This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC0702(01)
Commission Notice on the conduct of settlement procedures in view of the adoption of Decisions pursuant to Article 7 and Article 23 of Council Regulation (EC) No 1/2003 in cartel cases (Text with EEA relevance )
Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta' proċedimenti ta' riżolviment ta' tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta' proċedimenti ta' riżolviment ta' tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 144, 23.4.2016, p. 23–28
(HR)
2.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 167/1 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta' proċedimenti ta' riżolviment ta' tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 167/01)
1. DAĦLA
1. |
Din in-Notifika tistabbilixxi qafas sabiex tiġi ppremjata l-kooperazzjoni fil-mod kif isiru l-proċedimenti li jkunu nbdew in vista ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (1) fil-każi ta' kartelli (2). Il-proċedimenti ta' riżoluzzjonijiet ta' tilwim jistgħu jippermettu lill-Kummissjoni tamministra aktar każi bl-istess riżorsi biex b'hekk tinkoraġġixxi l-interess pubbliku fl-implimentazzjoni ta' kastigi effettivi u f'waqthom mill-Kummissjoni, filwaqt li tkabbar id-deterrent ġenerali. Il-kooperazzjoni koperta b'din in-Notifika hi differenti mill-produzzjoni volontarja ta' xhieda biex tixpruna jew tmexxi 'l quddiem l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, li hi koperta min-Notifika tal-Kummissjoni dwar l-Immunità mill-multi u t-tnaqqis fil-multi fil-każi ta' kartelli (3) (in-Notifika dwar Klemenzi). Sakemm il-kooperazzjoni offruta minn impriża tikkwalifika taħt iż-żewġ Notifiki tal-Kummissjoni, din tista' tkun ippremjata kif xieraq b'mod kumulattiv (4). |
2. |
Meta l-partijiet għall-proċedimenti jkunu lesti li jirrikonoxxu l-parteċipazzjoni tagħhom f'kartell li jmur kontra l-Artikolu 81 tat-Trattat u għalhekk ikunu naqsu mir-responsabbilta' tagħhom, jistgħu wkoll jikkontribwixxu biex ikunu mgħaġġla l-proċedimenti li jwasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni korrispondenti skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (5) bil-mod u bis-salvagwardji speċifikati f'din in-Notifika. Filwaqt li l-Kummissjoni, bħala l-awtorità investigattiva u l-gwardjana tat-Trattat li hi mogħtija s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet ta' rinfurzar suġġetti għall-kontroll ġuridiku tal-Qrati Komunitarji, ma tinnegozjax il-kwistjoni dwar l-eżistenza ta' ksur tal-liġi Komunitarja u s-sanzjoni li tkun xierqa, tista' tippremja l-kooperazzjoni deskritta f'din in-Notifika. |
3. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar il-mod ta' kif jitmexxew il-proċedimenti mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (6) jistabbilixxi r-regoli prattiċi ewlenin li jikkonċernaw il-mod kif jitwettqu l-proċedimenti fil-każi ta' antitrust inklużi dawk applikabbli fil-varjant għar-riżoluzzjoni tat-tilwima. F'dan ir-rigward, ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tagħżilx li tesplora l-proċediment tar-riżoluzzjoni tat-tilwima jew le fil-każi ta' kartelli, filwaqt li tiżgura li l-għażla tal-proċediment tar-riżoluzzjoni tat-tilwima ma tkunx tista' tiġi imposta fuq il-partijiet. |
4. |
