EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0524(02)

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 127, 24.5.2008, p. 13–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 127/13


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 127/13)

In-numru ta' l-XA: XA 33/08

L-Istat Membru: Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjun: Ir-Repubblika Ċeka kollha

It-titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Vzdělávání ekologických zemědělců a šíření informací o ekologickém zemědělství

Il-bażi ġuridika: Zákon č. 242/2000 Sb., o ekologickém zemědělství a o změně zákona č. 368/1992 Sb., o správních poplatcích, ve znění pozdějších předpisů

In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: CZK 1 000 000

L-intensità massima ta' l-għajnuna: Sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli

Id-data ta' l-implimentazzjoni:

It-tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' l-għajnuna individwali:

L-għan ta' l-għajnuna: L-għan ewlieni huwa li tingħata għajnuna lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju.

L-għan sekondarju huwa li jiżdied l-għarfien tal-bdiewa ta' l-agrikoltura organika dwar il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura organika, inkluż mat-tqegħid fis-suq u mal-bejgħ tal-prodotti organiċi, u li jkun żgurat taħriġ u jingħataw pariri ta' kwalità għolja lill-bdiewa ta' l-agrikoltura organika, kif ukoll li tkun żgurata l-aċċessibbiltà għal tagħrif aġġornat u ta' kwalità tajba dwar l-agrikoltura organika, inkluż it-tixrid ta' dan it-tip ta' tagħrif lill-grupp fil-mira. Dan it-tip ta' tagħrif ikun jinkludi, per eżempju, ir-riżultati ta' studju li juri l-benefiċċji ta' l-agrikoltura organika u ta' meta wieħed jiekol dawn il-prodotti organiċi, għall-ambjent u għas-saħħa.

In-nefqa eliġibbli kkonċernata hija f'konformità ma' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Is-settur/i ekonomiku/ċi kkonċernat/i: L-agrikoltura organika, il-produzzjoni tal-pjanti u ta' l-annimali (A0011 — It-tkabbir ta' l-għelejjel; il-ġardinaġġ kummerċjali; l-ortikultura, A0012 — It-trobbija ta' l-annimali, A0013 — It-tkabbir ta' l-għelejjel flimkien mat-trobbija ta' l-annimali (il-biedja mħallta))

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

CZ-117 05 Praha 1

L-indirizz tas-sit ta' l-internet: Il-programm “Ekologické zemědělství a biopotraviny” (il-produzzjoni agrikola organika u l-ikel organiku)

http://www.mze.cz/Index.aspx?deploy=539&typ=2&ch=73&ids=539&val=539

http://81.0.228.70/attachments/konecna_verze_Progrumu_EZ_odeslana_MZP.doc

(ara l-miżura 4 fil-paġna numru 18 u l-miżura 6 fil-paġna numru 19)

Tagħrif ieħor: Ir-Repubblika Ċeka tikkonferma li l-għajnuna hija ppjanata biss għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni agrikola u li se jkun hemm konformità mal-limiti finanzjarji rilevanti. F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni ta' l-għajnuna, il-benefiċjarji m'huma se jirċievu l-ebda ħlas dirett u t-tagħrif mogħti u l-preżentazzjonijiet li jsiru se jkunu ta' natura imparzjali u m'hu se jinkludu l-ebda referenza għall-prodotti organiċi

Magħmul fi Praga, nhar il-11 ta' Jannar 2008.

M. Jiří TRNKA

Id-direttur tal-Politika Ambjentali u tar-Riżorsi ta' l-Enerġija Rinnovabbli

Il-Ministeru għall-Agrikoltura

Numru ta' l-XA: XA 48/08

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Jezersko

It-titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Podpore programom razvoja podeželja v občini Jezersko 2007–2013

Il-bażi ġuridika: Pravilnik o dodelitvi pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Jezersko

In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 9 225

 

2008: EUR 9 483

 

2009: EUR 9 720

 

2010: EUR 9 915

 

2011: EUR 10 114

 

2012: EUR 10 367

 

