This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC0507(03)
Explanatory Notes to the Combined Nomenclature of the European Communities
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 112, 7.5.2008, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/8 |
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej
(2008/C 112/03)
Konformi ma' Artiklu 9(1)(a), it-tieni indent, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:
F'paġna 335, daħħal it-test li ġej:
“8521 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi apparat bla skrin li kapaċi jirċievi sinjali tat-televiżjoni, hekk imsejjaħ ‘kaxxi ta' fuq is-sett’ (set-top boxes), li jinkorpora strument li jagħmel funzjoni ta' rrekordjar jew riproduzzjoni (pereżempju drajv għal ħardisk jew DVD).” |
F'paġna 339, daħħal it-test li ġej:
“8528 71 13 |
Apparat b'mezz ibbażat fuq mikroproċessur li fih mowdem għall-aċċess għall-Internet, u li għandu funzjoni ta' bdil interattiv ta' informazzjoni, li jista' jirċievi sinjali tat-televiżjoni (‘kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes) b'funzjoni ta' komunikazzjoni’) Dan is-subtitlu jkopri apparat mingħajr skrin, hekk imsejjaħ ‘kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes) b'funzjoni ta' komunikazzjoni’, li jikkonsisti mill-komponenti ewlenin li ġejjin:
It-Transmission Control Protocol/Internet Protocol (TCP/IP) għandu jkun preżenti bħala firmware fil-kaxxa ta' fuq is-sett (set-top box). Il-kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes) ta' dan is-subtitlu għandhom jippermettu lill-utent ta' l-apparat jidħol fl-Internet. L-apparat għandu jkun jista' wkoll iħaddem applikazzjonijiet ta' l-Internet b'mod ta' 'bdil ta' informazzjoni interattiv' bħal klijent emejl jew applikazzjoni għall-messaġġi b'użu ta' sokits UDP jew TCP/IP. Kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes), li jinkorporaw strument b' funzjoni ta' rrekordjar jew riproduzzjoni (pereżempju drajv għal ħardisk jew DVD) huma esklużi minn dan is-subtitlu (subtitlu 8521 90 00). |
||||||
8528 71 19 |
Oħrajn Ara l-aħħar paragrafu tan-Noti ta' Spjega għal subtitlu 8528 71 13. |
||||||
8528 71 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi prodotti li ma fihomx skrin li huma apparat għar-riċezzjoni għat-televiżjoni, iżda li ma jinkorporawx tuner tal-vidjow (pereżempju hekk imsejħa ‘IP streaming boxes’). Ara wkoll l-aħħar paragrafu tan-Noti ta' Spjega għal subtitlu 8528 71 13.” |
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-ahhar mir-Regolament (KE) Nru 275/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 3).