L-infurzar effettiv tal-liġi Komunitarja dwar il-kompetizzjoni huwa kumpatibbli mar-rispett sħiħ tad-dritt tal-partijiet biex jiddefendu ruħhom, li jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-liġi Komunitarja li għandu jkun irrispettat fiċ-ċirkustanzi kollha, u b'mod partikolari fil-proċedimenti ta' antitrust li jistgħu jwasslu għall-penali. Minn dan joħroġ li r-regoli stabbiliti għall-mod kif jitmexxew il-proċedimenti tal-Kummissjoni biex jiġi infurzat l-Artikolu 81 tat-Trattat għandhom jiżguraw li l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-impriżi kkonċernati jingħataw l-opportunità biex effettivament jesponu l-fehmiet tagħhom dwar il-verità u r-relevanza tal-fatti, l-oġġezzjonijiet u ċ-ċirkustanzi mressqa mill-Kummissjoni (7), waqt it-tul kollu tal-proċedura amministrattiva. |
2. PROĊEDURA
5. |
Il-Kummissjoni għandha marġni wiesa' ta' diskrezzjoni biex tiddetermina liema każi jistgħu jkunu addattati biex tesplora l-interess tal-partijiet f'parteċipazzjoni f'diskussjonijiet dwar riżolviment, kif ukoll biex tiddeċiedi f'liema każi tinvolvi ruħha jew twaqqahom jew inkella ssovihom. F'dan ir-rigward, tajjeb li tiġi kkunsidrata l-probabbiltà li jintlaħaq ftehim komuni dwar l-ambitu ta' l-oġġettivi potenzjali mal-partijiet involuti sa skadenza raġonevoli, in vista ta' fatturi bħal ma huma l-għadd tal-partijiet involuti, il-pożizzjonijiet konfliġġenti prevedibbli dwar l-attribuzzjoni tar-responsabbiltajiet, il-limitu tal-kontestazzjoni tal-fatti. Barra minn hekk, jiġi kkunsidrat jekk, fid-dawl tal-progress miksub f'sens ġenerali, inkluż l-iskala tal-piż neċessarju biex ikunu pprovduti verżjonijiet mhux kundifenzjali tad-dokumenti fil-fajl, ikunx probabbli li din il-proċedura ta' riżolviment tkunx iktar effikaċi. Jistgħu jitqiesu wkoll konsiderazzjoni oħra bħal mhu l-ħolqien ta' preċedent. Il-Kummissjoni tista' wkoll tiddeċiedi li ma tkomplix id-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment jekk il-partijiet tal-proċedimenti jikkoordinaw biex jgħawwġu jew jeliminaw kull evidenza relevanti biex ikun stabbilit il-ksur jew xi parti minnu jew għall-kalkolu ta' multa applikabbli. Tgħawwiġ jew eliminazzjoni ta' l-evidenza relevanti biex ikun stabbilit il-ksur jew xi parti minnu jista' wkoll jikkostitwixxi ċirkustanza aggravanti skond it-tifsira tal-punt 28 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-metodu ta' kif jiġu ffisati l-multi imposti skond l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (8) (il-Linji Gwida dwar il-multi), u jista' jkun meqjus bħala nuqqas ta' kooperazzjoni skond it-tifsira tal-punti (12) u (27) tan-Notifika dwar Klemenzi. Il-Kummissjoni tista' tidħol biss għal diskussjonijiet dwar riżolviment jekk issir talba bil-miktub mill-partijiet ikkonċernati. |
6. |
Filwaqt li l-partijiet għall-proċedimenti m'għandhomx dritt għal riżolviment, jekk il-Kummissjoni jidhrilha li, fil-prinċipju, ikun xieraq li każ jiġi riżolt, din għandha tesplora l-interess fir-riżolviment tal-partijiet kollha għall-istess proċedimenti. |
7. |
Il-partijiet għall-proċedimenti m'għandhomx jiżvelaw lil ebda parti terza oħra fi kwalunkwe ġurisdizzjoni l-kontenut tad-diskussjonijiet jew tad-dokumenti li huma kellhom aċċess għalihom invista tar-riżolviment, sakemm ma jkollhomx awtorizzazzjoni espliċita mill-Kummissjoni. Kwalunkwe ksur f'dan ir-rigward jista' jwassal li l-Kummissjoni ma' tikkunsidrax t-talba ta' l-impriża biex issegwi l-proċediment tar-riżolviment. Kxif bħal dan jista' wkoll jikkostitwixxi ċirkustanza aggravanti, skond it-tifsira tal-punt 28 tal-Linji Gwida u jista' jkun meqjus bħala nuqqas ta' kooperazzjoni skond it-tifsira tal-punti (12) u (27) tan-Notifika dwar Klemenzi. |