2013: EUR 10 626

L-intensità massima ta' l-għajnuna:

għajnuna għall-investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja: sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati u sa 40 % f'żoni oħra,

għajnuna għall-konservazzjoni tal-bini tradizzjonali: għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli; għal assi produttivi fl-azjendi agrikoli, sa 75 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati u sa 60 % f'żoni oħra,

għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art: sa 50 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi reali mġarrbin,

għajnuna favur il-ħlasijiet tal-primjums ta' l-assigurazzjoni: id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard,

il-forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu: sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza, għall-organizzazzjoni ta' u l-parteċipazzjoni f'fora sabiex l-azjendi agrikoli jkun jista' jkollhom skambju ta' għarfien, għall-kompetizzjonijiet, għall-wirjiet u l-fieri, għall-pubblikazzjonijiet bħall-katalgi u s-siti ta' l-internet, u għall-ispejjeż tas-servizzi tas-sostituzzjoni; l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Id-data ta' l-implimentazzjoni: Jannar 2008

It-tul ta' l-iskema jew ta' l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-ħarsien u għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Jezersko jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (traduzzjoni mhix uffiċjali) (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

L-Artikolu 4: L-investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja,

L-Artikolu 5: Il-konservazzjoni tal-pajżaġġi u tal-bini tradizzjonali,

L-Artikolu 12: L-għajnuna favur il-ħlasijiet tal-primjums ta' l-assigurazzjoni,

L-Artikolu 13: L-għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

L-Artikolu 15: Il-forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Občina Jezersko

Zg. Jezersko 65

SLO-4206 Zg. Jezersko

L-indirizz elettroniku: http://www.jezersko.si/data/pravilniki/Pravilnik_kmetijske_pomoci_Jezersko_07.pdf

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li ġejjin, li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: il-ġlata tar-rebbiegħa, is-silġ, is-sajjetti, in-nirien ikkawżati mis-sajjetti, il-maltempati u l-għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (il-proċeduri ta' qabel ma tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Milan KOCJAN

Is-sindku

Numru XA: XA 49/08

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Catalunya

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija benefiċjarja minn għajnuna individwali: Ayudas para programas de auditoría y asesoramiento de las explotaciones de ovino y caprino

Bażi ġuridika: Orden AAR/487/2007, de 20 de diciembre, por la que se aprueban las bases reguladoras de las ayudas para programas de auditoría y asesoramiento de las explotaciones de ovino y caprino, y se convocan las correspondientes al año 2007

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont annwali kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 250 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' l-għajnuna tvarja, sa massimu ta' 100 %

Data ta' l-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna teknika lis-settur agrikolu, skond l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-għan huwa li tingħata għajnuna għal programmi ta' verifika u konsulenza għal azjendi għat-trobbija tan-nagħaġ u tal-mogħoż, iddefiniti bħala impriżi żgħar jew ta' daqs medju, skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, sabiex jittejbu l-produzzjoni u l-kundizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u tas-saħħa ta' l-azjendi involuti f'dawn il-programmi.

L-għajnuna għandha sservi bħala sussidju għall-ħlasijiet ta' l-għaqdiet, il-kooperattivi, l-organizzazzjonijiet professjonali u l-persuni naturali u legali li jagħtu servizzi ta' konsulenza u verifika lill-produtturi, b'mod li dawn ta' l-aħħar jirċievu l-għajnuna fil-prattika pjuttost milli f'forma ta' flus. Ma għandu jsir l-ebda ħlas dirett lill-produtturi.

Is-servizzi ta' konsulenza sussidjati se jkunu disponibbli għall-produtturi kollha tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

Jekk is-servizz jingħata minn għaqdiet ta' produtturi jew minn organizzazzjonijiet professjonali, mhuwiex meħtieġ li wieħed ikun membru ta' waħda minnhom biex ikollu aċċess għas-servizz

Settur(i) konċernat(i): In-nagħaġ u l-mogħoż

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departamento de Agricultura, Alimentación y Acción Rural

Gran Vía de les Corts Catalanes, 612-614

E-08007 Barcelona

Websajt: http://www.gencat.net/darp/c/serveis/ajuts/ajut3.htm

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 55/08

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Castilla y León (provincia de Salamanca)

