EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC1211(04)

Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Arranġamenti għal-liċenzjar ta' importazzjoni għal prodotti tat-tessuti u tal-ilbies li joriġinaw miċ-Ċina fil-Komunità — Bidliet mill- 1 ta' Jannar 2009

ĠU C 316, 11.12.2008, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 316/17


Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Arranġamenti għal-liċenzjar ta' importazzjoni għal prodotti tat-tessuti u tal-ilbies li joriġinaw miċ-Ċina fil-Komunità — Bidliet mill-1 ta' Jannar 2009

(2008/C 316/06)

B'dan l-avviż, l-operaturi tal-Komunità qed jiġu mgħarrfa dwar il-punti prattiċi li ġejjin li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tat-tessuti u tal-ilbies li joriġinaw fiċ-Ċina mill-1 ta' Jannar 2009.

Ir-reġim attwali tal-kontroll doppju tas-sistema ta' sorveljanza għall-importazzjonijiet għall-kategoriji ta' prodotti li joriġinaw miċ-Ċina elenkati fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1) se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2008.

Mill-1 ta' Jannar 2009, ir-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti tat-tessuti u tal-ilbies li joriġinaw fiċ-Ċina mhux se jirrikjedi iktar l-ebda liċenzja ta' importazzjoni jew dokument ta' sorveljanza tkun xi tkun id-data ta' konsenja tagħhom.


(1)  ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1.


Top