2.1. Ftuħ ta' proċedimenti u passi esploratorji fir-rigward ta' riżolviment.
8. |
Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra l-adozzjoni ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 7 u/jew l-artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, ikun meħtieġ li bil-quddiem jiġu identifikati u rikonoxxuti bħala partijiet għall-proċedimenti l-persuni legali li jistgħu jkunu suġġetti għall-penali minħabba ksur ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat. |
9. |
Għal dan il-għan, il-bidu ta' proċedimenti skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 bil-għan ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni bħal din jista' jseħħ fi kwalunkwe ħin, imma mhux aktar tard mid-data li fiha l-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet kontra l-partijiet ikkonċernati. L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jispeċifika wkoll li, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li tesplora l-interess tal-partijiet f'parteċipazzjoni fid-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment, hi tagħti bidu għal proċedimenti mhux aktar tard mid-data li fiha tkun jew għamlet dikjarazzjoni dwar l-oġġezzjonijiet jew talbet lill-partijiet jiddikjaraw bil-miktub l-interess tagħhom f'parteċipazzjoni f'diskussjonijiet dwar riżolviment, liema miż-żewġ dati tiġi l-ewwel. |
10. |
Wara l-bidu tal-proċedimenti skond k-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni ssir l-unika awtorità kompetenti biex tapplika l-Artikolu 81 tat-Trattat għall-każ speċifiku. |
11. |
Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq li tesplora l-interess tal-partijiet fil-parteċipazzjoni f'diskussjonijiet dwar ir-riżolviment, hi tiffissa skadenza li ma tkunx anqas minn ġimagħtejn skond l-Artikoli 10a(1) u 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 li fl-ambitu tiegħu il-partijiet għall-istess proċedimenti għandhom jiddikjaraw bil-miktub jekk ikunx bi ħsiebhom jipparteċipaw f'diskussjonijiet dwar riżolviment bil-għan li possibbilment jagħmlu sottomissjonijiet għal riżolviment aktar 'il quddiem. Din id-dikjarazzjoni miktuba ma timplikax ammissjoni mill-partijiet li pparteċipaw fi ksur jew li kienu responsabbli għalih. |
12. |
Kull meta l-Kummissjoni tibda proċedura kontra żewġ partijiet jew iktar fl-istess impriża, il-Kummissjoni tinforma lil kull parti bl-entitajiet legali l-oħra li hi tidentifika fl-istess impriża u li għandhom x'jaqsmu wkoll mal-proċediment. F'każ bħal dan, jekk il-partijiet ikkonċernati jixtiequ jipparteċipaw f'diskussjonijiet dwar riżolviment, dawn għandhom jaħtru rappreżentanti konġunti li jkollhom is-setgħa biex jaġixxu f'isimhom sa tmiem l-iskadenza msemmija fil-punt 10, Il-ħatra ta' rappreżentanti konġunti għandha biss l-iskop li tħaffef id-diskussjonijiet dwar riżolviment u ma tippreġudikax bl-ebda mod l-attribuzzjoni tar-responsabbilità għall-ksur fost il-partijiet differenti. |
13. |
Il-Kummissjoni tista' ma tikkunsidrax kwalunkwe applikazzjoni għall-immunità mill-multi jew it-tnaqqis tagħhom fuq il-bażi li din l-applikazzjoni tkun ġiet sottomessa wara l-perjodu ta' skadenza msemmi fil-punt10. |
2.2. Bidu tal-proċediment ta' riżolviment: diskussjonijiet dwar riżolviment
14. |
Jekk uħud mill-partijiet għall-proċedimenti jitolbu għal diskussjonijiet dwar riżolviment u jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-punti 10 u 11, il-Kummissjoni tista' ssegwi l-proċediment ta' riżolviment permezz ta' kuntatti bilaterali bejn id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni u l-kandidati tar-riżolviment. |
15. |
Il-Kummissjoni żżomm id-dritt li tiddetermina ma' kull impriża l-adegwatezza u r-ritmu tad-diskussjonijiet bilaterali dwar ir-riżolviment. F'konformità ma' l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, dan jinkludi li, fid-dawl tal-progress li jkun sar b'mod ġenerali fil-proċediment tar-riżolviment, il-Kummissjoni tiddetermina l-ordni u s-sekwenza tad-diskussjonijiet bilaterali dwar ir-riżolviment kif ukoll il-waqt meta tiżvela l-informazzjoni, inkluża x-xhieda fil-fajl tal-Kummissjoni wżata biex jiġu stabbiliti l-oġġezzjonijiet previsti u l-multa eventwali (9). L-informazzjoni tiġi żvelata b'mod f'waqtu meta jkun sar progress fid-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment. |
