Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0606(02)

    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 140, 6.6.2008, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 140/17


    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2008/C 140/12)

    Numru XA: XA 87/08

    Stat Membru: Il-Belġju

    Reġjun: Vlaanderen

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Vlaams Interprovinciaal Verbond Van Fokkers Van Neerhofdieren vzw

    Bażi ġuridika: Decreet van 21 december 2007 houdende de algemene uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2008.

    Koninklijk besluit van 2 juni 1998 betreffende de zoötechnische en genealogische voorschriften voor de verbetering en de instandhouding van pluimvee- en konijnenrassen.

    Ministerieel besluit van 17 maart 2005 houdende de erkenning en subsidiëring van organisaties in het kader van de aanmoediging en de verbetering van de pluimvee- en konijnenfokkerij

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 7 500

    Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità massima ta' għajnuna hija 100 % biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi għal-ħolqien u ż-żamma tar-reġistri tal-bhejjem

    Data ta' l-implimentazzjoni: L-għajnuna tista' tingħata sa mill-1 ta' Marzu u, l-aktar kmieni, 15-il ġurnata wara n-notifikazzjoni.

    L-għajnuna tista' tingħata permezz ta' digriet ta' implimentazzjoni. Dawn id-digrieti huma maħduma annwalment. Għandu jinħadem abbozz ta' digriet dwar l-implimentazzjoni, u għandu jinkludi “standstill clause”

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Il-perjodu ta' l-għotja se jdum sal-31.12.2008

    Għan ta' l-għajnuna: L-assoċjazzjoni reġistrata Vlaams Interprovinciaal Verbond van Fokkers van Neerhofdieren vzw (VIVFN) għandha ż-żamma tar-reġistri tal-bhejjem u għandha dokumentazzjonijiet għal numru kbir ta' razez tal-fniek u bhejjem tal-farm.

    Il-VIVFN indikat li se tuża l-għajnuna biex tkopri l-ispejjeż tal-ġbir, ta' l-ipproċessar, tal-preparazzjoni għal użu u tal-pubblikazzjoni tad-dejta ta' reġistrazzjoni

    L-għajnuna tingħata skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u tissodisfa l-kriterji tiegħu.

    L-Artikolu 16(1)(a): għajnuna bir-rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi għall-ħolqien u ż-żamma tar-reġistri tal-bhejjem

    Is-settur(i) konċernat(i): Is-setturi tat-trobbija tal-bhejjem

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Departement Landbouw en Visserij

    Duurzame Landbouwontwikkeling

    Ellips, 6e verdieping

    Koning Albert II laan 35, bus 40

    B-1030 Brussel

    Indirizz ta' l-internet: http://www2.vlaanderen.be/ned/sites/landbouw/info/steun/eu.html

    Tagħrif ieħor: —

    Jules VAN LIEFFERINGE

    Secretaris-generaal


    Top