EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0515(09)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u ta' l-ikel

ĠU C 118, 15.5.2008, p. 35–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 118/35


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u ta' l-ikel

(2008/C 118/15)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

Dokument Uniku

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/

“HUITRES MARENNES OLERON”

Nru tal-KE: FR/PGI/005/0591/16.02.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Huîtres Marennes Oléron”

2.   L-Istat Membru jew il-pajjiż terz

Franza

3.   Id-deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel

3.1.   It-tip tal-prodott

Klassi 1.7 — Ħut, molluski, krostaċji friski u prodotti magħmulin minnhom

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1)

Il-Huîtres Marennes Oléron huma gajdri li jimmaturaw jew jitrabbew fi claires, irqajja' imħaffra f'qiegħ l-ilma. Mhumiex gajdri tal-baħar miftuħ.

Skond il-grad ta' trasformazzjoni tal-prodott wara li jkun tqiegħed fuq l-irqajja' tal-gajdri, li huwa kkalkulat permezz ta' l-indiċi tal-qawwa tal-mili (relazzjoni tal-laħam imsoffi mal-piż totali x 100), il-gajdri Marennes Oléron jiġu kklassifikati:

minn 7 sa 10,5, gajdra fina msemmna),

10,5 jew aktar, gajdra speċjali msemmna),

12 jew aktar, gajdra speċjali msemmna mkabbra fuq roqgħa tal-gajdri).

Minn punt di vista organolettika:

gajdra fina msemmna (Fine de Claire) għanja fl-ilma u bbilanċjata b'togħma tal-laħam fina,

gajdra fina msemmna ħadra (Fine de Claire Verte) jkollha l-karatteristiċi tal-gajdra fina msemmna u lewn ħadrani madwar il-garġi, bħala riżultat li ssir ħadra naturalment fuq roqgħa “ħadra” tal-gajdri,

gajdra speċjali msemmna (Spéciale de Claire) hi tonda, voluminuża fil-ħalqa, u pjuttost irtab mill-oħrajn,

gajdra fina msemmna ħadra (Fine de Claire Verte) jkollha l-karatteristiċi tal-gajdra fina msemmna u lewn ħadrani madwar il-garġi, bħala riżultat li ssir ħadra naturalment fuq roqgħa “ħadra” tal-gajdri,

gajdra speċjali mkabbra fuq roqgħa tal-gajdri (Spéciale Pousse en Claire) b'ammont imdaqqas ta' laħam, soda u qarquċija, lewn l-avorju, b'togħma ppronunzjata li ddum titnikker fil-ħalq.

Il-gajdri Marennes Oléron jinbigħu ħajjin u mhux ipproċċessati.

3.3.   Il-materja prima

m.a.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

m.a.

3.5.   Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Il-maturazzjoni jew it-trobbija tal-Huîtres Marennes Oléron trid isseħħ fl-irqajja' tal-gajdri li jinsabu fiż-żona ġeografika definita.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

L-ippakkjar u l-konsenja tal-Huîtres Marennes Oléron iridu jseħħu fiż-żona ġeografika definita, sabiex tiġi ppreservata l-kwalità u jiġu żgurati kundizzjonijiet sanitarji aħjar permezz tal-ħeffa ta' l-eżekuzzjoni, u sabiex tiġi ggarantita l-oriġini tagħhom.

Sabiex titħares il-kwalità u jiġu żgurati kundizzjonijiet sanitarji aħjar għall-prodott, jeħtieġ li l-gajdri jiġu ppakkjati sa 24 siegħa wara li jinstadu. Ir-raħħal tal-gajdri jiżgura l-qagħda tas-saħħa tal-gajdri u jsegwi l-kundizzjoni sanitarja tal-gajdri li jkun qed jibgħat. Kull konsenjatur huwa soġġett għal pjan kollettiv multi-annwali ta' awto-kontrolli sanitarji, li fi ħdanhom isir teħid ta' kampjuni u analiżi batterjoloġika. Il-kwalità tiġi żgurata wkoll bis-saħħa ta' verifika aħħarija qabel l-ippakkjar, li ssir minn persunal kwalifikat jew maniġerjali sabiex jeliminaw il-gajdri vojta, iffurmati ħażin jew maħmuġin. Il-gajdri jridu jiġu ppakkjati ċatti, bil-valv imwaħħal iħares 'l isfel, sabiex jiġu ggarantiti l-aħjar kundizzjonijiet possibbli ta' preservazzjoni. Il-pakketti jinqaflu sew u l-basktijiet jiġu adattati skond il-kwantità tal-gajdri ppakkjati, sabiex jiġi evitat kull moviment tal-gajdri.