16. |
Żvelar bikri bħal dan fil-kuntest ta' diskussjonijiet dwar ir-riżolviment skond l-Artikolu 10a(2) u l-Artikolu 15(1a) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jippermetti li l-partijiet ikunu infurmati bl-elementi essenzjali li jkunu ġew ikkunsidrati sa dak il-mument, bħal mhuma l-fatti allegati, il-klassifikazzjoni ta' dawn il-fatti, il-gravita' ta' l-allegat kartell u t-tul ta' żmien li jkun ilu jeżisti, l-attribuzzjoni tar-responsabbiltajiet, l-istima tal-firxa tal-multi li x'aktarx jingħataw kif ukoll ix-xhieda miġjuba biex jiġu stabbiliti l-oġġezzjonijiet eventwali. B'hekk il-partijiet ikunu jistgħu jwasslu l-fehmiet tagħhom b'mod effettiv dwar l-oġġezzjonijiet li potenzjalment jinġiebu kontrihom u jkunu jistgħu wkoll jagħmlu deċiżjoni infurmata dwar jekk jirriżolvux jew le. Wara talba rraġunata minn xi parti, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu wkoll jagħtuha aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta' kwalunkwe dokument aċċessibbli elenkat fil-fajl tal-każ sa dak il-mument, jekk ikun jidhrilhom li dan huwa ġustifikat biex il-parti tkun tista' tiżgura l-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-perjodu taż-żmien jew ta' kwalunkwe aspett ieħor tal-kartell (10). |
17. |
Meta l-progress li jkun sar matul id-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment iwassal għal qbil komuni dwar l-ambitu ta' l-oġġezzjonijiet eventwali u l-istima tal-firxa tal-multi li x'aktarx tkun ser twaħħal il-Kummissjoni, u l-Kummissjoni tieħu konsiderazzjoni preliminari li fid-dawl tal-progress li sar, din il-proċedura tkun iktar effikaċi, il-Kummissjoni tista' tiffissa skadenza finali ta' mill-inqas 15-il ġurnata ta' xogħol għal impriża biex tippreżenta sottomissjoni ta' riżolviment finali skond l-Artikoli 10a(2) u 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 L-iskadenza tista' tittawwal wara talba rraġunata. Qabel l-għoti ta' din l-iskadenza, il-partijiet ikollhom id-dritt li, fuq talba tagħhom, jingħataw l-informazzjoni speċifikata fil-punt 15 żvelat lilhom. |
18. |
Il-partijiet jistgħu jappellaw lill-Kunsillier tas-Seduta fi kwalunkwe ħin matul il-proċediment tar-riżolviment fir-rigward ta' kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tad-difiża. Dmir il-Kunsillier tas-Seduta hu li jiżgura li d-drittijiet tad-difiża jkunu rispettati. |
19. |
Jekk il-partijiet ikkonċernati jonqsu milli jippreżentaw sottomissjoni tar-riżolviment, il-proċediment li jwassal għad-deċiżjoni finali fil-każ tagħhom jimxi skond id-dispożizzjonijiet ġenerali, partikularment fl-Artikoli 10(2) u 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, minflok dawk li jirregolaw il-proċediment tar-riżolviment. |
2.3. Sottomissjonijiet għal riżolviment
20. |
Il-partijiet li jagħżlu li jsir proċediment ta' riżolviment iridu jagħmlu talba formali għar-riżolviment fil-forma ta' sottomissjoni għal riżolviment. Is-sottomissjoni għal riżolviment prevista fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 għandu jkun fiha:
|
21. |
Ir-rikonoxximenti u l-konfermi pprovduti mill-partijiet rigward riżolviment jikkostitwixxu espressjoni ta' l-impenn tagħhom biex jikkooperaw fil-maniġġar bil-għaġġla tal-każ skond il-proċediment ta' riżolviment. Madankollu, dawn ir-rikonoxximenti u l-konfermi huma suġġetti għall-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni tat-talba tagħhom għal riżolviment, inkluż l-ogħla ammont previst tal-multa. |
22. |
Għalhekk, it-talbiet għal riżolviment ma jistgħux jiġu rrevokati b'mod unilaterali mill-partijiet li jkunu pprovdewhom sakemm il-Kummissjoni ma tilqax it-talbiet tagħhom għal riżolviment billi tirrifletti s-sottomissjonijiet għal riżolviment l-ewwel f'dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet u fl-aħħarnett, f'deċiżjoni finali (ara f'dan ir-rigward il-punti 27 u 29). Id-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, tkun meqjusa bħala konferma tas-sottomissjonijiet għal riżolviment jekk tirrifletti l-kontenut tagħhom fuq il-kwistjonijiet tal-punt 20(a). Barra minn hekk, biex deċiżjoni finali titqies bħala riflessjoni tas-sottomissjonijiet għal riżolviment, għandha wkoll timponi multa li ma tkunx taqbeż l-ogħla ammont indikat fiha. |