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li għaliha hija indirizzata l-għajnuna individwali: Subvenciones dirigidas a cooperativas de ganaderos que tengan como fin la utilización de cebaderos y/o la comercialización de carne, anualidad 2008

Bażi ġuridika: Proyecto de bases reguladoras de la convocatoria de subvenciones dirigidas a cooperativas de ganaderos que tengan como fin la utilización de cebaderos y/o la comercialización de carne, anualidad 2008

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew il-kwantità totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa ppjanata għall-iskema ta' għajnuna għas-sena 2008 hija ta' EUR 45 000 (ħamsa u erbgħin elf EUR)

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-ammont massimu ta' l-għajnuna m'għandux jaqbeż il-50 % ta' l-ammont ta' l-ispejjeż eliġibbli jew l-ammont ta' EUR 8 000 għal kull applikant

Barra minn hekk, l-għajnuna maħsuba għall-kumpens ta' spejjeż ta' l-operat u l-ġestjoni tkun temporanja — skond id-data ta' meta tkun twaqqfet il-kooperattiva — u digressiva, b'mod li l-ammont ta' l-għajnuna ma jistax jaqbeż il-persentaġġi li ġejjin:

35 % ta' l-ispejjeż involuti għall-kooperattivi stabbiliti fl-2004,

40 % ta' l-ispejjeż involuti għall-kooperattivi stabbiliti fl-2005,

45 % ta' l-ispejjeż involuti għall-kooperattivi stabbiliti fl-2006,

50 % ta' l-ispejjeż involuti għall-kooperattivi stabbiliti fl-2007

Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti ta' għajnuna fil-Boletín Oficial de la Provincia de Salamanca

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2008

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' din l-għajnuna huwa l-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' kooperattivi tat-trobbija tal-bhejjem fil-provinċja ta' Salamanca biex b'hekk jitjiebu l-ħolqien u l-manteniment tal-korpi kooperattivi tat-trobbija tal-bhejjem.

Għandha l-għan ukoll li żżid fil-preżenza tal-kooperattivi msemmija fil-fieri u l-wirjiet organizzati mill-Gvern Lokali fiċ-Ċentru tal-Wirjiet, li jimplika li l-importanza ta' dawn l-istallazzjonijiet u ta' l-attivitajiet li jseħħu għandha tiġi estiża għal-livell tal-Komunitajiet Awtonomi u dak nazzjonali.

Din l-iskema ta' għajnuna taqa' fl-ambitu ta' l-Artikoli 9 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-attivitajiet li huma kkunsidrati bħala eliġibbli huma dawk marbuta mal-parteċipazzjoni fil-fieri organizzati mill-Gvern Lokali ta' Salamanca, l-attivitajiet operattivi u ta' ġestjoni u l-għoti ta' assistenza teknika lis-settur tat-trobbija tal-bhejjem ta' Salamanca.

L-ispejjeż ikkunsidrati bħala eliġibbli huma:

(1)

ir-reġistrazzjoni, il-kiri ta' l-ispazju u l-istand, is-sigurtà, is-stewards u l-ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;

(2)

il-pubblikazzjonijiet marbuta ma' l-attività;

(3)

l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar;

(4)

Konferenzi tekniċi li jseħħu fiċ-Ċentru ta' Wirjiet waqt il-fieri.

(1)

l-ispejjeż tal-kiri tal-post bħala kwartieri prinċipali;

(2)

l-ispejjeż legali u amministrattivi;

(3)

tagħmir għall-uffiċċju;

(4)

l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal;

(5)

l-ispejjeż ġenerali (il-manutenzjoni, it-tiswija, il-konservazzjoni, il-provvisti…).