Sabiex tiġi ggarantita tal-prodott, il-konsenjatur iżomm reġistru sabiex jiġu mmonitorajti l-prodotti (f'lottijiet) u dan jippermetti t-traċċabbiltà f'kull stadju tal-proċess. Skond il-leġiżlazzjoni attwali (digriet 94-340), kull stabbiliment tal-konsenja jrid jiġi approvat mis-servizzi veterinarji (Nru tal-KE) bħala stabbilment konsenjatur ta' molluski ħajjin.

Fl-ebda każ il-prodott ma jista' jiġi ttrasportat sfuż jew mibjugħ barra mill-ippakkjar oriġinali tiegħu.

3.7.   Regoli speċifiċi tat-tikkettar

Minbarra l-indikazzjonijiet mitluba mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, it-tismijiet speċifiċi li ġejjin għall-gajdri Marennes Oléron huma ppreżentati fuq it-tikketta:

Id-denominazzjoni ġeografika: “Huîtres Marennes Oléron”

il-logo tal-“Huîtres Marennes Oléron”,

il-logo ta' l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta,

l-isem kummerċjali tal-prodott:

“Huîtres Fines de Claires”, flimkien mat-tismija: “affinées en claires à Marennes Oléron”,

“Huîtres Fines de Claires Vertes”, flimkien mat-tismija: “affinées en claires à Marennes Oléron”,

“Huîtres Spéciales de Claires”, flimkien mat-tismija: “affinées en claires à Marennes Oléron”,

“Huîtres Spéciales de Claires Vertes”, flimkien mat-tismija: “affinées en claires à Marennes Oléron”,

“Huîtres Spéciales Pousse en Claire”.

4.   Definizzjoni Konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika għall-maturazzjoni jew it-trobbija fl-irqajja', l-ippakkjar u l-konsenja tal-Huîtres Marennes Oléron hija ż-żona tal-Bassin de Marennes Oléron.

Huma involuti sebgħa u għoxrin komun: Le Gua, Nieulle-sur-Seudre, St. Just-Luzac, Marennes, Bourcefranc-le-Chapus, Hiers-Brouage, Moëze, Saint Froult, Port des Barques, Beaugeay, Soubise, Saint Nazaire (ix-xatt tal-lemin tax-xmara Seudre: 12-il komun), La Tremblade, Etaules, Chaillevette, L'Eguille, Arvert, Breuillet, Mornac (ix-xatt tax-xellug tax-xmara Seudre: 7 komuni), Saint Trojan, Grand Village, Le Château d'Oléron, Saint Pierre d'Oléron, Dolus, Saint Georges d'Oléron, La Brèe les Bains, Saint Denis d'Oléron (Ile d'Oléron: 8 komuni).

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

L-attività ewlenija tal-Bassin de Marennes Oléron hija t-trobbija tal-frott tal-baħar u l-molluski. It-trobbija tal-gajdri ssir f'żoni intertidali (għat-trobbija) jew f'marġi mielħa (għall-maturazzjoni u t-trobbija).

L-irqajja' spiss qabel kienu marġi mielħa, jiġifieri baċiri mhux fondi li jinsabu fuq ix-xfar tax-xmara Seudre jew fuq ix-xatt bejn il-gżira ta' Oléron u t-terraferma. Jintemgħu permezz ta' l-azzjoni tal-gravità fl-ilma salmastru (taħlita ta' ilma baħar u ilma ħelu) meta l-marea titla' permezz tal-kanali.