2.4. Dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet u tweġiba
23. |
Skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, in-notifika ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet bil-miktub lil kull waħda mill-partijiet li kontrihom ikunu tqajmu l-oġġezzjonijiet, hija fażi preparatorja obbligatorja qabel l-adozzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni finali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha toħroġ dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet anke f'każ ta' proċediment ta' riżolviment (12). |
24. |
Biex ikun żgurat li l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-partijiet għad-difiża jkun effettiv, il-Kummissjoni tisma' l-fehmiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet kontrihom u x-xhieda ta' sostenn qabel ma tadotta deċiżjoni finali u tagħtihom kunsiderazzjoni billi temenda l-analiżi preliminari tagħha kif ikun jixraq (13). Il-Kummissjoni trid tkun tista' mhux biss taċċetta jew tiċħad l-argumenti rilevanti tal-partijiet miġjuba minnhom matul il-proċediment amministrattiv, imma wkoll tagħmel l-analiżi proprja tagħha tal-kwistjonijiet li jkunu tressqu bil-għan li jew jikkonvinċuha twaqqa' dawn l-oġġezzjonijiet minħabba provi ta' nuqqas ta' bażi għalihom jew li jiġu ssupplimentati u riveduti l-argumenti tagħhom, kemm fil-fatt kif ukoll bi dritt, b'sostenn ta' l-oġġezzjonijiet imħaddna mill-Kummissjoni. |
25. |
Bil-preżentazzjoni ta' talba formali għal-riżolviment fil-forma ta' sottomissjoni għal riżolviment qabel ma tintbagħtilhom in-notifika tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, il-partijiet ikkonċernati jippermettu lill-Kummissjoni li effettivament tikkunsidra l-fehmiet tagħhom (14) sewwasew fil-mument meta tkun qed tabbozza d-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet u mhux biss qabel il-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv għall-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat Konsultattiv”) jew qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali (15). |
26. |
Jekk id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tirrifletti s-sottomissjonijiet tal-partijiet għal riżolviment, il-partijiet ikkonċernati jkunu, sa skadenza ta' mill-inqas ġimagħtejn ffissata mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 10a(3) u 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, weġbuha billi sempliċement jikkonfermaw (f'termini mingħajr ekwivoċi) li d-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom dwar ir-riżolviment u li għalhekk huma jibqgħu marbuta li jsegwu l-proċediment tar-riżolviment. Jekk din it-tweġiba ma ssirx, il-Kummissjoni tieħu nota tan-nuqqas ta' impenn tal-parti u tista' wkoll ma tikkunsidrax it-talba tal-parti biex issegwi l-proċediment ta' riżolviment. |
27. |
Il-Kummissjoni żżomm id-dritt li tadotta dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet li ma tirriflettix is-sottomissjoni tal-partijiet għal riżolviment. F'dan il-każ, ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali fl-Artikoli 10(2) u 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. Ir-rikonoxximenti pprovduti mill-partijiet fis-sottomissjonijiet għal riżolviment jitqiesu bħala li ġew irtirati u ma jkunux jistgħu jintużaw bħala evidenza kontra l-ebda waħda mill-partijiet għall-proċedimenti. Għaldaqstant, il-partijiet ikkonċernati ma jkunux iktar marbuta bis-sottomissjonijiet tagħhom għal rizolviment u tinħarġilhom skadenza li tippermettilhom li, fuq talba, jippreżentaw id-difiża tagħhom mill-ġdid, inkluza l-possibbiltà li jitolbu aċċess għall-fajl u smigħ f'seduta verbali. |
2.5. Deċiżjoni tal-Kummissjoni u għoti ta' kumpens għal riżolviment
28. |
Ladarba l-partijiet ikunu wieġbu għad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet u jikkonfermaw l-impenn tagħhom biex jirriżolvu, ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 jippermetti lill-Kummissjoni tipproċedi, mingħajr ebda pass proċedurali ieħor, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwenti skond l-Artikoli 7 u/jew 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. B'mod partikolari, dan ifisser li l-ebda seduta verbali jew aċċess għall-fajl ma jistgħu jintalbu minn dawk il-partijiet ladarba s-sottomissjonijiet tagħhom għal riżolviment ikunu riflessi mid-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet f'konformità ma' l-Artikoli 12(2) u 15(1a) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. |
