogi fuq bażi regolari jew kontinwa

    Azzjoni kontinwa

    SM

    Numru ta' pajjiżi li evalwaw il-linji politiċi dwar id-drogi

    Rapporti ta' evalwazzjoni tal-Istati Membri ppubblikati

    71.

    Azzjoni biex tiġi ppreżentata reviżjoni annwali tal-progress lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni, u biex jiġu ppreżentati indikaturi adattati/mtejba u l-mekkaniżmi ta' rappurtar għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni fejn adatt u meħtieġ

    Annwali

    COM

    EMCDDA

    Europol

    SM

    Kunsill

    Rapport annwali dwar il-progress miskub ippreżentat

    Disponibilità ta' indikaturi rilevanti

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

    72.

    Għandha titwettaq valutazzjoni esterna u indipendenti tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2005-2012 u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2009-2012, segwita minn perijodu ta' riflessjoni qabel is-segwitu

    2012

    COM

    Kunsill

    SM

    Valutazzjoni tal-kisba ta' azzjonijiet individwali

    L-impatt fuq is-sitwazzjoni ġenerali tal-problema tad-drogi huwa magħruf

    Rapport ta' evalwazzjoni esterna ppubblikat


    (1)  15074/04 CORDROGUE 77 SAN 187 ENFOPOL 187 RELEX 564

    (2)  ĠU C 168, 8.7.2005, p. 1.

    (3)  Dokument ta' Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni — Rapport tal-Evalwazzjoni Finali tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi (2005-2008) (dok. 13407/08 ADD 3).

    (4)  Ir-Rapport Annwali 2007 tal-EMCDDA.

    (5)  Dawn il-Gruppi ta' Ħidma tal-Kunsill jinkludu: il-Gruppi ta' Ħidma tal-Pulizija u dak Doganali, il-Grupp Multidixxiplinari dwar il-Kriminalità Organizzata, il-Grupp ta' Ħidma dwar is-Saħħa, Gruppi ta' Ħidma tal-Affarijiet Esterni u l-Grupp ta' Ħidma dwar Kwistjonijiet Ekonomiċi.

    (6)  Din l-azzjoni hija bbażata fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2003/488/KE) dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa marbuta mad-dipendenza fuq id-droga.

    (7)  Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija; Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI.

    (8)  Inkluż l-iżmantelliment ta' laboratorji ta' drogi illeċiti.

    (9)  Is-Sinerġija tal-Proġett tinkludi l-Fajl ta' Ħidma Analitika (AWF), is-Sistema ta' Paragun ta' Laboratorju Illeċiti tal-Europol (EILCS) u s-Sistema tal-Logo tal-Ekstasi, din tal-aħħar inkorporata fis-Sistema ġenerali ta' Sekwestru tad-Drogi Sintentiċi tal-Europol (ESDSS).

    (10)  12353/02 CORDROGUE 78 CORDROGUE 78 CODRO 1 NIS 107.

    (11)  7163/1/99 REV 1 CORDROGUE 19 CODRO 2; Dikjarazzjoni tal-Port ta' Spanja — 10451/07 CORDROGUE 34 COLAT 9 AMLAT 54.

    (12)  5062/2/03 REV 2 CORDROGUE 3 COWEB 76 + COR 1.

    (13)  13501/1/08 REV 1 CORDROGUE 71 UD 172, Anness III.

    (14)  Dikjarazzjoni Politika (riżoluzzjoni S-20/2, anness) tal-għoxrin Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (15)  5062/2/03 REV 2 CORDROGUE 3 COWEB 76 + COR 1.

    (16)  Réseau Européen d'Information sur les Drogues et les Toxicomanies.

    (17)  L-indikatur tal-EMCDDA għandu jinġieb f'konformità mal-kriterji ta' rilevanza għas-saħħa pubblika (bħall-intensità tal-użu u l-konsegwenzi għas-saħħa) inklużi klassifikazzjonijiet internazzjonali (DSM-V/ICD-10).


    Top