This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC0507(07)
Publication of an application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
ĠU C 112, 7.5.2008, p. 39–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/39 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
(2008/C 112/21)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“ACEITE DE LA ALCARRIA”
Nru tal-KE: ES/PDO/005/562/06.11.2006
IĠP X DPO
1. ISEM
“Aceite de La Alcarria”
2. Stat Membru
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 1.5. — Żjut u sustanzi xaħmin (butir, marġerina, żejt, eċċ.).
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt 1
Deskrizzjoni tal-prodott: Żejt taż-żebbuġa extra verġni li jinkiseb mill-frotta tas-siġra taż-żebbuġ, tal-varjetà lokali CASTELLANA (VERDEJA), permezz ta' proċeduri mekkaniċi jew mezzi fiżiċi oħra li ma jaffettwawx il-kwalità taż-żejt, filwaqt li jinżammu t-togħma, ir-riħa u l-karatteristiċi tal-frotta li minnha jinkiseb.
— |
Aċidità: massimu ta' 0,7° |
— |
Kontenut ta' perossidu: massimu ta' 15 |
— |
Assorbenza tar-raġġi ultravjola: K 270: massimu ta' 0,20 |
— |
K 232: massimu ta' 2 |
— |
Umdità: massimu ta' 0,1 % |
— |
Impuritajiet: massimu ta' 0,1 % |
— |
Evalwazzjoni organolettika: Medjan tad-difett Md = 0 |
— |
Medja tal-kontenut ta' frott Mf > 0 |
Il-kulur ewlieni huwa l-aħdar tal-lajm, ftit jew wisq qawwi skond meta jsir il-ħsad u l-istadju ta' maturazzjoni taż-żebbuġa.
Mil-lat organolettiku ż-żjut ta' din il-varjetà għandhom element ta' frott u huma aromatiċi, b'riħa qawwija ta' weraq, b'kombinazzjoni ta' ħwawar tal-ħaxix, il-ġellewża u l-banana, xi drabi b'togħma pikkanti.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata
Il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ippakkjar.
3.6. Regoli speċifiċi dwar il-qtugħ, l-għerik, l-ippakkjar, eċċ.
Bl-għan li jinżammu l-karatteristiċi tipiċi tal-prodott fil-fażijiet kollha, il-proċess ta' l-ippakkjar isir fiż-żona ġeografika awtorizzata. B'hekk, jista' jinżamm kontroll totali tal-produzzjoni min-naħa ta' l-awtoritajiet ta' kontroll filwaqt li l-proċess finali jibqa' r-responsabbiltà tal-produtturi taż-żona. Dawn huma n-nies li l-iktar jifhmu kif dan iż-żejt jirreaġixxi għall-metodu ta' l-ippakkjar, bħal ma huma l-ħin u l-metodu tat-tferrigħ, il-filtrazzjoni, l-art li għandha mid-dijatoma, iċ-ċellulosa, it-temperatura ta' l-ippakkjar, ir-reazzjoni għall-bard u l-ħżin. Dan kollu, li hu maħsub biex iżomm il-karatteristiċi tipiċi tal-prodott, jiggarantixxi li tkun tista' tinsab l-oriġini taż-żejt.
Il-persuna li tikkontrolla l-ippakkjar għandu jkollha żewġ sistemi separati għall-ippakkjar taż-żejt tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini u għall-ippakkjar taż-żjut l-oħra.
Bl-istess mod, għandu jkollu tipi ta' sistemi approvati għall-kejl taż-żejt.
Iż-żejt għandu jkun ippakkjat f'kontenituri tal-ħġieġ, tal-metall miksi, PET jew ċeramika vitrifikata.
3.7. Regoli speċifiċi li jirrigwardaw l-ittikkettar
It-tikketta taż-żejt għandha tinkludi, flimkien ma' l-isem tal-bejgħ, il-frażi “Denominación de Origen” (jew DO) “Aceite de La Alcarria” u tista' tiġi inkluża wkoll il-marka ta' konformità mill-entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott għall-istruttura tal-kontroll.