Ir-roqgħa għandha ambjent minerali ħafna, għani bin-nutrijienti, li jippermetti li jiżviluppa l-fitoplankton, li huwa n-nutriment tal-gajdra. Il-gajdri jsaffu l-ilma bis-saħħa tal-garġi żviluppati tagħhom, u jgawdu b'mod effettiv mir-riżorsa nutrittiva speċifika tar-roqgħa. Bl-assimmilazzjoni ta' dan in-nutriment speċifiku, il-gajdra tittrasforma f'għadd ta' sigħat permezz ta' tiġdid sostanzjali tat-tessuti ċellulari tagħhom u, b'riżultat ta' dan, jiksbu l-karatteristiċi kollha ta' dan l-ambjent partikolari.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Il-Huîtres Marennes Oléron huma gajdri mmaturati jew imrobbija fi rqajja' li jagħtuhom togħma aktar fina (inqas morra u inqas togħma ta' jodju) minn tal-gajdri li jitrabbew fil-baħar miftuħ, reżistenza akbar għat-tnaqqis fil-livelli ta' l-ilma u b'hekk jibqgħu ppreservati aħjar, qoxra ta' kwalità (in-naħa ta' barra ħielsa mill-parassiti u n-naħa ta' ġewwa bil-madriperla), lewn il-garġi hadrani (għall-gajdri fini ħodor imsemmna jew dawk speċjali ħodor imsemmna). It-trobbija fl-irqajja' tippermetti, minbarra l-karatteristiċi tal-maturazzjoni, li jinkiseb tkabbir sinifikattiv tal-gajdra (il-laħam u l-qoxra), u tessut u togħma speċifiċi għall-aħħar.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-“Huîtres Marennes Oléron” huma l-prodott ta':

ambjent partikolari, ir-roqgħa tal-gajdri, ikkaratterizzata minn konfigurazzjoni ġeomorfoloġika u sistema idrawlika unika u speċifika,

l-għarfien tar-raħħal tal-gajdri dwar l-ambjent u l-prodott, li għadda minn ġenerazzjoni għall-oħra tul is-sekli u li nissel it-trobbija u l-maturazzjoni fl-irqajja' tal-gajdri,

mollusk, il-gajdra, adattat perfettament għal dan l-ambjent.

Il-karatteristiċi organolettiċi ewlenin li jiġu trasformati wara l-maturazzjoni jew it-trobbija fil-irqajja' huma:

preżentazzjoni aħjar: jonqsu jew jgħibu ċerti organiżmi li jikkolonizzaw in-naħa ta' barra tal-qxur tal-gajdri tal-baħar miftuħ, bħall-koċċli u l-algi makrofitiċi. Barra minn hekk, l-irqajja' jippermettu lill-gajdra żżid is-solidità tal-ġewwieni tal-qoxra permezz tat-tkabbir tal-madriperla,

kwalità akbar barra l-ilma: il-kwalità tal-gajdri ppakkjati hija bil-wisq superjuri meta dawn jiġu mill-irqajja', billi l-qxur imsaħħa tagħhom –li huma r-riżultat tat-tqegħid fl-irqajja'– jillimitaw it-tlef intervalvolari ta' l-ilma meta jonqos il-livell ta' l-ilma,

togħma aktar irfinata: ir-roqgħa għandha kontenut tafli u minerali tal-ħamrija speċifiku għaliha. Tgħin lejn il-bini ta' sostrat nutrittiv li huma importanti għall-iżvilupp tan-nutriment tal-gajdra. Il-gajdri mqiegħda fl-irqajja' jkollhom aċċess għal dan in-nutriment speċifiku għar-roqgħa. Dan in-nutriment speċifiku jagħti lill-gajdri it-“togħma tar-roqgħa”. Barra minn dan, it-togħma mielħa ġeneralment tittaffa minħabba t-tqegħid fir-roqgħa,

il-ġarġi jiħdaru (mhux sistematikament): il-ħajt ta' l-irqajja' jista' jitgħatta naturalment minn dijatoma magħrufa bħala Navicula ostrea li tipproduċi pigment blu. Billi ssaffi l-ilma mir-roqgħa, il-ġargi tal-gajdra jitlewnu. Il-pigment blu tad-dijatoma flimkien mal-kulur naturali tal-garġi iħaddru 'l dawn ta' l-aħħar,

tkabbir tal-gajdra (biss għat-trobbija fl-irqajja'): it-trobbija fl-irqajja' twassal għal tkabbir sinfikanti tal-gajdri u ġeneralment tirduppjalhom il-piż inizjali. Marbut ma' l-ambjent għani għall-aħħar tar-roqgħa f'dawn il-kundizzjonijiet, il-laħam huwa pjuttost imdaqqas u l-gajdra tikseb it-togħma pronunzjata tar-roqgħa.

Referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni

http://agriculture.gouv.fr/spip/IMG/pdf/cdc_igp_huitres_maren.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top