29. |
Il-Kummissjoni żżomm id-dritt li tadotta pożizzjoni finali li titbiegħed mill-pożizzjoni preliminari tagħha ppreżentata f'dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet li tikkonferma s-sottomissjonijiet tal-partijiet għal riżolviment, jew wara li tikkunsidra l-opinjonijiet żviluppati mill-Kumitat Konsultattiv jew konsiderazzjonijiet oħra marbuta ma' l-awtonomija aħħarija tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward. Madankollu, jekk il-Kummissjoni tagħżel li taġixxi f'dan is-sens, hija għandha tinforma lill-partijiet u tinnotifikalhom dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet ġdida sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt ta' difiża tagħhom skond ir-regoli ġenerali tal-proċediment. B'segwitu għal dan il-partijiet b'hekk ikollhom id-dritt li jitolbu aċċess għall-fajl, għal smigħ f'seduta verbali u għal tweġiba għad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet. Ir-rikonoxximenti pprovduti mill-partijiet fis-sottomissjonijiet għal riżolviment jitqiesu bħala li ġew irtirati u ma jkunux jistgħu jintużaw bħala evidenza kontra l-ebda waħda mill-partijiet għall-proċedimenti |
30. |
L-ammont finali tal-multa f'każ speċifiku jiġi stabbilit fid-deċiżjoni li fiha tikkonstata l-ksur skond l-Artikolu 7 u timponi multa skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
31. |
F'konformità mal-prattika tal-Kommissjoni, il-fatt li impriża kkooperat mal-Kummissjoni fil-qafas ta' din in-Notifika matul il-proċediment amministrattiv ser jiġi indikat fid-deċiżjoni finali, biex tiġi spjegata r-raġuni li tiġġustifika l-livell tal-multa. |
32. |
Jekk tiddeċiedi li tikkumpensa lil parti partikolari bħala riżolviment fil-qafas ta' din in-Notifika, il-Kummissjoni tnaqqas b'10 % l-ammont tal-multa li kellha tkun imposta wara li jkun applikat il-limitu ta' 10 % stabbilit fil-Linji Gwida għall-metodu ta' kif jiġu ffissati l-multi imposti skond l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (8). Kwalunkwe żieda speċifika għal skop dissważiv (16) użat fir-rigward tagħhom ma tistax taqbeż fattur multiplikatur ugwali għal tnejn. |
33. |
F'każi li fihom sar riżolviment ma' impriżi li jkunu talbu għall-benefiċċji ta' trattament favorevoli, it-tnaqqis fil-multa li jkun ingħatalhom għar-riżolviment ikun miżjud mal-kumpens mogħti bħala benefiċċju tat-trattament favorevoli. |
3. KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
34. |
Din in-Notifika tapplika għall-każi kollha pendenti quddiem il-Kummissjoni fil-mument tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
35. |
L-aċċess għas-sottomissjonijiet ta' riżolviment huwa mogħti biss lil dawk id-destinatarji ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet li ma talbux riżolviment, la darba jikkommettu ruħhom — flimkien mar-rappreżentanti legali li għandhom l-aċċess għan-nom tagħhom — li ma jagħmlux kopji b'meżżi mekkaniċi jew elettroniċi ta' ebda informazzjoni fis-sottomissjonijiet ta' riżolviment li għalihom qegħdin jingħataw aċċess u li jiżguraw li l-informazzjoni meħuda mis-sottomissjoni ta' riżolviment tkun użata biss għall-iskopijiet tal-proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji fil-kwestjoni fil-proċedimenti relatati. Partijiet oħra bħal ma huma r-rikorrenti ma jingħatawx aċċess għas-sottomissjonijiet ta' riżolviment. |
36. |
L-użu ta' informazzjoni bħal din għal skop different waqt il-proċedura tista' tkun meqjusa bħala nuqqas ta' kooperazzjoni fis-sens tal-punti (12) u (27) tan-Notifika tat-Trattament Favorevoli. Barra minn hekk, jekk użu bħal dan isir wara li l-Kummissjoni tkun addottat deċiżjoni ta' projbizzjoni fil-proċedimenti, il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe proċediment legali quddiem il-Qrati tal-Komunità, titlob lill-Qorti biex iżżid il-multa fir-rigward ta' l-impriża responsabbli. F'każ li l-informazzjoni tintuża għal skop ieħor, fi kwalunkwe ħin, bl-involviment ta' rappreżentanti legali esterni, il-Kummissjoni tista' tirraporta l-inċident lill-uffiċċju fejn ir-rappreżentant legali jipprattika, bl-għan ta' azzjoni dixxiplinarja. |