(1)

l-ispejjeż ta' l-attivitajiet ta' taħriġ: l-spejjeż reali ta' l-organizzazzjoni tal-programm ta' taħriġ;

(2)

l-ispejjeż ta' l-attendenza għall-fieri nazzjonali: il-kiri ta' l-ispazju u ta' l-istand, is-sigurtà, is-stewards, il-ħlasijiet tal-parteċipazzjoni, l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u tal-pubblikazzjonijiet marbuta ma' l-attività;

(3)

il-preżentazzjoni tal-prodotti ta' kwalità fil-livell nazzjonali u provinċjali: jistgħu jiġu sussidjati biss il-kiri ta' l-istallazzjonijiet fejn issir il-preżentazzjoni, l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-pubblikazzjonijiet marbuta ma' l-attività;

(4)

pubblikazzjonijiet bħall-katalgi jew siti ta' l-internet li jagħtu tagħrif dwar il-produtturi minn reġjun speċifiku jew produtturi ta' prodott speċifiku, sakemm dan it-tagħrif u l-preżentazzjoni jkunu newtrali u li l-produtturi kkonċernati kollha jingħataw l-istess opportunità biex ikunu inklużi fihom

Settur(i) kkonċernat(i): Is-settur tat-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Excma. Diputación Provincial de Salamanca

C/ Felipe Espino no 1

E-37002 Salamanca

Indirizz ta' l-Internet: http://www.lasalina.es/areas/eh/Subvenciones2008/ProyectosConvocatorias/SubvCooperativas.pdf

Aktar informazzjoni: Dan is-sussidju jkun kompatibbli ma' kwalunkwe sussidju, għajnuna, riżors jew dħul ieħor għall-attività sussidjata li tista' tingħata minn kwalunkwe awtorità jew organizzazzjoni pubblika jew privata, nazzjonali, Komunitarja jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm ma jaqbżux il-limiti kwantitattivi ta' l-għajnuna stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 (b'mod partikolari, fil-każ ta' l-attivitajiet msemmija fit-taqsima B) ta' l-istrument reġjonali kkonċernat u b'mod iktar speċifiku, l-ispejjeż ta' l-operat u l-ġestjoni, l-ammont totali ta' l-għajnuna pubblika li tingħata fl-ambitu ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament mgħandux jaqbeż l-EUR 400 000 għal kull benefiċjarju).

Jekk l-applikant ikun ingħata għajnuna oħra — għall-istess raġuni — li ma tkunx kompatibbli ma' dik li tingħata mingħand il-Gvern Lokali, għandu japplika l-Artikolu 33 tar-Real Decreto 887/2006, tal-21 ta' Lulju li jistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni rigward il-Ley General de Subvenciones.

Madankollu, l-ammont ta' sussidju li jingħata mingħand il-Gvern Lokali qatt m'għandu jaqbeż l-ispejjeż ta' l-attività sussidjata, kemm l-ammont waħdu kif ukoll flimkien ma' sussidju, għajnuna, dħul jew riżorsi oħra.

Bl-istess mod, is-sussidju ma jkunx kompatibbli ma' kwalunkwe sussidju, għajnuna, riżors jew dħul ieħor assenjat għall-attività sussidjata mill-Gvern Lokali ta' Salamanca — sew bi proċedura ta' għoti dirett kif ukoll bi proċedura kompetittiva — li jkopri l-istess nefqa eliġibbli

Salamanca, l-20 ta' Diċembru 2007.

Isabel JIMÉNEZ GARCÍA

Il-President tal-gvern lokali ta' salamanca

Numru XA: XA 56/08

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Castilla y León (provincia de Salamanca)

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tingħata l-għajnuna individwali: Subvenciones dirigidas a asociaciones y federaciones ganaderas con sede en la provincia de Salamanca, anualidad 2008

Bażi ġuridika: Proyecto de bases reguladoras de la convocatoria de subvenciones dirigidas a asociaciones y federaciones ganaderas con sede en la provincia de Salamanca, anualidad 2008

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa ppjanata għall-iskema ta' għajnuna għas-sena 2008 hija ta' EUR 32 000 (tnejn u tletin elf EUR)

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-ammont massimu tas-sussidju ma għandux jaqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, b'limitu ta' EUR 8 000 għal kull applikant

Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għas-sussidji fil-Boletín Oficial de la Provincia de Salamanca

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2008

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' dan is-sussidju huwa li jħeġġeġ it-twaqqif ta' għaqdiet ta' produtturi tal-bhejjem fil-provinċja ta' Salamanca, sabiex jitrawmu l-ħolqien u ż-żamma ta' l-entitajiet assoċjattivi ta' dawk li jrabbu l-bhejjem.

