Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0910(06)

    Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda b'konnessjoni mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

    ĠU C 232, 10.9.2008, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 232/34


    Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda b'konnessjoni mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

    (2008/C 232/10)

    Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda jinnotifika li waslet applikazzjoni għall-prospettar ta' l-idrokarburi fil-blokk E9, għal dik is-sezzjoni mill-mappa annessa bħala l-Anness 3 għar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling) (Staatscourant 2002, Nru 245).

    Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għall-prospettar ta' l-idrokarburi fil-blokk E9 tal-blata kontinentali ta' l-Olanda, b'referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 ta' l-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Staatsblad 2002, 542).

    Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa responsabbli għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, kundizzjonijiet u rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att Minerarju (Mijnbouwwet)(Staatsblad 2002, Nru 542).

    L-applikazzjonijiet jintlaqgħu għal 13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

    Minstru tal-Affarijiet Ekonomiċi

    Għall-attenzjoni ta' J.C. De Groot, Director for the Energy Market

    ALP/562

    Bezuidenhoutseweg 30

    Postbus 20101

    2500 EC Den Haag

    Nederland

    Ma jiġux ikkunsidrati applikazzjonijiet li jaslu wara li tkun għaddiet din l-iskadenza.

    Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet tittieħed mhux aktar tard minn tnax-il xahar minn din l-iskadenza.

    Aktar tagħrif jinkiseb minn E.J. Hoppel permezz tan-numru tat-telefown: (31-70) 379 77 62.


    Top