37. |
Is-sottomissjonijiet ta' riżolviment magħmula skond din in-Notifika jkunu trasmessi biss lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 12 tar-Regolmanet (KE) Nru 1/2003, sakemm l-kundizzjonijiet stabbiliti fin-Notifika tan-Netwerk (17) ikunu milħuqa u sakemm il-livell ta' protezzjoni kontra l-iżvelar mogħti mill-awtorità tal-kompetizzjoni riċeventi huwa ta' l-istess livell ta' dak tal-Kummissjoni. |
38. |
Fuq rikjesta ta' l-applikant, il-Kummissjoni tista' taċċetta li s-sottomissjoni ta' riżolviment tingħata bil-fomm. Is-sottomissjonijiet ta' riżolviment bil-fomm ikunu rrekordjati u traskritti fil-bini tal-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u l-Artikoli 3(3) u 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 l-impriżi li jagħmlu sottomissjonijiet ta' riżolviment bil-fomm jingħataw l-opportunità li jivverifikaw il-preċiżjoni tar-rekord, li jkun disponibbli fil-bini tal-Kummissjoni, u jistgħu jikkoreġu is-sustanza tas-sottomissjonijiet orali tagħhom u l-preċiżjoni tat-traskritt minnufih. |
39. |
Il-Kummissjoni mhix se titrażmetti sottomissjonijiet ta' riżolviment lill-qrati nazzjonali mingħajr il-kunsens ta' l-applikanti relevanti, skond il-provedimenti tan-Notifika tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE (18). |
40. |
Il-Kummissjoni ssostni li normalment l-iżvelar pubbliku ta' dokumenti u dikjarazzjonijiet miktuba jew dokumentati (inklużi s-sottomissjonijiet ta' riżolviment) li jkunu waslu fil-kuntest ta' din in-Notifika jimmina ċerti interessi pubbliċi jew privati, pereżempju l-protezzjoni ta' l-għan ta' spezzjonijiet u investigazzjonijiet fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (19), anke wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni. |
41. |
Id-deċiżjonijiet finali meħuda mill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 huma suġġetti għal eżami ġuriżdizzjonali skond l-Artikolu 230 tat-Trattat tal-KE. Barra minn hekk, kif previst fl-Artikolu 229 tat-Trattat u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha kompetenza ġuriżdizzjonali mingħajr limitu biex teżamina deċiżjonijiet dwar multi adottati skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni (ta' riżolviment) skond l-Artikolu 7 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003
I. Investigazzjoni bħas-soltu
— |
Il-partijiet jistgħu juru interess f'riżolviment ipotetiku. |
II. Passi Esploratorji Fir-Rigward ta' Riżolviment
— |
Ittra lill-impriżi (u lill-Istati Membri) kollha li tinfurmhom bid-deċiżjoni li jinfetħu proċeduri għal riżolviment (Art. 11(6)) u li titlobhom juru l-interess tagħhom fir-riżolviment. |
III. Serje ta' diskussjonijiet bilaterali dwar ir-riżolviment
— |
L-iżvelar u l-iskambju ta' l-argumenti dwar oġġezzjonijiet, responsabbiltajiet, il-firxa ta' multi potenzjali. |
— |
L-iżvelar ta' l-evidenza użata biex tistabbilixxi l-oġġezzjonijiet, ir-responsabbiltajiet, il-multi potenzjali. |
— |
L-iżvelar ta' verżjonijiet ta' dokumenti fil-fajl li mhumiexx kunfidenzjali, meta ġustifikat. |
IV. Riżolviment
— |
Sottomissjonijiet ta' rizolviment proviżorji mill-impriżi, rappreżentati flimkien fejn applikabbli. |
— |
COMP jibagħtu konferma li jkunu rċevew l-applikazzjonijiet, |
V. Dikjarazzjonijiet ta' Oġġezzjonijiet “Solvuti”
— |
In-notifika ta' dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjonijiet simplifikati li tikkonferma s-sottomissjonijiet ta' riżolviment ta' l-impriża, fejn xieraq. |
— |
Ir-risposta ta' l-impriża għad-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjonijiet li tikkonferma b'mod ċar li din tirrifletti is-sottomissjoni ta' riżolviment tagħha. |
VI. Id-Deċiżjoni ta'“Riżolvment” skond l-Artikolu 7 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003
— |
Kumitat Konsultattiv dwar l-abbozz tad-deċiżjoni finali simplifikata. |
Jekk jaqbel il-Kulleġġ tal-Kummissarji:
— |
L-adozzjoni tad-deċiżjoni finali simplifikata |
(1) Ir-referenzi f'dan it-test għall-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE jkopru wkoll l-Artikolu 53 ŻEE meta applikat mill-Kummissjoni skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 56 tal-Ftehim ŻEE.