Barra minn hekk, l-għajnuna timmira li żżid il-preżenza ta' l-għaqdiet imsemmija fil-fieri mtellgħa mill-Gvern Lokali fiċ-Ċentru tal-Wirjiet, b'mod li dawn l-istallazzjonijiet u l-attivitajiet li jsiru fihom jiksbu importanza fuq il-livell ta' l-awtonomija kif ukoll dak nazzjonali.

Din l-iskema ta' għajnuna ssir fil-qafas ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Jitqiesu attivitajiet eliġibbli dawk li jikkorrispondu mas-sehem fil-Fieri mtellgħa mill-Gvern Lokali ta' Salamanca, kif ukoll il-provvista ta' għajnuna teknika lis-settur tat-trobbija tal-bhejjem ta' Salamanca

Jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli:

(1)

ir-reġistrazzjoni, il-kiri ta' spazju u ta' stands, sigurtà, stewards u ħlasijiet ta' parteċipazzjoni;

(2)

pubblikazzjonijiet marbutin ma' l-attività;

(3)

l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar;

(4)

sessjonijiet tekniċi li jsiru fiċ-Ċentru tal-Wirjiet matul il-fieri.

(1)

l-ispejjeż ta' attivitajiet ta' taħriġ: l-ispejjeż reali ta' l-organizzazzjoni tal-programm ta' taħriġ;

(2)

l-ispejjeż għall-attendenza f'Fieri nazzjonali: il-kiri ta' spazju u ta' stands, sigurtà, stewards u ħlasijiet ta' parteċipazzjoni, l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar, u l-pubblikazzjonijiet marbutin ma' l-attività;

(3)

il-preżentazzjoni ta' prodotti ta' kwalità fl-ambitu nazzjonali u provinċjali: huma eliġibbli biss l-ispejjeż għall-kiri ta' l-istallazzjonijiet fejn issir il-preżentazzjoni, l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u l-pubblikazzjonijiet marbutin ma' l-attività;

(4)

pubblikazzjonijiet bħal katalgi jew websajts li jippreżentaw tagħrif dwar il-produtturi ta' reġjun determinat jew prodott determinat, dejjem jekk it-tagħrif u l-preżentazzjoni tiegħu jkunu newtrali, u l-produtturi kollha interessati jkollhom l-istess possibbiltajiet li jkunu rappreżentati fil-pubblikazzjoni

Settur(i) kkonċernat(i): Is-settur tat-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Excma. Diputación Provincial de Salamanca

C/ Felipe Espino no 1

E-37002 Salamanca

Indirizz ta' l-internet: http://www.lasalina.es/areas/eh/Subvenciones2008/ProyectosConvocatorias/SubvAsociaciones.pdf

Tagħrif ieħor: Dan is-sussidju huwa kompatibbli ma' kwalunkwe sussidju, għajnuna, riżors jew dħul ieħor irċevut għall-attività sussidjata minn kwalunkwe Amministrazzjoni jew entità pubblika jew privata, nazzjonali, Komunitarja jew internazzjonali. Jekk l-applikant ikun irċieva sussidju ieħor għall-istess għan, u li ma jkunx kompatibbli ma' dak mogħti mill-Gvern Lokali, japplika l-Artikolu 33 tar-Real Decreto 887/2006 de 21 de julio por el que se aprueba el Reglamento de la Ley General de Subvenciones.

Madankollu, l-ammont tas-sussidji mogħtija mill-Gvern Lokali, sew waħedhom sew flimkien ma' sussidji, għajnuna, dħul jew riżorsi oħra, fl-ebda każ ma għandu jaqbeż l-ispejjeż ta' l-attività sussidjata.

Barra minn hekk, is-sussidju mhuwiex kompatibbli ma' sussidji, għajnuniet, riżorsi jew dħul ieħor għall-attività sussidjata mogħtija mill-Gvern Lokali ta' Salamanca, sew permezz ta' konċessjoni diretta, sew permezz ta' proċedura ta' konkors kompetittiv, fejn l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jikkoinċidu

Salamanca, l-20 ta' Diċembru 2007.

Isabel JIMÉNEZ GARCÍA

Il-President tal-gvern lokali ta' Salamanca


Top