Il-kontenituri li fihom jitpoġġa ż-żejt protett għall-konsum ikollhom siġill ta' garanzija, tikketta ta' quddiem jew ta' wara numerata li jingħataw u jiġu kkontrollati mill-Awtorità tal-Kontroll, b'tali mod li s-siġill ma jkunx jista' jerġa' jintuża.
It-tikketta għandha tkun konformi mar-regoli ġenerali ta' l-ittikkettar
4. DESKRIZZJONI QASIRA TAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
Ir-reġjun ta' La Alcarria jinkludi 95 muniċipju mill-provinċja ta' Guadalajara u 42 muniċipju mill-provinċja ta' Cuenca.
5. RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona hija definita minn bidliet estremi tat-temperatura, bi sjuf sħan ħafna b'iktar minn 35 °C u xtiewi kesħin ħafna, bi frekwenza ta' silġ, u ftit xita. Il-preċipitazzjoni sseħħ matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa.
It-temperatura medja annwali hija ta' madwar 13 °C, b'medja ta' 3 °C fix-xahar l-iktar kiesaħ u 21 °C f'dak l-iktar sħun.
Il-karatteristika li tiddefinixxi l-ħamrija hija l-konċentrazzjoni għolja ta' CaCO3 (karbonat tal-kalċju), kif ukoll il-preżenza bazza tal-materjal organiku, l-għoljiet kemmxejn aċċentwati u, għalhekk, in-nuqqas ta' l-istabbilità tal-ħamrija.
Mil-lat agrikolu hija ħamrija fqira ħafna.
L-altezza tal-muniċipji ta' La Alcarria qegħdin f'għoli ta' bejn 700 u 900 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
L-“Aceite de La Alcarria” għandu il-karatteristiċi li ġejjin:
Żejt ibbilanċjat u stabbli ħafna minħabba l-proporzjon ta' aċidi grassi saturizzati u dawk mhux saturizzati.
Kontenut għoli ta' aċidu olejku
Il-kulur ewlieni huwa l-aħdar tal-lajm, ftit jew wisq qawwi skond meta jsir il-ħsad u l-istadju ta' maturazzjoni taż-żebbuġa.
Il-proporzjon tal-kontenut tal-karoten u l-klorofilla tirriżulta fil-kulur karatteristiku taż-żejt ta' din id-Denominazzjoni ta' l-Oriġini.
Mil-lat organolettiku ż-żjut ta' din il-varjetà castellana (verdeja) għandhom element ta' frott u huma aromatiċi, b'riħa qawwija ta' weraq, b'kombinazzjoni ta' ħwawar tal-ħaxix, il-ġellewża u l-banana, xi drabi b'togħma pikkanti.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP).
Il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħamrija u t-temp taż-żona kellhom influwenza qawwija fuq is-selezzjoni naturali li tirriżulta f'reġjun uniku f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' dan iż-żejt taż-żebbuġa verġni ta' varjetà monovarjetali bl-isem ta' Castellana jew verdeja.
F'dak li għandu x'jaqsam mal-klima, din il-varjetà tittolera s-silġ sa temperatura ta' -5 °C mingħajr żieda sinifikanti tal-valur tal-perossidu.
Rigward ir-rabta bejn il-karatteristiċi ġeoloġiċi u dawk tal-ħamrija, għandu jitqies kif il-formazzjoni tal-ħamrija mmejla, baxx ħafna, alkalina u mmellħa kellha effett fuq il-forma ta' l-għelejjel soġġetti għal piż kontinwu. B'hekk dawn l-aspetti kellhom rwol ta' mezz għas-selezzjoni naturali li rriżulta f'produzzjoni u differenzjazzjoni tal-prodott baxxi.
Il-varjetà Castellana flimkien mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħamrija u t-temp taż-żona jagħtu l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi kif ukoll dawk organolettiċi partikolari liż-żejt kif imsemmija fil-punt 4.2.
Referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott
Resolución de 2.10.2006, de la Consejería de Agricultura, por la que se emite decisión favorable en relación con la solicitud de registro de la Denominación de Origen Protegida Aceite de La Alcarria.
Ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' Castilla-La Mancha Nru 209 ta' l-10 ta' Ottubru 2006, p. 20702.
http://www.jccm.es/cgi-bin/docm.php3
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.