(2) Il-kartelli huma ftehimiet u/jew prattiċi miftehma bejn żewġ kompetituri jew iktar bl-iskop li jikkoordinaw l-imġiba kompetittiva tagħhom fuq is-suq u/jew jinfluwenzaw il-parametri tal-kompetizzjoni rilevanti permezz ta' prattiċi bħall-iffissar tal-prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ jew kundizzjonijiet oħra tal-kummerċ, l-allokazzjoni ta' kwoti ta' produzzjoni jew bejgħ, il-kondiviżjoni tas-suq inkluż l-immanuvrar ta' l-offerti, ir-ristrizzjonijiet fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u/jew azzjonijiet kontra l-kompetizzjoni kontra kompetituri oħra. Prattiċi bħal dawn huma fost l-iktar ksur serji ta' l-Artikolu 81 KE.
(3) ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17.
(4) Ara punt 33.
(5) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1).
(6) ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 622/2008 (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3).
(7) Ara l-Kawża 85/76 Hoffmann-La Roche v il-Kummissjoni [1979] ECR 461, fil-paragrafi 9 u 11;
(9) Ir-referenza għall-“multi eventwali” fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 tagħti lis-servizzi tal-Kummissjoni l-possibbiltà li jinfurmaw lill-partijiet involuti fid-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment, dwar stima tal-multa eventwali fid-dawl tal-gwida fil-Linji Gwida dwar il-multi, id-dispożizzjonijiet ta' din in-Notifika u n-Notifika dwar Trattament Favorevoli, fejn applikabbli.
(10) Għal dan il-għan, lill-partijiet ser tingħatalhom lista tad-dokumenti kollha aċċessibbli li jkunu jinsabu fil-fajl tal-każijiet sa dak il-mument.
(11) Dan ikun riżultat tad-diskussjonijiet kif stipulat fil-punti 16 u 17.
(12) Fil-kuntest ta' proċediment ta' riżolviment, id-dikjarazzjonijiet ta' l-oġġezzjonijiet għandhom ikollhom l-informazzjoni neċessarja biex tħalli lill-partijiet jikkorroboraw li din tirrifletti is-sottomissjonijiet tar-riżolviment tagħhom.
(13) B'konformità ma' ġurisprudenza konsolidata, il-Kummissjoni għandha ssejjes id-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet ikkonċernati setgħu jikkummentaw, u għal dan il-għan, dawn għandhom id-dritt għal aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni, suġġett għall-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
(14) F'dan ir-rigward, il-premessa 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 “taqra hekk: Dan iż-żvelar bikri għandu jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jressqu l-fehmiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni tkun bi ħsiebha tressaq kontrihom kif ukoll dwar ir-responsabbiltà potenzjali tagħhom.”
(15) Kif jitlob l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 u l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 rispettivament.
(16) Il-punt 30 fil-Linji Gwida dwar il-multi.
(17) L-avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi ħdan in-Netwerk tal-Awtorijatjiet tal-Kompentizzjoni (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 43).
(18) ĠU C 101, 27.4.2004, p. 54 il-punt 26.
(19) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.